<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0282</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-pandemija tal-COVID-19: it-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet għall-futur</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0217/2023)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-pandemija tal-COVID-19: it-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet għall-futur (2022/2076(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 li twaqqaf kumitat speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur, u li tiddefinixxi r-responsabbiltajiet, is-saħħa numerika u l-mandat ta’ dak il-kumitat<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 234.</FIELD></FOOTNOTE>, adottati skont l-Artikolu 207 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3, 4, 9, 12, 16, 26, 36, 45, 52, 67, 114, 122, 151, 153, 168, 169, 173, 179, 180, 181, 187, 191, 202, 207, 216, 217, 218 u 225 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 11, 12, 16, 21, 31, 32 u 35 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kostituzzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), kif emendata l-aħħar mill-51 Assemblea Dinjija tas-Saħħa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b’mod partikolari l-prinċipju 16 (il-kura tas-saħħa) u 18 (il-kura fit-tul),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mandat ta’ politika konġunt tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u tad-WHO tat-28 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Mental health at work” (Is-saħħa mentali fuq ix-xogħol) u r-rapport tad-WHO tal-14 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Health and care workforce in Europe: time to act” (Is-saħħa u l-kura tal-forza tax-xogħol fl-Ewropa: wasal iż-żmien li naġixxu),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Nisiltu tagħlimiet bikrija mill-pandemija tal-COVID-19” (COM(2021)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tat-tħejjija, il-kapaċità ta’ rispons u r-reżiljenza għal kriżijiet futuri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2022 dwar it-tisħiħ tal-Ewropa fil-ġlieda kontra l-kanċer – lejn strateġija komprensiva u koordinata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 109</FIELD></FOOTNOTE> u l-ħidma tal-Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer (BECA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2021 dwar it-tisħiħ tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 512 I, 20.12.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 li tistabbilixxi l-Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 393 I, 29.9.2021, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Introduzzjoni tal-HERA, l-Awtorità tal-UE għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa, il-pass li jmiss biex titlesta l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa” (COM(2021)0576),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta” (COM(2022)0404),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 13/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tat-13 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Moviment liberu fl-UE matul il-pandemija tal-COVID-19 – Skrutinju limitat tal-kontrolli fil-fruntieri interni, u azzjonijiet mhux ikkoordinati mill-Istati Membri”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 18/2022 tal-QEA tal-1 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Istituzzjonijiet tal-UE u COVID-19 – Ingħata rispons rapidu, iżda għad fadal sfidi biex isir l-aħjar użu mill-innovazzjoni u l-flessibbiltà mmexxija mill-kriżi”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 19/2022 tal-QEA tat-12 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “L-akkwist ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 fl-UE – Ġew iggarantiti dożi suffiċjenti wara l-isfidi inizjali, iżda l-prestazzjoni tal-proċess ma ġietx ivvalutata b’mod suffiċjenti”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 01/2023 tal-QEA tal-11 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “Għodod li ffaċilitaw l-ivvjaġġar ġewwa l-UE matul il-pandemija tal-COVID-19”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 02/2023 tal-QEA tat-2 ta’ Frar 2023 bit-titolu “L-adattament tar-regoli tal-politika ta’ koeżjoni biex jirrispondu għall-COVID-19: Il-fondi jintużaw b’mod aktar flessibbli, iżda hija meħtieġa riflessjoni dwar il-politika ta’ koeżjoni bħala għodda ta’ reazzjoni għall-kriżijiet”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport speċjali 21/2022 tal-QEA tat-8 ta’ Settembru 2022 bit-titolu “Il-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza – inġenerali xierqa iżda fadal riskji fl-implimentazzjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2022, bit-titolu “COVID-19 – Sostenn tal-Istat tat-Tħejjija u r-Rispons tal-UE: Ħarsa ’l quddiem” (COM(2022)0190),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Settembru 2022, bit-titolu “Rispons tal-UE għall-COVID-19: inħejju għall-ħarifa u x-xitwa 2023” (COM(2022)0452),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “L-Istat tal-Fiduċja fil-Vaċċin fl-Unjoni Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/953 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar qafas għall-ħruġ, għall-verifika u għall-aċċettazzjoni ta’ ċertifikati COVID-19 interoperabbli tat-tilqim, tat-testijiet u tal-fejqan (Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE) għall-faċilitazzjoni tal-moviment liberu waqt il-pandemija tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 211, 15.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2282 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar il-valutazzjoni tat-teknoloġija tas-saħħa u li jemenda d-Direttiva 2011/24/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 458, 22.12.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/123 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 dwar rwol imsaħħaħ għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini fit-tħejjija għall-kriżijiet u fil-maniġġar tagħhom għall-prodotti mediċinali u għall-apparati mediċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 20, 31.1.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372 tal-24 ta’ Ottubru 2022 dwar qafas ta’ miżuri għall-iżgurar tal-provvista ta’ kontromiżuri mediċi rilevanti għall-kriżi fil-każ ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika fil-livell tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 314, 6.12.2022, p. 64.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 314, 6.12.2022, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 314, 6.12.2022, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi strument ta’ emerġenza tas-Suq Uniku u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill Nru (KE) 2679/98 (COM(2022)0459),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/648 tat-13 ta’ Mejju 2020 dwar vouchers offruti lill-passiġġieri u lill-vjaġġaturi bħala alternattiva għar-rimborż ta’ pakketti tal-ivvjaġġar u servizzi tat-trasport ikkanċellati fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 151, 14.5.2020, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 intitolata “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Aġenda tal-Konsumatur ġdida li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-konsumatur għall-irkupru sostenibbli” (COM(2020)0696),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2022 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-media fis-suq intern (l-Att ewropew dwar il-libertà tal-media) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (COM(2022)0457),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1004 tal-14 ta’ Ġunju 2021 li tistabbilixxi Garanzija Ewropea għat-Tfal<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 223, 22.6.2021, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta’ Livell Għoli mlaqqa’ mill-Kummissarju għall-Ekonomija Paolo Gentiloni dwar l-isfidi ekonomiċi u soċjali ta’ wara l-COVID tal-1 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Era Ġdida għall-Ewropa – Kif l-Unjoni Ewropea Tista’ Tagħmel l-Aħjar Użu mill-Irkupru Pandemiku Tagħha, Issegwi Tkabbir Sostenibbli, u Tippromwovi l-Istabbiltà Globali”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-31 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Monitor on the world of work. Tenth edition – Multiple crises threaten the global labour market recovery” (Monitoraġġ fuq id-dinja tax-xogħol. L-għaxar edizzjoni – Kriżijiet multipli jheddu l-irkupru tas-suq tax-xogħol globali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-ILO tal-11 ta’ Awwissu 2022 bit-titolu “Global Employment Trends for Youth 2022: Investing in transforming futures for young people” (Xejriet tal-Impjiegi Globali għaż-Żgħażagħ 2022: Ninvestu fit-trasformazzjoni tal-futur għaż-żgħażagħ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ħames Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) tan-NU biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tingħata s-setgħa lin-nisa u t-tfajliet kollha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 dwar Strateġija tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa u l-Vjolenza Domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-raba’ SDG tan-NU biex tiġi żgurata edukazzjoni ta’ kwalità inklużiva u ekwa u jiġu promossi opportunitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-UNICEF ta’ Diċembru 2013 bit-titolu “Children’s Rights in Impact Assessments: A guide for integrating children’s rights into impact assessments and taking action for children” (Id-Drittijiet tat-Tfal fil-Valutazzjonijiet tal-Impatt: Gwida biex id-drittijiet tat-tfal jiġu integrati fil-valutazzjonijiet tal-impatt u biex tittieħed azzjoni għat-tfal),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tan-Network Ewropew ta’ Esperti dwar l-Ekonomija tal-Edukazzjoni tal-2022 bit-titolu “Learning deficits due to the COVID-19 analysis – A literature review (2020-2022)” (Nuqqasijiet fit-tagħlim minħabba l-analiżi tal-COVID-19 – Analiżi tal-letteratura (2020-2022)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-proprjetà intellettwali biex jappoġġja l-irkupru u r-reżiljenza tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 dwar il-Portal Globali (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-UE lill-Kunsill Ġenerali tad-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-4 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-risponsi urġenti tal-politika kummerċjali għall-kriżi tal-COVID-19,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO u tal-Osservatorju Ewropew għas-Sistemi u għall-Politiki tas-Saħħa tal-10 ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Drawing light from the pandemic: A new strategy for health and sustainable development – A review of the evidence” (Nisiltu tagħlimiet mill-pandemija: Strateġija ġdida għas-saħħa u l-iżvilupp sostenibbli – Rieżami tal-evidenza),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Strateġija tal-UE għas-Saħħa Globali – Saħħa Aħjar għal Kulħadd f’Dinja li qed Tinbidel” (COM(2022)0675),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar finanzjament addizzjonali għar-riċerka bijomedika dwar l-Enċefalomijelite Mijalġika (ME/CFS)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 316, 6.8.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar is-sitwazzjoni fiż-żona Schengen wara t-tifqigħa tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 77.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2020 dwar il-protezzjoni Ewropea tal-ħaddiema transfruntiera u staġjonali fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 362, 8.9.2021, p. 82.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar l-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa pubblika wara l-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 371, 15.9.2021, p. 102.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “COVID-19: koordinazzjoni tal-valutazzjonijiet tas-saħħa u tal-klassifikazzjoni tar-riskji fl-UE u l-konsegwenzi għaż-żona Schengen u s-suq uniku”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 415, 13.10.2021, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Ottubru 2021 dwar it-trasparenza tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp, ix-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċini kontra l-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 5.5.2022, p. 99.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2022 dwar l-impatt tal-għeluq tal-attivitajiet edukattivi, kulturali, taż-żgħażagħ u sportivi minħabba l-COVID-19 fuq it-tfal u ż-żgħażagħ fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 44.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Settembru 2022 dwar l-istrateġija Ewropea għall-kura (COM(2022)0440),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “It-turiżmu u t-trasport fl-2020 u lil hinn” (COM(2020)0550),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-2021 tal-Istitut Ewropew għall-“Ugwaljanza bejn is-Sessi” tat-28 ta’ Ottubru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol tal-20 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “Recovery from COVID-19: The changing structure of employment in the EU” (L-irkupru mill-COVID-19: L-istruttura li qed tinbidel tal-impjiegi fl-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Jannar 2021 bit-titolu “The response of civil society organisations to face the COVID-19 pandemic and the consequent restrictive measures adopted in Europe” (Ir-rispons tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiffaċċjaw il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi konsegwenti adottati fl-Ewropa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar l-aspetti u l-implikazzjonijiet kummerċjali tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE għall-2023 u għall-2024<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 491, 23.12.2022, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għall-iżgurar ta’ provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-26 ta’ April 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċeduri tal-Unjoni għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u li jistabbilixxi regoli li jirregolaw l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1394/2007 u r-Regolament (UE) Nru 536/2014 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 726/2004, ir-Regolament (KE) Nru 141/2000 u r-Regolament (KE) Nru 1901/2006 (COM(2023)0193),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (COM(2023)0209),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (COM(2022)0197),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju mħejji għall-Bord tiegħu għall-Futur tax-Xjenza u t-Teknoloġija (STOA) f’Diċembru 2021 bit-titolu “European pharmaceutical research and development – Could public infrastructure overcome market failures?” (Riċerka u żvilupp farmaċewtiċi Ewropej – L-infrastruttura pubblika tista’ tegħleb il-fallimenti tas-suq?),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-istudju mħejji għall-STOA f’Ottubru 2022 bit-titolu “Fostering coherence in EU health research – Strengthening EU research for better health” (Trawwim ta’ koerenza fir-riċerka tal-UE dwar is-saħħa – Tisħiħ tar-riċerka tal-UE għal saħħa aħjar),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni (DĠ IPOL) tiegħu ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Impact of COVID-19 measures on democracy and fundamental rights – Best practices and lessons learned in the Member States and third countriesi” (L-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali – L-aħjar prattiki u tagħlimiet meħuda fl-Istati Membri u f’pajjiżi terzi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “In-nuqqas ta’ mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 83.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tad-DĠ IPOL ta’ Jannar 2023 bit-titolu “The effect of communication and disinformation during the COVID-19 pandemic” (L-effett tal-komunikazzjoni u d-diżinformazzjoni matul il-pandemija tal-COVID-19),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-workshop tad-DĠ IPOL tat-8 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “EU crisis preparedness and response” (Tħejjija u rispons tal-UE għall-kriżijiet),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-workshop tad-DĠ IPOL tad-9 ta’ Marzu 2023 dwar “il-COVID fit-Tul”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-petizzjonijiet li waslu dwar il-pandemija tal-COVID-19 mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-ħidma li saret matul il-pandemija tal-COVID-19 dwar kwistjonijiet relatati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tad-DĠ IPOL ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Social and Economic Consequences of COVID-19” (Il-Konsegwenzi Soċjali u Ekonomiċi tal-COVID-19),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tas-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew (EPRS) ta’ April 2022 bit-titolu “Future Shocks 2022 – Addressing the risk and building capabilities for Europe in a contested word” (Xokkijiet Futuri 2022 – Indirizzar tar-riskju u l-bini tal-kapaċitajiet għall-Ewropa f’dinja kkontestata),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-EPRS ta’ Jannar 2023 bit-titolu “Parliamentary oversight of governments’ response to the COVID-19 pandemic: Literature Review” (Sorveljanza parlamentari tar-rispons tal-gvernijiet għall-pandemija tal-COVID-19: Rieżami tal-Letteratura),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-EPRS ta’ Frar 2023 bit-titolu “The European public health response to the COVID-19 pandemic: Lessons for future cross-border health threats” (Ir-rispons tas-saħħa pubblika Ewropea għall-pandemija tal-COVID-19: Tagħlimiet għal theddid transfruntier futur għas-saħħa),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni ta’ Settembru 2021 bit-titolu “Vulnerabilities of the global supply chains of medicines – Structured Dialogue on the security of medicines supply” (Il-vulnerabbiltajiet tal-ktajjen tal-provvista globali tal-mediċini – Djalogu Strutturat dwar is-sigurtà tal-provvista tal-mediċini),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar l-indirizzar tal-isfida globali tal-COVID-19: l-effetti tad-deroga mill-Ftehim TRIPS tad-WTO fuq il-vaċċini, it-trattament u t-tagħmir għall-COVID-19 u fuq iż-żieda fil-kapaċità ta’ produzzjoni u ta’ manifattura fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 64.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju dwar il-politika tas-saħħa tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “The COVID-19 Pandemic and the Future of Telemedicine” (Il-Pandemija tal-COVID-19 u l-Futur tat-Telemediċina),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-7 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Access to medicines, vaccines and other health products in the context of the right of everyone to the enjoyment of the highest attainable standard of physical and mental health” (Aċċess għal mediċini, vaċċini u prodotti oħra tas-saħħa fil-kuntest tad-dritt li kulħadd igawdi mill-ogħla standard disponibbli ta’ saħħa fiżika u mentali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-3 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “Ensuring equitable, affordable, timely and universal access for all countries to vaccines in response to the coronavirus disease (COVID-19) pandemic” (L-iżgurar ta’ aċċess ekwu, bi prezz raġonevoli, f’waqtu u universali għall-pajjiżi kollha għall-vaċċini b’rispons għall-pandemija tal-marda tal-coronavirus (COVID-19)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji ta’ Siracusa tal-1984 dwar id-Dispożizzjonijiet ta’ Limitazzjoni u Deroga fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond tad-DĠ IPOL ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “The link between biodiversity loss and the increasing spread of zoonotic diseases” (Ir-rabta bejn it-telfien tal-bijodiversità u t-tixrid akbar tal-mard żoonotiku),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-WHO tad-29 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “A health perspective on the role of the environment in One Health” (Perspettiva tas-saħħa dwar ir-rwol tal-ambjent f’Saħħa Waħda),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-bullettini tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Coronavirus pandemic in the EU – Fundamental Rights Implications” (Il-pandemija tal-coronavirus fl-UE – Implikazzjonijiet fuq id-Drittijiet Fundamentali), b’mod partikolari l-bulettin Nru 1 tat-8 ta’ April 2020, il-bulettin Nru 2 tat-28 ta’ Mejju 2020 b’enfasi fuq l-apps għat-traċċar tal-kuntatti, il-bulettin Nru 3 tat-30 ta’ Ġunju 2020 b’enfasi fuq l-anzjani, il-bulettin Nru 4 tat-30 ta’ Lulju 2020, il-bulettin Nru 5 tad-29 ta’ Settembru 2020 dwar l-impatt fuq ir-Rom u l-vjaġġaturi, il-bulettin Nru 6 tat-30 ta’ Novembru 2020 u l-bulettin Nru 7 tas-16 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tnedija tal-vaċċini u l-ugwaljanza tal-aċċess fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali tal-2021 u l-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew fil-Kawża 1316/2021/MIG<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/mt/158295.</FIELD></FOOTNOTE> u fil-kawżi magħquda 85/2021/MIG u 86/2021/MIG<FOOTNOTE><FIELD> https://www.ombudsman.europa.eu/en/decision/mt/141706.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-estensjoni tal-mandat tal-kumitat bi tliet xhur, kif imħabbar fis-seduta plenarja tat-18 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 54 u 207 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-pandemija tal-COVID-19: tagħlimiet meħuda u rakkomandazzjonijiet għall-futur (A9-0217/2023),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Introduzzjoni u ħarsa ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-COVID-19 swiet il-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni u affettwat b’mod orizzontali l-livelli u l-aspetti kollha tas-soċjetà, u kkawżat ħsara enormi kemm fl-Ewropa kif ukoll fuq livell globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-UE, kif ukoll il-bqija tad-dinja, ma kinitx ippreparata biżżejjed biex tlaħħaq ma’ kriżi ta’ din id-dimensjoni jew il-mewġiet ta’ xokk tagħha, li affettwaw lis-soċjetajiet u lill-ekonomiji madwar id-dinja, inkluż il-forniment ta’ servizzi edukattivi kontinwi f’każ ta’ konfinament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 ikkawża l-aktar kriżi soċjoekonomika diffiċli li kellha tiffaċċja l-Ewropa sa mit-Tieni Gwerra Dinjija; jissottolinja l-ħtieġa ta’ rispons koordinat biex jiġu appoġġjati n-negozji, il-persuni li jaħdmu għal rashom, il-ħaddiema, il-persuni barra mis-suq/mill-forza tax-xogħol u speċjalment il-persuni vulnerabbli u foqra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi li ħafna professjonisti tal-kura tas-saħħa, ħaddiema essenzjali u voluntiera ssagrifikaw ħajjithom u saħħithom biex jipproteġu l-popolazzjoni Ewropea matul il-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi u japprezza l-isforzi kollettivi u l-għarfien espert li wrew il-professjonisti fil-kura tas-saħħa u r-riċerkaturi, li kienu deċiżivi biex tingħeleb il-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li, minkejja n-nuqqasijiet u l-lakuni fil-promozzjoni tas-saħħa, fil-prevenzjoni tal-mard, fit-tħejjija u fir-rispons, l-UE żviluppat rispons komuni għall-pandemija u ħadet azzjonijiet biex tiżgura l-iżvilupp rapidu u d-distribuzzjoni ġusta ta’ portafoll varjat ta’ vaċċini madwar il-kontinent Ewropew u fuq livell globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 uriet ħtieġa ċara li jinħolqu strutturi ta’ governanza effettivi u li jiġu żviluppati politiki Ewropej għal miżuri ta’ prevenzjoni upstream biex jitnaqqas ir-riskju li jitfaċċaw patoġeni; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-bidliet antropoġeniċi fl-ambjent qed jiffaċilitaw l-aċċelerazzjoni tat-tixrid ta’ patoġeni tal-annimali għall-popolazzjonijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi Stati Membri, minflok ma adottaw approċċ Ewropew dwar il-miżuri u l-approċċi tas-saħħa, ma wrewx biżżejjed solidarjetà ma’ dawk il-pajjiżi li inizjalment kienu affettwati mill-virus u li ma kien hemm l-ebda approċċ Ewropew koordinat immedjat dwar il-miżuri u l-approċċi tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-imġiba eċċellenti taċ-ċittadini tal-UE fil-ġlieda kontra l-pandemija u jenfasizza li l-kooperazzjoni taċ-ċittadini mal-awtoritajiet pubbliċi, permezz tal-impenn tagħhom għall-miżuri diffiċli adottati u għal-lockdowns li jirriżultaw mill-pandemija, kienet indispensabbli biex jiġi limitat it-tixrid tal-COVID-19; jirrikonoxxi li, mingħajr din il-kooperazzjoni, il-konsegwenzi tal-pandemija kienu jkunu ħafna agħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-erba’ libertajiet huma elementi fundamentali tal-bini tal-proġett Ewropew; jiddeplora, għalhekk, in-nuqqas inizjali ta’ kooperazzjoni u koordinazzjoni fost l-Istati Membri dwar il-moviment liberu ta’ oġġetti essenzjali, inkluż it-tagħmir protettiv personali (PPE) u tagħmir mediku, kif ukoll il-fallimenti fit-twassil fis-suq uniku matul l-ewwel xhur tal-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi li stili ta’ ħajja mhux tajbin għas-saħħa u t-tniġġis ambjentali huma żewġ fatturi pertinenti fl-iżvilupp ta’ mard kroniku; jenfasizza li l-pazjenti li diġà kellhom kundizzjonijiet kroniċi kellhom eżiti aktar severi tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 għandha titqies bħala opportunità biex jitħaffu t-trasformazzjonijiet għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika, inkluża l-adozzjoni sinifikanti tat-teknoloġiji tas-saħħa diġitali, u li sservi bħala tfakkira ċara biex tingħata prijorità lir-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħna biex tingħata attenzjoni akbar kemm lis-saħħa fiżika kif ukoll dik mentali madwar l-UE; jisħaq li d-diġitalizzazzjoni kkontribwiet biex jiġi żgurat l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali matul il-pandemija tal-COVID-19 u ppermettiet li ċerti attivitajiet tas-saħħa u edukattivi jkomplu, inkluż iċ-ċertifikat COVID diġitali, li ppermetta l-libertà tal-moviment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li l-pandemija aggravat kwistjonijiet strutturali eżistenti fl-organizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa u tal-kura pubbliċi tal-Istati Membri, b’mod partikolari finanzjament insuffiċjenti għas-settur madwar l-UE kollha, il-fraġilità tas-servizzi tal-kura primarja, nuqqas ta’ programmi xierqa ta’ sorveljanza u ta’ rapportar, nuqqas ta’ forza tax-xogħol, kwistjonijiet ta’ governanza u nuqqasijiet ta’ prodotti mediċinali u tagħmir mediku, filwaqt li wasslet ukoll għal “eżawriment”<FOOTNOTE><FIELD> Stat ta’ eżawriment emozzjonali, fiżiku u mentali kkawżat minn stress eċċessiv u fit-tul.</FIELD></FOOTNOTE> fost il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-pandemija żiedet ukoll l-inugwaljanzi globali fil-produzzjoni, il-provvista u l-aċċess għal prodotti mediċinali u teknoloġiji tas-saħħa li jistgħu jsalvaw il-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jafferma l-importanza tas-sorveljanza, il-monitoraġġ, il-prevenzjoni, it-tħejjija, it-trasparenza u r-reżiljenza fid-dawl tat-tifqigħat u l-emerġenzi tas-saħħa, b’mod partikolari f’termini ta’ sistemi, provvisti u servizzi tal-kura tas-saħħa, fiż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa u d-diversifikazzjoni globali tal-iżvilupp, il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-provvista f’oqsma ewlenin bħall-mediċini kritiċi u essenzjali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni lokali u li jiġu żviluppati u msaħħa l-kapaċitajiet eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb ir-reżiljenza ġenerali fi żminijiet ta’ kriżijiet tas-saħħa billi jinħolqu inċentivi għall-investiment u l-iżvilupp ta’ linji ta’ produzzjoni fl-UE għall-mediċini, il-vaċċini u tagħmir mediku ieħor, kif ukoll il-materja prima u l-ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-impatt negattiv tal-kriżi tal-COVID-19 fuq is-suq tax-xogħol Ewropew, dwar it-telf ta’ impjiegi mingħajr preċedent, speċjalment fis-settur kulturali u kreattiv, u dwar iż-żieda assoċjata fil-faqar u fid-diverġenzi fl-istandards tal-għajxien, li se jaffettwaw b’mod speċjali liż-żgħażagħ, lin-nisa u lill-ħaddiema f’pożizzjonijiet b’livell baxx ta’ ħiliet, fl-ekonomija informali u fl-impjiegi prekarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li fl-2020, id-dinja ma kinitx lesta biex tlaħħaq mal-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u li l-Ewropa kellha tiffaċċja l-aktar kriżi soċjoekonomika diffiċli tagħha mit-Tieni Gwerra Dinjija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja l-impatt tal-pandemija fuq is-soċjetà u l-ekonomija; ifakkar li l-impatt ekonomiku tal-pandemija kkonċernata, fost l-oħrajn, it-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija u d-disponibbiltà ta’ prodotti bażiċi, bħall-oġġetti tal-ikel, u diversi materji primi, li n-nuqqas tagħhom iwassal għall-għeluq tas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rispons koordinat biex jiġu appoġġjati l-ħaddiema, il-familji, il-persuni li jaħdmu għal rashom, in-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), il-persuni foqra u l-gruppi vulnerabbli, bl-użu ta’ miżuri rilevanti għal kull grupp; ifakkar fil-fatt li l-kriżi kellha impatt fuq partijiet differenti tas-soċjetà b’modi differenti, u amplifikat id-disparitajiet soċjali u ekonomiċi; ifakkar, għalhekk, li għandu jingħata prijorità lill-gruppi soċjalment żvantaġġati u dawk l-aktar affettwati mill-kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq li, filwaqt li l-enfasi kienet biss fuq il-preżervazzjoni tal-kapaċità tal-isptarijiet, id-djar tal-kura sofrew minn nuqqas ta’ tagħmir protettiv, materjali, persunal u għarfien espert biex jiġġieldu l-pandemija, li rriżulta f’rati tal-mortalità eċċessiva fost l-anzjani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-pandemija kkonfermat ir-rwol kruċjali tal-ekonomija soċjali u tal-entitajiet tal-ekonomija soċjali fl-appoġġ tas-sistemi ekonomiċi tagħna b’mod ġenerali, kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ tħejjija u rispons f’dik li hija saħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq u l-assistenza ta’ żgħażagħ, anzjani u popolazzjonijiet vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li l-pandemija tal-COVID-19 affettwat b’mod sproporzjonat il-benesseri mentali ta’ dawk li qed jiffaċċjaw inċertezza finanzjarja, b’konsegwenzi partikolarment negattivi għan-nisa u l-membri tal-popolazzjonijiet vulnerabbli, inkluż il-minoranzi etniċi, il-komunità LGBTQIA+, l-anzjani, il-persuni b’diżabilità u ż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq li l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha affettwaw lin-nisa u lill-irġiel b’mod differenti u enfasizzaw l-inugwaljanzi u n-nuqqasijiet eżistenti fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-pandemija tal-COVID-19 ikkawżat tfixkil mingħajr preċedent fl-edukazzjoni globali minħabba l-għeluq mifrux tal-iskejjel, tluq bikri mill-iskola u t-telf mingħajr preċedent fit-tagħlim, li kollha kemm huma għandhom konsegwenzi edukattivi u soċjali severi, inkluż għas-saħħa mentali u n-nutrizzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ, u jsaħħu r-riskju ta’ żieda fil-vjolenza u l-abbużi; jenfasizza li skont id-WHO, il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal żieda ta’ 25 % fil-prevalenza ta’ ansjetà u dipressjoni madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-pandemija żiedet l-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u fi ħdan il-pajjiżi, li l-istennija tal-għomor fl-Ewropa naqset temporanjament wara t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u li s-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-assistenza soċjali tqiegħdu taħt stress madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Josserva li l-emerġenza medika affettwat il-kundizzjonijiet tas-sigurtà u tal-istabbiltà u r-relazzjonijiet soċjali, biddlet il-modi tax-xogħol u tal-edukazzjoni, kellha impatt fuq diversi gruppi tas-soċjetà u żiedet l-inugwaljanzi globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li niksbu t-tagħlimiet u li nkunu ppreparati aħjar għal kriżijiet futuri tas-saħħa u kriżijiet oħra u jisħaq li jrid jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-disinn, fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politiki, il-leġiżlazzjonijiet, il-finanzjament u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni; jisħaq li aħna għadna qed nivvalutaw l-effetti tal-COVID-19 fuq is-saħħa u s-sistemi u s-servizzi tas-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward tal-COVID fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Ifakkar li 65 000 000 persuna madwar id-dinja u, skont id-WHO, mill-inqas 17 000 000 persuna fl-Ewropa jbatu minn COVID fit-tul, filwaqt li ġew osservati wkoll bħala riżultat ta’ mard ieħor sindromi ta’ infezzjoni postakuta (PAIS) simili; jenfasizza li l-PAIS kollha inkluż l-PASC għandhom raggruppamenti ta’ sintomi komuni, b’mod partikolari li jistgħu jwasslu għal ME/CFS, filwaqt li f’xi pazjenti l-istess sintomi jseħħu wara l-vaċċin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li l-pazjenti jsofru minn kundizzjonijiet sistemiċi ta’ indeboliment ta’ diversi organi li ħafna drabi jiġu dijanjostikati ħażin bħala psikosomatiċi u li l-aggravar tas-sintomi wara kull tip ta’ sforz fiżiku jew mentali huwa sintomu ewlieni ta’ ME/CFS, iżda ġie osservat ukoll f’għadd ta’ pazjenti b’PASC, li huwa r-raġuni għaliex jeħtieġ li jiġi rispettat il-pass; jirrimarka li l-pazjenti jeħtieġu b’mod urġenti dijanjożi u trattament, u għalhekk hemm bżonn ta’ finanzjament immirat għar-riċerka ta’ riċerka trażlazzjonali u klinika u ta’ studji kruċjali sussegwenti; ifakkar li n-nisa jbatu b’mod sinifikanti aktar spiss minn PASC u li huma affettwati l-gruppi kollha ta’ età, inklużi t-tfal u l-adolexxenti; ifakkar li PAIS hija wkoll theddida għall-ekonomija, peress li mard fit-tul jipprevjeni lin-nies milli jirritornaw fis-suq tax-xogħol u jżid ir-riskju tagħhom ta’ tbatija ekonomika; jirrimarka, fid-dawl ta’ pandemiji futuri, li hija meħtieġa strateġija PAIS li tindirizza b’mod komprensiv it-theddida ta’ mard kroniku wara infezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza li l-mard awtoimmunoloġiku b’mod ġenerali mhuwiex mifhum sew<FOOTNOTE><FIELD> Bender, M. et al., “The Terrible Toll of 76 Autoimmune Diseases” (Il-Ħerba Terribbli ta’ 76 Marda Awtoimmuna), <STRING ITALIC="on">Scientific American</STRING>, Vol. 325, No 3, 2021, pp. 31-33.</FIELD></FOOTNOTE> u li PAIS huwa fil-biċċa l-kbira injorat ukoll<FOOTNOTE><FIELD> Choutka, J. et al., “Unexplained post-acute infection syndromes”(Sindromi ta’ infezzjoni postakuta mhux spjegati), <STRING ITALIC="on">Nature Medicine</STRING>, Vol. 28, 2022, pp. 911-923. Root, T., “Can long Covid research unlock other great medical mysteries of our time?” (Tista’ r-riċerka dwar il-COVID fit-tul issib soluzzjoni għal misteri mediċi kbar oħra ta’ żmienna?), <STRING ITALIC="on">The Guardian</STRING>, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-mediċina ta’ aptameru tad-DNA BC 007 qed tindirizza l-awtoimmunità u kellha suċċess fil-fejqan tal-COVID fit-tul fi studju żgħir fl-University Hospital Erlangen u li BC 007 għandha affinità għolja ma’ antikorpi li jeħlu mar-riċettur akkoppjat mal-proteina-G bl-effett ta’ newtralizzazzjoni ta’ dawn l-antikorpi<FOOTNOTE><FIELD> Hohberger, B. et al. “Case Report: Neutralization of Autoantibodies Targeting G-Protein-Coupled Receptors Improves Capillary Impairment and Fatigue Symptoms After COVID-19 Infection (Rapport tal-Każ: Newtralizzazzjoni ta’ Awtoantikorpi li Jimmiraw Riċetturi Akkoppjati mal-Proteina-G Twassal għal Titjib tal-Indeboliment Kapillari u Sintomi ta’ Għeja Wara Infezzjoni bil-COVID-19), <STRING ITALIC="on">Frontiers in Medicine</STRING>, Vol. 8, 2021.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar li l-finanzjament għall-prova klinika tal-fażi II(b) huwa nieqes;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza li r-riċerka xjentifika u l-innovazzjoni - fost affarijiet oħra - ippermettew l-iżvilupp u t-tnedija tal-vaċċini kontra l-COVID-19 fi żmien qasir ħafna u b’hekk salvaw miljuni ta’ ħajjiet madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Josserva li huwa essenzjali li l-Unjoni twettaq riċerka antiċipattiva dwar it-theddid attwali u futur potenzjali, bħar-riskji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, li jirrikjedu tħejjija estensiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jafferma li l-pandemija tal-COVID-19 ingħelbet ukoll bis-saħħa tal-innovazzjoni, ix-xjenza li ppermettiet li jkun hemm vaċċini disponibbli u bis-saħħa tal-intelliġenza kollettiva enormi li wrew il-professjonisti tas-saħħa fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li politika tas-saħħa Ewropea magħquda u koordinata tista’ tkun wieħed mill-fatturi fil-kontribut għall-indirizzar tat-tixrid ta’ informazzjoni falza dwar is-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li fin-nuqqas ta’ politika tas-saħħa Ewropea magħquda u koordinata, tħalla wisq spazju miftuħ għal bosta atturi mhux xjentifiċi li wasslu lill-media informazzjoni perikoluża u falza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq li l-Ewropa tista’ biss tgħaddi minn theddid futur għas-saħħa jekk l-Istati Membri jingħaqdu flimkien f’solidarjetà, jerfgħu r-responsabbiltà u jagħmlu użu mill-istrumenti disponibbli tas-suq uniku biex jikkoordinaw aħjar kemm it-tħejjija kif ukoll il-ġestjoni għall-pandemiji, u jagħtu l-valur miżjud meħtieġ lill-gvernijiet tal-UE u liċ-ċittadini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ prattiki aħjar tal-UE dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika fir-rigward ta’ kontromiżuri għall-kriżijiet, sabiex jissaħħu l-appoġġ u l-fiduċja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifakkar li t-theddid futur għas-saħħa pubblika se jkun fil-biċċa l-kbira tiegħu ta’ natura tranżnazzjonali, u li, għalhekk, hija meħtieġa analiżi tad-diviżjoni tal-kompetenzi rilevanti skont it-Trattati fis-seħħ, u riformi possibbli biex iċ-ċittadini u s-soċjetajiet tal-UE jiġu mħarsa aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet abbażi ta’ evidenza xjentifika u ta’ komunikazzjoni konsistenti, adattata u koordinata filwaqt li jitqiesu l-livelli differenti ta’ litteriżmu fis-saħħa li ċ-ċittadini u n-negozji għandhom mill-partijiet ikkonċernati kollha involuti, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE, l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri, il-komunità xjentifika, is-settur privat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-professjonisti tas-saħħa u tal-pazjenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-governanza tal-UE tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu kkonsultati u jappoġġja l-istabbiliment ta’ kumitati konsultattivi fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex jgħinu fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għal kull politika; jissottolinja l-ħtieġa ta’ għodod ta’ komunikazzjoni differenti li jqisu l-livelli differenti ta’ litteriżmu fis-saħħa li ċ-ċittadini u n-negozji għandhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ prekundizzjonijiet marbuta mal-investimenti pubbliċi fil-vaċċini kontra l-COVID-19, kif ukoll l-iżvilupp tal-mediċini li setgħu ffaċilitaw redditu pubbliku akbar fuq l-investimenti pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob lill-UE tkompli fit-triq lejn l-istabbiliment ta’ Unjoni Ewropea tas-Saħħa li ġġib valur miżjud veru għall-governanza tas-saħħa tal-Istati Membri, speċjalment f’oqsma li ma jistgħux jiġu koperti mill-Istati Membri waħedhom, filwaqt li tirrispetta l-kompetenzi tal-Istati Membri f’dan il-qasam, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet dwar is-saħħa mressqa miċ-ċittadini fir-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jisħaq li l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa futura jeħtiġilha tħejji lill-UE u lill-Istati Membri biex jipprevjenu u jiġġieldu aħjar il-kriżijiet tas-saħħa futura u jtejbu r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa Ewropej; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tiġi evalwata fuq bażi kontinwa t-tħejjija tal-UE għal theddid transfruntier;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja li l-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tan-nies trid tkun prijorità fi kwalunkwe deċiżjoni tal-politika pubblika; jirrikonoxxi li l-maġġoranza tal-azzjonijiet meħuda matul il-pandemija kienu maħsuba biex jissalvagwardjaw id-dritt għas-saħħa u għall-ħajja, iżda li xi azzjonijiet xorta waħda kellhom impatt negattiv fuq drittijiet fundamentali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza li d-drittijiet fundamentali huma drittijiet protetti bil-kostituzzjoni f’kull ħin, anke f’kundizzjonijiet ta’ emerġenza; jenfasizza li, minħabba li l-kriżi kienet bla preċedent u ta’ periklu għall-ħajja, il-gvernijiet kellhom jieħdu azzjoni rapida bi ftit tħejjija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jitlob li s-soċjetà ċivili tkun involuta fl-appoġġ tal-awtoritajiet pubbliċi matul żminijiet ta’ kriżi, meta xieraq, b’mod partikolari l-assoċjazzjonijiet u n-networks li jispeċjalizzaw fid-drittijiet fundamentali biex it-tfassil tal-politika jiġi adattat aħjar ħalli jiġu rrispettati d-drittijiet tan-nies;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jinnota li r-rwoli tat-tfassil tal-liġijiet u tal-iskrutinju tal-parlamenti nazzjonali ddgħajfu f’xi Stati Membri, inkluż permezz tad-delega tas-setgħat leġiżlattivi lill-eżekuttiv u l-implimentazzjoni ta’ proċeduri leġiżlattivi ta’ emerġenza u rapidi, u li dawn id-deċiżjonijiet iridu jiġu rieżaminati kif xieraq biex jiġi żgurat li jsegwu standards demokratiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-UE biex iżżid is-soluzzjonijiet għall-aċċess globali għall-vaċċini u għall-mediċini matul il-pandemija permezz ta’ inizjattivi kollaborattivi bħall-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 u l-COVAX, iżda jirrikonoxxi li l-UE jeħtieġ li tkun ħafna aktar minn mexxej globali biex tiżgura li jkollha rwol ċentrali fil-prevenzjoni ta’ theddid futur għas-saħħa, it-tħejjija u r-rispons għalih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar diversità globali fil-produzzjoni u fil-provvista ta’ prodotti tas-saħħa u ta’ kontromiżuri pandemiċi biex tiġi pprevenuta u mtaffija l-iskarsezza tal-provvista u l-inugwaljanzi globali fl-aċċess għal dawn il-prodotti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-ambizzjoni tal-UE li tgħin fit-trawwim tas-sovranità tas-saħħa fl-Afrika u li tappoġġja l-manifattura tal-vaċċini fl-Afrika u fl-Amerka Latina; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodisfaw dawn l-ambizzjonijiet billi jiżguraw trasferiment teknoloġiku sħiħ lill-produtturi lokali u billi jistabbilixxu mekkaniżmi u finanzjament għas-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinnota bi tħassib li filwaqt li fl-2021 il-COVAX kellu l-għan li jakkwista u jipprovdi żewġ biljun doża, sa tmiem dik is-sena ġew ikkonsenjati inqas minn biljun doża b’aktar minn 40 % minnhom ikunu dożi b’donazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota bi tħassib li bejn l-2020 u l-2022, l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 wassal biss 150 000 000 test għall-COVID-19, jew 3 % tal-4 800 000 000 test meħtieġ biex jilħaq il-mira tiegħu ta’ 100 test għal kull 100 000 persuna kuljum;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>1.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Saħħa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(a)	Il-bini tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa għall-prevenzjoni ta’ theddid transfruntier għas-saħħa, it-tħejjija u r-rispons għalih</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons tal-UE għat-theddid transfruntier għas-saħħa
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jemmen li l-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tat-theddid transfruntier eżistenti u futur għas-saħħa pubblika, it-tħejjija għalih u r-rispons għalih iridu jikkostitwixxu l-pedamenti tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, bil-għan li jissaħħu r-reżiljenza, il-kwalità u l-aċċess ugwali għas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-UE għal kulħadd, kif ukoll għall-pajjiżi b’introjtu baxx u medju barra mill-UE u l-pajjiżi fin-Nofsinhar Globali, u biex tkun ippreparata aħjar f’każ ta’ pandemija ġdida jew kriżi tas-saħħa oħra fuq skala kbira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar li l-provvista ta’ investimenti adegwati fis-sistemi u s-servizzi tas-saħħa pubblika fil-livelli nazzjonali u reġjonali, inkluż il-finanzjament sostenibbli tal-politiki nazzjonali ta’ immunizzazzjoni, u l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għal dawk is-servizzi, it-titjib tal-integrazzjoni u l-koordinazzjoni tal-isfidi kondiviżi fil-kura tas-saħħa, u l-istabbiliment ta’ skemi konġunti ta’ akkwist tal-vaċċini u trattament biex tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tagħhom iridu jkunu prijorità sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota li waħda mill-ipoteżijiet ewlenin appoġġjati mill-komunità xjentifika dwar l-oriġini tal-pandemija tal-COVID-19 hija li l-virus tfaċċa bħala tixrid żoonotiku; jirrikonoxxi li l-aktar mod effettiv u kosteffettiv biex jiġu pprevenuti pandemiji ta’ oriġini żoonotika huwa li l-ewwel nett jiġi evitat, meta possibbli, it-tixrid ta’ patoġeni fil-bnedmin, fl-organiżmi selvaġġi u f’annimali oħra; jirrakkomanda, għalhekk, li l-approċċ ta’ Saħħa Waħda jiġi implimentat permezz ta’ politiki, leġiżlazzjoni u riċerka pubbliċi bl-involviment ta’ diversi setturi<FOOTNOTE><FIELD> Sachs, J. D. et al., “The <STRING ITALIC="on">Lancet</STRING> Commission on lessons for the future from the COVID-19 pandemic” (Il-Kummissjoni <STRING ITALIC="on">Lancet</STRING> dwar lezzjonijiet għall-futur mill-pandemija tal-COVID-19), <STRING ITALIC="on">The Lancet</STRING>, Vol. 400, 2022, pp. 1224-80.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri naqqsu l-infiq fuq is-saħħa pubblika f’dawn l-aħħar deċennji; jissottolinja li dak it-tnaqqis finanzjarju kien strumentali fin-nuqqas tal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika li jidentifikaw il-COVID-19 fl-istadji preċedenti tiegħu, li rriżulta li ma setgħux aktar tard jiffaċċjaw il-pandemija b’għodod u riżorsi xierqa meta l-aktar meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinvestu aktar fil-kura tas-saħħa primarja u l-integrazzjoni tal-aspetti soċjoekonomiċi tas-saħħa, inkluż billi jagħmlu użu sħiħ mill-programm l-UE għas-Saħħa, filwaqt li jindirizzaw l-isfidi relatati ma’ dan il-fond, sabiex iżidu l-kapaċità u l-flessibbiltà fis-servizzi tal-kura tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jitlob li l-organizzazzjoni tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tiġi ottimizzata biex tiġi pprevenuta pressjoni eċċessiva fuq l-isptarijiet jew fuq is-servizzi ta’ emerġenza, b’mod partikolari fi żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw pjan ta’ ġestjoni tal-kriżijiet tas-saħħa pubblika u jissuġġerixxi li jsir użu minn strumenti finanzjarji, bħall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jew il-Fond ta’ Koeżjoni, u li jsir investiment f’approċċ preventiv għas-saħħa, għall-forza tax-xogħol fil-kura tas-saħħa u għall-edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Ifakkar fid-diffikultà tal-aċċess għal testijiet dijanjostiċi - bħat-testijiet tar-reazzjoni katina bil-polimerażi (PCR) - matul l-ewwel mewġiet tal-pandemija, li ma kinitx tippermetti li tiġi vverifikata l-preżenza ta’ infezzjoni, li wasslu biex il-perjodi ta’ iżolament tan-nies wara kuntatt ma’ persuni pożittivi jew li wrew xi sintomi jittawlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jitlob li jiġu kkunsidrati miżuri, bħall-użu ta’ teknoloġiji avvanzati ta’ ttestjar u skrining għal dijanjosi bikrija, peress li dawn iżidu l-għarfien rilevanti f’setturi differenti tas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien li ġej ta’ network Ewropew ta’ laboratorji ta’ referenza biex jiġu appoġġjati l-laboratorji ta’ referenza nazzjonali, jiġu promossi prattiki tajbin u jitħeġġeġ l-allinjament volontarju mill-Istati Membri dwar id-dijanjostika, il-metodi tal-ittestjar u s-sorveljanza, in-notifika u r-rapportar tal-mard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipproponu rakkomandazzjonijiet dwar skemi u programmi nazzjonali ta’ skrinjar aċċessibbli għall-pazjenti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-professjonisti tal-kura primarja jiġu pprovduti b’aktar riżorsi u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw l-iskemi ta’ tagħlim tul il-ħajja kif meħtieġ mil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE sabiex jiġi żgurat li l-ħiliet tagħhom jibqgħu rilevanti u jkunu jistgħu jirrispondu b’mod effettiv għall-kriżijiet tas-saħħa pubblika; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiffinanzjaw b’mod adegwat il-kura primarja u jagħmluha aċċessibbli għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni stabbiliet riżorsi ta’ konsulenza xjentifika kmieni, bħall-pjattaforma ta’ parir xjentifiku għall-COVID-19, f’kooperazzjoni ma’ esperti mill-Istati Membri, li għenu biex it-tfassil tal-politika jiġi informat b’mod koordinat; jissottolinja l-importanza ta’ pariri xjentifiċi multidixxiplinari għal tfassil tajjeb tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa jiddikjara li l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’aġġornament dwar l-aħħar sitwazzjoni fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-prevenzjoni, tat-tħejjija u tar-rispons fil-livell nazzjonali; jistieden lill-Istati Membru biex b’mod urġenti jwettqu testijiet tal-istress fuq is-sistemi tagħhom tal-kura tas-saħħa biex jidentifikaw dgħufijiet u jivverifikaw li huma mħejjija għall-possibbiltà li l-COVID-19, kif ukoll kwalunkwe kriżi tas-saħħa futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jenfasizza li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE għandhom jimmobilizzaw għarfien espert xjentifiku f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u lil hinn b’mod koordinat u multidixxiplinari, permezz ta’ mezzi u strutturi stabbiliti jew ipprovduti legalment, skont in-natura tat-theddida identifikata, jew il-miżura li għandha titħejja, u li l-valutazzjoni korrispondenti mħejjija mill-esperti għandha tiġi żviluppata bl-użu ta’ proċess kompletament trasparenti u abbażi tal-prinċipji ta’ eċċellenza, indipendenza, imparzjalità u trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jenfasizza li l-esperti kkonsultati f’dan il-kuntest ma għandu jkollhom l-ebda interess finanzjarju jew interess ieħor li jista’ jitqies bħala ta’ preġudizzju għall-indipendenza tagħhom, u li għandhom jagħmlu dikjarazzjoni tal-interessi finanzjarji u interessi oħra tagħhom, billi jaġġornawha kull sena u kull meta jkun meħtieġ f’konformità mal-proċeduri previsti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-UE; iqis li l-esperti għandhom jiżvelaw ukoll kwalunkwe fatt ieħor li jsiru jafu bih matul l-involviment tagħhom f’tali proċeduri li jistgħu jkunu raġonevolment mistennija li jinvolvu jew jagħtu lok għal kunflitt ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju pilota dwar l-ingranaġġ tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tas-saħħa fl-UE, biex jiġi żgurat aċċess aħjar għal prodotti mediċi bi prezz raġonevoli, u tinħoloq ekosistema tar-riċerka dinamika u ffinanzjata tajjeb;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Ir-rwol tar-Regolament dwar it-theddid transfruntier serju għas-saħħa, iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) u Awtorità għat-Tħejjija u għar-Rispons f’Każ ta’ Emerġenza tas-Saħħa (HERA)
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jirrikonoxxi l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa, ir-Regolament (UE) 2022/123 dwar il-mandat estiż tal-EMA, ir-Regolament (UE) 2022/2370 li jsaħħaħ il-mandat tal-ECDC<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2370 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Novembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 851/2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard (ĠU L 314, 6.12.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u l-ħolqien tal-HERA bħala eżempji ta’ strumenti importanti tal-UE li se jippermettu lill-UE ssir aktar reżiljenti u effettiva, hekk kif nimxu lejn approċċ aktar sostenibbli u orjentat lejn is-saħħa waħda għall-prevenzjoni, it-tħejjija u l-ġestjoni ta’ kwalunkwe emerġenza tas-saħħa futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni akbar fost l-EMA, l-ERA, l-ECDC u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, f’kooperazzjoni mal-industrija, biex il-manifattura tkun tista’ tiżdied matul emerġenzi tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jinkoraġġixxi li titqies il-koordinazzjoni fost l-Istati Membri u l-aġenziji jew il-korpi rilevanti tal-Unjoni, l-infrastrutturi tar-riċerka u d-WHO, f’konformità mar-regolamenti internazzjonali tas-saħħa; jitlob li l-UE tingħata kapaċità mtejba biex tikkoordina u tiżviluppa strateġiji omoġenji dwar dawn il-kwistjonijiet billi tuża bis-sħiħ il-kompetenzi attwali previsti mit-Trattati u tesplora riformi possibbli fl-interess taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħolqien tal-HERA, bħala korp tant meħtieġ biex tittejjeb it-tħejjija tal-UE għal emerġenzi tas-saħħa, billi jiġu żgurati d-disponibbiltà ta’ kontromiżuri mediċi u l-aċċess ugwali għalihom u billi jingħata kontribut għall-prevenzjoni u l-identifikazzjoni ta’ emerġenzi tas-saħħa, u l-prevenzjoni u r-rispons rapidu għalihom; jissottolinja madankollu li sabiex tissodisfa l-mandat tagħha u tilħaq l-objettivi tagħha, l-HERA għandha ssir aġenzija indipendenti tal-UE b’finanzjament suffiċjenti; iqis li, jekk l-HERA tiġi aġġornata għal aġenzija awtonoma, dan iżid il-livell ta’ trasparenza u skrutinju demokratiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jemmen li l-HERA tista’ tgħin biex tantiċipa, tinċentiva u tiżviluppa flimkien aċċess rapidu, ugwali u sostenibbli għall-prodotti mediċi matul u lil hinn miż-żminijiet ta’ kriżi; jenfasizza li t-theddid transfruntier għas-saħħa jirrikjedi rispons internazzjonali u li l-HERA, flimkien ma’ direttorati oħra tal-Kummissjoni, għandha għalhekk tkun mgħammra bl-għodod legali u finanzjarji meħtieġa biex jiġi żgurat it-trasferiment teknoloġiku, inkluż lill-produtturi f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-użu tal-Artikolu 122 tat-TFUE għall-istabbiliment tal-HERA, u li l-Parlament ġie eskluż mill-ħolqien ta’ din il-parti importanti tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq li l-Parlament għandu jkollu setgħat ta’ skrutinju u l-kapaċità li jissorvelja l-HERA, u b’hekk jikkontribwixxi għall-obbligu ta’ rendikont u għat-trasparenza; itenni l-ħtieġa li l-Parlament jiġi mistieden bħala osservatur fil-bord tal-kriżi tas-saħħa li għandu jiġi stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2372;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Ifakkar li, sal-31 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni jeħtiġilha twettaq evalwazzjoni biex tirrieżamina l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transkonfinali serju għas-saħħa mill-HERA, kif ukoll valutazzjoni tal-ħtieġa li l-HERA tiġi stabbilita bħala entità distinta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jistenna bil-ħerqa l-istabbiliment ta’ memorandum ta’ qbil bejn id-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, l-HERA u aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni, u r-rieżami jew il-valutazzjoni tagħhom, hekk kif l-HERA ssir aġenzija sħiħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jinżammu disponibbli kapaċitajiet addizzjonali tal-manifattura tal-vaċċini u tal-mediċini fl-Ewropa u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għall-proġett EU FAB, network ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni “dejjem lesti” għall-manifattura tal-vaċċini u tal-mediċini li jistgħu jiġu attivati f’każ ta’ kriżijiet futuri tas-saħħa u nuqqas ta’ mediċini essenzjali, bħala tweġiba għall-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ l-attivitajiet ta’ produzzjoni industrijali tagħha upstream u downstream fir-rigward tal-produzzjoni diversifikata tat-teknoloġija tat-tilqim u tal-vaċċini għall-APIs, il-mediċini, il-vaċċini, il-prodotti mediċi u soluzzjonijiet terapewtiċi oħra fil-fażijiet kollha tal-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jisħaq li fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ mediċini<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “In-nuqqas ta’ mediċini – kif nindirizzaw problema emerġenti”.</FIELD></FOOTNOTE>, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-possibbiltà li joħolqu impriża farmaċewtika Ewropea mingħajr skop ta’ qligħ, jew aktar minn waħda, li joperaw fl-interess pubbliku biex jimmanifatturaw prodotti mediċinali fin-nuqqas ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-provvista u jiġi pprevenut in-nuqqas possibbli ta’ mediċini f’każijiet ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kollaborazzjoni mal-Parlament, ikollha rwol fokali fil-kooperazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha, fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet mediċi u fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tar-riċerka; jemmen li dawn is-sħubijiet huma strumentali biex jaċċeleraw ir-rispons għall-pandemiji u għat-theddid għas-saħħa, filwaqt li tinżamm kapaċità sigura; jissottolinja li s-sħubijiet mas-settur privat għandhom jiġu ggwidati u allinjati mal-interess pubbliku u li għandhom jiġu żgurati r-redditi pubbliċi fuq l-appoġġ pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jinnota li d-domanda urġenti u bla preċedent għal mediċini u għal kontromiżuri mediċi matul il-pandemija tal-COVID-19 ittestjat ir-riżorsi tal-EMA u tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u kienet teħtieġ li wieħed jirrikorri għal miżuri ad hoc;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ċentrali tal-EMA fl-implimentazzjoni ta’ miżuri li jippermettu proċessi regolatorji flessibbli u rapidi, filwaqt li jiżguraw is-sikurezza u l-effikaċja tal-vaċċini u l-prodotti mediċi, kif ukoll il-ħidma ta’ farmakoviġilanza tagħha, l-għoti rapidu ta’ pariri xjentifiċi, ir-rieżami kontinwu u l-awtorizzazzjoni kondizzjonali għat-tqegħid fis-suq; jenfasizza l-potenzjal u l-valur miżjud li dan l-approċċ ipprovda matul il-pandemija, inkluż ir-rieżami kontinwu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jesploraw l-applikazzjoni ta’ approċċ simili lil hinn minn sitwazzjonijiet ta’ pandemija u għal armonizzazzjoni akbar tal-proċeduri regolatorji, inklużi ħinijiet ta’ approvazzjoni aċċellerati u spejjeż imnaqqsa, filwaqt li tiġi żgurata s-sikurezza tal-pazjenti; jenfasizza li dawn il-prodotti mediċi fl-aħħar mill-aħħar jeħtieġ li jgħaddu minn awtorizzazzjoni sħiħa għat-tqegħid fis-suq biex jinżammu salvagwardji dwar is-sikurezza u l-effikaċja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jirrakkomanda li d-deċiżjonijiet tal-EMA dwar l-approvazzjoni ta’ vaċċini u prodotti mediċinali jsiru direttament applikabbli fl-Istati Membri, f’każ ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Iqis li l-fatt li l-aġenziji regolatorji kollha jkollhom persunal tajjeb huwa prerekwiżit biex jippermettu veloċità u flessibbiltà u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinvestu aktar fir-riżorsi tal-EMA u tal-aġenziji nazzjonali tal-mediċina sabiex iżidu l-kapaċità tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jirrakkomanda li matul l-attivitajiet tagħha, l-HERA timplimenta mekkaniżmi b’saħħithom ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, simili għal dawk stabbiliti mill-EMA, sabiex tiżgura li l-pjanijiet ta’ kontinġenza futuri għall-pandemija jiġu skrutinizzati sew u li jiġu evitati impatti mhux previsti għal kundizzjonijiet oħra ta’ mard kull fejn ikun possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jitlob koordinazzjoni Ewropea akbar għat-tbassir u s-sorveljanza epidemjoloġiċi f’waqthom immexxija mill-ECDC, f’kooperazzjoni mal-EMA, l-HERA u l-Istati Membri, u li jitwettqu studji dwar l-użu ta’ mediċini eżistenti f’każ ta’ mard ġdid, li jtejbu l-kapaċità ta’ tħejjija ġenerali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jinnota b’apprezzament li, fl-ambitu tal-mandat il-ġdid tal-EMA, it-Task Force ta’ Emerġenza tagħha ħadet f’idejha l-attivitajiet tat-task force tagħha għall-pandemija tal-COVID-19 u saret korp permanenti tal-EMA, filwaqt li tejbet l-interazzjonijiet mal-Kummissjoni, l-iżviluppaturi ta’ prodotti mediċinali u apparat mediku u akkademiċi, kif ukoll il-koordinazzjoni ma’ aġenziji oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Josserva li l-Kummissjoni tat awtorizzazzjoni tas-suq kondizzjonali għall-vaċċini għall-COVID-19, wara li rċeviet ir-rakkomandazzjoni tal-EMA u l-konsultazzjoni tagħha mal-Istati Membri tal-UE, abbażi tal-fatt li l-benefiċċji tal-vaċċini jkunu ferm akbar mir-riskji potenzjali tagħhom u b’salvagwardji u kontrolli obbligatorji u riġidi ta’ wara l-approvazzjoni; ifakkar li d-disponibbiltà fil-pront tal-vaċċini fis-suq, ikkomplementata mill-użu ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali għat-tqegħid fis-suq, ikkontribwiet għal tnaqqis notevoli fl-imwiet u l-ammissjonijiet fl-isptar fl-UE, kif ukoll il-protezzjoni ġenerali mill-aktar effetti severi tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jissottolinja li l-awtorizzazzjoni kundizzjonali tas-suq hija għodda xierqa biex titħaffef l-awtorizzazzjoni tal-vaċċini f’emerġenza tas-saħħa pubblika bħall-pandemija tal-COVID-19; ifakkar li l-awtorizzazzjoni kundizzjonali għandha tkun limitata fiż-żmien u li l-kumpaniji għandhom japplikaw għal awtorizzazzjonijiet regolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-EMA u lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu vantaġġ mill-isforzi prammatiċi kollha li saru matul il-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari f’termini ta’ flessibbiltà regolatorja, bil-għan li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tal-mediċini b’mod effettiv, inklużi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jappoġġja l-użu ta’ din il-proċedura għat-tqegħid fis-suq għal prodotti mediċinali ta’ interess terapewtiku ewlieni fi żminijiet ta’ kriżi u lil hinn minnhom, meta xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jinnota li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE ma identifikawx is-serjetà tal-pandemija emerġenti tal-COVID-19 fil-ħin, u li d-dewmien fil-komunikazzjoni u r-reazzjoni bil-mod wasslu għat-tixrid tal-marda biex issir pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Iqis li dan kien ir-riżultat, fost l-oħrajn, ta’ nuqqas ta’ kondiviżjoni tad-data mill-awtoritajiet Ċiniżi, nuqqas ta’ kondiviżjoni f’waqtha ta’ data mill-Istati Membri, u nuqqas ta’ finanzjament u riżorsi adegwati għas-sorveljanza tas-saħħa pubblika, it-tħejjija għall-pandemija u l-epidemjoloġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jappella għal aktar ċarezza dwar id-distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-ECDC u l-HERA fir-rigward tas-sorveljanza tal-pandemija biex tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-kompetenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jappoġġja l-mandat estiż tal-ECDC, peress li jipprovdi riżorsi akbar u oqsma addizzjonali ta’ kompetenza biex jippermetti monitoraġġ aħjar tal-mard fl-UE, itejjeb il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons Ewropej u jimmonitorja l-impatt tal-mard komunikabbli fuq il-mard mhux komunikabbli ewlieni;
</ACTION><ACTION>
(iii)	L-Istrateġiji tal-UE dwar il-vaċċini u l-prodotti terapewtiċi
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-istrateġija tal-UE ta’ tilqim kienet suċċess u li l-għan primarju u l-kisba tal-ġenerazzjoni attwali tal-vaċċini tas-SARS-CoV-2 huma li jiġu evitati mard serju, mewt u morbożità; jirrikonoxxi li l-vaċċini awtorizzati mill-EMA huma effettivi f’dan ir-rigward, kif muri mill-proċess ta’ tilqim kontra l-COVID-19; jissottolinja li t-tilqim f’waqtu salvaw madwar 250 000 ħajja<FOOTNOTE><FIELD> OECD/EU, “Health at a Glance: Europe 2022: State of Health in the EU Cycle” (Ħarsa lejn is-Saħħa: Ewropa 2022: l-Istat tas-Saħħa fiċ-Ċiklu tal-UE), Pubblikazzjoni OECD, Pariġi, 2022, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE> u evitaw każijiet ta’ COVID fit-tul fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-litteriżmu fis-saħħa u tal-edukazzjoni dwar is-saħħa fil-prevenzjoni, fit-tħejjija u fir-rispons għat-theddid għas-saħħa u li dan jikkontribwixxi għall-fehim aħjar tal-popolazzjoni dwar il-kontromiżuri u l-valutazzjoni tar-riskju ta’ theddid differenti; jissottolinja li l-kampanji tal-edukazzjoni dwar is-saħħa bbażati fuq l-aħħar evidenza xjentifika jistgħu jgħinu biex tittejjeb l-imġiba tal-popolazzjoni f’dan ir-rigward, u għandhom iqisu l-persuni li qed jesperjenzaw l-esklużjoni u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità fit-tagħlim; jisħaq li l-isforzi kollha biex jiżdied il-litteriżmu fis-saħħa, inkluż il-litteriżmu diġitali, għandhom iqisu l-persuni li qegħdin jesperjenzaw esklużjoni u l-ħtiġijiet tal-persuni b’diżabilità fit-tagħlim; jissottolinja li għandhom jitqiesu l-inugwaljanzi fl-għarfien dwar it-teknoloġiji tal-IT, flimkien mal-aċċess għalihom u l-użu tagħhom, kif ukoll fid-diskrepanzi reġjonali, nazzjonali, soċjali u ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Iqis li l-ħeffa li biha r-riċerkaturi żviluppaw protezzjoni effettiva tal-vaċċini kienet bla preċedent u li l-UE wriet tmexxija fir-rispons globali għall-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jenfasizza li l-iżvilupp u l-użu ta’ portafoll varjat ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 magħmul minn pjattaformi multipli biex jiġu indirizzati varjanti differenti tal-virus u eżiti aħjar tal-pazjenti kkostitwew bidla radikali fil-pandemija, u dan ippermetta l-aħjar għażla għal kull pazjent u żid il-fiduċja pubblika fit-tilqim, u sostnew ir-rwol importanti tar-riċerka u l-iżvilupp tal-vaċċini inċentivati minn sussidji pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jissottolinja li r-rispons rapidu kien ir-riżultat ta’ deċennji ta’ investimenti pubbliċi fir-riċerka dwar il-mard infettiv u s-sejbiet minnha, bħall-HIV u t-tuberkulożi, u l-kapaċità li tiżdied il-produzzjoni; jirrakkomanda li jkun hemm kundizzjonijiet aħjar mal-finanzjament pubbliku għall-futur, fir-rigward tal-istandards ta’ trasparenza dwar l-użu tal-fondi pubbliċi, it-trasferimenti tal-għarfien espert u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jisħaq li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE għandha tiżgura li l-Ewropa tibqa’ destinazzjoni attraenti għall-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni u għandha toħloq ambjent tan-negozju fejn l-industrija farmaċewtika taħdem fl-interess tal-pazjenti u taċ-ċittadini; jafferma mill-ġdid il-konvinzjoni tiegħu li din l-effiċjenza setgħet diġà tjiebet li kieku l-Unjoni kienet inqas dipendenti fuq ċerti prodotti farmaċewtiċi u mediċi essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tal-ittestjar fit-trażżin tat-tixrid tal-virus; itenni l-ħtieġa li jiġu pprovduti ħażniet ta’ materjali u reaġenti għall-ittestjar u t-tampuni; jemmen li huwa importanti li jsir investiment f’tekniki innovattivi għall-identifikazzjoni tas-SARS-CoV2 u ta’ viruses oħrajn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija tal-UE dwar il-prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19; jenfasizza li t-terapewtiċi huma komplementari għall-vaċċini u huma partikolarment ta’ benefiċċju għall-protezzjoni ta’ persuni immunokompromessi u ta’ gruppi oħra soġġetti għal effikaċja aktar baxxa tal-vaċċin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ monitoraġġ u valutazzjoni kontinwi tal-vaċċini kontra l-COVID-19 mill-EMA u mill-Istati Membri, inkluż it-traċċar tal-effetti sekondarji potenzjali; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta’ modi faċli biex jiġu rrapportati l-effetti sekondarji u l-pubblikazzjoni regolari ta’ informazzjoni dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jisħaq li l-Ewropa tista’ biss tgħaddi minn pandemiji futuri jekk il-familja Ewropea tingħaqad f’solidarjetà u responsabbiltà, u tuża bis-sħiħ il-kapaċitajiet tagħha biex tikkoordina aħjar u twassal il-valur miżjud meħtieġ lill-gvernijiet tal-UE u liċ-ċittadini tagħhom, permezz ta’ kollaborazzjoni aħjar mar-reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej (PTEE) spiss esposti għal mard u żoonożijiet speċifiċi li l-għarfien tagħhom aktarx imexxi ’l quddiem ir-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ ħarsa ġenerali komprensiva dwar l-iżvilupp tal-COVID-19 f’partijiet differenti tad-dinja, bħar-reġjuni ultraperiferiċi, biex jiġu identifikati u indirizzati aħjar id-differenzi minħabba l-klimi tropikali; jirrikonoxxi l-importanza li jitqiesu l-esperjenzi u l-għarfien mir-reġjuni ultraperiferiċi f’termini ta’ mard infettiv u żoonożi; jenfasizza l-ħtieġa ta’ network ta’ esperti fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej għal antiċipazzjoni aħjar u għarfien mediku fl-ambjenti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jisħaq li r-reġjuni ultraperiferiċi mill-aspett ekonomiku ġew affettwati aktar minn konfinamenti suċċessivi, b’mod partikolari minħabba d-distanza ġeografika tagħhom u d-dipendenza qawwija tagħhom fuq kunsinni ta’ neċessitajiet bażiċi; iżid jgħid li l-għeluq tal-portijiet u l-limiti tal-merkanzija kellhom impatt partikolarment negattiv fuq dawn it-territorji kollha, li wassal għal żieda sinifikanti ħafna fl-għoli tal-ħajja; jirrakkomanda li fil-futur jiġi introdott servizz minimu biex tiġi żgurata l-provvista ta’ materja prima u l-prodotti tal-konsumatur essenzjali għal dawn it-territorji, f’konformità mal-Artikolu 349 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni msaħħa ma’ esperti mir-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE dwar il-ġestjoni u t-trattament tal-mard tropikali bħad-dengue, iċ-chikungunya jew iz-zika, li joħolqu ħsara kollaterali flimkien mal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jinnota li l-istrateġija dwar it-tilqim, mhux biss għall-COVID-19, tibqa’ kompetenza nazzjonali, u jappella għal rwol ta’ koordinazzjoni aktar b’saħħtu għall-UE biex jiġu armonizzati l-iskeda ta’ żmien, l-ambitu u l-eżiti tal-amministrazzjoni tal-vaċċini fl-Istati Membri kollha; jirrikonoxxi t-tilqim bħala pilastru ewlieni ta’ sistemi tas-saħħa reżiljenti, benesseri tas-soċjetà u ekonomija b’saħħitha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi indirizzat il-mard komunikabbli bħala theddida transfruntiera għas-saħħa pubblika, li tirrikjedi objettivi komuni u standards minimi għal kampanji ta’ tilqim, sabiex jingħelbu d-disparitajiet ewlenin fil-kopertura tat-tilqim bejn u fi ħdan l-Istati Membri u titnaqqas l-eżitazzjoni għat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jinnota bi tħassib it-trasferiment tar-riskji finanzjarji relatati mar-responsabbiltà għal effetti negattivi serji għall-vaċċini kontra l-COVID-19 lill-Istati Membri u r-riskju li dan isir prattika standard; jenfasizza li, għall-pandemiji u għall-vaċċini akkwistati pubblikament, għandhom jiġu rrispettati r-regoli standard għar-responsabbiltà għall-mediċini; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-HERA jiżguraw li r-responsabbiltà tal-prodott tibqa’ f’idejn il-manifatturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra skedi Ewropej komuni ta’ tilqim għall-infezzjonijiet trażmissibbli, jekk ikun meħtieġ; jirrakkomanda finanzjament sostenibbli għall-politiki nazzjonali ta’ immunizzazzjoni biex jiġi żgurat aċċess ekwu għas-servizzi tat-tilqim; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu żviluppati azzjonijiet ta’ politika biex jiġu protetti l-popolazzjonijiet immunokompromessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tnaqqis fil-fiduċja fil-vaċċini hija xejra ta’ tħassib f’ħafna pajjiżi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-eżitazzjoni għat-tilqim u jindirizzaw il-miżinformazzjoni billi jippromwovu l-informazzjoni u l-edukazzjoni pubblika permezz ta’ pjan ta’ komunikazzjoni ċar u trasparenti, li jieħu jisfrutta t-teknoloġiji diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Unjoni ma akkumpanjatx l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ tilqim b’kampanja qawwija ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-benefiċċji tat-tilqim; jitlob lill-Unjoni tiġġieled kontra l-miżinformazzjoni u l-indħil barrani fl-istrateġija tal-UE għall-vaċċini b’mod aktar effettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jissottolinja li l-vaċċini kontra l-COVID-19 ipprevenew miljuni ta’ mwiet<FOOTNOTE><FIELD> Sachs, J. D. et al., “The <STRING ITALIC="on">Lancet</STRING> Commission on lessons for the future from the COVID-19 pandemic” (Il-Kummissjoni <STRING ITALIC="on">Lancet</STRING> dwar lezzjonijiet għall-futur mill-pandemija tal-COVID-19), <STRING ITALIC="on">The Lancet</STRING>, Vol. 400, 2022, pp. 1224-80.</FIELD></FOOTNOTE> u mard kliniku sever; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkomunikaw b’mod trasparenti r-reazzjonijiet avversi; jemmen li t-trasparenza sħiħa, il-ġustizzja u s-solidarjetà jibnu l-fiduċja fit-tilqim;
</ACTION><ACTION>
(IV)	Ir-reżiljenza, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jinnota li, fil-bidu tal-pandemija, ħafna sistemi u servizzi tas-saħħa tal-Istati Membri ma kinux ippreparati biex ilaħħqu mal-kobor ta’ tali kriżi; jirrimarka li t-tnaqqis baġitarju fis-sistemi pubbliċi tal-kura tas-saħħa, b’mod partikolari t-tagħmir, il-persunal u l-faċilitajiet, kien wieħed mill-kawżi ewlenin li l-Istati Membri ma kinux qed jitħejjew b’mod adegwat għall-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi promossa r-reżiljenza u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali billi jsir investiment fis-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jissottolinja li, għalkemm l-impatt tal-pandemija kien differenti f’kull Stat Membru, huma ffaċċjaw ostakli komuni, fost l-oħrajn, fil-koordinazzjoni nazzjonali, il-kooperazzjoni mal-esperti, il-finanzjament tar-riċerka, l-iskambji tad-data u l-kooperazzjoni u s-solidarjetà fi ħdan l-Istati Membri; jenfasizza, barra minn hekk, li l-isfidi komuni kienu jinvolvu żieda f’daqqa fid-domanda għas-servizzi tal-kura tas-saħħa, nuqqas ta’ sodod f’unitajiet ta’ kura intensiva (ICUs), nuqqas ta’ persunal, nuqqas ta’ pjanijiet ta’ tħejjija, strutturi ta’ governanza mhux ċari, ħażniet strateġiċi insuffiċjenti ta’ tagħmir protettiv personali, pjanijiet inadegwati għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-infezzjonijiet f’diffikultà ġenerali filwaqt li ċ-ċittadini jiġu pprovduti b’servizzi tal-kura tas-saħħa xierqa u diffikultajiet biex jikkomunikaw b’mod effettiv mal-pubbliku; jissottolinja li l-istabbiliment u l-aġġornament ta’ pjanijiet ta’ sorveljanza, monitoraġġ u tħejjija u d-determinazzjoni ta’ strutturi ta’ governanza ċari għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali għandhom ikunu prijorità; jissottolinja l-ħtieġa ta’ sptarijiet u ċentri tal-kura tas-saħħa reżiljenti li jistgħu jiġu kkonvertiti malajr u b’mod effiċjenti f’faċilitajiet biex jgħinu matul emerġenzi epidemiċi, filwaqt li jiġi evitat tfixkil fis-servizzi regolari tal-kura tas-saħħa; jenfasizza r-rwol li għandha l-kriżi dejjem tikber tan-nuqqas ta’ ħaddiema tas-saħħa, inkluż l-“eżodu ta’ mħuħ”, f’dan il-kuntest u jissottolinja li din ix-xejra qed timmina l-kapaċità ta’ ċerti Stati Membri li jipprovdu servizzi pubbliċi tal-kura tas-saħħa adegwati; iħeġġeġ għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta biex jindirizzaw din il-kriżi fit-terminu qrib, medju u twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jilqa’ l-azzjonijiet ta’ solidarjetà meħuda minn kumpaniji privati biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta’ tagħmir protettiv personali, it-tagħmir mediku u l-alkoħol, meħtieġa għall-prodotti tal-iġjene, u jaċċelleraw il-produzzjoni tagħhom; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata lista ta’ prijorità li tagħti dettalji dwar it-tagħmir u l-provvisti essenzjali li għandhom jinħażnu, li tiġi żgurata kura adegwata tal-pazjent u li jiġu mminimizzati r-riskji ta’ infezzjoni għall-persunal tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jenfasizza r-rwol siewi tal-ispiżeriji komunitarji u jirrikonoxxi l-ħidma u l-isforzi straordinarji tal-ispiżjara matul l-ewwel xhur tal-pandemija, peress li servew fuq quddiem biex jipprovdu appoġġ liċ-ċittadini f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna u, f’ħafna okkażjonijiet, mingħajr aċċess għal tagħmir protettiv; jappella għal rikonoxximent akbar għall-ispiżeriji f’żoni rurali bħala servizzi essenzjali, peress li dawn jippermettu lil tali żoni jżommu l-popolazzjonijiet tagħhom u jiżguraw id-disponibbiltà tal-mediċini; jissuġġerixxi li l-ispiżeriji jista’ jkollhom rwol aktar attiv fis-sorveljanza tal-epidemjoloġija biex jikkontribwixxu għall-monitoraġġ tal-ħolqien ta’ mard komunikabbli (CDs) u ta’ mard mhux komunikabbli (NCDs); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi s-settur tal-farmaċija fl-inizjattivi tas-saħħa pubblika tal-UE, u lill-Istati Membri jinkluduhom fil-programmi tas-saħħa, tal-kura u tar-riċerka tagħhom, peress li wera li huwa settur ewlieni fl-indirizzar tal-pandemija, peress li offra ttestjar tal-pazjenti, tilqim u pariri tal-ewwel kuntatt;
</ACTION><ACTION>
(v)	L-effettività tal-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data, l-iżvilupp tas-saħħa diġitali u d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa (inkluża t-trasparenza tad-data klinika), l-Ispazju tad-Data dwar is-Saħħa tal-UE
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jinnota li s-servizzi ta’ sorveljanza ma kinux adatti għall-iskop tagħhom u esponew il-ħtieġa li jiġu stabbiliti sistemi ddedikati għall-patoġenu l-ġdid tas-SARS-CoV-2; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-mandat estiż tal-ECDC, li għandu jtejjeb il-monitoraġġ tal-mard fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, peress li l-UE ma kellhiex mekkaniżmu effettiv għall-ġbir u l-iskambji tad-data, kif ukoll għar-rapportar epidemjoloġiku, matul il-pandemija; jinnota li s-SARS-CoV-2 għadha ta’ theddida sinifikanti għas-saħħa pubblika u jenfasizza l-ħtieġa ta’ sorveljanza u ġbir u skambji kontinwi tad-data, inkluż permezz tal-istabbiliment ta’ sistemi ta’ twissija għal pandemiji li ġejjin fl-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jemmen li l-UE teħtieġ aktar simplifikazzjoni regolatorja meta xieraq, il-koordinazzjoni u l-aċċelerazzjoni tal-provi kliniċi fil-livell tal-UE u d-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tas-saħħa, filwaqt li tirrispetta bis-sħiħ il-klawżoli dwar is-sikurezza u l-effikaċja, u f’konformità mal-interess pubbliku u r-ritorni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li titħaffef id-diġitalizzazzjoni tas-sistemi tal-kura tas-saħħa madwar l-UE u li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-proċess, speċjalment dik tal-pazjenti u tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa; jirrikonoxxi li din t-trasformazzjoni diġitali trid tiġi riflessa fil-prattika klinika u trid tinkludi mudell ta’ implimentazzjoni minn isfel għal fuq bil-parteċipazzjoni tal-professjonisti tas-saħħa fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tad-data statistika fir-riċerka medika, b’enfasi partikolari fuq il-ħtieġa ta’ diżaggregazzjoni skont is-sess u l-ġeneru, sistemi ta’ informazzjoni interoperabbli u konformità mal-qafas Ewropew għall-protezzjoni tad-data; jirrikonoxxi l-potenzjal tal-kondiviżjoni tad-data tal-provi kliniċi biex jiġu ttrasformati s-sistemi tas-saħħa pubblika u tal-kura tas-saħħa, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-privatezza u jiġu protetti d-drittijiet taċ-ċittadini u tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza ta’ sistemi ta’ informazzjoni interoperabbli; jenfasizza l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa bħala inizjattiva ewlenija f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jappella għall-kollaborazzjoni dwar il-bini ta’ infrastruttura għal provi kliniċi f’ħafna ċentri u għal koordinazzjoni mtejba fil-livell tal-UE, inklużi r-riżultati tar-rapportar u d-disponibbiltà tad-data għal riċerkaturi sħab, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE; ifakkar fir-Riżoluzzjoni 72.8 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni 72.8 tal-Assemblea Dinjija tas-Saħħa tat-28 ta’ Mejju 2019 dwar it-titjib fit-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti tas-saħħa oħra.</FIELD></FOOTNOTE>, li titlob li jissaħħu t-tixrid tal-provi kliniċi u l-aċċess tal-ispejjeż għalihom; jissottolinja, barra minn hekk, ir-rwol importanti tal-provi kliniċi komparattivi fl-ottimizzazzjoni tal-eżiti tas-saħħa billi jitqabblu l-interventi approvati; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-EMA jieħdu passi f’dawn iż-żewġ aspetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika, tiżviluppa aktar l-informazzjoni elettronika dwar il-prodott (ePI) u tippromwovi proċessi regolatorji diġitalizzati u effiċjenti meta xieraq, bħala waħda mill-għodod biex jiġu mmitigati n-nuqqasijiet ta’ mediċina f’każ li jseħħu, filwaqt li dejjem tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ fuljett ta’ informazzjoni stampat għall-prodotti kollha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mal-EMA u n-network regolatorju tal-UE, inklużi l-industrija u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, biex tiżviluppa u timplimenta l-użu tal-ePI għall-mediċini kollha fl-UE bil-lingwi kollha tal-Istati Membri fejn il-mediċini jitqiegħdu fis-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tat-tħejjija tas-sistemi tal-kura tas-saħħa nazzjonali għall-użu potenzjali tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u t-teknoloġija tal-informazzjoni offruti f’dan il-qasam; jappoġġja, jekk meħtieġ, l-adattament tal-oqfsa regolatorji eżistenti tal-UE inkluża liġi mhux vinkolanti, sabiex is-sistemi nazzjonali tal-kura tas-saħħa u l-komunità xjentifika jkunu jistgħu jibbenefikaw mill-assistenza tal-IA fl-oqsma tal-prattika klinika, it-trattament, ir-riċerka bijomedika, is-saħħa pubblika u l-amministrazzjoni tas-saħħa, filwaqt li jiġu żgurati s-sigurtà u t-trattament xieraq tal-pazjenti li jirċievu kura tas-saħħa assistita mill-IA u jiġi żgurat ir-rispett lejn il-qafas tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, id-drittijiet fundamentali tal-pazjenti u l-liġijiet dwar in-nondiskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jinnota li li l-istituzzjonijiet u s-servizzi tal-kura tas-saħħa ffaċċjaw theddid akbar għaċ-ċibersigurtà waqt il-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE jintroduċu miżuri li jsaħħu s-sigurtà tan-networks diġitali sabiex jipproteġu lill-istituzzjonijiet tas-saħħa u lill-pazjenti mill-attakki ċibernetiċi u jiżguraw il-protezzjoni tad-data dwar is-saħħa u l-kapaċità tal-istituzzjonijiet li joperaw normalment f’kull ħin, speċjalment matul emerġenzi tas-saħħa pubblika, filwaqt li jirrispettaw il-qafas tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tittejjeb is-sigurtà tal-infrastruttura kritika, bħall-grilji tal-enerġija u s-sistemi finanzjarji, u li jiġi ggarantit il-funzjonament tagħhom, filwaqt li jiġu protetti minn kwalunkwe emerġenza, bħal attakki ċibernetiċi; jisħaq fuq l-importanza ta’ miżuri li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji taċ-ċibersigurtà u li jipprovdu taħriġ lill-individwi u lill-organizzazzjonijiet dwar kif għandhom jipproteġu lilhom infushom, peress li dawn l-attakki ċibernetiċi jista’ jkollhom ukoll impatt fuq il-pazjenti, l-isptarijiet u s-servizzi u s-sistemi tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
(vi)	It-tisħiħ tal-kura tas-saħħa u tal-forza tax-xogħol soċjali fl-UE li għandha titħejja għall-kriżi li jmiss
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Huwa mħasseb li l-investiment fil-kura tas-saħħa pubblika ma ngħatax prijorità fl-Istati Membri kollha, u dan iwassal għal nuqqas ta’ persunal, effetti negattivi ġenerali f’dan il-qasam u għal livelli baxxi konsegwenti ta’ reżiljenza fis-sistemi u s-servizzi tas-saħħa pubblika fid-dawl ta’ emerġenzi possibbli ġodda u t-tranżizzjoni demografika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jitlob lill-UE tieħu rwol aktar b’saħħtu fil-gwida, il-koordinazzjoni u t-tmexxija tat-titjib tas-sistemi tas-saħħa pubblika tal-Istati Membri; jinnota li l-użu ta’ teknoloġiji mediċi ġodda mill-persunal tal-kura tas-saħħa jista’ jagħti spinta lill-effiċjenza; jiġbed l-attenzjoni għan-nuqqas ta’ professjonisti mediċi u jappella għal investimenti fis-servizzi tal-kura tas-saħħa, inkluż il-persunal, biex jintemm l-użu sistemiku ta’ kuntratti għal żmien qasir, jittejbu l-ħiliet tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa u jiġu appoġġjati l-Istati Membri fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, speċjalment f’żoni rurali u remoti u f’reġjuni anqas żviluppati; jistieden lill-Istati Membri, għal dan il-għan, jagħmlu użu sħiħ mill-qafas leġiżlattiv u mill-finanzjament eżistenti tal-UE sabiex jippromwovu l-mobilità tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa madwar l-UE, kemm matul il-karrieri edukattivi kif ukoll professjonali tagħhom, inkluż permezz tal-Erasmus Plus;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-investimenti obbligatorji fil-persunal fil-qasam tas-saħħa u tal-kura, billi jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-Istati Membri jiġu appoġġjati fit-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u fil-promozzjoni tal-bilanċ bejn il-ġeneri f’din il-linja ta’ xogħol sabiex jattiraw il-ġenerazzjoni li jmiss ta’ ħaddiema tal-kura tas-saħħa u dik soċjali u jindirizza n-nuqqas ta’ professjonisti mediċi u tal-kura, kif ukoll l-eżodu ta’ mħuħ fl-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jappella għal investimenti adegwati fit-titjib tal-għadd ta’ persunal mediku u l-ħiliet tiegħu, l-ammont ta’ tagħmir mediku u l-għadd ta’ sptarijiet, kif ukoll f’teknoloġiji innovattivi tas-saħħa li jistgħu jikkontribwixxu għal titjib bħal dan; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu inklużi moduli obbligatorji ddedikati għall-ġestjoni tal-kriżijiet fil-livell Ewropew fil-programmi ta’ taħriġ tal-professjonisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Jemmen li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw, bħala parti mis-Semestru Ewropew, l-investimenti li jkunu għamlu fil-forzi tax-xogħol tas-saħħa u fis-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħhom fl-ambitu ta’ proġetti marbuta mal-politiki tas-saħħa tal-UE u ffinanzjati mill-UE; jemmen ukoll li l-Istati Membri għandhom jirrapportaw regolarment dwar l-impatti tal-investimenti tagħhom fuq id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tas-servizzi tas-saħħa u l-kura kif ukoll dwar il-mobilità tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa biex jiżviluppaw l-istrateġiji ta’ żamma aħjar tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jitlob li jsir studju fil-livell tal-UE dwar il-pagi, il-kundizzjonijiet u l-fatturi li jirriżultaw fi żbilanċi bejn il-ġeneri għall-ħaddiema tas-saħħa madwar l-Ewropa sabiex jiġu infurmati r-rakkomandazzjonijiet dwar dan is-suġġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-monitoraġġ u t-traċċar tad-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa madwar l-Ewropa fil-livell tal-UE u jirrakkomanda l-esplorazzjoni ta’ opportunitajiet biex ir-ridistribuzzjoni transfruntiera tal-forza tax-xogħol tiġi ffaċilitata u organizzata aħjar f’ċirkostanzi speċifikament rilevanti (eż. żoni tal-fruntieri), bħal permezz tal-ingranaġġ tal-istrumenti ta’ rikonoxximent professjonali reċiproċi; jenfasizza r-rwol kruċjali tat-tobba, tal-infermiera u ta’ professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa fl-għoti tat-trattament u jappella għal rikonoxximent usa’ tal-esperjenza u l-għarfien tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>137.</NO.P>Jisħaq li bosta ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u l-kura soċjali sofrew minn kundizzjonijiet tal-COVID-19 u tal-COVID fit-tul u li, b’riżultat ta’ dan, esperjenzaw diffikultajiet biex jirritornaw kompletament għax-xogħol; jirrikonoxxi l-pressjoni u l-piż li kellhom il-professjonisti mediċi matul il-pandemija u l-ħtieġa li jingħataw l-assistenza psikoloġika u professjonali meħtieġa; jinsisti li l-Istati Membri jeħtiġilhom jieħdu miżuri b’saħħithom u kkoordinati biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali (kemm fiżika kif ukoll mentali), b’mod partikolari matul u wara kriżi tas-saħħa; jirrikonoxxi l-impatt psikosoċjali tal-pandemija tal-COVID-19 fuq il-professjonisti tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>138.</NO.P>Jirrimarka s-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fir-rigward tad-disponibbiltà tal-professjonisti tal-kura tas-saħħa f’ċerti Stati Membri, b’mod partikolari dawk b’livelli ta’ PDG aktar baxxi u b’hekk livelli aktar baxxi ta’ attraenza; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni konkreta biex jindirizzaw din il-kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>139.</NO.P>Itenni li l-UE jeħtieġ li tieħu rwol aktar b’saħħtu fil-gwida u fl-orjentazzjoni tat-titjib tas-saħħa pubblika, peress li l-Istati Membri kollha għandhom iqisu s-saħħa pubblika u l-kura soċjali bħala prijorità għall-investimenti pubbliċi u mhux kost li għandu jiġi mminimizzat; jenfasizza li t-titjib tas-saħħa tal-popolazzjoni huwa investiment strateġiku u obbligu morali għas-soċjetajiet u l-ekonomiji tagħna u għalhekk jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu r-rwol essenzjali tal-kura tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>140.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa matul il-ħajja professjonali tagħhom, kif previst fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, sabiex ikunu ppreparati aħjar għal sitwazzjonijiet potenzjali ta’ emerġenza u ta’ kriżi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji rilevanti tal-UE jorganizzaw attivitajiet ta’ taħriġ immirati għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa f’kooperazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet tas-saħħa professjonali u mal-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, inkluż dwar taħriġ interdixxiplinari Saħħa Waħda; jenfasizza l-importanza ta’ taħriġ transfruntier konġunt, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-familjarità mas-sistemi tas-saħħa pubblika fil-qrib f’reġjuni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>141.</NO.P>Jitlob li jkun hemm kooperazzjoni reġjonali mal-Istati Membri ġirien biex jingħeleb in-nuqqas ta’ persunal mediku f’każ ta’ kriżi kbira; jirrakkomanda li d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol fil-qasam tas-saħħa madwar l-Ewropa tiġi mmonitorjata fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>142.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol fundamentali li kellhom il-persunal tal-protezzjoni ċivili, il-ħaddiema tat-tifi tan-nar u l-forzi tal-infurzar tal-liġi matul il-fażijiet kollha tal-pandemija, billi pprovdew appoġġ mediku, assistenza għall-iskrinjar, għajnuna loġistika, appoġġ għall-istrateġija tat-tilqim u sikurezza matul il-perjodi ta’ konfinament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>143.</NO.P>Jissottolinja li l-pagi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjonisti fil-kura tas-saħħa huma fatturi li bħalissa jikkontribwixxu għal nuqqas fil-persunal fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2022/2041<FOOTNOTE><FIELD>Direttiva (UE) 2022/2041 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 275, 25.10.2022, p. 33).</FIELD></FOOTNOTE>, li titlob li jiġu abbozzati pjanijiet nazzjonali dwar it-titjib tal-kopertura tan-negozjar kollettiv fis-settur tas-saħħa u tal-kura soċjali;
</ACTION><ACTION>
(VII)	Ir-rwol tal-kura primarja fil-bini ta’ sistemi u servizzi tas-saħħa reżiljenti
</ACTION><ACTION>
<NO.P>144.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-kura primarja u tal-“assistenza fil-qrib” fil-bini ta’ sistemi soċjali u tas-saħħa reżiljenti li jiffaċilitaw il-kontinwità tas-servizzi matul l-emerġenzi u jikkontribwixxu għall-evitar tal-konġestjoni u l-kollass tal-isptarijiet billi jsostnu l-forniment ta’ servizzi lokali essenzjali; jenfasizza r-rwol vitali tal-kura primarja u territorjali fil-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-mard komunikabbli u t-theddid transfruntier għas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat li s-servizzi jkunu disponibbli għal kulħadd, inkluż f’żoni remoti u rurali, u li kura mtejba bbażata fil-komunità tippermetti li jintlaħqu dawk li jeħtiġuha l-aktar; jenfasizza li t-titjib tal-kura primarja għandu jkun akkumpanjat minn żieda fil-kapaċità ta’ detezzjoni bikrija, iffaċilitata permezz ta’ investimenti speċifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>145.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija Ewropea għall-Kura, li tissottolinja r-rwol tal-kura soċjali u jitlob approċċ aktar integrat bejn is-setturi tal-kura soċjali u tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>146.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiddefinixxu mill-ġdid ir-rwol tal-kura primarja, filwaqt li jagħmlu enfasi fuq il-potenzjal tagħha li tkun relatata mal-pazjenti fuq bażi ta’ kuljum, itejbu l-prevenzjoni u jippromwovu kapaċità komunitarja akbar biex ikun hemm rispons għat-theddid għas-saħħa, f’koordinazzjoni mill-qrib mas-sistemi tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>147.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-kura primarja fil-forniment kontinwu ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 u fiż-żieda tal-aċċess għal tilqim ta’ rutina; jappella għal tisħiħ urġenti tal-kura primarja bir-riżorsi umani u teknoloġiċi meħtieġa, sabiex tkun tista’ tiffaċilita l-ħidma tal-epidemjoloġija u ta’ sorveljanza relatata mal-COVID-19; jinkoraġġixxi l-użu ta’ metodi innovattivi, bħat-telemediċina fis-servizzi tal-kura tas-saħħa, biex jikkomplementaw il-kura primarja u jiffaċilitaw l-aċċess għall-kura u t-trattament; jappoġġja l-bini ta’ sistema primarja tal-kura tas-saħħa li tista’ tinvolvi wkoll speċjalisti u tiggwida lill-pazjenti permezz tal-vjaġġi dijanjostiċi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>148.</NO.P>Jenfasizza li l-kopertura tas-saħħa universali hija essenzjali biex tiżgura li l-persuni kollha - inkluż il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli u l-komunitajiet emarġinati, jirċievi kura f’waqtha, effettiva u bi prezzijiet raġonevoli; jissottolinja li l-pjanijiet universali ta’ aċċess għas-saħħa pubblika għandhom jitfasslu u jiġu żviluppati b’mod inklużiv, bil-parteċipazzjoni sħiħa tas-soċjetà ċivili, tal-pazjenti, tal-ħaddiema tas-saħħa, tal-impjegaturi u tas-sħab soċjali; jissottolinja wkoll li l-effettività tas-sistemi tas-saħħa tiddependi mill-involviment, il-parteċipazzjoni u l-leġittimità perċepita tal-komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>149.</NO.P>Ifakkar li s-sistemi tas-saħħa pubblika jeħtiġilhom ikunu ħielsa minn ostakli finanzjarji u mhux finanzjarji u fatturi oħra li jwasslu għal inugwaljanza u diskriminazzjoni; jitlob li jiġi ggarantit aċċess permanenti għall-konsultazzjonijiet mediċi, u servizzi tal-infermerija u psikoloġiċi, jew bit-telemediċina u t-teleassistenza jew fi spazji epidemjoloġikament sikuri fl-isptarijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>150.</NO.P>Jirrakkomanda aktar koordinazzjoni bejn l-aġendi tas-saħħa u dawk diġitali tal-UE biex tgħin fil-ħolqien ta’ komunikazzjoni u interkonnessjonijiet aħjar bejn il-kura primarja u dik sekondarja; jenfasizza l-ħtieġa ta’ protokolli ta’ koordinazzjoni u ta’ kontinġenza fost il-kura primarja, is-servizzi soċjali ġenerali u s-servizzi speċjalizzati, bħad-djar tal-kura tal-anzjani; huwa favur l-iżvilupp ta’ servizzi komunitarji tas-saħħa mentali fil-kura primarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>151.</NO.P>Jissottolinja li sabiex jingħata rispons f’waqtu, effettiv, bi prezzijiet raġonevoli u adegwat lin-nies bi ħtiġijiet tas-saħħa inkluż il-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli u l-komunitajiet emarġinati, il-kopertura tas-saħħa universali hija essenzjali; jenfasizza li matul emerġenzi tas-saħħa, is-servizzi ta’ prijorità u l-mekkaniżmi eżekuttivi jeħtieġ li jiġu adattati, b’mod partikolari l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u skrinjar bl-użu ta’ kapaċitajiet ta’ ttestjar fil-laboratorju u dijanjostiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>152.</NO.P>Jenfasizza d-diverġenzi fis-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa u fl-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa fost l-Istati Membri u fost ir-reġjuni fi ħdan l-Istati Membri, b’mod partikolari f’żoni remoti u rurali, fir-reġjuni ultraperiferiċi, fil-gżejjer periferali, fil-pajjiżi u fit-territorji extra-Ewropej u anke f’xi żoni urbani; jinnota l-isfidi fl-aċċess għas-servizzi tal-kura tas-saħħa f’dawn l-oqsma, li wasslu għall-ħolqien ta’ “deżerti mediċi”; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards minimi għas-servizzi u d-drittijiet tal-kura tas-saħħa madwar l-Ewropa u jissuġġerixxi l-użu tal-politika ta’ koeżjoni biex tgħin fl-indirizzar ta’ dawn id-diverġenzi u tissupplimenta l-fondi tal-UE biex jitnaqqsu d-diskrepanzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>153.</NO.P>Jinnota li l-appoġġ ekonomiku, ir-reazzjonijiet u l-indiċijiet tal-gvern u tal-istrettezza varjaw skont l-appoġġ għall-introjtu, il-miżuri fiskali u l-miżuri restrittivi ta’ kull Stat Membru; jenfasizza li d-demografija u l-ispeċifiċitajiet kulturali differenti, kif ukoll it-turiżmu bħala settur tan-negozju attiv fil-pajjiżi tan-Nofsinhar, il-gżejjer, l-istati gżejjer u reġjuni ultraperiferiċi oħra, wasslu għal impatti soċjoekonomiċi pandemiċi differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>154.</NO.P>Jinnota li t-tagħlimiet meħuda wrew investimenti insuffiċjenti fil-livell tal-UE u tal-Istat Membru f’sistemi ta’ sorveljanza epidemjoloġika komprensivi u integrati u l-ġbir u l-ġestjoni ta’ data vvalidata, komparabbli u interoperabbli, li wasslu għal ippjanar u tħejjija ħżiena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>155.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-awtoritajiet pubbliċi u l-istituzzjonijiet privati involuti fit-tfassil tal-aġenda tar-riċerka ma tawx prijorità lill-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp f’patoġeni meqjusa perikolużi għas-saħħa pubblika; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, minkejja l-coronaviruses diġà ġew rikonoxxuti bħala patoġeni b’potenzjal pandemiku qabel il-pandemija tal-COVID-19, l-isforzi tar-riċerka u l-iżvilupp kienu parzjalment limitati minħabba nuqqas ta’ interess kummerċjali; jirrikonoxxi, madankollu, li l-investimenti preċedenti fir-riċerka u l-iżvilupp iffaċilitaw l-iżvilupp tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>156.</NO.P>Jenfasizza d-dipendenza u l-importanza estensivi tal-finanzjament pubbliku mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri għall-iżvilupp ta’ kontromiżuri mediċi u vaċċini kontra l-COVID-19, li kienu kruċjali biex jinkisbu riżultati f’perjodu ta’ żmien qasir; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu rrispettati l-kundizzjonalitajiet rigward il-governanza, it-trasparenza, id-disponibbiltà u l-aċċess ugwali meta jkunu involuti l-fondi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>157.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-finanzjament pubbliku fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u l-ħtieġa ta’ klawżoli li jiżguraw id-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-prodotti finali;
</ACTION><ACTION>
(viii)	Il-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ mediċini kritiċi u ta’ apparati ta’ protezzjoni: il-monitoraġġ tal-kapaċitajiet tal-manifattura tal-industrija tas-saħħa tal-UE
</ACTION><ACTION>
<NO.P>158.</NO.P>Iqis li l-COVID-19 enfasizzat il-fenomenu eżistenti tan-nuqqasijiet mediċi fl-UE, inkluż ta’ varjetà kbira ta’ prodotti, li saru aktar frekwenti matul l-aħħar deċennju; jinnota li n-nuqqasijiet jistgħu jirriżultaw ukoll minn problemi fil-manifattura, kwistjonijiet ta’ kwalità, żidiet mhux mistennija fid-domanda, importazzjonijiet/esportazzjonijiet paralleli u aktar; jinnota li l-mediċini affettwati minn dawn in-nuqqasijiet jinkludu varjetà kbira ta’ prodotti (inkluż trattamenti tal-kanċer, antibijotiċi, vaċċini, anestetiċi u medikazzjoni għal ipertensjoni, mard tal-qalb u disturbi tas-sistema nervuża) bir-raġunijiet differenti għal dawn in-nuqqasijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>159.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-Unjoni tiggarantixxi l-prossimità tar-riżervi ta’ rescEU sabiex tiżgura aċċess għal kontromiżuri mediċi għar-reġjuni rurali, remoti u ultraperiferiċi; jitlob li jkun hemm koordinazzjoni aħjar biex ikunu jistgħu jsiru l-kumulazzjoni f’waqtha u l-akkwist konġunt ta’ kontromiżuri mediċi f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza transfruntiera serji f’konformità mal-Mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili, il-ħażna ta’ rescEU u r-rakkomandazzjonijiet tad-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>160.</NO.P>Jitlob koordinazzjoni mtejba biex jiġu evitati prattiki ta’ stokkjar żejjed fl-Istati Membri u biex tiġi stabbilita riżerva ta’ emerġenza Ewropea ta’ mediċini essenzjali f’riskju kbir ta’ skarsezzi; jinnota li azzjonijiet nazzjonali mhux koordinati jistgħu jħallu impatt negattiv fuq il-provvista tal-mediċina madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>161.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għan-nuqqasijiet persistenti ta’ mediċina, tagħmir u apparat mediku u jirrakkomanda li l-Kummissjoni twettaq studju madwar l-UE dwar il-kawżi tan-nuqqas ta’ mediċini, b’enfasi partikolari fuq il-problemi kkawżati min-nuqqas ta’ mediċini ġeneriċi; iqis li n-nuqqasijiet fl-industriji tal-kura tas-saħħa matul il-pandemija, minbarra l-projbizzjonijiet fuq l-esportazzjoni, kienu l-aktar minħabba l-kwistjonijiet tal-kumulazzjoni ta’ riżerva u distribuzzjoni u nuqqas ta’ fornituri diversifikati; jenfasizza l-importanza tat-tbassir tad-domanda u tal-komunikazzjoni bikrija mal-manifatturi tal-vaċċini u tal-mediċina biex jiġu pprevenuti n-nuqqasijiet, kif ukoll il-ħtieġa ta’ komunikazzjoni bikrija dwar l-għażla tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>162.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw il-possibbiltà li joħolqu stabbiliment farmaċewtiku tal-UE mingħajr skop ta’ qligħ u ta’ interess ġenerali wieħed, jew aktar minn wieħed, li jkunu kapaċi jimmanifatturaw prodotti mediċinali ta’ importanza sanitarja u strateġika għall-kura tas-saħħa, fl-assenza ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex jikkomplementaw u jiggarantixxu s-sigurtà tal-provvista u jiġu evitati nuqqasijiet possibbli ta’ mediċini f’każ ta’ emerġenza; jilqa’ l-inklużjoni ta’ miżuri robusti għall-prevenzjoni ta’ nuqqas ta’ mediċina fil-leġiżlazzjoni farmaċewtika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>163.</NO.P>Jenfasizza l-proposta tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa biex tiġi stabbilita lista ta’ tagħmir mediku u ta’ apparat ta’ interess terapewtiku kbir u biex tinżamm riżerva strateġika ta’ provvisti mediċi, mediċini, vaċċini u apparat ta’ terapija respiratorja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>164.</NO.P>Huwa favur leġiżlazzjoni ġdida tal-UE ġdida dwar it-tagħmir mediku, it-trattamenti u l-mediċini biex tipprevedi perjodi tranżitorji xierqa u tiġi ggarantita l-provvista meħtieġa ħalli tiġi ssodisfata d-domanda, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>165.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi stabbilita sorveljanza Ewropea tar-riskju għal nuqqasijiet u trasparenza akbar għall-istokkijiet tal-mediċina biex jiġu antiċipati aħjar in-nuqqasijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>166.</NO.P>Jemmen li t-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji u theddid serju ieħor għas-saħħa jirrikjedu impenji fit-tul u investimenti sostenibbli, inkluż l-iżvilupp kontinwu tar-riżervi ta’ kontromiżuri mediċi, biex jiġu protetti ċ-ċittadini u jħeġġeġ aktar kollaborazzjoni mal-manifatturi Ewropej fil-futur;
</ACTION><ACTION>
(ix)	Awtonomija strateġika miftuħa tas-saħħa tal-UE: it-tisħiħ tal-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni
</ACTION><ACTION>
<NO.P>167.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jnaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq sħab kummerċjali ta’ pajjiżi terzi għall-APIs u għall-mediċini ewlenin u jaġixxu b’mod deċiżiv fil-prevenzjoni tan-nuqqasijiet tal-mediċina, jindirizzaw il-vulnerabbiltajiet tal-produzzjoni u tal-katina tal-provvista fil-ksib ta’ prodotti mediċi u APIs u jagħmlu użu akbar mill-akkwist konġunt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>168.</NO.P>Jinkoraġġixxi kondiviżjoni aħjar tad-data dwar il-previżjonijiet tal-provvista u tad-domanda bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, projezzjonijiet preċedenti dwar nuqqasijiet potenzjali, inkluż rapportar standardizzat regolari mill-industrija, u trasparenza akbar fil-katina tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni; ifakkar li l-ipprezzar nazzjonali għandu jkun ibbażat fuq fatturi kompletament trasparenti, bħall-ispejjeż reali tar-riċerka u l-iżvilupp pubbliċi u privati u l-valur terapewtiku miżjud; iħeġġeġ l-adozzjoni ta’ approċċ industrijali koordinat biex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE dwar is-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>169.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw il-ħtieġa għalinfrastruttura tar-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa pubblika Ewropea fuq skala kbira, orjentata lejn il-missjonijiet, li topera fl-interess pubbliku għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali ta’ importanza tas-saħħa u strateġika għall-kura tas-saħħa, fin-nuqqas ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex tappoġġja lill-UE biex tegħleb il-falliment tas-suq, tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ mediċini, filwaqt li tikkontribwixxi għal tħejjija akbar biex jiġu ffaċċjati theddidiet u emerġenzi ġodda għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>170.</NO.P>Jenfasizza li l-finanzjament pubbliku kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp u l-produzzjoni tal-vaċċini kontra l-COVID-19, bil-maġġoranza tal-fondi tar-riċerka u l-iżvilupp ikunu ta’ oriġini pubblika; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-finanzjament pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp bijomediċi jipprovdi redditi adegwati fl-interess pubbliku u jiggarantixxi d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-prodotti finali fl-Istati Membri kollha; jenfasizza l-importanza li jitwessgħu l-mekkaniżmi ta’ finanzjament ta’ emerġenza għall-SMEs farmaċewtiċi u li titnaqqas il-burokrazija għall-investituri tal-prodotti mediċi, bħal apparati mediċi, biex jinżammu r-riċerka u l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ prodotti ta’ salvataġġ fl-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(b)	Aċċess għal kontromiżuri mediċi</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Il-produzzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-vaċċini, inklużi r-reżiljenza tal-katina tal-provvista, l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE u d-disponibbiltà ta’ prodotti kritiċi farmaċewtiċi u mediċi
</ACTION><ACTION>
<NO.P>171.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tar-riċerka dwar u l-iżvilupp tar-rispons għall-patoġeni b’potenzjal epidemiku u pandemiku u ż-żieda fil-kapaċitajiet ta’ sekwenzjar qabel l-epidemiji u l-pandemiji huma kruċjali; jirrikonoxxi l-għarfien inizjali limitat dwar is-SARS-CoV-2 u s-sekwenza ġenetika, il-karatteristiċi u l-imġiba epidemjoloġika tiegħu, bħall-metodi ta’ infezzjoni u trażmissjoni tiegħu u r-rati ta’ infezzjoni, trażmissjoni u mutazzjoni tiegħu, li jirrikjedu riċerka qabel l-iżvilupp tal-vaċċin, li affettwaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija li tiżviluppa u tuża l-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>172.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-SMEs ikunu jistgħu jibbenefikaw minn arranġamenti ta’ finanzjament ta’ emerġenza sabiex jipprovdu prodotti mediċi innovattivi, kif ukoll il-ħtieġa li l-SMEs jiġu inklużi f’miżuri li jappoġġjaw l-espansjoni tar-riċerka u l-manifattura, filwaqt li jitqies il-piż amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>173.</NO.P>Jinnota li l-pajjiżi b’introjtu għoli ffaċilitaw is-suq tal-vaċċini fil-bidu tal-pandemija, billi ospitaw il-biċċa l-kbira tal-faċilitajiet kbar tal-manifattura, u li l-korporazzjonijiet farmaċewtiċi ewlenin tejbu l-produzzjoni u l-provvista globali ta’ għodod mediċi li jsalvaw il-ħajja permezz tas-sjieda tal-proprjetà intellettwali (PI), tat-teknoloġiji u tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>174.</NO.P>Jinnota li l-pandemija poġġiet pressjoni fuq il-ktajjen tal-provvista globali, inkluż is-settur farmaċewtiku, li jirriżulta f’interruzzjonijiet u nuqqas ta’ prevedibbiltà fil-provvista ta’ vaċċini, provvisti mediċi, tagħmir u kontromiżuri oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>175.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu introdotti politiki tal-UE u nazzjonali, bil-għan li jissaħħu l-ktajjen tal-provvista globali biex jappoġġjaw il-produzzjoni u l-fluss liberu ta’ kontromiżuri mediċi, inklużi l-vaċċini, u biex jitneħħew ir-restrizzjonijiet tal-esportazzjoni fi ħdan is-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>176.</NO.P>Itenni r-rwol ewlieni tal-ECDC fl-aggregazzjoni tad-data ta’ sorveljanza u monitoraġġ tas-sorveljanza fil-livell tal-UE, u fl-iffaċilitar tat-tbassir tad-domanda futura għal vaċċini u terapewtiċi kontra mard infettiv; jenfasizza l-utilità tal-mekkaniżmu għat-traċċar tal-vaċċini kontra l-COVID-19 żviluppat mill-ECDC u jitlob li dan il-kunċett jiġi estiż għal kampanji oħra ta’ tilqim, bħall-kampanja tal-vaċċin kontra l-HPV;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>177.</NO.P>Jitlob li jiġu vvalutati l-vulnerabbiltajiet fil-katina tal-valur globali u jitlob l-iżvilupp ta’ pjanijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tan-nuqqasijiet fl-Istati Membri kollha; jappella għat-titjib kontinwu tas-sistemi ta’ twissija bikrija u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn il-pajjiżi dwar in-nuqqas ta’ mediċini, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak internazzjonali, u li l-Kummissjoni tintroduċi miżuri temporanji fi żminijiet ta’ kriżi biex timmitiga n-nuqqasijiet u tiffaċilita ċ-ċirkolazzjoni tal-mediċini fost l-Istati Membri, inkluż l-aċċettazzjoni ta’ formati differenti ta’ imballaġġi, proċedura ta’ użu mill-ġdid biex tippermetti lid-detenturi tal-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni jiksbu approvazzjoni fi Stat Membru ieħor, l-estensjoni tal-validità ta’ ċertifikati ta’ prattika tajba ta’ manifattura, perjodi itwal ta’ skadenza, u l-użu ta’ prodotti mediċinali veterinarji; ifakkar li l-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod strett l-użu ta’ tali miżuri biex tiżgura li s-sikurezza tal-pazjent ma tkunx kompromessa filwaqt li l-mediċini jinżammu disponibbli f’każ ta’ diffikultajiet jew nuqqasijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>178.</NO.P>Jinnota l-prevalenza ta’ nuqqasijiet ta’ mediċini ġeneriċi u jisħaq fuq l-importanza ta’ mediċini ġeneriċi, bijosimili, ta’ valur miżjud u bi prezz raġonevoli fil-prevenzjoni ta’ nuqqasijiet ta’ mediċini, fiż-żieda konsistenti tal-aċċess ekwu għall-pazjenti u biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa jsiru sostenibbli fl-UE, fejn l-aċċess bħalissa għadu mhux uniformi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>179.</NO.P>Jenfasizza l-opportunità għal qafas ġdid biex jappoġġja r-riċerka, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-mediċini b’indikazzjonijiet approvati ġodda; jistieden lill-Kummissjoni tarmonizza l-kummerċjalizzazzjoni ta’ mediċini skarsi fis-suq mal-imballaġġ, it-tikkettar u l-fuljetti li, meta possibbli, ikunu multilingwi u diġitali, filwaqt li tiżgura d-disponibbiltà tal-informazzjoni f’format stampat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>180.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa kritika għas-saħħa globali u għall-ktajjen tal-provvista globali biex jiġu żviluppati kapaċitajiet ta’ produzzjoni u distribuzzjoni lokali fl-UE, fir-reġjuni remoti, bħar-reġjuni ultraperiferiċi u l-PTEE u f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari għar-riċerka farmaċewtika, it-teknoloġija, l-iżvilupp u l-produzzjoni u f’konformità mal-istandards soċjali u d-diliġenza dovuta tal-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>181.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrateġiji industrijali, tal-PI u tal-farmaċewtika biex tħeġġeġ il-finanzjament pubbliku ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp sabiex taderixxi mal-prinċipju ta’ xjenza miftuħa, u jitnaqqas id-distakk persistenti fir-riċerka u fil-produzzjoni tal-mediċini permezz ta’ sħubijiet għall-iżvilupp tal-prodotti, trasferimenti tat-teknoloġija u l-ħolqien ta’ ċentri miftuħa għar-riċerka u l-produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>182.</NO.P>Jifhem li l-konsegwenzi politiċi u ekonomiċi tar-rispons għall-pandemija tal-COVID‑19 seħħew qabel ma s-sistemi tas-saħħa kienu mgħobbija żżejjed, b’mod partikolari bil-kollass tal-ktajjen tal-provvista globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>183.</NO.P>Jinnota li fuq livell globali, l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-konsenja sostenibbli tal-vaċċini jiddependu minn ktajjen tal-provvista b’saħħithom u trasparenti; jistieden lid-WTO tieħu azzjoni biex tiżgura l-fluss bla xkiel tal-ktajjen tal-provvista u l-kunsinna ta’ vaċċini, mediċini, tagħmir mediku u prodotti mediċi; jirrikonoxxi r-rwol vitali li l-innovazzjoni terapewtika jista’ jkollha fis-salvataġġ tal-ħajjiet billi tillibera l-kapaċità fl-ICUs u tappoġġja lill-pazjenti li jgħixu bil-PASC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>184.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UE hija l-esportatur ewlieni tal-vaċċini globalment u li kkontribwiet għall-isforzi ta’ solidarjetà dinjija bid-donazzjoni ta’ 500 000 000 doża ta’ vaċċini, għalkemm dawn id-dożi sfortunatament kellhom dati ta’ skadenza li kienu fil-qrib ħafna, u dan għamilha diffiċli għall-pajjiżi riċeventi biex jużawhom fil-ħin u li wassal biex ħafna minnhom kellhom jintremew; jirrikonoxxi l-pożizzjoni tal-UE bħala minn ta’ quddiem nett f’dawn l-isforzi;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Ftehimiet ta’ akkwist konġunt u ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem (negozjati, trasparenza, obbligazzjonijiet u infurzar)
</ACTION><ACTION>
<NO.P>185.</NO.P>Jemmen li l-UE kellha bżonn approċċ komuni għall-akkwist tal-vaċċini matul il-pandemija tal-COVID-19; jirrikonoxxi li n-negozjati għall-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem kienu ta’ benefiċċju fi żmien meta l-iżvilupp tal-vaċċini kien inċert u l-linji ta’ produzzjoni tħejjew mingħajr ma wieħed kien jaf liema vaċċin kien fil-fatt se jirnexxi jew jekk il-vaċċini fil-fatt kinux se jiġu approvati; jirrikonoxxi s-suċċess fil-preżervazzjoni tal-kompetittività fost il-manifatturi u t-teknoloġiji tal-vaċċini; jenfasizza li, permezz tal-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem, il-biċċa l-kbira tar-riskji finanzjarji relatati mal-iżvilupp u l-produzzjoni tal-vaċċini ttieħdu mill-awtoritajiet pubbliċi, u b’hekk sar possibbli li jitħaffu ż-żminijiet tal-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>186.</NO.P>Jirrikonoxxi li, matul il-pandemija tal-COVID-19, l-esklużività tan-negozjati u l-impenn bikri mill-Istati Membri għamlu l-proċess wieħed ta’ suċċess, u li l-akkwist bħala blokk ta lok għal possibbiltà akbar ta’ xiri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>187.</NO.P>Jemmen li, fil-futur, l-UE se tibbenefika wkoll minn akkwist konġunt ta’ vaċċini, mediċini, provvisti tal-kura tas-saħħa u tagħmir mediku, b’mod partikolari għal mediċini għaljin u innovattivi, speċjalment għat-trattament ta’ mard rari; jemmen ukoll li ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem jistgħu jkunu ta’ benefiċċju fil-każ ta’ sfidi transfruntiera straordinarji għas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>188.</NO.P>Jissottolinja li l-akkwist konġunt u l-ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem jistgħu jipprevjenu l-kompetizzjoni kontroproduttiva fost l-Istati Membri, jimmassimizzaw is-setgħa ta’ negozjar tal-UE, jipprovdu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b’aktar flessibbiltà skont il-ħtiġijiet tagħhom u jiżguraw id-disponibbiltà ta’ prodotti mediċi għar-residenti kollha tal-UE, irrispettivament mill-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>189.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni aħjar ta’ tali kuntratti biex jiġu pprevenuti żbilanċi fil-profitti u fil-pożizzjonijiet tas-suq, u biex tiġi protetta u promossa l-kompetittività fil-proċessi futuri ta’ akkwist u ta’ xiri bil-quddiem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>190.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi Stati Membri adottaw restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni ta’ tagħmir mediku, li inizjalment xekklu rispons mal-UE kollha għall-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>191.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li l-manifatturi jibqgħu responsabbli, f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-responsabbiltà għall-prodott;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>192.</NO.P>Jissuġġerixxi li jiġi esplorat l-akkwisti pubbliċi konġunti jistgħu jiġu esplorati f’oqsma bħal mard rari u l-kanċer b’deskrizzjoni ċara tal-istadji ewlenin, l-objettivi u l-impenji miftiehma mill-partijiet kollha involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>193.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ trasparenza f’dawn l-inizjattivi u li jiġu applikati t-tagħlimiet meħuda mill-akkwist konġunt ta’ prodotti tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>194.</NO.P>Jisħaq li l-akkwist konġunt ma jridx jippreżenta r-riskju li jħalli impatt negattiv fuq il-flussi tal-provvista billi jżid ir-riskju ta’ nuqqasijiet fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>195.</NO.P>Jilqa’ r-referenza fl-istrateġija farmaċewtika għall-Ewropa għall-fatt li azzjonijiet fil-qasam tal-akkwist pubbliku jistgħu jrawmu l-kompetizzjoni u jtejbu l-aċċess għall-mediċini; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-Direttiva 2014/24/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).</FIELD></FOOTNOTE>, tipproponi malajr linji gwida għall-Istati Membri, b’mod partikolari dwar kif l-aħjar jimplimentaw il-kriterji tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, lil hinn mill-kriterji tal-aktar prezzijiet baxxi biss; jenfasizza li s-sigurtà tal-provvista hija element essenzjali u trid tintuża bħala kriterju kwalitattiv b’rabta mal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi lil spiżeriji u jitlob għal sejħiet għall-offerti għall-provvista ta’ mediċini; jenfasizza l-importanza ta’ provvisti u prattiki tal-akkwist sostenibbli diversifikati għall-prodotti farmaċewtiċi; jipproponi li l-investimenti li jsiru fil-manifattura ta’ ingredjenti attivi u prodotti mediċinali finali fl-UE għandhom jitqiesu wkoll bħala kriterju essenzjali, kif ukoll l-għadd u l-post tas-siti tal-produzzjoni, l-affidabbiltà tal-provvista, l-investiment mill-ġdid tal-profitti fir-riċerka u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ standards soċjali, ambjentali, etiċi u tal-kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>196.</NO.P>Jesprimi dispjaċir dwar in-nuqqas ta’ trasparenza fil-ftehimiet ta’ akkwist konġunti nnegozjati mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri ma’ kumpaniji farmaċewtiċi, li kien iġġustifikat parzjalment mir-rispett għad-dritt għall-kunfidenzjalità; jisħaq li t-trasparenza fil-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE hija tal-akbar importanza, speċjalment fl-ambitu tal-kundizzjonijiet tal-kriżi pandemika mingħajr preċedent; ifakkar li l-ftehimiet ta’ akkwist konġunt għandhom jitwettqu b’mod trasparenti, f’waqtu u effettiv, bi stadji ċari u trasparenti għall-proċess, għall-kamp ta’ applikazzjoni, għall-offerti, għall-ispeċifikazzjonijiet, għall-iskedi ta’ żmien u għall-formalitajiet definiti u jitlob l-adozzjoni ta’ politika trasparenti għal ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u għal akkwist konġunt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>197.</NO.P>Jinnota u jtenni s-sejbiet tal-Ombudsman Ewropew dwar l-amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-Kummissjoni u r-rakkomandazzjonijiet li jikkonċernaw it-trasparenza u ż-żamma ta’ rekords tal-laqgħat, il-proċeduri ta’ ħidma modifikati, l-akkwist pubbliku, il-parir xjentifiku u l-attivitajiet ta’ lobbjar tal-istituzzjonijiet Ewropej matul il-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>198.</NO.P>Jenfasizza li l-proċeduri ta’ akkwist konġunt għandhom jirrispettaw standards għoljin ta’ trasparenza fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u ċ-ċittadini tal-Unjoni, f’konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza kif imsemmi fl-Artikolu 15 tat-TFUE u jisħaq li sabiex tinkiseb it-trasparenza, il-Parlament għandu jiskrutinizza l-kuntratti konklużi skont il-proċedura ta’ akkwist konġunt; iqis li l-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament b’informazzjoni kompleta, f’waqtha u preċiża dwar in-negozjati li għaddejjin u tagħti aċċess għad-dokumenti tal-offerti inklużi l-kuntratti konklużi; jinkoraġġixxi t-trasparenza fl-iżvelar ta’ informazzjoni relatata mal-iskeda ta’ konsenja ta’ kontromiżuri mediċi, termini ta’ obbligazzjonijiet u ta’ indennizzi, u l-għadd ta’ postijiet ta’ manifattura, filwaqt li titqies il-protezzjoni ta’ informazzjoni kummerċjalment sensittiva u interessi essenzjali tas-sigurtà nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>199.</NO.P>Jirrakkomanda li n-negozjati konġunti għall-akkwist jitwettqu minn rappreżentanti identifikati tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, b’ħiliet adegwati u b’mandat ċar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>200.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jaqsmu informazzjoni dwar l-ipprezzar u d-dati tal-konsenja tal-kontromiżuri mediċi meta ma tkunx intużat proċedura konġunta ta’ akkwist biex jinxtraw kontromiżuri mediċi sabiex jiġi pprovdut livell ogħla ta’ trasparenza u b’hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċessaw u jinnegozjaw b’modi aktar ekwi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(c)	Il-COVID, il-mard komunikabbli u dak mhux komunikabbli l-indirizzar tal-PASC bħala parti minn strateġija tal-UE dwar il-PAIS</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>201.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-prevalenza għolja ta’ PASC, u josserva li għadha qed issir riċerka dwar il-fatturi ta’ riskju għall-iżvilupp tal-PASC, il-mekkaniżmi patofiżjoloġiċi tiegħu u l-impatt fit-tul tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>202.</NO.P>Jissottolinja li, filwaqt li r-riċerka għadha għaddejja, ir-riċerka disponibbli timplika li l-COVID fit-tul u s-sindromu ta’ wara l-vaċċin għandhom patoġenesi simili, peress li l-proteina spika tal-virus għandha rwol ewlieni, u li t-tnejn jistgħu jwasslu għall-ME/CFS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>203.</NO.P>Ifakkar li PAIS issa jseħħ ħafna aktar ta’ spiss wara l-infezzjonijiet bil-COVID-19 fil-forma ta’ PASC, iżda huwa magħruf ukoll li jirriżulta minn infezzjonijiet batteriċi, virali u parassitiċi oħra; jissottolinja l-benefiċċju li tittieħed perspettiva usa’ dwar ir-riċerka u t-trattament tal-PAIS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>204.</NO.P>Jenfasizza li l-UE teħtieġ approċċ strateġiku sabiex tindirizza l-PASC, filwaqt li tagħmel enfasi fuq iż-żieda fir-riċerka, it-taħriġ u l-għarfien dwar il-kura primarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>205.</NO.P>Ifakkar fis-sejbiet xjentifiċi relatati mal-PASC u l-ħtieġa li l-awtoritajiet pubbliċi jappoġġjaw u jgħinu b’mod konkret lin-nies li qed ibatu minnha, bl-użu ta’ riżorsi u politiki adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>206.</NO.P>Jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ riċerka dedikata u mmirata sinifikattiva, riċerka u provi kliniċi trażlazzjonali madwar l-UE kollha, bil-ħsieb ta’ dijanjożi u trattamenti konkreti (għajr l-aktar studji ta’ osservazzjoni) u l-iskambju ta’ data, esperjenzi u l-aħjar prattiki komparabbli fost l-Istati Membri; jirrakkomanda koordinazzjoni msaħħa fil-livell Ewropew għar-riċerka dwar il-PASC;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>207.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita definizzjoni komuni, biobanek, ċentri ta’ referenza u reġistri, inkluż reġistru tat-tilqim b’farmakoviġilanza mtejba bbażat fuq dmirijiet ta’ rapportar standardizzati ċari tal-UE, biex jiġu indirizzati b’mod adegwat l-effetti tal-PASC u l-effetti negattivi serji tat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>208.</NO.P>Jitlob ir-rikonoxximent tal-PASC bħala marda okkupazzjonali għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u tal-kura soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>209.</NO.P>Jitlob finanzjament adegwat għar-riċerka bażika, kif ukoll għar-riċerka trażlazzjonali u l-provi kliniċi, bħal studji kruċjali dwar sustanzi promettenti, bl-involviment sinifikattiv u ta’ kwalità għolja tal-pazjenti tal-PASC biex il-prijoritajiet tar-riċerka jiġu allinjati mal-ħtiġijiet tal-pazjenti; huwa favur riżorsi suffiċjenti biex jitfasslu u jiġu żviluppati trattamenti adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>210.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiffaċilitaw l-appoġġ, inkluża t-telemediċina, is-servizz tal-kura outpatient mid-dar u ż-żjarat fid-dar tat-tobba għall-familji jew għall-persuni b’piż doppju li jaħdmu u jieħdu ħsieb tfal, adolexxenti jew ġenitur, u għal persuni li ma jistgħux joħorġu mid-dar jew mis-sodda bi ħtiġijiet intensivi fil-kura, bħal mhuwa l-mard aggravar tas-sintomi wara kull tip ta’ sforz fiżiku jew mentali b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>211.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza ta’ kliniċi u ċentri ta’ riabilitazzjoni multidixxiplinari ċċertifikati għall-pazjenti tal-PASC fil-pajjiżi tal-UE li jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-pazjenti tal-PASC, inkluż l-aggravar tas-sintomi wara kull tip ta’ sforz fiżiku jew mentali, fost affarijiet oħra, u li japplikaw l-aħħar evidenza; jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ programmi edukattivi mmirati fis-settur mediku u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika fuq skala kbira dwar l-eżistenza tal-PASC bħala marda serja sabiex titnaqqas l-istigma; jinnota li n-nisa jbatu b’mod sinifikanti aktar ta’ spiss mill-PASC u huma partikolarment suxxettibbli li jiġu dijanjostikati ħażin bħala psikosomatiċi, li mhux biss huwa stigmatizzanti iżda jista’ jwassal ukoll għal trattament ta’ ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>212.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jindirizzaw il-kwistjoni li ilha magħrufa ta’ dijanjożi ħażina tal-pazjenti tal-PASC, tas-sindromu ta’ wara l-vaċċin u tal-ME/CFS bħala psikosomatiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>213.</NO.P>Huwa mħasseb li s-sintomi ħfief ikkontribwew biex isiru inqas testijiet dijanjostiċi u, għalhekk, biex jinstabu inqas każijiet ta’ COVID-19 fit-tfal; jitlob rekord tat-tfal u ż-żgħażagħ li jippreżentaw sintomi ta’ COVID-19 persistenti, kif ukoll monitoraġġ xieraq biex jitnaqqsu l-effetti derivattivi tal-marda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>214.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu l-infezzjonijiet tal-PASC fit-tfal b’mod serju, b’mod partikolari r-riskju li jiżviluppaw diżabilità fit-tul, billi jindirizzaw ħtiġijiet edukattivi u ta’ żvilupp speċjali u jiżviluppaw strutturi ta’ appoġġ bħal bħat-tagħlim fid-dar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>215.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkunsidraw il-konsegwenzi fit-tul meta jiddeċiedu dwar miżuri jew itemmu r-restrizzjonijiet, b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>216.</NO.P>Jitlob li ssir aktar riċerka biex jiġu ddeterminati l-kawżi sottostanti, il-frekwenza u l-aħjar għażliet ta’ trattament għall-PASC, inkluż il-COVID fit-tul, is-sindromu ta’ wara l-vaċċin u PAIS oħra u l-konsegwenzi fit-tul bħall-iżvilupp tal-ME/CFS u l-iskambju ta’ esperjenzi u approċċi sabiex jiġi indirizzat l-impatt tal-effetti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>217.</NO.P>Jitlob l-istabbiliment ta’ network tal-UE ta’ esperti dwar dan il-mard b’sistemi ta’ sorveljanza koordinati, inkluża data diżaggregata minn sottogruppi differenti minn kull Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej, bl-użu ta’ każijiet u metodoloġiji definiti b’mod konsistenti u li jinkludu l-impatt ta’ dawn il-kundizzjonijiet fuq is-saħħa, l-impjiegi u l-ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>218.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament addizzjonali u sejħiet prijoritizzati għal proġetti ffukati fuq ir-riċerka bijomedika dwar il-PASC u għal rikonoxximent aħjar tal-PASC, inkluża riċerka dwar l-effetti negattivi tat-tilqim fil-livell tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>219.</NO.P>Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tuża l-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa għal riċerka tal-PASC iddedikata u mmirata u timmira għal kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika u s-Sħubija Ewropea dwar il-Mard Rari biex jiffinanzjaw ir-riċerka dwar il-COVID fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>220.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu pprovduti assistenza u appoġġ adegwati lill-persuni li jbatu mill-PASC, inklużi l-pazjenti b’sindromu ta’ wara l-vaċċin; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ xieraq għal dawk li l-ħajja ta’ kuljum jew il-kapaċità tagħhom li jaħdmu ġew affettwati sabiex jiġi mmitigat il-PASC bħala nassa tal-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>221.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ edukazzjoni u taħriġ mediċi mtejba għall-professjonisti tas-saħħa u tal-kura soċjali li jaħdmu fil-qasam tal-PASC u għall-inklużjoni tal-ME/CFS fin-Network Ewropew ta’ Referenza għall-Mard Newroloġiku Rari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>222.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-manifatturi jkunu trasparenti dwar l-effetti sekondarji potenzjali tal-vaċċini, inklużi l-effetti sekondarji magħrufa identifikati mill-EMA, u jikkomunikaw dwar dan, kif ukoll dwar il-benefiċċji u l-effiċjenza tat-tilqim, li jipprevjenu miljuni ta’ mwiet u mard kliniku serju, b’mod konsistenti, komprensiv u koordinat, li jiggarantixxu s-sikurezza tal-pazjenti, billi, fost affarijiet oħra, jitolbu lill-EMA tippubblika linji gwida għall-vaċċini futuri sabiex jiġu evitati effetti negattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>223.</NO.P>Huwa konvint li t-trasparenza sħiħa, ir-rikonoxximent tal-effetti negattivi u s-solidarjetà mal-pazjenti huma l-aħjar mod biex tiġi miġġielda l-eżitazzjoni għat-tilqim, il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>224.</NO.P>Jinnota l-perċentwal għoli ta’ pazjenti immunosoppressi fl-ICUs matul il-pandemija u jesprimi dispjaċir għall-fatt li ma ngħatax biżżejjed kas lill-konsegwenzi tal-pandemija fuqhom, peress li l-miżuri mmirati ma ġewx integrati b’mod sistematiku fir-rispons tal-UE; ifakkar li l-pazjenti immunokompromessi u l-pazjenti b’mard mhux komunikabbli kienu fost l-aktar milquta matul il-pandemija, peress li kienu f’riskju akbar li jiżviluppaw sintomi severi mill-COVID u fl-aħħar mill-aħħar ħallsu prezz enormi f’termini ta’ telf ta’ ħajjiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>225.</NO.P>Jenfasizza li l-pazjenti b’mard komunikabbli u dawk b’mard mhux komunikabbli sofrew konsegwenzi kbar għal saħħithom minħabba dewmien u tfixkil fid-dijanjostika u t-trattamenti, b’mod partikolari għall-HIV, il-mard trażmess sesswalment, it-tuberkulożi, l-epatite, il-kanċer, il-mard kardjovaskulari, id-dijabete u l-mard rari; jisħaq fuq it-tnaqqis fl-opportunitajiet ta’ sopravivenza, il-kumplikazzjonijiet u d-deterjorament ulterjuri tal-kwalità tal-ħajja għall-pazjenti li jirriżultaw minn dewmien fl-aċċess għall-kura; jappella għall-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE li tantiċipa u timmonitorja l-impatt ta’ theddid serju għas-saħħa fuq in-nies affettwati minn mard komunikabbli, mard mhux komunikabbli u mard u kundizzjonijiet oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>226.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-ramifikazzjonijiet tal-emerġenzi tas-saħħa jestendu għall-individwi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu fil-pront strateġiji u azzjonijiet għas-salvagwardja tal-pazjenti suxxettibbli matul il-kriżijiet tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>227.</NO.P>Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effetti devastanti fuq il-pazjenti bil-kanċer madwar l-Ewropa, peress li l-pajjiżi rrapportaw l-iskrinjar tal-kanċer bħala l-aktar servizz imfixkel, b’dewmien fis-servizzi dijanjostiċi, ta’ trattament, ta’ kura u ta’ sopravivenza għall-pazjenti bil-kanċer, u dan ħoloq konsegwenzi u impatti fit-tul fuq pazjenti b’kanċer metastatiku u avvanzat peress li d-dijanjożi posposta inevitabbilment tirriżulta f’dijanjożi tal-kanċer fi stadju aktar tard, li tagħmel it-trattament aktar kumpless u għali u tnaqqas il-probabbiltajiet ta’ sopravivenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>228.</NO.P>Jinnota li t-tfixkil fis-servizzi tal-kura tas-saħħa wassal għal tnaqqis fl-iskrinjar u d-dijanjożi tal-kanċer matul il-pandemija u jinsab imħasseb li t-tfixkil fl-iskrinjar tal-kanċer u d-dijanjożi posposta inevitabbilment jirriżultaw f’dijanjożi tal-kanċer fi stadju aktar tard, li tagħmel it-trattament aktar kumpless u għali, u tnaqqas il-probabbiltajiet ta’ sopravivenza<FOOTNOTE><FIELD> OECD/EU, “Health at a Glance: Europe 2022: State of Health in the EU Cycle” (Ħarsa lejn is-Saħħa: Ewropa 2022: l-Istat tas-Saħħa fiċ-Ċiklu tal-UE), Pubblikazzjoni OECD, Pariġi, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>229.</NO.P>Jinnota bi tħassib li s-servizzi għall-mard komunikabbli u għall-mard mhux komunikabbli ġew imfixkla minħabba kanċellazzjonijiet ta’ kura elettiva, l-għeluq ta’ programmi ta’ skrinjar, lockdowns tat-trasport tal-gvern jew dak pubbliku li jfixklu l-aċċess għall-faċilitajiet soċjali u tas-saħħa u n-nuqqas ta’ persunal u ta’ infrastruttura medika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>230.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-kwalità tal-arja għas-saħħa tal-bniedem u huwa favur l-allinjament tal-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja mal-linji gwida tad-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>231.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu mmonitorjati u riċerkati l-effetti tat-tfixkil tas-servizzi mediċi għall-mard komunikabbli u għall-mard mhux komunikabbli u li jinġabru l-aħjar prattiki identifikati biex tiġi żgurata l-kontinwazzjoni ta’ dawn is-servizzi matul emerġenza tas-saħħa pubblika; jappella għall-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE biex tantiċipa u timmonitorja l-impatti ta’ theddid serju għas-saħħa fuq in-nies affettwati minn mard komunikabbli, mard mhux komunikabbli u kundizzjonijiet oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>232.</NO.P>Ifakkar li, matul il-pandemija tal-COVID-19, in-nisa fl-età tax-xogħol kellhom riskju akbar li taqbadhom il-COVID-19, kienu aktar probabbli li jiġu djanjostikati tard wisq f’każ ta’ każijiet severi tal-COVID-19 u konsegwentement kienu aktar probabbli li jmutu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>233.</NO.P>Jirrikonoxxi ż-żieda fil-piż żejjed u fl-obeżità fost it-tfal u l-adolexxenti matul il-pandemija u ż-żieda fir-riskju ta’ eżiti tas-saħħa severi tal-COVID-19 għall-persuni li jgħixu bl-obeżità; jesprimi dispjaċir li l-politiki għall-prevenzjoni u l-indirizzar tal-obeżità u l-komorbiditajiet ma ngħatawx biżżejjed prijorità mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>234.</NO.P>Josserva li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi li inkludew is-servizzi tal-NCD fil-pjanijiet nazzjonali tal-COVID-19 taw prijorità lis-servizzi għall-erba’ forom ewlenin ta’ NCDs: servizzi ta’ mard kardjovaskolari, servizzi tal-kanċer, servizzi tad-dijabete u servizzi ta’ mard respiratorju kroniku; jenfasizza li xi pajjiżi rrikonoxxew is-saħħa mentali bħala qasam li għandu jingħata prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>235.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li mediċina integrattiva xjentifikament rikonoxxuta u approvata mill-awtoritajiet tas-saħħa pubblika jkollha benefiċċji għall-pazjenti fir-rigward tal-effetti paralleli ta’ mard differenti, bħall-kanċer, u t-trattament tiegħu; jisħaq fuq l-importanza li jinżamm aċċess għall-kura bil-mediċina integrattiva u li jiġi żviluppat approċċ iċċentrat fuq il-pazjenti meta jiġu ddefiniti pjanijiet ta’ emerġenza biex jirreaġixxu għall-emerġenzi tas-saħħa sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-kura għall-pazjenti u kwalità ta’ ħajja aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>236.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-restrizzjonijiet u l-lockdowns ikkontribwew għal żieda fil-kwistjonijiet tas-saħħa mentali li kellhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa, il-persuni b’diżabilità, iż-żgħażagħ, it-tfal, l-anzjani, l-individwi immunokompromessi, il-persuni li jindukrawhom, u gruppi oħra ta’ persuni soċjalment imbiegħda, u jissottolinja li dawn għandhom ikunu miżuri tal-aħħar istanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>237.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kif il-miżuri meħuda minn Stati Membri differenti biex irażżnu t-tifqigħa tal-COVID-19 kienu differenti u konsegwentement kif l-effetti fuq it-tfal kienu differenti, bil-għan li jiġu żviluppati l-aħjar prattiki ħalli titnaqqas il-ħsara li ssir lit-tfal f’pandemija futura possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>238.</NO.P>Jilqa’ l-pubblikazzjoni ta’ strateġija komprensiva dwar is-saħħa mentali mill-Kummissjoni, bi tweġiba għall-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>239.</NO.P>Jenfasizza li xi pajjiżi rrikonoxxew is-saħħa mentali bħala qasam li jagħti prijorità u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa pjan ta’ azzjoni konkret u strateġija dwar is-saħħa mentali, li jmorru lil hinn mill-inizjattiva tagħha “Healthier Together” u jindirizzaw il-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa mentali pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>240.</NO.P>Jappoġġja l-implimentazzjoni ta’ strateġija għas-saħħa mentali fil-livell tal-UE li taġixxi bħala sistema ta’ appoġġ għall-Istati Membri; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jagħtu prijorità lis-saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>241.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kampanji ta’ tilqim ta’ rutina ffaċċjaw ostakli u li l-pandemija żvelat il-vulnerabbiltà tas-sistemi ta’ immunizzazzjoni madwar id-dinja, u dan qajjem tħassib dwar tifqigħat futuri ta’ mard li jista’ jiġi pprevenut bit-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>242.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li jitkomplew u jittejbu l-programmi nazzjonali ta’ tilqim; jissottolinja li t-tilqim ta’ rutina huwa miżura kosteffettiva tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>243.</NO.P>Ifakkar li, għalkemm il-pandemija tal-COVID-19 issa hija kwistjoni tas-saħħa stabbilita u kontinwa li ma għadhiex tikkostitwixxi emerġenza tas-saħħa pubblika ta’ tħassib internazzjonali, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom jibqgħu viġilanti biex jiżguraw aċċess ugwali għal vaċċini essenzjali u li jsalvaw il-ħajja f’livell globali; jirrikonoxxi li d-diżinformazzjoni kkontribwiet għal ostakli fit-tilqim u jitlob rispons koordinat mill-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-pjattaformi online dwar il-ġlieda kontra l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(d)	Saħħa Waħda</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>244.</NO.P>Jenfasizza li l-mard infettiv żoonotiku emerġenti qed isir dejjem aktar komuni, u li 75 % tal-mard infettiv tal-bniedem huwa żoonotiku; jinsisti li l-COVID‑19 għamlitha ċara b’mod inekwivoku li s-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u ambjentali hija interkonnessa b’mod intrinsiku u jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod konsistenti u olistiku, b’konformità sħiħa mal-approċċ “Saħħa Waħda”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>245.</NO.P>Jitlob lill-UE tintegra Saħħa Waħda, kif definit mid-WHO, fil-politiki tagħha dwar is-saħħa pubblika; jissottolinja li hemm bżonn urġenti ta’ bidliet trasformattivi fis-soċjetà kollha; jenfasizza l-ħtieġa li jitkabbar aktar l-għarfien f’dan il-qasam u tiġi promossa r-riċerka xjentifika pubblika sabiex jiġu mifhuma u riflessi aħjar l-interdipendenzi bejn is-saħħa tal-bniedem, tal-annimali, tal-pjanti u ambjentali permezz ta’ approċċ multisettorjali, transdixxiplinari u integrat; huwa mħasseb dwar it-theddida li tiżdied ir-reżistenza għall-antimikrobiċi (AMR) u jenfasizza li l-AMR hija waħda mill-kawżi ewlenin tal-mewt madwar id-dinja; ifakkar fl-importanza li tittieħed azzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali biex din l-isfida tiġi indirizzata b’miżuri konkreti, inklużi miżuri leġiżlattivi u regolatorji u politiki tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>246.</NO.P>Ifakkar li l-kawżi sottostanti tal-pandemiji jinkludu l-istess bidliet ambjentali globali li jwasslu għat-telfien tal-bijodiversità u għall-kriżi tat-tibdil fil-klima u li r-riskju ta’ pandemiji jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti billi jitnaqqsu l-attivitajiet tal-bniedem li jixprunaw it-telfien tal-bijodiversità, it-tniġġis u t-tisħin globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>247.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC jintroduċu pjanijiet ta’ sorveljanza dwar it-theddid emerġenti għas-saħħa, inkluż il-ġbir tad-data koordinat u sistematiku, riċerka operazzjonali u dwar l-imġiba, u jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju dwar il-motivaturi, il-proċessi u l-mogħdijiet għall-emerġenza, it-tixrid u l-persistenza ta’ mard żoonotiku, kif ukoll jikkaratterizzaw ekosistemi intatti, reżiljenti u b’saħħithom u l-effett tagħhom fuq il-prevenzjoni tal-mard, inklużi s-sorveljanza tal-organiżmi selvaġġi u l-identifikazzjoni tal-patoġeni, u jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>248.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżijiet ekonomiċi biex tikkwantifika l-kostijiet u l-benefiċċji tal-interventi preventivi biex twieġeb għar-riskju minn mard żoonotiku emerġenti u tuża r-riżultati biex tippromwovi finanzjament sostenibbli f’dawn l-interventi, u rieżami komprensiv tal-isforzi fil-livell tal-UE mill-ECDC u l-HERA fir-rigward tat-theddid H5N1 u mpox li għaddej bħalissa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>249.</NO.P>Jissottolinja li l-integrazzjoni ta’ Saħħa Waħda tfisser li wieħed ikun jista’ jipprevjeni, ibassar u jidentifika t-theddid globali għas-saħħa fuq livell globali, tal-UE u dak nazzjonali u jħejji u jirrispondi għalih u jirrakkomanda li l-approċċ “Saħħa Waħda” jsir prinċipju ta’ gwida fl-inizjattivi u l-miżuri kollha tal-politika tas-saħħa pubblika u fil-programmi ta’ tħejjija għall-pandemija, jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ azzjonijiet ta’ tħejjija għall-pandemija, inkluż il-kontroll tal-vetturi għaż-żoonożi emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>250.</NO.P>Jenfasizza li l-ispiża tan-nuqqas ta’ azzjoni hija ferm akbar mill-ispiża tal-implimentazzjoni ta’ strateġiji globali għall-prevenzjoni tal-pandemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>251.</NO.P>Jitlob l-istabbiliment ta’ task force Ewropea bejn l-aġenziji ddedikata għall-approċċ “Saħħa Waħda” biex tmexxi ’l quddiem ir-riċerka tranżdixxiplinari u l-pariri xjentifiċi transsettorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>252.</NO.P>Iħeġġeġ biex jimtlew il-lakuni attwali fl-għarfien xjentifiku sabiex jitnaqqas ir-riskju ta’ mard żoonotiku billi tiġi kkoordinata r-riċerka fil-livell Ewropew u tiġi ffaċilitata l-kollaborazzjoni fost l-oqsma xjentifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>253.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-protezzjoni tal-ħabitats u t-tnaqqis tal-interfaċċi bejn il-bniedem u l-organiżmi selvaġġi biex jiġi limitat it-tixrid tal-mard żoonotiku; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi politiki u leġiżlazzjoni “Saħħa Waħda” biex tindirizza l-mard żoonotiku endemiku, mard tropikali ttraskurat u mard li jinġarr minn vetturi fi ħdan it-Trattat dwar il-Pandemiji tad-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>254.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, fit-Trattat dwar il-Pandemija tad-WHO, il-bini ta’ sistemi kollaborattivi u ta’ previżjoni ta’ intelliġenza dwar l-epidemiji (fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali) biex jidentifikaw interfaċċi ta’ riskju għoli u hotspots għat-tixrid, jinkorporaw id-data ambjentali u klimatika rilevanti u d-data dwar l-istabbiliment ta’ ħażniet u l-ispeċijiet vettur f’żoni ġeografiċi ġodda u l-istabbiliment ta’ sistema armonizzata madwar l-UE kollha għall-monitoraġġ tal-parametri tas-saħħa pubblika inkluż il-monitoraġġ tal-ilma urban mormi għal emerġenzi tas-saħħa possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>255.</NO.P>Jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni Konġunt “Saħħa Waħda” li tnieda mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, il-Programm tan-NU għall-Ambjent, id-WHO u l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u jissottolinja r-rwol importanti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fil-koordinazzjoni u l-appoġġ tal-approċċ “Saħħa Waħda” u “saħħa fil-politiki kollha”; iqis li l-implimentazzjoni tal-approċċ “Saħħa Waħda” għandha tinkludi diversi passi essenzjali, bħall-mobilizzazzjoni tar-riċerka, u l-ħolqien ta’ taħriġ tranżdixxiplinari innovattiv għall-professjonisti mediċi u għal dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>256.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tas-saħħa tal-annimali, b’mod partikolari fl-attivitajiet tal-bhejjem u tal-annimali tal-irziezet u li l-kundizzjonijiet ħżiena tas-saħħa tal-bhejjem u l-lakuni fil-kontrolli sanitarji jistgħu jżidu r-riskju ta’ mard żoonotiku; huwa mħasseb ħafna dwar it-tfaċċar u t-tixrid dejjem aktar frekwenti ta’ mard żoonotiku, li huwa aggravat mit-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali, il-bidla fl-użu tal-art, id-deforestazzjoni, il-qerda tal-bijodiversità u l-ħabitats naturali u l-pressjoni fuqhom, il-kummerċ illegali ta’ annimali selvaġġi, u l-produzzjoni tal-ikel u l-mudelli ta’ konsum mhux sostenibbli; jenfasizza li t-titjib tas-saħħa tal-annimali huwa mod kif tittejjeb is-saħħa tal-bniedem u jappella għal monitoraġġ, sorveljanza u twissija fit-trobbija tal-annimali u tal-bhejjem biex jiġu pprevenuti avvenimenti żoonotiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(e)	Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Is-sistemi u s-servizzi tas-saħħa
</ACTION><ACTION>
<NO.P>257.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw il-pakkett tal-Unjoni Ewropea tas-Saħħa, sabiex jiżviluppaw aġenda permanenti għas-saħħa u jqisu l-kura tas-saħħa pubblika bħala investiment; jappella għat-tisħiħ tas-servizzi bażiċi tas-saħħa, speċjalment il-kura primarja, disponibbli għal kulħadd mingħajr diskriminazzjoni, il-promozzjoni tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-litteriżmu sabiex jittejjeb l-istat ġenerali tas-saħħa tal-popolazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-pakkett tal-unjoni tas-saħħa, tippreżenta miżuri leġiżlattivi u regolatorji biex jiġu identifikati servizzi minimi bażiċi tal-kura tas-saħħa u standards minimi għal kura tas-saħħa ta’ kwalità li għandhom jiġu żgurati għall-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>258.</NO.P>Jitlob pakkett ta’ investiment iddedikat għall-promozzjoni tas-settur tal-kura u l-ekonomija tal-kura tal-UE kif ukoll biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni fost il-programmi u l-inizjattivi differenti li jistgħu jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ kura effettiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>259.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar kooperazzjoni Ewropea u internazzjonali biex titwettaq sorveljanza epidemjoloġika permezz tal-implimentazzjoni tal-pjanijiet obbligatorji għas-sorveljanza, il-monitoraġġ, l-allert u t-tħejjija, fir-rigward tat-theddid għas-saħħa pubblika, ix-xejriet emerġenti tas-saħħa pubblika, il-mard komunikabbli u l-avvenimenti żoonotiċi, u l-interoperabbiltà tad-data dwar is-saħħa madwar l-Ewropa, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u territorji ekstra-Ewropej kif meħtieġ mir-regolament dwar it-theddid transfruntier għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>260.</NO.P>Jissottolinja għal dan il-għan l-importanza tal-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-awtoritajiet tal-UE, l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-informazzjoni, għodod ġodda u riċerka biex jissaħħu r-riċerka interdixxiplinarja u x-xjenzi umani u soċjali fir-rigward tal-impatt tal-pandemiji u l-miżuri mhux farmaċewtiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>261.</NO.P>Jitlob li jinżammu l-attivitajiet ta’ ġbir u ta’ sorveljanza tad-data tal-COVID-19 sabiex tiġi mmitigata kwalunkwe theddida potenzjali futura għas-saħħa pubblika mit-tixrid tal-marda u għall-istabbiliment urġenti ta’ pjattaforma madwar l-UE għas-sorveljanza u s-sekwenzjar ġenomiċi, b’sistemi ta’ twissija xierqa stabbiliti, għandu jkun disponibbli għat-tobba u għar-riċerkaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>262.</NO.P>Jitlob li jsir investiment fil-bini ta’ analiżi eżistenti tad-data dwar is-saħħa biex ikunu jistgħu jinstabu risposti għal kwistjonijiet bħall-funzjonament tal-immunità naturali, il-perċentwal ta’ infezzjoni u s-severità tal-fatturi ta’ predispożizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>263.</NO.P>Jappella għal gwida mtejba tal-UE dwar każijiet li fihom is-servizzi tal-kura tas-saħħa jiġu temporanjament sospiżi, imnaqqsa jew iddevjati, sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-pazjenti prijoritarji, b’mod partikolari l-pazjenti li jeħtieġu eżami fiżiku u li ma jistgħux jibbenefikaw mit-telemediċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>264.</NO.P>Jappella għal kapaċità mtejba biex jiġu żgurati persunal kwalifikati, tagħmir u materjali sanitarji, kif ukoll infrastruttura medika ħalli jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ trattament ta’ dawn il-pazjenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>265.</NO.P>Jitlob li jkun hemm aktar diġitalizzazzjoni tas-servizzi amministrattivi fis-settur tas-saħħa u, meta xieraq u fattibbli, l-użu tas-servizzi tal-kura tas-saħħa online, filwaqt li jittieħdu miżuri xierqa biex tiġi protetta d-data personali u tiġi żgurata r-reżiljenza ċibernetika tas-sistemi tas-saħħa nazzjonali u l-infrastrutturi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>266.</NO.P>Jappella għall-użu ta’ servizzi tal-kura tas-saħħa online għall-promozzjoni, il-prevenzjoni u t-trattament tas-saħħa, filwaqt li jiġi żgurat livell adegwat ta’ ħiliet diġitali għall-ħaddiema, għall-professjonisti u għall-persuni li jindukraw involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>267.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jipprovdu taħriġ kontinwu u żvilupp professjonali għall-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-UE, inkluż taħriġ dwar is-sorveljanza pandemika u l-ġestjoni tal-kriżijiet, b’enfasi fuq il-benesseri u s-sikurezza tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, u li jiżguraw ir-rikonoxximent tal-ħiliet tagħhom u t-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom, inkluża rimunerazzjoni adegwata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>268.</NO.P>Jirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ finanzjament u investiment pubbliku affettwa x-xogħol, is-saħħa fiżika u s-saħħa mentali tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa; jenfasizza l-importanza ta’ miżuri preventivi u protettivi għas-saħħa fiżika u mentali tal-ħaddiema, kif ukoll miżuri protettivi oħra meta jkun meħtieġ, inkluż it-tilqim; iħeġġeġ lill-Istati Membri jindirizzaw il-professjonijiet tal-kura tas-saħħa li ma jitħallsux biżżejjed, bħall-infermiera u l-persuni li jindukraw, u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fil-professjonijiet tal-kura tas-saħħa, u li jipproponu malajr miżuri f’kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, filwaqt li jqisu l-miżuri proposti mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 lejn azzjoni Ewropea komuni dwar il-kura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>269.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi direttiva dwar ir-riskji psikosoċjali fuq il-post tax-xogħol biex jiġu indirizzati dawk ir-riskji u jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-professjonisti tas-saħħa u l-kura; jitlob għalhekk li l-Istati Membri jistabbilixxu aġenda politika fuq terminu twil, medju u qasir biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ ħaddiema tal-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>270.</NO.P>Jemmen li s-saħħa mentali trid issir prijorità fil-pakkett tal-unjoni tas-saħħa tal-UE u jemmen li r-rabta bejn is-saħħa mentali u fiżika għandha tiġi rikonoxxuta u riflessa fil-pakkett; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-kriżi tas-saħħa mentali li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ u t-tfal u jappella għal strateġija komprensiva tal-UE dwar is-saħħa mentali li tiffoka fuq is-saħħa mentali taż-żgħażagħ u tintegra azzjonijiet għall-gruppi soċjali kollha, b’mod partikolari dawk l-aktar vulnerabbli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu l-impatti fuq is-saħħa mentali fil-ħidma tagħhom ta’ rispons u tħejjija f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa jew pandemika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>271.</NO.P>Jisħaq fuq is-sinifikat tal-integrazzjoni tal-kura tas-saħħa mentali mal-kura fiżika, il-kultura u l-arti u attivitajiet oħra ta’ divertiment li jipprovdu kura effettiva, ibbażata fuq l-evidenza u ffukata fuq id-drittijiet tal-bniedem, u t-twessigħ tal-ambitu tas-servizzi disponibbli biex jippermettu aċċess akbar għat-trattament; iħeġġeġ aktar investiment fl-appoġġ u fis-servizzi tas-saħħa mentali bbażati fil-komunità, kif ukoll aċċess imtejjeb għall-kura tas-saħħa mentali fi ħdan is-sistemi tas-saħħa nazzjonali; jirrikonoxxi l-impatt tal-arti fuq is-saħħa u l-benessri, li jinkludu s-saħħa mentali, u r-rwol tal-arti fir-risponsi għall-pandemija madwar l-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>272.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-Istati Membri jiffinanzjaw kif xieraq is-sistemi tas-saħħa tagħhom, sabiex tiġi żgurata r-reżiljenza immedjata u fit-tul tagħhom billi jinvestu fil-forza tax-xogħol tal-kura tas-saħħa, fil-provi kliniċi, fl-edukazzjoni tas-saħħa pubblika u fl-infrastruttura kritika tas-saħħa, fl-għodod, fl-istrutturi, fil-proċessi u fil-kapaċità tal-laboratorji, u jappella għall-forniment ta’ servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>273.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta pjan ta’ emerġenza biex issaħħaħ il-farmakoviġilanza fil-livell tal-Istati Membri u dak Ewropew sabiex tappoġġja l-ġbir rapidu tad-data lokali u l-kapaċitajiet tal-ipproċessar, ir-reklutaġġ addizzjonali fi ħdan it-timijiet nazzjonali, l-ipproċessar imtejjeb tan-notifiki spontanji u l-implimentazzjoni tal-farmakoviġilanza attiva;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Kuntratti u negozjati
</ACTION><ACTION>
<NO.P>274.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ tħejjija aħjar fil-proċeduri konġunti ta’ akkwist għall-mediċini u għall-prodotti mediċi, filwaqt li jiġu evitati l-eċċessi, fid-dawl tal-imprevedibbiltà inerenti tal-pandemiji; Jissottolinja l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza anke f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi meta ż-żmien ikun qasir, sabiex tiġi ggarantita sorveljanza demokratika u tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi, inklużi l-istituzzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>275.</NO.P>Jitlob li l-kuntratti jiġu konklużi u li n-negozjati dwar il-prezzijiet isiru b’mod trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>276.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tar-rwol ta’ skrutinju tal-Parlament u jitlob li tingħata attenzjoni speċjali lit-trasparenza fin-negozjar ta’ kuntratti ta’ akkwist konġunt; jissuġġerixxi li nitgħallmu minn inizjattivi ta’ akkwist konġunt biex jiġi pprevenut dewmien fil-konsenja, prezzijiet għoljin b’mod mhux ġustifikat u vaċċini żejda u kontromiżuri mediċi u biex jiġi żgurat li r-responsabbiltà tal-prodott tibqa’ kompletament f’idejn il-manifatturi; iħeġġeġ l-istabbiliment ta’ regoli ċari għan-negozjati mal-kumpaniji biex jiġu evitati vaċċini żejda u kontromiżuri mediċi u jisħaq fuq l-importanza ta’ kuntratti futuri ta’ akkwist ta’ vaċċini li jevitaw monopolji u/jew oligopolji, filwaqt li jiġi żgurat portafoll varjat ta’ vaċċini sabiex tiġi offruta protezzjoni akbar liċ-ċittadini Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>277.</NO.P>Iħeġġeġ li l-proċeduri ta’ akkwist komuni u konġunti f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jittejbu u jittieħed approċċ aktar koordinat, li jippermetti li l-kuntratti jiġu adattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>278.</NO.P>Jinsisti fuq il-prinċipji ta’ pprezzar ġust, trasparenza u redditu ġust fuq l-investiment pubbliku għal xiri bil-quddiem, u li l-kuntratti għandhom jiġu adattati għat-theddid u l-ħtiġijiet pubbliċi li qed jinbidlu; jitlob lista ċara ta’ kriterji għall-akkwist konġunt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>279.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw ir-rispett tar-regoli eżistenti, kif previst fil-leġiżlazzjoni tal-UE, biex jiġu żgurati prodotti ta’ kwalità, u li, t-trasferiment tar-responsabbiltà mill-manifatturi lejn l-Istati Membri ma jsirx prattika standard;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>280.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-fatt li l-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt ippreveda klawżola ta’ esklużività fil-qafas tax-xiri tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u b’hekk jipproteġi l-pożizzjoni tan-negozjati u jissalvagwardja s-sigurtà tal-provvista tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-manifatturi li jibbenefikaw mill-finanzjament tal-UE jirrapportaw regolarment dwar kif jintefqu dawn il-fondi;
</ACTION><ACTION>
(iii)	Disponibbiltà ta’ kontromiżuri mediċi
</ACTION><ACTION>
<NO.P>281.</NO.P>Jirrakkomanda li l-UE tistabbilixxi sistemi adegwati biex tipprovdi lill-manifatturi b’finanzjament xieraq f’każ ta’ riskju jekk ikun hemm kriżi tas-saħħa pubblika, tappoġġja l-iżvilupp u l-produzzjoni tal-kontromiżuri mediċi rilevanti, tgħin lill-manifatturi jadattaw u jespandu malajr il-produzzjoni, filwaqt li jiġu evitati interruzzjonijiet u nuqqasijiet ta’ mediċini, apparat mediku, teknoloġija u servizzi tas-saħħa, pereżempju permezz ta’ tariffi ta’ prenotazzjoni f’kuntratti ta’ akkwist konġunt, li jistgħu jkunu partikolarment ta’ għajnuna għall-SMEs, u li tali mekkaniżmi għandhom ikunu trasparenti u kontinġenti għall-approvazzjoni u r-reviżjoni mill-korpi leġiżlattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>282.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu strateġija ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva sostenibbli ċara, bl-għan li jiġu żviluppati kumulazzjonijiet ta’ riżervi mediċi komplementari tal-UE u nazzjonali għat-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, filwaqt li tiġi evitata l-ħela;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>283.</NO.P>Jappella biex jiġi żgurat li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni farmaċewtika ġenerali tibni fuq fehim tajjeb tal-kawżi ewlenin tan-nuqqas ta’ mediċini; jenfasizza l-ħtieġa li l-industrija farmaċewtika tal-UE jkollha katina tal-provvista diversifikata u pjan ta’ mitigazzjoni tar-riskju tan-nuqqasijiet ta’ mediċini biex tlaħħaq ma’ kwalunkwe vulnerabbiltà u riskju għall-katina tal-provvista, li preferibbilment għandhom ikunu jinsabu fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u li tirrikjedi li l-kumpaniji farmaċewtiċi jkollhom livelli adegwati ta’ stokkijiet ta’ sikurezza u jipprovdu avviż bikri dwar in-nuqqasijiet ta’ mediċini, bl-appoġġ ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza tal-katina tal-provvista u miżuri ta’ prevenzjoni tar-riskju; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li tissaħħaħ is-sigurtà tal-provvista permezz ta’ notifika aktar bikrija tan-nuqqasijiet, obbligi aktar stretti għall-provvista u t-trasparenza, trasparenza mtejba tal-ħażniet u koordinazzjoni mtejba tal-UE u mekkaniżmi biex jiġu ġestiti u evitati n-nuqqasijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>284.</NO.P>Jappoġġja t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni eżistenti fl-Istati Membri, filwaqt li jħeġġeġ ukoll ir-ripatrijazzjoni tal-industrija farmaċewtika meta jkun meħtieġ biex jiġu indirizzati dipendenzi għoljin; jenfasizza l-ħtieġa ta’ pjan ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-mediċini ddefiniti bħala kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>285.</NO.P>Jemmen li l-Proġetti ta’ Interess Ewropew Komuni (IPCEI) dwar is-saħħa għandhom jiffaċilitaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji innovattivi u aktar ekoloġiċi u proċessi ta’ produzzjoni għall-manifattura tal-mediċini, ta’ terapiji tal-ġeni u taċ-ċelloli u l-innovazzjoni fi trattamenti strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>286.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li, minbarra l-vaċċini kontra l-COVID-19, il-pazjenti jkunu jistgħu jaċċessaw prodotti terapewtiċi effettivi kontra l-COVID-19 għal kull stadju tal-progressjoni tal-marda, biex jippermettu rkupru aktar rapidu u jnaqqsu l-mortalità;
</ACTION><ACTION>
(IV)	KTAJJEN TAL-PROVVISTA
</ACTION><ACTION>
<NO.P>287.</NO.P>Jipproponi li għandhom jiġu promossi dispożizzjonijiet aktar b’saħħithom relatati mat-tfixkil fil-provvista f’kuntratti futuri dwar il-provvista ta’ prodotti mediċi; jitlob li jiġu identifikati dipendenzi ta’ riskju għoli u l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni għal prodotti relatati fl-UE u l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni fl-Ewropa għal ingredjenti attivi, eċċipjenti u prodotti anċillari essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>288.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha tnaqqas id-dipendenza tagħha minn sħab kummerċjali u taġixxi b’mod deċiżiv biex tipprevjeni n-nuqqasijiet ta’ mediċini; jistieden lill-EMA timmappja l-vulnerabbiltajiet tal-katina tal-provvista relatati mas-sistema Ewropea tal-akkwist ta’ prodotti mediċi u ingredjenti farmaċewtiċi attivi minn barra l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>289.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha tiżgura kondiviżjoni aħjar tad-data mill-industrija, projezzjonijiet aktar bikrija dwar fejn jistgħu jseħħu nuqqasijiet fil-futur u trasparenza akbar tal-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-prodotti mediċinali fejn dan jgħin biex jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-mediċini ta’ interess pubbliku ta’ prijorità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>290.</NO.P>Jisħaq li l-pandemija enfasizzat il-ħtieġa li tiżdied l-awtonomija strateġika tal-UE fil-ktajjen tal-provvista essenzjali u fl-infrastrutturi u fis-servizzi kritiċi u jemmen li l-UE għandha żżid is-sehem tal-produzzjoni medika ewlenija fit-territorju tagħha biex issaħħaħ l-awtonomija tal-katina tal-provvista tal-Ewropa, filwaqt li jinżamm il-ftuħ għad-dinamika globali tal-katina tal-provvista kemm f’sitwazzjonijiet normali kif ukoll f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>291.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-finanzjament ta’ proġetti strateġiċi fis-settur tas-saħħa permezz ta’ Fond Ewropew għas-Sovranità li jista’ jikkontribwixxi biex tinkiseb l-awtonomija strateġika tal-UE dwar il-prodotti mediċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>292.</NO.P>Jemmen li l-istimulazzjoni u l-bini ta’ ekosistema industrijali Ewropea attraenti għas-settur farmaċewtiku huma waħda mill-kundizzjonijiet ewlenin biex tkompli titrawwem ir-rilokazzjoni tal-faċilitajiet ta’ produzzjoni lura lejn l-UE u li r-rilokazzjonijiet ta’ dan it-tip jistgħu jgħinu biex is-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-UE jsiru aktar indipendenti minn pajjiżi terzi u aktar reżiljenti għat-tfixkil; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi d-djalogu mal-Istati Membri u mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha biex tippromwovi l-farmaċewtiċi “magħmulin fl-Ewropa” billi ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-manifattura u tal-provvista, tivvaluta kriterji addizzjonali għall-ipprezzar nazzjonali, mingħajr ebda spiża addizzjonali għall-pazjenti u mingħajr preġudizzju għas-sostenibbiltà tas-sistema tas-saħħa, u tiżgura li dawn il-kriterji jinkludu standards ambjentali għoljin tal-manifattura, ġestjoni robusta tal-katina tal-provvista, investiment dimostrabbli fl-innovazzjoni u r-riċerka; jenfasizza l-importanza ta’ ppjanar bikri biex jiġu evitati n-nuqqasijiet u tiġi allokata l-provvista fejn tkun tinsab id-domanda tal-pazjenti; jissottolinja li kwalunkwe forma ta’ appoġġ mill-awtoritajiet pubbliċi għandha tkun kundizzjonali fuq il-klawżoli ta’ aċċessibbiltà, aċċessibbiltà tal-prezzijiet, disponibbiltà, sikurezza u trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>293.</NO.P>Ifakkar li kwalunkwe finanzjament pubbliku jrid ikun kundizzjonali fuq it-trasparenza u t-traċċabbiltà tal-investimenti, l-obbligi tal-provvista fis-suq Ewropew u l-aċċessibbiltà, is-sikurezza u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-mediċini prodotti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>294.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jitnaqqas id-dewmien amministrattiv bejn is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-approvazzjoni tagħha mill-EMA, u li s-simplifikazzjoni tal-proċeduri regolatorji ma għandhiex tikkomprometti l-istandards tas-sikurezza, tal-effikaċja u tal-kwalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>295.</NO.P>Jissuġġerixxi l-iżvilupp ta’ networks li jistgħu jiġu mmobilizzati biex jipproduċu varjetà ta’ teknoloġiji fi żmien qasir (bħall-EU FAB) u l-indirizzar tal-isfidi tal-katina tal-provvista u l-ostakoli kummerċjali li jħallu impatt fuq il-proċess tal-produzzjoni, itenni l-ħtieġa li tiġi ffaċilitata l-produzzjoni ta’ mediċini mingħajr skop ta’ qligħ;
</ACTION><ACTION>
(v)	Riċerka u żvilupp
</ACTION><ACTION>
<NO.P>296.</NO.P>Iħeġġeġ aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp orjentat lejn l-indirizzar tal-objettivi ta’ interess pubbliku, billi jiżdiedu r-riżorsi tal-programm qafas tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni u l-programm UE għas-Saħħa, u bl-istabbiliment tal-HERA bħala aġenzija futura tal-UE li tappoġġja r-riċerka biex tagħmel il-vaċċini kif ukoll trattamenti innovattivi u trattamenti oħra disponibbli fi żminijiet ta’ kriżi u lil hinn minnha; iħeġġeġ ir-riċerka dwar il-vaċċini biex tesplora metodikament u tqis id-differenzi bejn il-ġeneri fir-rispons u l-effikaċja tal-vaċċini billi tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fi provi kliniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>297.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jsir investiment fi prodotti finali aktar aċċessibbli u bi prezz aktar raġonevoli; itenni l-ħtieġa ta’ trasparenza akbar fir-riċerka u l-iżvilupp bijomediku biex jiġu stabbiliti b’mod indipendenti investimenti finanzjarji mmirati sew u titnaqqas id-duplikazzjoni billi jiġu żgurati r-rapportar u l-aċċessibbiltà tad-data u l-eżiti tal-provi kliniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>298.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel is-sindromi ta’ infezzjoni postakuta prijorità u tiżviluppa strateġija tal-UE dwar il-PAIS, komparabbli mal-pjan Ewropew għall-ġlieda kontra l-kanċer u mal-istrateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali u tindirizza l-PAIS fl-istrateġija għas-saħħa globali; jitlob lill-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu l-istess sforz biex isibu kura għall-pazjenti b’PAIS bħalma għamlu għall-iżvilupp tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>299.</NO.P>Jappella għal aktar riċerka biex jiġu ddeterminati l-kawżi sottostanti, il-frekwenza u l-aħjar għażliet ta’ trattament għall-PASC, inklużi l-COVID fit-tul, is-sindromu ta’ wara l-vaċċin u mard post-infettiv ieħor u riċerka dwar il-konsegwenzi fit-tul tagħhom bħall-iżvilupp tal-ME/CFS, kif ukoll l-iskambju ta’ esperjenza u approċċi biex jiġi indirizzat l-impatt tal-effetti tagħhom; jitlob l-istabbiliment ta’ network ta’ esperti tal-UE dwar dan il-mard bi programm koordinat ta’ sistemi ta’ sorveljanza, inkluża data diżaggregata skont is-sottogruppi differenti minn kull Stat Membru, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej, permezz ta’ definizzjonijiet u metodoloġiji konsistenti tal-każijiet, u li jinkludi l-impatt ta’ dawn il-kundizzjonijiet fuq is-saħħa, l-impjiegi u l-ekonomija; jenfasizza l-ħtieġa ta’ finanzjament addizzjonali u sejħiet prijoritizzati għal proġetti ffokati fuq ir-riċerka bijomedika fil-PASC u għal rikonoxximent aħjar tal-PASC fil-livell tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>300.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-finanzjament ta’ Orizzont Ewropa għal riċerka ddedikata u mmirata dwar il-PASC, inkluża l-kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika, fuq skala li tippermetti l-iżvilupp ta’ serje ta’ għodod dijanjostiċi, il-finanzjament ta’ studji kruċjali u l-iżvilupp ta’ mediċini li jindirizzaw ir-raggruppamenti differenti ta’ sintomi u s-Sħubija Ewropea dwar il-Mard Rari; jenfasizza f’dan ir-rigward li anke l-viruses li ma jidhrux serji ħafna xi drabi jistgħu jwasslu għal mard serju fil-futur; jissottolinja li l-prevenzjoni hija aħjar mill-kura u għalhekk itenni l-ħtieġa li titħeġġeġ u tiġi ffinanzjata r-riċerka biex jinħolqu vaċċini li jipprovdu immunità sterili, li mhux biss jittrattaw il-marda iżda l-aktar importanti jipprevjenu l-infezzjonijiet, filwaqt li jevitaw kwalunkwe problema potenzjali fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>301.</NO.P>Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-importanza li jipprovdu assistenza u appoġġ adegwati lil persuni li jbatu mill-PASC, inkluż il-COVID fit-tul fl-estensjoni tal-allowances għall-mard, l-iffaċilitar tal-aċċess għal skemi ta’ benefiċċju soċjali kif ukoll kumpens għall-pazjenti b’sindromu ta’ wara l-vaċċin sabiex jiġi mmitigat il-PASC bħala nassa tal-faqar, inkluż appoġġ xieraq għal dawk affettwati fil-ħajja ta’ kuljum jew fil-kapaċità tax-xogħol tagħhom; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ edukazzjoni u taħriġ mediċi mtejba għall-professjonisti tas-saħħa u tal-kura soċjali li jaħdmu fil-qasam tal-PASC u l-inklużjoni tal-ME/CFS fi ħdan in-Network ta’ Referenza Ewropew għal Mard Newroloġiku Rari (ERN);
</ACTION><ACTION>
(vi)	Trasparenza
</ACTION><ACTION>
<NO.P>302.</NO.P>Jirrakkomanda li la n-negozjaturi tal-kuntratti ma’ kumpaniji farmaċewtiċi, u lanqas l-esperti kkonsultati fil-kuntest tal-politika jew programmi farmaċewtiċi tal-UE jew b’xi mod ieħor mobilizzati mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet tal-UE, ma għandu jkollhom xi interessi finanzjarji jew interessi oħra li jistgħu jitqiesu li jippreġudikaw l-indipendenza tagħhom, u li għandhom jiddikjaraw l-interessi finanzjarji u interessi oħra tagħhom, filwaqt li jaġġornaw tali dikjarazzjonijiet kull sena u kull meta jkun meħtieġ f’konformità mal-proċeduri previsti fil-livell tal-Istati Membri jew tal-UE; jirrakkomanda li dawn id-dikjarazzjonijiet isiru pubbliċi; iqis li l-esperti għandhom jiżvelaw kwalunkwe fatt ieħor li jsiru jafu bih waqt il-parteċipazzjoni tagħhom f’tali proċeduri li jista’ raġonevolment ikun mistenni li jinvolvi jew jagħti lok għal kunflitt ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>303.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevalwa u tirrieżamina perjodikament is-sistema ta’ inċentivi filwaqt li tiżgura l-prevedibbiltà tagħha, u tirrapporta lura lill-Parlament Ewropew, iżżid it-trasparenza tal-prezzijiet filwaqt li tirrispetta l-kunfidenzjalità tan-negozju u tenfasizza l-fatturi tat-teknoloġiji tas-saħħa u s-sostenibbiltà ekonomika tas-sistemi tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>304.</NO.P>Ifakkar li l-Ewropej kollha għandhom id-dritt għal trattament ottimali, irrispettivament mill-mezzi finanzjarji, mill-ġeneru, mill-età jew min-nazzjonalità u jesprimi tħassib dwar id-differenza kbira fid-disponibbiltà u fl-aċċess għal terapiji differenti, b’raġuni primarja li ma tistax tintlaħaq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>305.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jqisu d-differenza fis-saħħa bejn il-ġeneri fit-tħejjija u r-reżiljenza tagħhom għall-pandemija futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>306.</NO.P>Jissottolinja speċjalment il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva tan-nisa u jfakkar lill-Istati Membri li l-aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa, huwa komponent essenzjali tal-obbligi legali tagħhom biex javvanzaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>307.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ugwali għal mediċini sikuri, effettivi u bi prezz raġonevoli fl-UE u jħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw negozjati konġunti dwar il-prezzijiet ma’ kumpaniji farmaċewtiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>308.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq proposta għar-reviżjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta’ sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 8).</FIELD></FOOTNOTE> sabiex jiġu żgurati skrutinju effettiv u trasparenza sħiħa tal-proċeduri użati biex jiġu ddeterminati l-prezz u l-ammont tar-rimborż tal-mediċini, b’mod partikolari l-mediċini kontra l-kanċer, fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>309.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ trasparenza matul ċerti fażijiet ta’ negozjar tal-kuntratti tal-vaċċini mill-Kummissjoni u jissottolinja li t-trasparenza fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet issaħħaħ l-aċċettazzjoni ta’ għażliet politiċi magħmula f’isem iċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>310.</NO.P>Iħeġġeġ modi responsabbli biex tissaħħaħ it-trasparenza fir-rigward tal-finanzjament, il-kuntratti, u l-akkwist tal-vaċċini pubbliċi, kif ukoll il-kontromiżuri mediċi, l-ispejjeż reali tar-riċerka u l-iżvilupp, u l-aċċess għar-riżultati tal-provi kliniċi u d-data relatata permezz tas-sistema ta’ informazzjoni tal-provi kliniċi, u jitqiesu kif dovut id-drittijiet tal-IP, inklużi s-sigrieti kummerċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>311.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura d-dmir tagħha ta’ trasparenza billi tagħmel pubbliku wkoll, fil-kuntratti ta’ akkwist, informazzjoni relatata mar-responsabbiltà tal-manifatturi, id-dati tal-konsenja u l-volumi ta’ dożi għal kull Stat Membru, u barra minn hekk il-prezz tad-dożi mibjugħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>312.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat u aġġornat dwar il-ftehimiet ta’ xiri u tipprovdi lill-Parlament Ewropew aċċess għall-verżjonijiet mhux reddati tal-ftehimiet kollha ta’ xiri mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>313.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-verżjoni mhux reddata tal-ftehimiet ta’ xiri għall-pubbliku ġenerali wara d-dati ta’ terminazzjoni rispettivi tagħhom, inkluża l-informazzjoni kollha ta’ interess pubbliku, meta legalment possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>314.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-manifatturi jkunu trasparenti dwar l-effetti sekondarji potenzjali tal-vaċċini, inklużi l-effetti sekondarji magħrufa identifikati mill-EMA, u jikkomunikaw f’dan il-kuntest, kif ukoll dwar il-benefiċċji u l-effiċjenza tat-tilqim, f’kuntest konsistenti, komprensiv, u b’mod koordinat, li jiggarantixxi s-sikurezza tal-pazjenti, kif ukoll li jevita l-eżitazzjoni għat-tilqim, l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>315.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu bl-isforzi biex jiġbru d-data dwar l-effetti sekondarji b’mod f’waqtu u adegwat, u jdaħħlu din id-data fil-bażi tad-data dwar il-farmakoviġilanza; jisħaq fuq l-importanza tal-farmakoviġilanza, il-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jiġu pprevenuti r-reazzjonijiet negattivi, id-determinazzjoni tar-responsabbiltà u l-iżgurar ta’ kumpens rapidu f’każ ta’ korriment mill-manifatturi;
</ACTION><ACTION>
(vii)	Istituzzjonijiet tal-UE
</ACTION><ACTION>
<NO.P>316.</NO.P>Jitlob li l-HERA ssir aġenzija awtonoma tal-UE, b’mandat b’saħħtu u definit sew mill-Kunsill u mill-Parlament (inkluż rwol xieraq fir-riċerka industrijali, u mandat), li tiżgura wkoll is-sorveljanza parlamentari u b’hekk iżid it-trasparenza, b’aktar riżorsi u b’baġit biex tissodisfa l-mandat tagħha, filwaqt li tkun ikkoordinata ma’ inizjattivi oħra tal-UE dwar is-saħħa, filwaqt li tiffoka l-attivitajiet tagħha fuq is-salvagwardja tal-interess pubbliku, inkluż permezz ta’ kundizzjonijiet ta’ aċċess u għażliet legali biex tawtorizza t-trasferiment tat-teknoloġija u l-kondiviżjoni tal-għarfien;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>2.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Approċċ koordinat li jirrispetta d-demokrazija u d-drittijiet fundamentali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(a)	Bini tal-fiduċja</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Komunikazzjoni aħjar u aktar effettiva tal-UE dwar is-saħħa, b’mod partikolari fir-rigward ta’ epidemiji jew kriżijiet tas-saħħa
</ACTION><ACTION>
<NO.P>317.</NO.P>Jissottolinja li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq l-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali, b’mod partikolari d-drittijiet ta’ ċerti gruppi, bħall-anzjani, it-tfal, in-nisa u ż-żgħażagħ, u kellha effett negattiv speċjalment fuq gruppi diġà emarġinati, inklużi iżda mhux limitati għal persuni b’diżabilità, migranti, nies li qed jiffaċċjaw ir-razziżmu, nies soċjalment żvantaġġati u persuni LGTBQIA+; jisħaq li l-fiduċja fl-awtoritajiet u fl-istituzzjonijiet pubbliċi u fix-xjenza applikata fit-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet pubbliċi hija indispensabbli għal rispons effettiv għall-pandemiji u ma tistax tinkiseb mingħajr trasparenza u komunikazzjoni bbażata fuq evidenza xjentifika f’konformità mad-data disponibbli dak iż-żmien, mogħtija b’mod trasparenti u li jinftiehem għall-pubbliku ġenerali; jirrikonoxxi li t-tixrid ta’ informazzjoni xjentifikament jew medikament falza f’nofs kriżi tas-saħħa għamel ħsara serja lis-saħħa tal-popolazzjoni tal-UE u saħansitra poġġa l-ħajja tan-nies li jgħixu fl-UE f’riskju; jiddeplora l-użu politikament motivat tal-aħbarijiet foloz u d-diżinformazzjoni, u t-tentattivi ta’ diżinformazzjoni permezz ta’ tali mezzi tal-istituzzjonijiet pubbliċi fi żmien ta’ kriżi; jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt fuq is-sorveljanza demokratika u t-trasparenza tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jissottolinja li dawn l-iżviluppi għandhom impatt negattiv mhux biss fuq il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi iżda anke fuq il-koeżjoni soċjali; jissottolinja li l-fiduċja, l-iżvelar konsistenti tad-dokumenti pubbliċi flimkien mal-komunikazzjoni ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza b’mod ċar, effettiv u li jinftiehem għall-pubbliku ġenerali jżidu r-rieda tan-nies li jsegwu volontarjament r-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa u jżidu l-fiduċja pubblika b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>318.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li d-deċiżjonijiet dwar il-miżuri applikati biex jiġu indirizzati l-pandemiji, speċjalment meta jsarrfu f’restrizzjoni tal-libertajiet, ikunu bbażati fuq kriterji xjentifiċi u l-pariri tal-awtoritajiet xjentifiċi fil-qasam permezz ta’ proċessi formali u trasparenti ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>319.</NO.P>Jinnota l-isforzi tal-EMA biex tipprovdi informazzjoni ċara, trasparenti, preċiża u f’waqtha dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-vaċċini u tal-aġenti terapewtiċi tal-COVID-19, b’veloċità u frekwenza mingħajr preċedent u jirrikonoxxi li l-aġenzija diġà implimentat miżuri biex iżżid it-trasparenza tal-attivitajiet regolatorji tagħha dwar il-vaċċini u t-trattamenti tal-COVID‑19; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-aġenzija tkompli ttejjeb aktar it-trasparenza, il-komunikazzjoni u d-disponibbiltà tal-informazzjoni u għalhekk jitlob lill-aġenzija tiżgura trasparenza u disponibbiltà sħiħa tal-informazzjoni dwar il-vaċċini u l-proċessi ta’ awtorizzazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li titrawwem il-fiduċja tal-pubbliku u li tiġi pprovduta informazzjoni kompluta dwar il-fondi pubbliċi u l-infiq tagħhom; jirrikonoxxi li l-komunikazzjoni tal-aġenzija kienet kruċjali biex iċ-ċittadini jserrħu rashom, tiġi miġġielda l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni matul il-pandemija u jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati livelli għoljin ta’ trasparenza fil-funzjonament tal-aġenzija; jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-ECDC, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jtejbu t-trasparenza u l-istrateġiji ta’ komunikazzjoni tagħhom fi żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>320.</NO.P>Jirrimarka d-differenzi bejn il-kapaċità tal-Istati Membri li jindirizzaw id-diżinformazzjoni; jinnota li tali differenzi huma wieħed mill-fatturi li jikkontribwixxu għal disparitajiet f’termini ta’ eżitazzjoni għat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>321.</NO.P>Jirrikonoxxi li, minkejja d-diżinformazzjoni mifruxa fl-Unjoni, iċ-ċittadini tal-UE u s-soċjetà b’mod ġenerali laqgħu ħafna t-tilqim kontra l-COVID-19 u jenfasizza li s-sens kbir ta’ responsabbiltà taċ-ċittadini kien essenzjali għat-tmexxija bla xkiel u s-suċċess tal-kampanja ta’ tilqim f’ħafna Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>322.</NO.P>Iqis li edukazzjoni dwar is-saħħa, fost politiki oħra, inklużi l-komunikazzjoni u l-prossimità għall-fornituri tal-kura tas-saħħa u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, flimkien mal-komunikazzjoni tal-evidenza u r-riżultati xjentifiċi b’mod li jinftiehem, il-litteriżmu medjatiku u t-trasparenza tal-proċeduri pubbliċi, is-soluzzjonijiet ibbażati fil-komunità u s-sensibilizzazzjoni għall-komunitajiet emarġinati huma wħud mill-fatturi ewlenin fit-tnaqqis tal-eżitazzjoni għat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
(ii)	l-indirizzar tal-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni u r-rwol tal-media soċjali
</ACTION><ACTION>
<NO.P>323.</NO.P>Jenfasizza li d-diżinformazzjoni hija sfida li qed tevolvi bil-potenzjal li tinfluwenza b’mod negattiv il-proċessi demokratiċi u d-dibattiti tas-soċjetà li jaffettwaw l-oqsma politiċi kollha, iddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fid-demokrazija u tiskoraġġixxi l-kooperazzjoni u s-solidarjetà Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>324.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ispazju Ewropew tal-informazzjoni jeħtieġ li jkun protett aħjar; jinnota żieda rapida fil-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni fuq il-media soċjali u l-istrumenti tal-media tradizzjonali matul il-pandemija u jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp ta’ strateġiji biex tiġi pprevenuta d-diżinformazzjoni matul żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>325.</NO.P>Ifakkar li l-aħjar mod biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni huwa li jiġu protetti u żgurati d-dritt għall-informazzjoni u l-libertà tal-espressjoni, filwaqt li jiġu appoġġjati l-pluraliżmu tal-media u l-ġurnaliżmu indipendenti; jistieden lill-Istati Membri, f’dan il-kuntest, jiżguraw it-trasparenza meta jadottaw miżuri f’sitwazzjoni ta’ kriżi u jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom b’informazzjoni u data komprensivi, aġġornati, preċiżi u oġġettivi dwar is-sitwazzjoni u l-miżuri meħuda biex jikkontrollawha, sabiex jiġġieldu d-diżinformazzjoni li għandha l-għan li tiskredita jew tgħawweġ l-għarfien xjentifiku dwar ir-riskji għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>326.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-informazzjoni tkun komprensibbli, konsistenti, sostanzjata xjentifikament u pprovduta fil-ħin biex tiġi evitata l-miżinformazzjoni u b’hekk tingħata gwida lill-pubbliku, il-mezzi tal-komunikazzjoni u l-fornituri tal-kura medika u jiġu segwiti r-rakkomandazzjonijiet tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>327.</NO.P>Jilqa’ r-reviżjoni tal-“Kodiċi ta’ Prattika dwar id-diżinformazzjoni” fl-2022 u jappoġġja bis-sħiħ l-impenji l-ġodda tiegħu u jirrakkomanda rapport bikri dwar l-impatt tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>328.</NO.P>Jilqa’ l-att propost dwar il-libertà tal-media Ewropea, li huwa mfassal biex jippreżerva l-libertà u d-diversità tal-media fid-dawl ta’ għodod kontra l-miżinformazzjoni; jilqa’ l-ħidma ta’ verifika tal-fatti tal-ġurnalisti biex jiġġieldu l-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni, filwaqt li jirrispettaw kif xieraq id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju tal-libertà tal-istampa; jitlob aktar riżorsi biex jiġi ffaċilitat it-taħriġ dwar l-għodod kontra l-miżinformazzjoni u jappoġġja kollaborazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-media biex jiġi evitat it-tixrid ta’ aħbarijiet foloz; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi fi żminijiet ta’ kriżi biex jiżguraw li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jaħdmu b’mod sikur, u jirrikonoxxu l-mezzi tal-media tal-aħbarijiet bħala servizz essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>329.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment ta’ taskforce permanenti dwar il-miżinformazzjoni (id-diviżjoni StratCom tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna) biex timmonitorja l-iskala ta’ miżinformazzjoni fl-UE u jilqa’ l-pjan ta’ azzjoni Ewropew propost għad-demokrazija biex tiġi stabbilita strateġija Ewropea komuni biex tindirizza l-miżinformazzjoni kif ukoll il-pakkett li jmiss dwar id-Difiża tad-Demokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>330.</NO.P>Jenfasizza li l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, flimkien maċ-ċiberattakki, jistgħu jkunu wkoll parti mill-istrateġiji tal-“gwerra ibrida” mis-setgħat barranin u għandhom jiġu indirizzati bħala parti minn strateġija tas-sigurtà usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>331.</NO.P>Jilqa’ l-użu tas-Sistema ta’ Twissija Rapida eżistenti minn qabel matul il-kriżi tal-COVID-19, li kienet imfassla speċifikament biex tiġġieled kampanji ta’ diżinformazzjoni barranija; jinnota s-sett ta’ għodod li jmiss stabbilit b’mod konġunt mill-Kummissjoni u mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, li jistabbilixxi soluzzjonijiet ta’ azzjoni għall-bini tar-reżiljenza, regolatorji u ta’ rispons; jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu aktar estensiv mis-Sistema ta’ Twissija Rapida u minn mezzi xierqa oħra sabiex isaħħu l-kooperazzjoni mal-istituzzjonijiet tal-UE u bejniethom, inkluż għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni disponibbli dwar l-indikazzjonijiet tas-saħħa tas-sitwazzjoni fil-prattika u dwar il-progress tagħha; jenfasizza li s-sensibilizzazzjoni u l-komunikazzjoni kellhom rwol essenzjali fil-ġlieda kontra l-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>332.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-Osservatorju Ewropew tal-Media Diġitali (EDMO) li se jappoġġja komunità multidixxiplinari indipendenti dwar id-diżinformazzjoni tal-COVID-19 b’infrastruttura teknoloġika b’għodod u servizzi; jirrakkomanda li l-EDMO jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi fir-riċerka skont il-kompetenzi tiegħu u jistabbilixxi rabtiet xierqa mas-Sistema ta’ Twissija Rapida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>333.</NO.P>Ifakkar fir-rwol tal-media, b’mod speċjali tal-media soċjali biex tipprovdi pjattaforma fit-tixrid ta’ miżinformazzjoni u diżinformazzjoni relatati mal-COVID-19 u l-kwistjonijiet ta’ saħħa b’mod ġenerali; jissottolinja li l-mudell kummerċjali ta’ ħafna kumpaniji tal-media soċjali huwa bbażat fuq il-click-baiting u għalhekk jaggrava l-aħbarijiet foloz u d-diskors ta’ mibegħda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>334.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kooperazzjoni limitata tal-pjattaformi tal-media soċjali, minħabba nuqqas ta’ ċarezza fir-rapporti tagħhom u jesprimi dispjaċir għad-differenzi bejn l-istrateġiji, il-pariri u l-komunikazzjonijiet dwar it-tilqim tal-Istati Membri, li xi drabi jirriżultaw f’messaġġi konfliġġenti lil gruppi fil-mira speċifiċi, li potenzjalment jistgħu jirriżultaw f’eżitazzjoni għat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>335.</NO.P>Ifakkar li l-mudell kummerċjali tal-pjattaformi online għadu xprunat mid-data, u li l-kapaċità tal-pjattaformi online li jiġbru ammonti kbar ta’ data personali tiddependi mill-użu tal-algoritmi tal-pjattaformi tal-media soċjali; iqis li l-algoritmi għandhom rwol fl-amplifikazzjoni ta’ narrattivi foloz;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>336.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-monitoraġġ tal-pjattaformi tal-media soċjali biex jiġu mifhuma x-xejriet kontinwi u emerġenti fid-diżinformazzjoni u l-aħbarijiet foloz; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikjedu kooperazzjoni akbar u aktar b’saħħitha minn dawk il-pjattaformi, sabiex jiġi żgurat li d-dibattitu pubbliku jkun mibni fuq il-fiduċja, it-trasparenza u l-informazzjoni korretta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>337.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> (DSA) u l-Att dwar is-Swieq Diġitali<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> fl-2022, li għandhom l-għan li joħolqu spazju diġitali sikur li fih jiġu protetti d-drittijiet fundamentali tal-utenti kollha tas-servizzi diġitali; jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ aktar trasparenza mill-kumpaniji tal-media soċjali dwar liema kontenut jikkondividu fuq il-pjattaformi tagħhom, liema reklami politikament sensittivi ġew ippubblikati u liema data ġiet maħżuna għal użu futur; jilqa’ d-dispożizzjonijiet tad-DSA li jirrikjedu l-pjattaformi online kbar ħafna u l-magni tat-tiftix kbar ħafna jipprovdu informazzjoni dwar l-algoritmi, jippermettu l-aċċess għalihom, jispjegaw kif jaħdmu, jivvalutaw l-impatt tagħhom fuq il-proċessi demokratiċi u elettorali, u jieħdu miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>338.</NO.P>Jirrakkomanda li tiġi appoġġjata azzjoni mmirata dwar l-inklużività fl-irkupru ta’ wara l-pandemija biex jiġi protett l-ispazju demokratiku u ssir rappreżentattiva tal-vuċijiet kollha fis-soċjetà; jissottolinja li l-litteriżmu diġitali u fil-media u appoġġ akbar tal-ħsieb kritiku għall-utenti tal-media soċjali, huma essenzjali fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-miżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>339.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-importanza li l-Parlament ikollu Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni (INGE), inkluża d-diżinformazzjoni u t-tisħiħ tal-integrità, it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont fil-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
(iii)	L-importanza tal-involviment tal-komunità, inklużi s-smigħ u l-indirizzar tat-tħassib tal-pubbliku
</ACTION><ACTION>
<NO.P>340.</NO.P>Jirrakkomanda wkoll li jiġu inklużi rappreżentanti tal-komunitajiet lokali, reġjonali u territorjali, inklużi l-uffiċjali eletti, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali, fil-proċess interistituzzjonali u f’diversi livelli tal-ġenerazzjoni tal-fiduċja, il-koordinazzjoni tat-twassil ta’ informazzjoni fattwalment korretta lill-membri kollha tas-soċjetà b’mod ċar u li jinftiehem u t-trawwim tal-involviment attiv tal-popolazzjoni fi żminijiet ta’ kriżi; jirrakkomanda li jittieħed approċċ iċċentrat fuq il-prinċipji fl-iżvilupp ta’ aġendi u politiki ta’ rispons għall-emerġenzi tas-saħħa; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tqis bis-sħiħ ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-proposti leġiżlattivi tagħha marbuta mal-ġestjoni tal-pandemija; ifakkar f’dan il-kuntest fir-rwol importanti li għandhom il-komunità xjentifika, l-organizzazzjonijiet tal-pazjenti, l-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-bini u t-titjib tal-fiduċja tal-pubbliku u jirrakkomanda li jkun hemm involviment aħjar magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>341.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet lokali, speċjalment mir-reġjuni u l-muniċipalitajiet, matul il-pandemija, bħala entitajiet tal-ewwel linja biex jipprovdu kura tas-saħħa u jiżguraw li l-kontromiżuri tal-pandemija jkunu ġew implimentati kif xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(b)	Il-COVID-19 u d-drittijiet fundamentali </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>342.</NO.P>Itenni l-importanza ta’ proċessi ta’ skrutinju stabbiliti sew fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea u ta’ sorveljanza demokratika bbażati fuq id-diviżjoni tas-setgħat bejn l-eżekuttiv, leġiżlattiv u ġudizzjarju biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali jinżammu responsabbli għall-ksur tal-libertà ta’ għaqda, tal-libertà tal-kelma, tad-dritt għall-proprjetà privata u tad-drittijiet tal-pazjenti, u biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà fil-bidliet fir-regoli għan-negozji; jissottolinja li kwalunkwe restrizzjoni tad-drittijiet fundamentali jeħtieġ li tiġi limitata fiż-żmien u tkun proporzjonata għall-ħtieġa prevalenti temporanja tal-protezzjoni tal-popolazzjoni; jirrakkomanda li l-miżuri ta’ emerġenza għandhom ikunu fis-seħħ biss sakemm ikunu meħtieġa; jisħaq f’dan ir-rigward fuq l-importanza li jiġu applikati klawżoli ta’ estinzjoni għall-miżuri ta’ emerġenza f’konformità mad-dritt nazzjonali; jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali ġeneralment adottaw miżuri ta’ emerġenza matul il-pandemija sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika; jesprimi dispjaċir għall-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem, speċjalment tal-persuni l-aktar vulnerabbli u emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>343.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, f’xi każijiet, l-Istati Membri li introduċew stat ta’ emerġenza jew reġim ekwivalenti użaw din l-għodda ta’ emerġenza biex jirrestrinġu d-dritt għal-libertà ta’ għaqda tal-avversarji politiċi, u użaw din l-għodda ta’ emerġenza bħala opportunità biex jgħaddu leġiżlazzjoni kontroversjali jew pjanijiet ta’ żvilupp;
</ACTION><ACTION>
(I)	Ċertifikat tal-COVID-19, applikazzjonijiet ta’ traċċar u s-sigurtà tagħhom
</ACTION><ACTION>
<NO.P>344.</NO.P>Jilqa’ s-suċċess ġenerali taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u jfakkar fl-importanza fundamentali tiegħu biex tiġi protetta s-saħħa pubblika; ifakkar li ċ-ċertifikat kien fundamentali sabiex jiġu ggarantiti l-libertà tal-moviment u l-integrità tas-suq uniku hekk kif is-sitwazzjoni tas-saħħa pubblika ppermettiet li jitnaqqsu r-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijiet; jissottolinja r-rilevanza tiegħu li jservi bħala mudell għall-UE ħalli timplimenta b’suċċess soluzzjonijiet madwar l-UE għas-saħħa diġitali ta’ din in-natura jekk ikun meħtieġ fil-futur; jinnota li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE f’kombinazzjoni mal-istabbiliment b’suċċess ta’ approċċ koordinat tal-UE għall-fruntieri esterni kienu kruċjali fir-restawr tal-moviment liberu tal-persuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>345.</NO.P>Jirrikonoxxi l-vantaġġi taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 tal-UE (EU DCC), li huwa bbażat fuq teknoloġiji u standards b’sors miftuħ, u huwa permess għall-konnessjoni ta’ pajjiżi mhux tal-UE u l-ivvjaġġar iffaċilitat kemm fl-UE kif ukoll globalment; jirrikonoxxi li sistema globali stabbilita mid-WHO tista’ tkun ta’ assistenza fl-indirizzar ta’ theddid globali futur għas-saħħa; jinsisti fuq l-involviment sħiħ tal-Parlament, bħala koleġiżlatur, meta tiġi stabbilita sistema futura bħal din abbażi tal-qafas taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 tal-UE; jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva xierqa f’każ li pandemija futura tkun teħtieġ dan; ifakkar fil-limitu ta’ żmien ċar għall-użu taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 fl-UE bħala riżultat tal-istabbiliment ta’ klawżola ta’ estinzjoni; jiddispjaċih li l-Kummissjoni ddeċidiet unilateralment li tikkritika l-kwistjoni tal-infrastruttura, li hija politikament konnessa mar-Regolament oriġinali taċ-Ċertifikat Diġitali tal-COVID-19 tal-UE; itenni din id-domanda għal sistemi futuri tal-UE u dawk globali; jitlob li kwalunkwe sistema futura tirrispetta l-prinċipji tal-proporzjonalità, tas-sussidjarjetà u tan-neċessità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>346.</NO.P>Jinnota li l-UE għandha qafas legali b’saħħtu għall-protezzjoni tad-data biex jiġu protetti l-persuni fiżiċi meta jipproċessaw id-data personali tagħhom; jenfasizza li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE u l-applikazzjonijiet ta’ traċċar ibbażati fuq il-protokoll ta’ Traċċar ta’ Prossimità li Jippreżerva l-Privatezza (DP-3T) irrispettaw dan il-qasam leġiżlattiv, filwaqt li ppermettew il-moviment liberu taċ-ċittadini tal-UE skont ir-regoli sanitarji applikati matul il-kriżi; jissottolinja li ż-żewġ sistemi ġew żviluppati minn inġiniera Ewropej fil-qasam tal-privatezza u ntużaw madwar id-dinja; ifakkar li ċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE ppermetta l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri billi stabbilixxa regoli armonizzati fil-livell tal-UE, filwaqt li ġew evitati sistemi diverġenti bejn l-Istati Membri u diżorganizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>347.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li approċċi diverġenti fost l-Istati Membri u l-adozzjoni ta’ miżuri nazzjonali dwar l-użu taċ-Ċertifikat COVID Diġitali tal-UE li marru lil hinn mill-objettiv li jiġi restawrat il-moviment liberu tal-persuni u l-mobbiltà mminaw il-fiduċja pubblika fl-għodda; jirrikonoxxi li diversi metodi u għodod ta’ traċċar tal-kuntatti introdotti u użati fuq livell nazzjonali ma kinux siguri, kienu ineffettivi, jew kienu jinvadu l-privatezza; jistieden lill-Istati Membri jitgħallmu minn tali żbalji;
</ACTION><ACTION>
(II)	L-impatt fuq id-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli u emarġinati
</ACTION><ACTION>
<NO.P>348.</NO.P>Iqis li d-distakk diġitali huwa element ta’ tħassib għat-tħejjija u r-reżiljenza tal-UE, minħabba li l-gruppi vulnerabbli u emarġinati tal-popolazzjoni huma partikolarment affettwati minħabba li għandhom it-tendenza li jkollhom inqas opportunitajiet ta’ konnessjoni; jissottolinja li fi żminijiet ta’ kriżi, il-persuni u l-komunitajiet emarġinati, il-minoranzi u l-persuni żvantaġġati jiġu affettwati ferm aktar mill-popolazzjoni ġenerali; jirrikonoxxi li l-limitazzjonijiet fil-libertajiet fundamentali, iġġustifikati minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika, affettwaw b’mod sproporzjonat lil dawk il-gruppi tal-popolazzjoni, u komplew jaggravaw l-iżolament tagħhom u d-distakk tagħhom mis-soċjetà usa’;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>349.</NO.P>Jirrikonoxxi li n-nuqqas ta’ oqfsa legali ċari u riżorsi suffiċjenti rriżulta f’diskriminazzjoni indiretta, inkluż matul it-triage, li wassal għal trattament mhux ugwali jew impatti negattivi partikolari fuq ċerti gruppi, speċjalment il-persuni b’diżabilità; jenfasizza li sabiex jiġu ssodisfati b’suċċess il-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar foqra u tal-aktar persuni emarġinati matul pandemija, ir-rispons f’każ ta’ emerġenza tas-saħħa jrid ikun ibbażat fuq il-prinċipji tal-ekwità u l-inklużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>350.</NO.P>Jappella għal involviment aktar b’saħħtu tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-gruppi ta’ interess speċjali, u tal-kumitati tal-etika fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-miżuri tas-saħħa, biex jiġu ssalvagwardjati d-drittijiet fundamentali ta’ persuni vulnerabbli u emarġinati f’emerġenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>351.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw kif il-miżuri ta’ emerġenza tas-saħħa affettwaw b’mod sproporzjonat lill-komunitajiet minoritarji u/jew emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>352.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-riċerka preċedenti dwar il-pandemiji turi li l-prevalenza tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u s-severità tagħha huma aggravati matul il-kriżijiet; jenfasizza li matul il-lockdowns li rriżultaw mill-pandemija, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa u t-tfal żdiedet b’mod sinifikanti hekk kif il-miżuri restrittivi rawmu ambjent partikolarment abilitanti għall-persuni li jabbużaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>353.</NO.P>Jinnota li l-pajjiżi Ewropej tad-WHO rrapportaw żieda ta’ 60 % fis-sejħiet ta’ emerġenza min-nisa soġġetti għal vjolenza mis-sieħeb intimu tagħhom u jenfasizza f’dan il-kuntest is-sitwazzjoni partikolarment diffiċli tan-nisa li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali; jinnota li l-aċċess limitat għas-servizzi ta’ appoġġ, bħal postijiet ta’ kenn u hotlines tan-nisa f’ħafna każijiet ħallew lin-nisa mingħajr post fejn imorru u jfittxu l-għajnuna; jinnota, barra minn hekk, li d-diġitalizzazzjoni wasslet għal żieda osservabbli fil-vjolenza online abbażi tal-ġeneru peress li individwi abbużivi jistgħu jittraċċaw lill-vittmi tagħhom jew l-aktar persuni vulnerabbli li jużaw għodod diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>354.</NO.P>Jisħaq li l-vulnerabbiltà akbar tal-popolazzjoni tal-anzjani kienet aggravata mill-fraġilità u mill-pronjożi aktar dgħajfa tagħhom, minħabba l-età medja akbar u l-komorbiditajiet frekwenti tagħhom, li rriżultaw f’kumplessità klinika u approċċ mhux uniformi għall-kura tal-anzjani;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(c)	Sorveljanza demokratika għar-rispons għall-pandemija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>355.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Parlament kellu rwol limitat ħafna matul il-pandemija, peress li d-deċiżjonijiet tħallew l-aktar f’idejn il-fergħa eżekuttiva; ifakkar li l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali jeħtieġ li jeżerċitaw il-funzjonijiet kostituzzjonali ewlenin tagħhom tal-leġiżlazzjoni, tas-sorveljanza tal-eżekuttiv u tar-rappreżentanza taċ-ċittadini irrispettivament mill-urġenza;
</ACTION><ACTION>
(i)	Sorveljanza demokratika għar-rispons għall-pandemija fil-livell nazzjonali
</ACTION><ACTION>
<NO.P>356.</NO.P>Jinnota differenzi sinifikanti fil-grad ta’ sorveljanza parlamentari tal-miżuri ta’ emerġenza relatati mal-COVID‑19‑bejn l-Istati Membri, għalkemm il-funzjonijiet ta’ sorveljanza mwettqa mill-parlamenti nazzjonali jibqgħu rekwiżit essenzjali tad-demokrazija parlamentari, speċjalment fi żminijiet meta jiġu introdotti stati ta’ emerġenza, b’tali mod li jkun hemm aktar ċaqliq fil-poter lejn l-eżekuttiv, u li s-sorveljanza parlamentari effiċjenti tirrikjedi qafas legali li jiggarantixxi d-drittijiet tal-Membri Parlamentari tal-oppożizzjoni u tal-minoranzi; jissottolinja li l-qafas leġiżlattiv għandu jiggarantixxi l-introduzzjoni ta’ klawżola ta’ estinzjoni u klawżola ta’ evalwazzjoni fid-digriet dwar l-istat ta’ emerġenza, ir-rispett għall-iskrutinju tal-baġit mill-parlamenti flimkien, jekk possibbli, ma’ awditi indipendenti u l-involviment tal-parlamenti fil-ħolqien ta’ kumitati xjentifiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>357.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-miżuri tal-istat ta’ emerġenza għandhom jibqgħu ta’ natura temporanja u l-gvernijiet għandhom jevitaw li jtawlu l-effett tagħhom lil hinn mit-tul tal-kriżi; jissottolinja li, anke f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza bħal dawn, l-istat tad-dritt irid dejjem jiġi ggarantit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>358.</NO.P>Jisħaq li s-sorveljanza parlamentari kienet ristretta matul il-pandemija, jinnota li l-awtoritajiet nazzjonali adottaw miżuri ta’ emerġenza stretti matul il-pandemija sabiex jipproteġu s-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>359.</NO.P>Jirrikonoxxi li s-sistema ta’ kontrokontrolli u s-separazzjoni tas-setgħat fl-Istati Membri tal-UE mhux dejjem ġew iggarantiti u mhux dejjem kienu prevalenti taħt il-liġijiet ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>360.</NO.P>Jinnota li l-Istati Membri stabbilew korpi, awtoritajiet u proċeduri biex jipprovdu pariri xjentifiċi dwar il-formulazzjoni ta’ politiki pubbliċi u l-adozzjoni ta’ miżuri, inkluż f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi; jipproponi li fi kriżijiet futuri, bħal pandemiji, l-ismijiet tal-membri u l-professjonisti ta’ dawn il-gruppi ta’ esperti għandhom jintbagħtu lill-parlamenti nazzjonali għall-iskrutinju u l-għarfien tagħhom f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>361.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-qrati kellhom rwol importanti fl-iskrutinju tal-leġiżlazzjoni ta’ emerġenza skont il-kostituzzjonijiet tal-Istati Membri rilevanti; jinnota bi tħassib l-għeluq totali tal-qrati f’ċerti Stati Membri, li effettivament impedixxa l-aċċess għal kwalunkwe mezz ta’ kontestazzjoni ta’ miżuri restrittivi introdotti b’reazzjoni għall-pandemija jew għal kwistjonijiet oħra, speċjalment dawk biex jiġi protett l-eżerċitar ta’ drittijiet mhux derogabbli u assoluti previsti mill-Artikolu 2 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Artikolu 13 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB); jissottolinja li l-indipendenza tal-ġudikatura u l-istat tad-dritt jeħtieġ li tiġi ggarantita matul il-pandemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>362.</NO.P>Iqis li wara l-pandemija kif ukoll il-gwerra li għaddejja tar-Russja kontra l-Ukrajna, is-salvagwardja tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont bħala prinċipji ewlenin inkorporati fil-valuri demokratiċi Ewropej hija kritika u teħtieġ it-tfassil ta’ pjanijiet sistematiċi aktar milli ta’ miżuri ad hoc;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>363.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-kriżi aggravat l-isfidi preeżistenti għad-demokrazija, id-drittijiet fundamentali, is-sistema ta’ ekwilibriju ta’ setgħat, u l-istat tad-dritt f’xi Stati Membri; jesprimi dispjaċir għall-fatt li xi strumenti li ntużaw mill-Istati Membri biex jadottaw miżuri straordinarji ma tqisux kostituzzjonali; huwa mħasseb dwar it-tixrid tat-teoriji ta’ kospirazzjoni, l-estremiżmu politiku u d-diskors ta’ mibegħda matul il-pandemija fil-maġġoranza tal-Istati Membri u jqis li dan huwa theddida għad-demokraziji Ewropej u l-valuri Ewropej; jisħaq li dan l-iżvilupp jeħtieġ li jittieħed bis-serjetà mill-awtoritajiet pubbliċi u jiġi indirizzat b’mod orizzontali;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Sorveljanza demokratika għar-rispons għall-pandemija fil-livell tal-UE
</ACTION><ACTION>
<NO.P>364.</NO.P>Huwa mħasseb li matul il-pandemija, il-fergħa eżekuttiva kellha l-ogħla rwol fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ emerġenza, li mminat il-prerogattivi u l-kapaċità tal-Parlament li jwettaq sorveljanza politika; huwa tal-fehma li huwa meħtieġ li jiġu evalwati mill-ġdid il-miżuri stabbiliti sabiex jiġu ssalvagwardjati l-prerogattivi tal-Parlament; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jillimitaw l-użu tal-Artikolu 122 tat-TFUE u jżidu l-kontroll parlamentari, inkluża l-inizjattiva leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew f’azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza, u l-kodeċiżjoni għal diversi strumenti biex tissaħħaħ il-leġittimità tal-azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>365.</NO.P>Jinnota li, matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Parlament adotta miżuri straordinarji u ħa azzjoni innovattiva li ppermettietlu jkompli bl-attivitajiet tiegħu, iwettaq id-dmirijiet tiegħu u jeżerċita l-prerogattivi leġiżlattivi, baġitarji, ta’ skrutinju u ta’ sorveljanza tiegħu skont it-Trattati, filwaqt li jipproteġi s-saħħa tal-Membri, tal-persunal u ta’ persuni oħra matul il-pandemija; jenfasizza l-kapaċità tal-Parlament li jkompli s-servizzi ta’ interpretazzjoni tiegħu fl-24 lingwa uffiċjali tal-UE, anke matul laqgħat mill-bogħod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>366.</NO.P>Jitlob aktar koordinazzjoni fost l-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-adozzjoni ta’ miżuri straordinarji u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari l-Parlament, ikunu jistgħu jissodisfaw il-mandati u r-responsabbiltajiet tagħhom permezz ta’ laqgħat wiċċ imb wiċċ, bħas-seduti plenarji u n-negozjati interistituzzjonali (trilogi); jirrikonoxxi, madankollu, il-valur ta’ soluzzjonijiet diġitali u mill-bogħod meta s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jirrikjedu dawn, b’mod partikolari minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>367.</NO.P>Jenfasizza li l-pandemija u l-adattament sussegwenti tal-metodi ta’ ħidma tal-istituzzjonijiet setgħu naqqsu r-ritmu tal-ipproċessar tat-talbiet għall-aċċess għad-dokumenti; jinsisti dwar il-ħtieġa li l-istituzzjonijiet jistabbilixxu mekkaniżmi biex jiżguraw li jinżamm l-ogħla livell ta’ trasparenza u aċċess għad-dokumenti anke f’każ ta’ kriżi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(d)	Il-COVID-19 u r-restrizzjonijiet tal-Istati Membri fuq il-moviment liberu tal-persuni </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>368.</NO.P>Jenfasizza li, b’reazzjoni għall-infezzjonijiet bil-COVID-19, diversi stati ta’ Schengen introduċew mill-ġdid kontrolli fil-fruntieri interni jew għalqu l-fruntieri tagħhom, mingħajr kriterji epidemjoloġiċi, jew imponew restrizzjonijiet fuq ċerti kategoriji ta’ vjaġġaturi, inklużi ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom u ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu fit-territorju tagħhom jew dak ta’ Stat Membru ieħor, filwaqt li mminaw il-prinċipju tal-libertà ta’ moviment u l-essenza tal-kooperazzjoni ta’ Schengen; jinsab imħasseb li dawn ir-restrizzjonijiet u l-miżuri fuq l-ivvjaġġar ikkontestaw l-integrità taż-żona Schengen, imminaw il-funzjonament tas-suq intern u kellhom impatt negattiv fuq l-ekonomija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>369.</NO.P>Jisħaq li l-approċċ mhux koordinat tal-Istati Membri u l-inċertezza tad-dritt dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar imposti mill-Istati Membri kellhom konsegwenzi sinifikanti kemm għall-vjaġġaturi kif ukoll għall-industrija tat-turiżmu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>370.</NO.P>Jinnota li l-Istati Membri mhux dejjem innotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli fil-fruntieri interni, jew issottomettew ir-rapporti obbligatorji ex post li jivvalutaw, fost punti oħra, l-effettività u l-proporzjonalità tal-kontrolli tagħhom fil-fruntieri interni, u meta dawn ir-rapporti ġew ippreżentati, spiss naqsu milli jipprovdu biżżejjed informazzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet; jirrikonoxxi li dan affettwa l-kapaċità tal-Kummissjoni li twettaq analiżi robusta tal-punt sa fejn il-miżuri tal-kontrolli fil-fruntieri kkonformaw mal-leġiżlazzjoni ta’ Schengen; itenni li kwalunkwe kontroll fil-fruntieri interni għandu jkun proporzjonat u miżura tal-aħħar alternattiva u ta’ durata limitata u jissottolinja li l-Kummissjoni għandha teżerċita skrutinju xieraq biex jiġi żgurat li l-kontrolli fil-fruntieri interni jikkonfermaw mal-leġiżlazzjoni ta’ Schengen u tissimplifika l-ġbir tad-data dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u tipprovdi gwida aktar azzjonabbli dwar l-implimentazzjoni tal-kontrolli fil-fruntieri interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>371.</NO.P>Jenfasizza li, fl-2020, il-Kummissjoni ppubblikat Linji gwida għal miżuri ta’ ġestjoni tal-fruntieri biex tipproteġi s-saħħa u tiżgura d-disponibbiltà ta’ prodotti u servizzi essenzjali, sabiex l-Istati Membri jiggarantixxu l-funzjonament kontinwu tal-ktajjen tal-provvista fis-suq uniku u jevitaw nuqqasijiet possibbli, flimkien ma’ linji gwida dwar l-eżerċizzju tal-moviment liberu tal-ħaddiema matul it-tifqigħa tal-COVID-19 biex jippermettu lill-ħaddiema f’okkupazzjonijiet kritiċi, b’mod partikolari, iwettqu attivitajiet relatati ma’ servizzi essenzjali; jilqa’ l-azzjoni meħuda biex jiġu installati “korsiji ħodor” ħalli jiġu ssalvagwardjati t-tħaddim tas-suq uniku u l-moviment liberu tal-oġġetti, iżda jitlob li jiġu mħejjija pjanijiet ta’ azzjoni mfassla apposta biex jiġi ssalvagwardjat il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-persuni transfruntiera fi kriżijiet futuri; ifakkar li l-funzjonament tal-korsiji ħodor kellu problemi f’xi partijiet minnu minħabba n-nuqqas ta’ servizzi u proviżjonamenti minimi, li affettwaw b’mod negattiv lis-sewwieqa u lill-ħaddiema tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>372.</NO.P>Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament (UE) 2016/399 tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> li jindirizza, fost l-oħrajn, il-kapaċità tal-Istati Membri ta’ Schengen li jirrispondu b’mod uniformi għal theddid kbir għas-saħħa pubblika; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi segwit approċċ koordinat fost l-Istati Membri f’każijiet ta’ kriżijiet tas-saħħa, biex jiġi żgurat li l-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli fil-fruntieri interni mill-Istati Membri tintuża bħala l-aħħar alternattiva assoluta u f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u jiġi ggarantit ir-rispett tad-dritt għall-ażil u l-prinċipju ta’ non-refoulement matul kriżijiet tas-saħħa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(e)	Konklużjonijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>373.</NO.P>Jirrikonoxxi li, matul il-kriżi, l-istituzzjonijiet Ewropej u nazzjonali kellhom iħabbtu wiċċhom ma’ sitwazzjonijiet eċċezzjonali fejn ċerti kwistjonijiet kellhom jiġu ttrattati b’mod urġenti; jenfasizza, madankollu, li t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont għandhom jibqgħu prijoritajiet matul il-kriżijiet, b’mod partikolari, sabiex tinbena u tinżamm il-fiduċja taċ-ċittadini fil-funzjonament tal-istituzzjonijiet pubbliċi; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ pjanijiet ta’ tħejjija fil-livell tal-UE u dak nazzjonali u li dawn iridu jkunu bbażati fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, biex jiġi evitat il-ksur fi żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>374.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fis-salvagwardja tal-interess pubbliku jiġu rrispettati l-ogħla standards; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, meta tiddetermina r-reviżjonijiet ta’ dokumenti uffiċjali, telenka l-eċċezzjoni speċifika skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001<FOOTNOTE><FIELD>Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).</FIELD></FOOTNOTE> li qed tiġi applikata għal kull reviżjoni individwali, pjuttost milli għad-dokument kollu kemm hu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>375.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri biex jinkludu l-litteriżmu fil-media u dak diġitali, l-edukazzjoni ċivika, ir-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-ħsieb kritiku u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni pubblika fil-kurrikuli tal-iskejjel u tal-universitajiet, b’mod parallel mal-isforzi biex titqajjem sensibilizzazzjoni fost l-adulti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>376.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza u l-ħtieġa ta’ djalogu mtejjeb fost il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, l-awtoritajiet pubbliċi kkonċernati, il-gruppi ta’ riċerka u l-industrija farmaċewtika matul il-pandemiji, rigward il-komunikazzjoni dwar il-mard u dwar il-linji gwida li għandhom jiġu segwiti għal pandemiji u kriżijiet tas-saħħa futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>377.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw strateġija biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi tal-infodemika fi kriżijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>378.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istituzzjonijiet Ewropej u l-Istati Membri jfasslu linji gwida dwar kif għandhom jindirizzaw il-kwistjonijiet etiċi li jistgħu jirriżultaw matul kriżi tas-saħħa jew kriżi oħra; jemmen li dawn il-linji gwida għandhom jagħmlu enfasi b’mod speċjali fuq kif għandhom jipproteġu l-aktar gruppi vulnerabbli u kif għandhom jiżguraw li d-drittijiet tagħhom jiġu salvagwardjati wkoll f’sitwazzjoni ta’ kriżi; jissottolinja l-importanza li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati rilevanti fl-iżvilupp ta’ dawn il-linji gwida, inklużi iżda mhux limitati għall-organizzazzjonijiet tall-persuni b’diżabilità, l-organizzazzjonijiet LGTBQIA+, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tan-nisa, l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni diskriminati abbażi tar-razza, inklużi l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-migranti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>379.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jtemmu l-prattiki ta’ triage diskriminatorji, b’mod partikolari dawk li jużaw l-età, il-kundizzjonijiet mediċi preeżistenti u l-kwalità tal-ħajja bħala kriterju uniku, u jtejbu l-aċċess għall-kura tas-saħħa għall-persuni b’diżabilità permezz ta’ gwida u taħriġ; jirrakkomanda li, f’sitwazzjonijiet li fihom il-professjonisti fil-kura tas-saħħa mhux se jkunu jistgħu jipprovdu l-istess livell ta’ kura lil kulħadd, jeħtieġ li l-linji gwida mediċi ma jkunux diskriminatorji u jsegwu d-dritt internazzjonali u l-linji gwida eżistenti dwar l-etika għall-kura fil-każ ta’ diżastri u emerġenzi; itenni li fit-tfassil ta’ dawn il-linji gwida, l-awtoritajiet jeħtiġilhom iqisu l-impenn tagħhom għall-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità, speċjalment l-Artikolu 11 – sitwazzjonijiet ta’ riskju u emerġenzi umanitarji; jissottolinja b’mod speċjali n-neċessità li jiġu appoġġjati l-persuni b’diżabilità li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>380.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw il-livelli dejjem jiżdiedu ta’ vjolenza domestika matul miżuri restrittivi, permezz ta’ sensibilizzazzjoni, l-għoti ta’ informazzjoni f’ambjent sikur, il-ftuħ ta’ postijiet ta’ kenn għall-vittmi, billi jiżviluppaw soluzzjonijiet virtwali jew diġitali, ikomplu joħorġu ordnijiet ta’ protezzjoni u jittrattaw każijiet tal-qorti ta’ vjolenza domestika matul il-lockdowns;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>381.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ b’linji gwida għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza tas-saħħa li jikkonċernaw id-drittijiet fundamentali tat-tfal, iż-żgħażagħ u l-familji, inklużi linji gwida dwar l-iffaċilitar tal-aċċess għal spazji fil-beraħ fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>382.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipproponu miżuri konkreti biex jappoġġjaw u jipproteġu lill-persuni u lill-komunitajiet emarġinati, lill-minoranzi u lill-persuni żvantaġġati matul il-kriżijiet, kemm fuq il-livell soċjoekonomiku kif ukoll f’termini ta’ inklużjoni soċjali u kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>383.</NO.P>Jissottolinja d-diffikultajiet li ffaċċjaw il-persuni LGTBQIA+ biex aċċessaw kura medika matul il-pandemija, b’mod partikolari l-persuni trans, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw mekkaniżmi biex jiġġieldu dan fi kwalunkwe kriżi potenzjali futura tas-saħħa jew kriżi oħra; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni speċifika li l-familji qawsalla jaf ikunu jeħtieġu f’sitwazzjoni ta’ emerġenza jew kriżi, b’mod speċjali fi Stati Membri meta l-istatus legali tagħhom ma jkunx ċar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>384.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa ta’ solidarjetà mtejba fost l-Istati Membri, speċjalment fi żminijiet ta’ kriżi; jesprimi dispjaċir għall-imblukkar ta’ oġġetti, mediċini, apparati mediċi u tagħmir essenzjali matul l-aktar fażijiet delikati tal-kriżi; jitlob lill-Kummissjoni tippromwovi aktar solidarjetà fil-futur u tipproponi miżuri xierqa biex jiġu ssanzjonati l-Istati Membri responsabbli għal inizjattivi unilaterali ta’ dan it-tip;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>385.</NO.P>Ifakkar lill-Istati Membri li l-għażla li jintroduċu mill-ġdid fuq bażi temporanja kontrolli fil-fruntieri interni trid tiġi applikata bħala miżura assoluta tal-aħħar alternattiva f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali f’każ ta’ theddida serja għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna u trid tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>386.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jwettqu rieżami ex post ta’ kif ir-reġimi legali nazzjonali tħejjew għall-miżuri meħtieġa mill-pandemija bil-għan li jimmassimizzaw il-qafas tagħhom tat-tħejjija u dak legali għal kriżijiet futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>387.</NO.P>Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġ ukoll li jiżguraw is-sorveljanza demokratika matul kriżijiet u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza; jissottolinja l-importanza tas-sistema ta’ kontrokontrolli u l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza tat-teħid ta’ deċiżjonijiet pubbliċi kif ukoll li ċ-ċittadini jiġu involuti u informati b’mod faċli u li jinftiehem; ifakkar li dawn il-fatturi kollha huma kruċjali biex tinbena l-fiduċja fl-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet pubbliċi u li l-fiduċja hija waħda mill-pedamenti ta’ soċjetajiet demokratiċi reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>388.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħorġu b’soluzzjonijiet leġiżlattivi xierqa bħal, pereżempju, qafas Ewropew bi kriterji minimi, biex jiggarantixxu d-dinjità u t-trattament xieraq tal-persuni istituzzjonalizzati matul il-pandemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>389.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi li għandhom ikunu disponibbli f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi biex jipprevjenu u jiġġieldu t-tipi kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru inklużi t-traffikar, il-prostituzzjoni, l-isfruttament sesswali u l-istupru; jirrakkomanda l-iżvilupp ta’ protokoll tal-UE għall-protezzjoni tal-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fi żminijiet ta’ kriżi u emerġenzi u li dan jiġi kkategorizzat bħala “servizz essenzjali” fl-Istati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>3.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-Impatt Soċjali u Ekonomiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(a)	L-effetti tal-miżuri tal-COVID-19, inklużi l-lockdowns, fuq il-ħaddiema, in-negozji u l-konsumaturi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>390.</NO.P>Jinnota li x-xokk tal-pandemija għas-swieq tax-xogħol fl-2020 kien qawwi, u li l-irkupru kien ġeneralment rapidu iżda inugwali bejn l-Istati Membri; jinnota li l-irkupru ġie megħjun minn interventi ta’ politika u appoġġ pubbliku sinifikanti fil-livell nazzjonali u tal-UE; jindika li l-Istati Membri ffaċċjaw is-sitwazzjoni diffiċli tal-pandemija tal-COVID-19 b’miżuri differenti, u għalhekk ir-riperkussjoni li l-pandemija ħalliet fuq il-funzjonament tal-impriżi u tas-suq tax-xogħol kienet differenti; jissottolinja li filwaqt li b’mod ġenerali, l-impjiegi tal-UE rkupraw għal-livelli ta’ qabel il-kriżi fi żmien sentejn, meta mqabbla ma’ kważi tmien snin wara l-kriżi finanzjarja globali, ir-rispons mill-UE u mill-Istati Membri għadu ma kienx ġeneralment biżżejjed biex jerġa’ lura għal-livelli ta’ qabel il-pandemija, filwaqt li l-kriżi sussegwenti kompliet taggrava s-sitwazzjoni fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>391.</NO.P>Jissottolinja l-impatt soċjoekonomiku profond, ġenerali, mifrux tal-pandemija fuq is-soċjetajiet Ewropej, li kkawża tensjoni kbira u pressjoni intensa fuq il-ħaddiema; jisħaq li x-xokk għas-suq tax-xogħol kien drammatiku, b’mod partikolari għall-impjiegi b’pagi baxxi, il-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet u l-persuni u l-komunitajiet ġeneralment emarġinati, u jesprimi dispjaċir li d-diverġenzi ekonomiċi eżistenti fl-UE ġew aggravati mill-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>392.</NO.P>Jinnota li t-telf ta’ impjiegi matul il-pandemija kien ikkonċentrat f’impjiegi b’paga baxxa u fost l-impjegati b’kuntratti atipiċi, u li l-istatistika wriet li aktar nisa <FOOTNOTE><FIELD> Gender Equality Index 2021: Health (L-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2021: Saħħa).</FIELD></FOOTNOTE>ġew affettwati mill-irġiel, iżda li l-irkupru fl-impjiegi matul l-2021 kien xprunat mit-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, Recovery from COVID-19: The changing structure of employment in the EU (Irkupru mill-COVID-19: L-istruttura li qed tinbidel tal-impjiegi fl-UE).</FIELD></FOOTNOTE> f’impjiegi u f’okkupazzjonijiet imħallsa sew; jissottolinja li l-pandemija kellha impatt sproporzjonat fuq ċerti kategoriji ta’ ħaddiema, bħal dawk li jaħdmu għal rashom, dawk fis-setturi tax-xogħol femminili, il-ħaddiema tal-pjattaformi, il-ħaddiema freelance, il-ħaddiema kuntrattwali inklużi l-ħaddiema sottokuntrattati, staġjonali u temporanji, il-ħaddiema transfruntiera u dawk fis-setturi kulturali u kreattivi kif ukoll it-turiżmu, l-ospitalità u l-bejgħ bl-imnut; jinnota li bħala riżultat tal-pandemija, id-differenza fil-pagi fl-UE kibret u d-disparitajiet soċjoekonomiċi żdiedu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>393.</NO.P>Jisħaq li ż-żgħażagħ kienu affettwati ħafna mill-kriżi, li affettwat il-prospetti ta’ impjieg tagħhom u fixklet l-edukazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>394.</NO.P>Jinnota li ż-żieda fil-qgħad fost iż-żgħażagħ hija dovuta għar-rappreżentanza eċċessiva taż-żgħażagħ f’impjieg prekarju, bħal xogħol part-time, għal terminu fiss, jew xogħol temporanju permezz ta’ aġenzija; jenfasizza li ħafna żgħażagħ ma kellhomx aċċess għal skemi ta’ introjtu minimu fil-pajjiżi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>395.</NO.P>Jisħaq li madwar 90 % tal-SMEs irrapportaw li ġarrbu impatt ekonomiku fl-ewwel xhur tal-pandemija, bl-aktar settur affettwat ħażin ikunu tas-servizzi, bi tnaqqis fil-fatturat ta’ bejn 60 % u 70 %; jinnota li s-settur tal-ikel segwa impatt ta’ bejn 10 % u 15 %; jirrimarka li 30 % tal-SMEs kollha rrapportaw li l-fatturat tagħhom ġarrab telf ta’ mill-inqas 80 % u li s-settur tal-ospitalità tal-UE kien l-aktar wieħed affettwat, filwaqt li ntilfu aktar minn 1 600 000 impjieg f’dan is-settur bejn ir-raba’ trimestru tal-2019 u r-raba’ trimestru tal-2020;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>396.</NO.P>Jenfasizza li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kienu jiddependu mit-turiżmu<FOOTNOTE><FIELD> L-industrija tat-turiżmu, li tirrappreżenta 10 % tal-PDG tal-UE, kienet waħda mis-setturi l-aktar affettwati mill-pandemija; ifakkar li, fl-2020, l-għadd ta’ ljieli fl-istabbilimenti tat-turisti fl-UE naqas b’51 % meta mqabbel mal-2019 u li kien hemm 71 % inqas ivvjaġġar bl-ajru fl-UE fl-2020 milli fl-2019;</FIELD></FOOTNOTE> u konsegwentement xi wħud sofrew xokk ħafna akbar fejn jidħol il-PDG b’riżultat tal-lockdowns minħabba l-pandemija meta mqabbla ma’ oħrajn minħabba sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi aktar diffiċli u kundizzjonijiet soċjoekonomiċi preeżistenti, inkluż wieħed mis-sorsi prinċipali tal-attività ekonomika; jinnota li t-telf tal-impjiegi fis-setturi tal-ospitalità u t-turiżmu aggrava nuqqas li kien jeżisti qabel ta’ forza tax-xogħol kwalifikata jew adegwata, u dan għamilha saħansitra aktar diffiċli biex jinżamm it-talent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>397.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Istati Membri biex jgħinu lill-SMEs bi skemi bħal garanziji ta’ self jew sussidji, bħala miżuri eċċezzjonali fi żminijiet ta’ kriżi; jesprimi dispjaċir, madankollu, għad-disparitajiet fir-reazzjonijiet ekonomiċi nazzjonali għall-pandemija f’termini tad-daqs u l-forma tal-għajnuna pprovduta, b’mod partikolari għall-SMEs, filwaqt li jirrikonoxxi s-sitwazzjonijiet soċjoekonomiċi differenti tal-Istati Membri; jinnota li l-SMEs fil-pajjiżi Ewropej kollha użaw l-iskema tal-qgħad għal żmien qasir biex jipproteġu lill-ħaddiema u lin-negozji tagħhom u li l-Istati Membri implimentaw ukoll sussidji fuq l-introjtu biex ikopru t-telf tal-introjtu tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom; jilqa’ l-ħidma li saret mill-EU-OSHA biex tappoġġja l-protezzjoni tas-saħħa okkupazzjonali matul il-kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>398.</NO.P>Jisħaq li r-rapport speċjali tal-ILO dwar l-impatt fuq l-impjiegi taż-żgħażagħ sab li s-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ kien tliet darbiet agħar minn dak tal-adulti matul il-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>399.</NO.P>Jinnota li s-suq tax-xogħol għadu affettwat mill-konsegwenzi tal-pandemija u l-maġġoranza l-kbira tal-ħaddiema kienu affettwati minn għeluq u limitazzjonijiet għal żmien twil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>400.</NO.P>Jissottolinja l-impatt enormi li l-COVID-19 kellha fuq il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kemm direttament f’termini tar-riskji għas-saħħa, infezzjonijiet u mwiet, kif ukoll indirettament fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, is-sigħat tax-xogħol, il-pressjoni u l-istress tagħhom; ifakkar li l-pandemija kompliet iżżid il-pressjoni fuq il-ħaddiema tal-kura tas-saħħa billi talbithom jaħdmu sigħat żejda u esponiethom għal pressjoni fiżika u mentali mingħajr preċedent; jisħaq li matul il-kriżi, id-dritt tal-ħaddiema fil-qasam tal-kura tas-saħħa li jaħdmu f’ambjent sikur u protett ġie miċħud; jirrikonoxxi l-impatt tal-COVID-19 fuq is-setturi tal-kura soċjali u tas-saħħa b’mod partikolari f’termini ta’ finanzjament, persunal u riżorsi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>401.</NO.P>Jinnota l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-saħħa mentali tal-imprendituri u tal-ħaddiema li ħabbtu wiċċhom mal-pressjoni li jkollhom iżommu l-impjiegi u jżommu n-negozji tagħhom għaddejjin; jenfasizza r-rwol importanti li għandu d-djalogu soċjali kostruttiv u n-negozjar kollettiv fil-mitigazzjoni tal-effetti negattivi tal-pandemija u fil-kisba ta’ kunsens dwar miżuri mmirati biex jipproteġu lil dawk il-ħaddiema u l-intrapriżi li ntlaqtu l-aktar mill-kriżi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(b)	Strumenti ta’ Finanzjament tal-UE (miżuri tal-UE għas-Saħħa, Orizzont Ewropa, Mekkaniżmu ta’ Protezzjoni Ċivili, Fondi ta’ Koeżjoni, Fond ta’ Rkupru eċċ</STRING>)</ACTINIT><ACTION>
<NO.P>402.</NO.P>Jinnota li l-UE rreaġixxiet malajr għar-riċessjoni ekonomika kkawżata mill-pandemija billi naqqset ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, issospendiet ir-regoli fiskali, introduċiet l-istrument Ewropew temporanju msejjaħ Appoġġ biex jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE), nediet Next Generation EU, kif ukoll investiet f’finanzjament konġunt tat-tilqim; jirrikonoxxi li l-Istati Membri setgħu jonfqu u jissellfu faċilment bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet monetarji u politiċi tal-UE; jirrikonoxxi l-impatti differenti tal-pandemija fuq il-PDG tal-Istati Membri, b’ċerti pajjiżi u reġjuni gżejjer li jesperjenzaw xokkijiet akbar minħabba fatturi bħal sitwazzjoni epidemjoloġika agħar, li jwasslu għal lockdowns aktar stretti, u strutturi soċjoekonomiċi differenti li kienu diġà jeżistu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>403.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-UE biex tistabbilixxi malajr miżuri ekonomiċi temporanji bħall-programm ta’ xiri ta’ emerġenza għall-pandemija tal-Bank Ċentrali Ewropew, l-iskattar tal-klawżola ta’ ħruġ ġenerali fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir u l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta’ qafas straordinarju ta’ għajnuna mill-Istat biex jgħinu lill-Istati Membri u lin-negozji; jirrimarka li l-Istati Membri setgħu wkoll jonfqu u jissellfu faċilment bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-awtoritajiet monetarji u politiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>404.</NO.P>Jilqa’ l-miżuri u l-istrumenti li segwew, bl-iżvilupp ta’ SURE, tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u ta’ Next Generation EU, li għalihom l-UE impenjat EUR 800 000 000 000 għal għotjiet u self; jissottolinja li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u SURE kienu strumentali fil-mitigazzjoni tal-impatt ekonomiku u soċjali tal-pandemija biex iċ-ċittadini tagħna jibqgħu jaħdmu; jirrikonoxxi, madankollu, il-ħtieġa li ngħaddu għal miżuri strutturali ta’ appoġġ finanzjarju fit-tul, u b’mod partikolari l-importanza ta’ strument għall-ħaddiema qiegħda, bħal SURE, li jibqa’ jintuża tul is-sitwazzjoni eċċezzjonali attwali u li jkompli jkun ibbażat fuq self u attivat malajr f’każ ta’ xokkijiet finanzjarji jew ekonomiċi esterni ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>405.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-istrument SURE jkompli jappoġġja l-iskemi ta’ xogħol b’ħinijiet iqsar, l-introjtu tal-ħaddiema u l-ħaddiema li jingħataw is-sensja b’mod temporanju minħabba s-sitwazzjoni eċċezzjonali attwali u l-konsegwenzi li jirriżultaw minnha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>406.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw il-potenzjal sħiħ tal-RRF, inkluż is-self, biex jiġġieldu l-effetti tal-pandemija u l-isfidi futuri; jisħaq li d-dewmien fl-approvazzjoni ta’ pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza mill-Istati Membri affettwa b’mod sever il-kapaċità tal-awtoritajiet lokali u reġjonali li jindirizzaw b’mod adegwat l-effetti tal-pandemija fuq il-komunitajiet, in-negozji u ċ-ċittadini tagħhom, u dan seta’ rriżulta f’deterjorament fit-tul tas-sitwazzjoni ekonomika lokali u reġjonali; fid-dawl tal-kriżijiet futuri, jinnota l-ħtieġa li jitwettqu riformi miftiehma fil-Pjanijiet Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni aktar rapida u effettiva tal-fondi tan-Next Generation EU li jippermettu lill-Istati Membri jistabbilixxu mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi vitali fl-appoġġ tal-irkupru tar-reġjuni tal-UE u l-muniċipalitajiet li qed jiffaċċjaw inċertezza ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>407.</NO.P>Jemmen li hemm kwistjonijiet ta’ trasparenza dwar it-tfassil u l-implimentazzjoni tal-faċilità tal-Fond għar-Reżiljenza u l-Irkupru, inkluż nuqqas ta’ obbligi ċari biex tiġi ppubblikata data dwar id-dettalji tal-infiq tal-fondi riċevuti u n-nuqqas ta’ standards komuni dwar il-kondiviżjoni tad-data, li joħolqu riskju sinifikanti ta’ korruzzjoni; jirrakkomanda li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar sforz fil-kondiviżjoni tad-data dwar il-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru tagħhom u fl-ottimizzazzjoni tal-mekkaniżmi nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza bl-appoġġ tal-Kummissjoni; jilqa’ r-regolament REPowerEU li jobbliga lill-Istati Membri jippubblikaw informazzjoni dwar l-aqwa 100 benefiċjarju tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; jappella għal impenji ċari mill-Istati Membri biex jippubblikaw data dwar il-benefiċjarji finali u informazzjoni dwar id-destinazzjoni tal-fondi riċevuti; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati r-riskji ta’ korruzzjoni u nfiq ineffettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>408.</NO.P>	Jenfasizza l-importanza li tiġi pprovduta informazzjoni aċċessibbli dwar is-self u l-għotjiet appoġġjati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ta’ EUR 700 000 000 000; b’mod partikolari, informazzjoni mill-Istati Membri dwar il-konformità ma’ kwalunkwe kundizzjoni marbuta mal-fondi tal-UE u miżuri biex jiġi żgurat l-iskrutinju pubbliku dwar l-istadji importanti milħuqa mill-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>409.</NO.P>Jinnota li l-investimenti tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza fit-tranżizzjoni ekoloġika u t-trasformazzjoni diġitali għandhom jikkontribwixxu għaż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa u l-indipendenza tal-UE, u skont il-Kummissjoni, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza hija mistennija li tagħti spinta kbira lill-implimentazzjoni tal-istrateġija industrijali tal-UE u b’hekk tikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-industriji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>410.</NO.P>Jirrikonoxxi s-suċċess tal-qafas temporanju tal-għajnuna mill-Istat u l-investiment biex ħafna Stati Membri tal-UE jinġiebu lura għal-livelli tal-PDG ta’ qabel il-pandemija, jinżammu l-impjiegi, u n-negozji jibqgħu għaddejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>411.</NO.P>Jenfasizza li sal-lum ġew allokati EUR 100 000 000 000 ta’ assistenza finanzjarja permezz ta’ SURE f’madwar 19-il Stat Membru, is-self ta’ Next Generation EU ġie żborżat lil seba’ Stati Membri u l-allokazzjoni lil Stati Membri oħra għadha għaddejja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>412.</NO.P>Jinnota li madwar l-Ewropa l-istrumenti ta’ appoġġ ekonomiku tal-UE għenu lil 31 000 000 persuna biex iżommu l-impjiegi tagħhom u 2 500 000 ditta jżommu n-negozju tagħhom għaddej u li dawn l-istrumenti ta’ appoġġ, flimkien ma’ skemi nazzjonali temporanji eżistenti, għenu biex jitnaqqas il-qgħad fl-Ewropa b’1 500 000;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>413.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti ta’ xi awtoritajiet lokali u reġjonali biex il-protezzjoni tas-saħħa pubblika ssir prijorità filwaqt li tiġi sostnuta b’suċċess l-attività ekonomika; jitlob ir-rikonoxximent tar-rwol li għandhom in-negozji tal-familja, li spiss ikollhom rabta qawwija mal-komunità lokali li qed joperaw fiha, filwaqt li jagħtu prijorità liż-żamma tal-impjegati matul il-pandemija u b’hekk jappoġġjaw l-irkupru ekonomiku u l-ħaddiema tat-trasport li l-isforzi kontinwi tagħhom żguraw il-provvista ta’ oġġetti u mediċini vitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(c)	L-impatt tal-miżuri tal-COVID-19, inklużi l-lockdowns, fuq in-nisa u l-bniet, iż-żgħażagħ u t-tfal</STRING></ACTINIT><ACTION>
(I)	In-nisa u l-bniet
</ACTION><ACTION>
<NO.P>414.</NO.P>Jenfasizza li l-pandemija tal-COVID-19 kellha effett negattiv fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jirrikonoxxi li n-nisa għadhom jipprovdu l-maġġoranza tal-kura mhux imħallsa bħax-xogħol domestiku, l-indukrar tat-tfal u x-xogħol relatat mat-tfal; jisħaq fuq ir-rwol ċentrali u r-rappreżentanza żejda tan-nisa li jaħdmu fil-professjonijiet ikkategorizzati bħala “essenzjali”, bħas-setturi soċjali, tal-kura, tat-tindif, tal-edukazzjoni, tas-saħħa u tal-bejgħ bl-imnut li żammew lis-soċjetajiet tagħna għaddejjin matul il-kriżi tal-COVID-19 u li l-pandemija enfasizzat u aggravat l-inugwaljanzi eżistenti u l-isfidi strutturali li jiffaċċjaw in-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom, b’mod partikolari dawk f’riskju ta’ diskriminazzjoni intersezzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>415.</NO.P>Jinnota li jista’ jidher impatt negattiv aktar b’saħħtu għan-nisa milli għall-irġiel, li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol f’ċerti setturi jew staġnat jew naqset u li dan jista’ jkollu impatt qawwi fuq il-pensjonijiet tan-nisa billi jaggrava d-distakk diġà wiesa’ fil-pensjonijiet (39 %) u jżid ir-riskju ta’ faqar u ta’ dipendenza ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>416.</NO.P>Jirrikonoxxi li fl-2020, 3,6 % tal-impjiegi tan-nisa ntilfu meta mqabbla ma’ 2.9 % tal-impjiegi tal-irġiel, filwaqt li l-akbar telf kien fl-kontinent Amerikan, segwit mill-Asja-Paċifiku, mill-Ewropa u mill-Asja Ċentrali, u mill-Afrika; jinnota li fl-2021, kien għad hemm 20 000 000 inqas mara li jaħdmu minn qabel il-pandemija, meta mqabbla ma’ 10 000 000 inqas raġel; jissottolinja li n-nisa esperjenzaw aktar kunflitt bejn ix-xogħol u l-ħajja privata matul il-lockdowns u li l-effetti fit-tul ta’ din il-kriżi x’aktarx li jaffettwaw lin-nisa b’mod sever minħabba r-rwol soċjali bbażat fuq il-ġeneru fil-każ ta’ xogħol ta’ kura; jinnota li n-nisa kienu rrappreżentati żżejjed fis-setturi l-aktar milquta, bħas-settur tal-ospitalità u tas-servizzi tal-ikel, tal-manifattura, il-kura u s-settur tas-saħħa formali; huwa tal-fehma li dawk li jagħtu l-kura kienu fl-istadju ċentrali tal-pandemija; jinnota li perċentwal kbir ta’ ħaddiema fil-kura huma nisa li huma soġġetti għal paga mhux ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>417.</NO.P>Jinnota t-tnaqqis fis-servizzi tal-kura u ż-żieda fix-xogħol ta’ kura mhux imħallas imwettaq min-nisa matul il-pandemija tal-COVID-19, inklużi n-nisa li jsiru l-persuni ewlenin li jindukraw il-persuni vulnerabbli u l-morda fil-familji tagħhom kif ukoll li jġorru l-piż tal-attivitajiet relatati mat-tagħlim fid-dar, filwaqt li jkollhom jwettqu l-kompiti professjonali tagħhom stess; jissottolinja li dawn l-inugwaljanzi bejn il-ġeneri stabbiliti mill-ġdid u msaħħa juru b’mod evidenti l-ħafna problemi strutturali, stabbiliti fis-sistema tal-kura soċjali tal-Ewropa, bħal faċilitajiet tal-kura u sistemi tal-kura tas-saħħa b’nuqqas ta’ riżorsi jew nuqqas ta’ investiment; jinnota li dawn kellhom konsegwenzi negattivi sinifikanti għan-nisa f’termini ta’ dipendenza ekonomika; jenfasizza li, meta jitfasslu strateġiji u politiki ta’ kura, għandu jitqies dan l-aspett tal-ġeneru diskriminatorju; jistieden lill-Kummissjoni tfassal strateġija għall-kura biex tindirizza x-xogħol bla ħlas fis-settur tal-kura; jinnota li s-servizzi tas-saħħa tan-nisa kienu affettwati mill-volum kbir ta’ xogħol li kellhom is-sistemi nazzjonali tas-saħħa, b’interruzzjonijiet sinifikanti fl-iskrinjar tal-kanċer kif ukoll fit-tilqim u fil-kura ta’ wara u ta’ qabel it-twelid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>418.</NO.P>Jisħaq li ġie stabbilit, speċjalment mill-UNICEF, li l-pandemija tal-COVID-19 qed iżżid ir-riskju ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, u n-NU jipprevedu li żewġ miljun tifla oħra se jkunu soġġetti għall-prattika fl-10 snin li ġejjin, u tabilħaqq, in-NU jsostnu li l-COVID-19 affettwat b’mod sproporzjonat lill-bniet u lin-nisa, u dan irriżulta f’dak li dawn isejħu “pandemija parallela” li tfixkel l-eliminazzjoni tad-drawwiet kollha li jagħmlu l-ħsara, inkluża, il-mutilazzjoni ġenitali femminili, speċjalment fl-Afrika;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Żgħażagħ u tfal
</ACTION><ACTION>
<NO.P>419.</NO.P>Jissottolinja li l-miżuri restrittivi fl-Istati Membri mhux biss kellhom impatt fuq l-edukazzjoni u l-impjiegi taż-żgħażagħ iżda affettwaw ukoll is-saħħa mentali u l-kapital soċjali taż-żgħażagħ; huwa mħasseb li hemm evidenza qawwija ta’ żieda fil-problemi tas-saħħa mentali, fl-ansjetà, fis-sintomi relatati mad-depressjoni u fl-imġiba suwiċidali; jenfasizza li l-konsegwenzi fit-tul tal-pandemija fuq is-saħħa mentali x’aktarx li kellhom impatt aktar b’saħħtu fuq iż-żgħażagħ vulnerabbli u dawk minn sfondi ta’ żvantaġġ soċjoekonomiku jew komunitajiet emarġinati u aggravaw kwistjonijiet oħra; jinnota li l-lockdowns u n-nuqqas konsegwenti ta’ eżerċizzju fiżiku kellhom impatt fuq is-saħħa u l-benesseri tan-nies u li dawn il-kwistjonijiet kollha kienu partikolarment evidenti fi gruppi vulnerabbli f’riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>420.</NO.P>Jinnota li l-lockdowns pprevenew liż-żgħażagħ li jgħixu f’sitwazzjonijiet vulnerabbli milli jaċċessaw u jkollhom il-mezzi biex jiksbu servizzi tas-saħħa mentali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu investimenti pubbliċi transsettorjali biex jindirizzaw id-disturbi mentali fost it-tfal u ż-żgħażagħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>421.</NO.P>Jinnota li sa 1 600 000 000 tifel u tifla madwar id-dinja<FOOTNOTE><FIELD> UNICEF Executive Director Henrietta Fore’s remarks at a press conference on new updated guidance on school-related public health measures in the context of COVID-19 (Il-kummenti tad-Direttur Eżekuttiv tal-UNICEF Henrietta Fore f’konferenza stampa dwar gwida aġġornata ġdida rigward miżuri tas-saħħa pubblika relatati mal-iskola fil-kuntest tal-COVID-19).</FIELD></FOOTNOTE>ġew affettwati mill-għeluq tal-iskejjel matul il-pandemija tal-COVID-19 u huwa stmat li mill-anqas 24 000 000 student jistgħu jitilqu mill-iskola minħabba din ir-raġuni; jinsab imħasseb li l-pandemija tal-COVID-19 aggravat il-kwistjonijiet soċjoekonomiċi ffaċċjati miż-żgħażagħ, u li l-kombinazzjoni ta’ telf ta’ impjiegi u xogħol bla ħlas jew b’paga baxxa żiedet ir-riskju ta’ faqar fost iż-żgħażagħ; huwa mħasseb li l-pandemija tal-COVID-19 poġġiet għadd kbir ta’ żgħażagħ f’sitwazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà u prekarjetà li pprevenuhom milli jaċċessaw ħtiġijiet bażiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>422.</NO.P>Jinnota li l-istudenti esperjenzaw tnaqqis fil-kwalità edukattiva u wrew tnaqqis fil-ħiliet tal-qari, tal-kitba u tal-matematika, fil-prestazzjoni tat-tagħlim u fl-iżvilupp ta’ ħiliet, li kellu impatt negattiv fit-tul; jirrimarka li fost l-istudenti minn familji b’introjtu baxx, dan id-defiċit ta’ tagħlim instab li kien id-doppju ta’ dak fost dawk minn familji b’introjtu ogħla, b’tali mod li d-distakk bejn it-tfal minn unitajiet domestiċi vulnerabbli u tfal minn unitajiet domestiċi soċjoekonomikament reżiljenti kiber;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>423.</NO.P>Jinnota d-differenzi fil-miżuri meħuda mill-Istati Membri b’reazzjoni għas-sitwazzjonijiet epidemjoloġiċi differenti f’kull Stat Membru, biex jitrażżan it-tixrid tal-virus bħall-għeluq tal-iskejjel u l-impatt li dan kellu fuq it-tfal u l-għalliema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>424.</NO.P>Jisħaq wkoll fuq ir-rwol ewlieni li għandhom l-għalliema fl-adattament għat-tagħlim online u fl-għoti tiegħu u r-rwol tagħhom fil-kontribut għall-appoġġ psikoloġiku u l-iżvilupp tat-tfal u ż-żgħażagħ; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jiġi promoss il-litteriżmu tal-għalliema dwar is-saħħa mentali, u tal-persunal edukattiv kollu, kif ukoll tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ biex jiġi żgurat li jkunu mgħammra ħalli jappoġġjaw lit-tfal u lilhom infushom fi żminijiet ta’ kriżi; jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 wasslet biex l-għalliema jkollhom jadattaw aktar malajr għat-tagħlim online u għall-istrumenti ta’ appoġġ edukattiv online matul l-għeluq tal-iskejjel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>425.</NO.P>Jissottolinja li d-diġitalizzazzjoni ppermettiet it-tkomplija tal-attivitajiet edukattivi matul il-lockdowns, filwaqt li ffaċilitat l-apprendiment, iżda n-nuqqasijiet fid-disponibbiltà għat-tfal kollha tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-materjali ta’ appoġġ, l-aċċess għas-servizzi diġitali, infrastruttura edukattiva oħra u l-lakuni fl-integrazzjoni kixfu d-dgħufijiet fis-sistemi tal-iskejjel; jirrikonoxxi li t-tfal minn minoranzi etniċi, bħar-Rom u dawk bi sfond ta’ migrazzjoni u t-tfal b’diżabilità kienu affettwati b’mod sproporzjonat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>426.</NO.P>Jirrapporta li l-inugwaljanzi soċjali dejjem affettwaw il-benessri mentali tat-tfal iżda li dawn saru kwistjoni soċjali serja bħala riżultat tal-pandemija; jinnota li l-pandemija aggravat il-vjolenza u l-abbuż domestiku lejn it-tfal u żiedet id-differenzi edukattivi u diġitali, b’mod partikolari għal dawk minn sfondi żvantaġġjati; jemmen li l-għeluq tal-iskejjel ikkumplika wkoll is-sitwazzjoni tat-tfal żvantaġġjati u b’hekk il-pożizzjoni tagħhom saret aktar prekarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>427.</NO.P>Huwa mħasseb li matul il-pandemija, it-tfal u ż-żgħażagħ li jbatu minn kwistjonijiet ta’ saħħa mentali appoġġ mentali u psikoloġiku insuffiċjenti u din tista’ tibqa’ kwistjoni li għadha għaddejja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>428.</NO.P>Jissottolinja li t-tfal u ż-żgħażagħ b’diżabilità jew dawk li jinsabu fl-ispettru tal-awtiżmu ħallsu b’mod sproporzjonat għall-inkonvenjenzi miġjuba mill-pandemija u l-lockdowns; jirrimarka li matul il-pandemija, ħafna servizzi ta’ appoġġ ġew sospiżi u ħallew lill-ġenituri u lil persuni oħra li jindukraw mingħajr assistenza essenzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(d)	L-impatt tal-COVID-19 fuq l-anzjani u l-gruppi vulnerabbli/emarġinati</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>429.</NO.P>Isib li l-pandemija u l-lockdowns, filwaqt li ma setgħux jiġu evitati minħabba t-tħassib dwar is-saħħa pubblika, kellhom impatt diżastruż fuq il-persuni b’diżabilità; jenfasizza li l-persuni b’diżabilità ffaċċjaw diskriminazzjoni f’termini li jirċievu informazzjoni adegwata dwar il-pandemija u ta’ aċċess għall-kura tas-saħħa u ltaqgħu wkoll ma’ diffikultà biex jiksbu PPE; jinnota li l-persuni b’diżabilità ffaċċjaw aċċess limitat għall-kura, l-edukazzjoni u s-servizzi ta’ riabilitazzjoni (bħala riżultat ta’ aċċess mhux ugwali għall-għodod diġitali); jinnota bi tħassib l-għadd għoli tal-imwiet fost il-persuni b’diżabilità li kienu fl-istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>430.</NO.P>Jisħaq li l-lockdowns kellhom impatt sever fuq ħafna persuni li diġà kienu emarġinati jew żvantaġġati billi aggravaw il-kundizzjonijiet soċjali tagħhom, naqqsu l-possibbiltajiet tagħhom li jsibu xogħol, u llimitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fis-soċjetà u d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini; ifakkar li l-pandemija aggravat id-diffikultajiet u l-isfidi soċjoekonomiċi li diġà kienu jeżistu u ġabet aktar kumplikazzjonijiet għal dawk li sofrew minn dipendenza u minn kwistjonijiet ta’ saħħa mentali, iżda affettwat ukoll lill-familji b’introjtu baxx, lin-nisa, lill-anzjani, lit-tfal, lill-migranti, lir-rifuġjati, lill-persuni LGBTQIA+, lill-persuni mingħajr dar u lill-persuni b’diżabilità; jinnota li l-ħtiġijiet ta’ gruppi soċjalment żvantaġġjati mhux dejjem ġew issodisfati matul il-lockdowns, u t-tagħlimiet meħuda jeħtieġ li jiġu indirizzati kif xieraq; jirrimarka li s-servizzi tal-kura u dawk soċjali, inklużi s-servizzi ta’ kura fid-dar u ta’ kura mhux residenzjali, ma kinux ikkunsidrati bħala infrastruttura kritika u r-rwol importanti tal-fatturi soċjoekonomiċi fir-riskji tas-saħħa ma ġiex rikonoxxut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>431.</NO.P>Jinnota li l-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 affettwaw b’mod sproporzjonat l-ifqar nies, l-aktar żvantaġġati, emarġinati u mingħajr protezzjoni fis-soċjetà, inklużi l-persuni b’diżabilitajiet fiżiċi u intellettwali, b’kundizzjonijiet mediċi kroniċi, bi problemi tas-saħħa mentali u l-anzjani, jew dawk il-persuni li diġà kellhom aċċess limitat jew l-ebda aċċess għal iġjene jew trattament bażiku għall-ħtiġijiet tal-kura tas-saħħa tagħhom, u li dawn il-gruppi saru saħansitra aktar vulnerabbli bħala riżultat tal-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>432.</NO.P>Ifakkar fl-impatt traġiku tal-COVID-19 fuq il-faċilitajiet residenzjali fit-tul fl-Ewropa, bid-djar tal-kura rrappreżentaw aktar minn 50 % tal-imwiet relatati mal-COVID f’xi Stati Membri; jinnota bi tħassib li l-pazjenti tad-dar tal-kura kienu esklużi mill-kura matul l-eqqel tal-pandemija, u dan irriżulta f’rati ta’ mortalità inkwetanti fost l-anzjani; jinnota li l-imwiet fost l-anzjani kienu jirrappreżentaw porzjon kbir tal-fatalitajiet tal-COVID-19 u jfakkar fis-sitwazzjoni drammatika mġarrba minn ħafna minnhom fid-djar tal-anzjani u fil-faċilitajiet tal-kura fit-tul li rriżultat minn dewmien u ostakli għat-trattament u l-kura tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>433.</NO.P>Jiddikjara li l-pandemija kellha impatt kbir fuq l-anzjani u fuq il-persuni bid-dimenzja minħabba l-iżolament tagħhom u l-opportunitajiet imnaqqsa għall-interazzjoni soċjali, kif ukoll is-sospensjoni tal-attivitajiet tagħhom ta’ kuljum; jinnota li żiedet ukoll is-sinjali ta’ depressjoni u ta’ ansjetà fost l-anzjani u l-persuni li jieħdu ħsiebhom kif ukoll żiedet id-diffikultajiet finanzjarji għall-persuni li jieħdu ħsiebhom; jirrimarka li dan ikkontribwixxa għall-progressjoni tas-sintomi relatati mad-dimenzja, u l-adulti bid-dimenzja u l-COVID-19 esperjenzaw diffikultajiet serji biex jirċievu kura u assistenza medika xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>434.</NO.P>Jinnota li l-pandemija kixfet dgħufijiet fit-tħejjija tad-djar tal-kura u tal-faċilitajiet tal-kura fit-tul għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika; jirrimarka li ħafna djar tal-kura u faċilitajiet ta’ kura fit-tul iffaċċjaw nuqqas ta’ PPE, provvisti tal-ittestjar, u persunal matul il-pandemija; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw li d-djar tal-kura u r-residenti tagħhom ikollhom aċċess għall-kura tas-saħħa, inklużi r-riferimenti mediċi, it-tagħmir protettiv, il-materjali, il-persunal u l-għarfien espert meħtieġa biex jirrispondu għall-pandemija; jirrakkomanda li l-ispezzjonijiet regolari jiġu estiżi permezz ta’ sistema ta’ awditi esterni u indipendenti u li jiġu stabbiliti sistemi ta’ spezzjoni speċjali fid-djar tal-kura matul perjodi ta’ iżolament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>435.</NO.P>Jenfasizza li l-pandemija u l-miżuri restrittivi aggravaw id-disparitajiet li diġà kienu jeżistu qabel fl-obeżità u s-saħħa metabolika, b’żieda ġenerali fil-piż żejjed tal-ġisem, speċjalment fost in-nisa, persuni b’livell aktar baxx ta’ edukazzjoni u b’livell ta’ paga aktar baxx, l-abitanti tal-ORs, u pazjenti psikjatriċi; jinnota li l-kwalità tad-dieti tan-nies spiss marret għall-agħar, u l-attività fiżika naqset filwaqt li l-faċilitajiet sportivi u ż-żoni tal-logħob ingħalqu, li wasslu għal żieda fl-imġiba sedentarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>436.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkunsidraw li jistabbilixxu skemi ta’ ġestjoni ta’ emerġenza għall-infrastruttura tal-isport biex jipprevjenu limitazzjonijiet operazzjonali minħabba avvenimenti mhux mistennija bħal pandemija, kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ linji gwida dwar is-sikurezza u s-sigurtà biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-utenti tal-infrastruttura tal-isport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>437.</NO.P>Jinnota li l-persuni mingħajr dar iffaċċjaw sfidi biex jibqgħu sikuri mill-infezzjoni, biex b’hekk żiedu r-riskju ta’ mortalità tagħhom, u l-postijiet ta’ kenn ma kinux joperaw b’mod adegwat minħabba għadd iżgħar ta’ ħaddiema u voluntiera kif ukoll nuqqas ta’ gwida inizjali u appoġġ finanzjarju xierqa għas-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>438.</NO.P>Jisħaq li r-rispons għall-emerġenzi tas-saħħa jirrikjedi approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u jrid jiżgura s-sikurezza ta’ gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jiggarantixxi l-aċċess tagħhom għall-kura tas-saħħa filwaqt li ma jillimitax il-libertà tal-moviment tagħhom, f’konformità mal-KEDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>439.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu kura palljattiva integrali u multidixxiplinari għall-pazjenti waqt pandemiji u kriżijiet tas-saħħa; jitlob li jitjiebu l-prattiki tal-kura palljattiva fid-djar u fl-isptarijiet fil-livell tal-Unjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimmassimizzaw l-għadd ta’ unitajiet palljativi f’kull reġjun u jiżguraw finanzjament suffiċjenti u sostenibbli, riżorsi umani mħarrġa tajjeb;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(e)	Il-COVID-19 u l-ħolqien ta’ teknoloġiji diġitali għan-negozji u għall-ħaddiema: riskji u opportunitajiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>440.</NO.P>Jinnota li matul il-pandemija, l-UE marret lejn forom ġodda ta’ diġitalizzazzjoni u ħidma flessibbli; jenfasizza li l-użu xieraq tal-għodod diġitali jista’ jkun vantaġġ għall-impjegaturi u għall-ħaddiema f’termini ta’ libertà, indipendenza u flessibbiltà akbar biex il-ħin tax-xogħol u l-kompiti tax-xogħol jiġu organizzati aħjar, jitnaqqas il-ħin li wieħed iqatta’ jivvjaġġja lejn il-post tax-xogħol, jiġu mnaqqsa l-emissjonijiet u tiġi ffaċilitata l-ġestjoni tal-obbligi personali u tal-familja, biex b’hekk jinħoloq bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jinnota li l-ħtiġijiet tal-ħaddiema jvarjaw ħafna u għalhekk jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat qafas ċar li fl-istess ħin jippromwovi l-flessibbiltà personali u jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>441.</NO.P>Jisħaq li d-diġitalizzazzjoni tax-xogħol ma għandhiex twassal għal deterjorament fid-drittijiet tal-ħaddiema jew fil-kundizzjonijiet tax-xogħol; jirrikonoxxi li d-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol jista’ jkollha impatti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol, bħal meta l-ħaddiema jkunu meħtieġa jaħdmu sigħat itwal jew trid tiżgura d-disponibbiltà tagħhom barra l-ħinijiet tax-xogħol; jisħaq, għalhekk, fuq l-importanza tad-dritt għall-iskonnessjoni; jinnota li l-ħtiġijiet tal-ħaddiema jvarjaw ħafna u jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat qafas ċar li fl-istess ħin jippromwovi l-flessibbiltà personali u jipproteġi d-drittijiet tal-ħaddiema; jirrimarka li n-nisa huma aktar probabbli jagħmlu telexogħol minħabba r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom, u għalhekk qafas Ewropew sensittiv għall-ġeneru għat-telexogħol huwa ta’ importanza kbira; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti li jistabbilixxu standards għall-kundizzjonijiet tat-telexogħol madwar l-Unjoni Ewropea, bil-għan li jiġu ggarantiti kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjiegi ġusti u xierqa fl-ekonomija diġitali, filwaqt li jinnota li l-kundizzjonijiet tax-xogħol jibqgħu kompetenza nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>442.</NO.P>Jinnota li d-diġitalizzazzjoni fid-dinja tax-xogħol tinvolvi wkoll riskju f’termini ta’ ġestjoni u d-dritt għall-privatezza; jissottolinja li l-bidliet fil-kundizzjonijiet tax-xogħol iridu dejjem jiġu nnegozjati mat-trade unions u mar-rappreżentanti tal-ħaddiema sabiex tinkiseb deċiżjoni b’kunsens; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-ftehim tas-sħab soċjali biex jinkludu negozjati dwar miżuri legalment vinkolanti ħalli jirregolaw it-telexogħol u jinkludi d-dritt ta’ skonnessjoni fil-programm ta’ ħidma tagħhom għad-djalogu soċjali 2022-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>443.</NO.P>Jirrimarka li n-nisa huma aktar probabbli li jagħmlu telexogħol minħabba r-responsabbiltajiet ta’ kura tagħhom; jitlob li jiġi implimentat qafas Ewropew għat-telexogħol sensittiv għall-ġeneru, li jqis ukoll ir-rwoli tas-sessi fid-dawl ta’ kriżijiet futuri b’enfasi ċara fuq ir-rikonċiljazzjoni tax-xogħol mal-ħajja privata; jappella li l-implimentazzjoni tat-telexogħol f’pandemiji futuri titwettaq filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u f’konformità mal-prinċipju ta’ responsabbiltà konġunta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>444.</NO.P>Jissottolinja li l-użu tajjeb tal-għodod diġitali għamilha possibbli, fil-każ ta’ ċerti professjonijiet, li jiġi limitat l-għadd ta’ persuni li ma jistgħux isibu xogħol;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(f)	Konklużjonijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Negozji u ħaddiema
</ACTION><ACTION>
<NO.P>445.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa biex jiddefendu l-ekonomija soċjali tas-suq tal-Ewropa, li hija reżiljenti u tirreaġixxi malajr għall-kriżijiet u li trawwem ambjent verament favorevoli għan-negozju, b’aċċess akbar għall-kapital, aktar simplifikazzjoni tal-proċeduri u inqas burokrazija għall-kumpaniji Ewropej, b’mod speċjali l-SMEs, sabiex ikunu jistgħu jirreaġixxu malajr, ikomplu bl-innovazzjoni tan-negozju tagħhom u jħeġġu l-intraprenditorija, filwaqt li fl-istess ħin jipproteġu u jinfurzaw id-drittijiet tal-ħaddiema fil-fruntieri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>446.</NO.P>Jisħaq li n-negozji fis-settur tat-turiżmu għandhom jibbenefikaw minn taħriġ u żvilupp addizzjonali, mid-diġitalizzazzjoni u minn mudell ta’ negozju aktar sostenibbli sabiex ikunu aktar reżiljenti u mħejjija aħjar f’każ ta’ kriżi ġdida tas-saħħa jew kriżi oħra; jisħaq li d-drittijiet tal-passiġġieri u tal-konsumaturi nkisru b’mod wiesa’ mill-operaturi turistiċi, mill-operaturi tat-trasport u mill-intermedjarji tal-prenotazzjoni online matul il-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>447.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ l-appoġġ għall-politiki soċjali tal-UE u tal-Istati Membri bir-rispett dovut għall-prinċipju tas-sussidjarjetà u f’konformità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-linji gwida dwar l-impjiegi, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jisħaq, barra minn hekk, fuq il-ħtieġa li jinkiseb aċċess ugwali u effettiv għall-protezzjoni soċjali adegwata, biex b’hekk jiġi ggarantit aċċess ugwali u ġust għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja, jissaħħu l-isforzi biex jinkisbu livelli ogħla ta’ impjieg ta’ kwalità filwaqt li jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-differenzi bejn il-ġeneri fir-rigward tal-pagi u l-benefiċċji, ikompli jissaħħaħ id-djalogu soċjali filwaqt li jitnaqqas id-distakk diġitali u jiġi pprevenut xogħol prekarju jew mhux iddikjarat fis-settur tal-kura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>448.</NO.P>Jappella għal suq tax-xogħol aktar reżiljenti bi djalogu soċjali msaħħaħ u sħab soċjali li jistgħu jieħdu sehem f’korpi ta’ governanza ta’ kriżijiet ta’ politika ta’ livell għoli; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ kundizzjonijiet tax-xogħol aktar ugwali u aktar ġusti għall-ħaddiema kollha madwar l-UE, inklużi dawk l-aktar vulnerabbli u, b’mod partikolari, matul żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>449.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw, isaħħu u jissalvagwardjaw is-suq uniku, speċjalment il-libertà tal-moviment (tal-persuni, tal-prodotti u tas-servizzi) f’pandemiji futuri filwaqt li dejjem iqisu t-tħassib dwar is-saħħa pubblika u s-sitwazzjoni epidemjoloġika, u jimminimizzaw il-piż tad-dokumentazzjoni u tal-leġiżlazzjoni u għalhekk jippreżervaw l-integrità tas-suq uniku; jenfasizza l-ħtieġa li r-regoli u l-linji gwida dwar l-ivvjaġġjar u l-individwazzjoni tal-mard jiġu armonizzati bejn l-Istati Membri, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-SMEs; ifakkar li l-moviment liberu tal-merkanzija huwa fundamentali għal ktajjen tal-valur li jiffunzjonaw tajjeb, b’mod partikolari għall-vaċċini u għal kontromiżuri mediċi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>450.</NO.P>Jenfasizza li l-istrument ta’ Appoġġ biex Jittaffew ir-Riskji ta’ Qgħad f’Emerġenza (SURE) jgħin biex jiġu ssalvagwardjati l-impjiegi, kif jagħmlu wkoll programmi simili oħra fil-forma ta’ miżuri ta’ solidarjetà ekonomika u soċjali ta’ darba fl-Ewropa, filwaqt li jenfasizza li tali programmi għandhom ikunu bbażati fuq self, u attivati biss fil-każ ta’ xokkijiet finanzjarji jew ekonomiċi esterni severi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>451.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni rrakkomandat li l-Istati Membri jirrikonoxxu l-COVID-19 bħala marda okkupazzjonali f’ċerti setturi matul pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>452.</NO.P>Jiddikjara li filwaqt li l-kooperazzjoni tal-UE matul il-pandemija ġarrbet xi problemi tal-bidu, hija malajr pattiet għaż-żmien mitluf b’diversi inizjattivi ewlenin; jinnota li l-moviment liberu tal-merkanzija u tal-persunal kritiku tas-saħħa sar possibbli permezz tal-istabbiliment ta’ kurituri ħodor; jinnota li l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA) kellha rwol importanti fl-għoti ta’ linji gwida u informazzjoni lin-negozji dwar il-miżuri preventivi tal-COVID-19, filwaqt li ċ-ċertifikat tal-COVID-19 ibbażat fuq il-kodiċi QR wera li l-UE kienet kapaċi toħloq ċertifikat diġitali komuni għall-benefiċċju tal-amministrazzjonijiet, tal-kumpaniji u tal-pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>453.</NO.P>Jirrakkomanda li l-lockdowns jew miżuri drastiċi oħra ta’ sikurezza għandhom jittieħdu fi djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-sħab ekonomiċi u soċjali u s-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet f’konformità mal-liġi u l-prattiki nazzjonali fl-istadji differenti kollha ta’ emerġenza li tkun qed tiżviluppa, filwaqt li jiġu rispettati d-dmir u l-prerogattiva tal-awtoritajiet pubbliċi li jieħdu miżuri biex jipproteġu s-saħħa u s-sikurezza tan-nies; jissottolinja li l-miżuri għandhom ikunu limitati għal dak li huwa meħtieġ u proporzjonat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>454.</NO.P>Jissottolinja li l-Istati Membri tal-UE rrikonoxxew ir-rwol kritiku li l-SMEs għandhom fl-ekonomiji tagħhom u implimentaw diversi miżuri biex isaħħu l-pożizzjoni tagħhom matul il-pandemija; jikkonkludi li l-miżuri għandhom jingħataw spinta ulterjuri biex jiġu ppreżervati l-impjiegi, inklużi l-impjiegi tal-SMEs, meta possibbli permezz ta’ skemi ta’ appoġġ, appoġġ għall-introjtu adegwat, titjib tal-ħiliet u tiġdid tal-ħiliet tal-ħaddiema, l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja, u appoġġ imsaħħaħ għas-setturi li l-aktar li ntlaqtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>455.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jieħdu vantaġġ sħiħ mill-finanzjament tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, li huwa mibni fuq il-kunċett ta’ “nibnu mill-ġdid aħjar”, permezz ta’ implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-fondi bil-ħsieb li jissaħħu l-investimenti soċjali, jiġu rinfurzati r-riċerka u l-innovazzjoni u tingħata spinta lill-ekonomija permezz ta’ riformi u investimenti ambizzjużi, b’enfasi partikolari fuq it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali, sabiex l-UE ssir aktar reżiljenti mill-aspett soċjali; jemmen, barra minn hekk, li filwaqt li jitqies it-tibdil demografiku, it-tisħiħ tas-sistemi tal-kura tas-saħħa pubblika tagħna u l-indirizzar tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa għandhom ikunu t-tielet pilastru ta’ din it-tranżizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>456.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha tagħmel ħilitha biex tiżgura s-solidarjetà u l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-ekonomija biex issaħħaħ il-kompetittività tal-UE filwaqt li tilħaq objettivi soċjali u klimatiċi u tevita l-frammentazzjoni tas-suq uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>457.</NO.P>Jirrakkomanda li l-appoġġ għas-setturi tal-kura soċjali u tas-saħħa għandu jiġi inkluż fl-isforzi futuri ta’ tħejjija għall-pandemiji; jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta’ tħejjija għal kriżijiet futuri tas-saħħa fl-istrateġiji nazzjonali tagħhom dwar is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, f’konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi effettivi għall-koordinazzjoni ta’ dawn il-pjanijiet fil-livell tal-UE, filwaqt li titqies l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol dwar il-pandemija u s-sikurezza okkupazzjonali u kwistjonijiet relatati mas-saħħa; iqis li l-protezzjoni u l-promozzjoni tas-saħħa mentali għandhom ikunu parti integrali minn dawn il-pjanijiet għas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għal kriżijiet futuri tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>458.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu implimentati miżuri u politiki speċifiċi fil-livell tal-UE u f’dak nazzjonali għall-protezzjoni u l-appoġġ tal-ħaddiema tal-kura tas-saħħa, kif ukoll ħaddiema essenzjali oħra, inkluż permezz ta’ riżorsi xierqa u suffiċjenti;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Nisa
</ACTION><ACTION>
<NO.P>459.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fil-forom kollha tagħha u kull fejn isseħħ, kemm ġewwa d-dar kif ukoll barra minnha jew fuq il-post tax-xogħol; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika, iżda jitlob li jittejjeb il-kontenut tagħha biex jiġu protetti aħjar il-vittmi kollha, b’mod partikolari dawk f’riskju ta’ forom multipli ta’ diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>460.</NO.P>Jitlob li x-xogħol tipikament iddominat min-nisa jiġi vvalutat mill-ġdid u evalwat mill-ġdid u li jiġu żviluppati u applikati għodod ta’ evalwazzjoni tax-xogħol newtrali għall-ġeneru transsettorjali sabiex jiġi vvalutat u jiġi rremunerat aħjar ix-xogħol iddominat min-nisa u tiġi żgurata paga ugwali jew xogħol ugwali u xogħol ta’ valur ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>461.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet diġitali għandu jiġi promoss li jipprovdu appoġġ aktar faċli u sikur; jappella għall-adozzjoni ta’ strumenti ta’ appoġġ ekonomiku, soċjali u finanzjarju għan-nisa li huma separati mis-sħab tagħhom wara l-vjolenza li jkunu sofrew u li ma għandhom l-ebda mezz ta’ appoġġ finanzjarju; jirrakkomanda li fil-futur, is-servizzi li jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru jiġu definiti bħala essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>462.</NO.P>Jemmen li l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi għandha tissaħħaħ filwaqt li tiġi deċentralizzata l-kura biex jintlaħqu aħjar il-popolazzjonijiet iżolati; huwa konvint li l-komunitajiet lokali, ir-rwol tan-nisa u aktar ugwaljanza bejn il-ġeneri jridu jkunu fiċ-ċentru tas-soluzzjonijiet; iqis li t-trawwim tal-innovazzjoni u tad-diġitalizzazzjoni fi ħdan is-servizzi tas-saħħa, b’mod partikolari f’oqsma fejn il-forniment tas-saħħa hija defiċjenti, inadegwata jew għadha lura, huwa kruċjali peress li s-servizzi tas-saħħa jiddependu mill-għarfien espert tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> Abbażi tas-sejbiet tal-istudju tal-UE tal-2021 ippubblikat mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew: The response of civil society organisations to face the COVID-19 pandemic and the consequent restrictive measures adopted in Europe (Ir-rispons tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiffaċċjaw il-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri restrittivi konsegwenti adottati fl-Ewropa), https://www.eesc.europa.eu/sites/default/files/files/qe-02-21-011-en-n.pdf.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>463.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkriminalizza l-forom kollha ta’ sfruttament sesswali b’mod armonizzat sabiex tipprovdi livell simili ta’ protezzjoni lin-nisa kollha fl-UE irrispettivament minn fejn jgħixu; jappoġġja l-inklużjoni fid-Direttiva ta’ definizzjoni ta’ vjolenza sesswali li hija usa’ mid-definizzjoni ta’ stupru, u definizzjoni ta’ fastidju sesswali f’konformità mad-direttivi eżistenti tal-UE kontra d-diskriminazzjoni u skont l-istandards tal-Konvenzjoni ta’ Istanbul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>464.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jintegraw il-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki kollha tal-UE u fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rkupru; jisħaq li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi hija kruċjali biex jiġi żgurat li l-esperjenzi differenti li jiffaċċjaw in-nisa u l-irġiel jiġu rikonoxxuti u indirizzati f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>465.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tat-taħriġ tal-persunal biex jifhem u jimplimenta b’mod effettiv l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-ibbaġitjar skont il-ġeneru; jenfasizza l-fatt li l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandha tkun ukoll parti mill-politiki li għandhom l-għan li jżidu l-bilanċ bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni dwar ix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika, kif ukoll fir-riċerka u l-innovazzjoni; huwa mħasseb dwar is-sehem għoli ta’ paga minima u ta’ dawk li jaqilgħu inqas mill-minimu fost il-professjonisti fis-settur tal-kura, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa, u jemmen li l-miżuri tal-UE għandhom jippromwovu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-settur tal-kura u tas-servizzi soċjali u b’mod aktar ġenerali fis-suq tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
(iii)	Żgħażagħ u tfal
</ACTION><ACTION>
<NO.P>466.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jimmonitorjaw mill-qrib l-użu tal-fondi tal-RRF u r-rwol tagħhom fl-appoġġ ta’ miżuri għat-tfal, għaż-żgħażagħ u għall-familji żgħażagħ; iqis li l-investimenti għandhom isiru f’politiki ta’ kumpens, li jagħmlu enfasi fuq individwi bi status soċjoekonomiku baxx u tfal minn gruppi żvantaġġati, programmi li jipprevjenu u jindirizzaw id-defiċits fit-tagħlim, l-edukazzjoni bbażata fuq l-evidenza, l-adattament tal-kurrikuli, inkluż għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, u l-investiment fit-teknoloġija, fl-infrastruttura tal-iskejjel u fl-iżvilupp professjonali tal-għalliema; huwa konvint li hemm bżonn ta’ aktar finanzjament tal-UE għar-riċerka, l-edukazzjoni u l-kultura f’konformità mal-istrateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal u l-Garanzija Ewropea għat-Tfal; jinnota li din tal-aħħar għandha tintuża wkoll biex issaħħaħ l-agħar effetti tal-faqar fost it-tfal li ġġib magħha l-COVID-19 u aggravati mill-kriżi attwali tal-għoli tal-ħajja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>467.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor aktar informazzjoni dwar l-impatt tal-pandemija fuq id-drittijiet tat-tfal, bħad-dritt għas-saħħa, l-effetti fuq l-iżvilupp psikosoċjali minħabba l-iżolament soċjali li jirriżulta mill-kwarantina, l-għoti tas-setgħa lit-tfal fir-rigward tad-drittijiet tagħhom u l-inklużjoni ta’ miżuri ta’ emerġenza li jikkonċernaw it-tfal fil-politika u fil-leġiżlazzjoni; jitlob, f’dan ir-rigward, lill-UE u lill-Istati Membri jallokaw riżorsi xierqa biex jiksbu u janalizzaw tali data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>468.</NO.P>Jitlob, f’dan ir-rigward, lill-UE u lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-finanzjament għar-riċerka tal-UE dwar it-tfal u ż-żgħażagħ b’mod ġenerali, kif ukoll id-data tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jagħmel enfasi fuq it-titjib tas-saħħa mentali taż-żgħażagħ u tat-tfal wara l-pandemija inkluż permezz ta’ miżuri meħuda fil-livell tal-UE permezz tal-adozzjoni ta’ strateġija tal-UE dwar is-saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>469.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw pjanijiet ta’ azzjoni ċari għall-iskejjel biex jindirizzaw l-effetti li kellha l-pandemija fuq it-tagħlim u r-riżultati tat-tagħlim; jirrakkomanda li, fi kriżijiet tas-saħħa futuri, l-iskejjel u faċilitajiet edukattivi oħra jibqgħu miftuħa jekk is-sitwazzjoni epidemjoloġika tippermetti dan, filwaqt li dejjem jiġu rispettati s-saħħa u s-sikurezza tal-istudenti u tal-għalliema u tingħata prijorità lill-protezzjoni tas-saħħa pubblika; jitlob li l-politika tal-edukazzjoni tkun parti mill-istrateġija ta’ rispons ta’ emerġenza, kif ukoll soluzzjonijiet għall-kura tat-tfal, kemm kollettivi kif ukoll individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>470.</NO.P>Jiddikjara li l-bidla lejn it-tagħlim elettroniku matul il-COVID-19 ħolqot diversi sfidi għall-istudenti, l-għalliema u l-istituzzjonijiet edukattivi, prinċipalment minħabba aċċess mhux ugwali għat-teknoloġija u l-konnettività tal-internet, speċjalment għal studenti minn familji b’introjtu baxx jew dawk li jgħixu f’żoni rurali, li jirriżulta f’disparitajiet fl-opportunitajiet edukattivi; jenfasizza li t-tagħlim elettroniku jista’ jikkomplementa l-edukazzjoni bil-preżenza fiżika; jisħaq li għandhom isiru sforzi biex il-litteriżmu diġitali jinfirex fil-livelli kollha tas-soċjetà billi jkun possibbli l-użu xieraq tal-għodod u l-infrastrutturi diġitali, u li d-diġitalizzazzjoni tal-iskejjel għandha tiġi appoġġjata u żviluppata b’mod kostanti; iqis li meta jiġu osservati diffikultajiet, għandhom jiġu offruti soluzzjonijiet flessibbli meta jkun possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>471.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jinkludu l-litteriżmu diġitali fil-kurrikuli tal-istituzzjonijiet ta’ tagħlim kollha u jipprovdu t-taħriġ u t-tagħmir meħtieġa għall-għalliema u l-edukaturi; itenni d-dispożizzjoni fil-Garanzija għat-Tfal li tirrakkomanda lill-Istati Membri biex jiżguraw li t-tfal tal-età tal-iskola kollha jkollhom aċċess għal apparat diġitali u għal elettriku u internet tajjeb fi djarhom; jemmen li għandhom jiġu introdotti miżuri adegwati biex it-tfal u ż-żgħażagħ kollha jiġu mgħammra bil-ħiliet teknoloġiċi u l-għarfien li jeħtieġu biex jirnexxu fl-era diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>472.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal tal-arti u l-kultura bħala komponent ewlieni tar-rispons għall-pandemiji minħabba l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tal-arti u l-kultura li jindirizzaw il-benessri, is-saħħa mentali u kwistjonijiet ta’ appoġġ soċjali, inkluż għal gruppi li inkella jistgħu jkunu diffiċli biex jintlaħqu; ifakkar li l-arti u l-kultura huma ta’ importanza fundamentali għall-iżvilupp tal-identità individwali tat-tfal u ż-żgħażagħ, kif ukoll għall-edukazzjoni tagħhom, inkluż il-fehim tagħhom tas-soċjetà, u għall-benesseri ġenerali tagħhom; huwa mħasseb dwar l-impatt negattiv fuq l-aċċess għall-arti u l-kultura minħabba l-għeluq relatat mal-COVID ta’ postijiet kulturali; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-potenzjal tal-arti u l-kultura li jindirizzaw is-saħħa mentali u l-benesseri soċjali ta’ gruppi u individwi li nkella jistgħu jkunu diffiċli li jintlaħqu u jappella għal inklużjoni akbar tas-settur tal-arti u l-kultura fl-istrateġiji ta’ rispons ta’ emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>473.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri ma japplikawx approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd meta jkunu meħtieġa miżuri speċjali u jikkonsultaw mal-professjonisti tas-saħħa u s-sikurezza, l-iskejjel, l-għalliema, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u s-servizzi taż-żgħażagħ, kif ukoll il-ġenituri, sabiex iqisu b’mod adegwat il-ħtiġijiet ta’ gruppi ta’ età differenti, gruppi vulnerabbli u żgħażagħ bi bżonnijiet speċjali, kif ukoll gruppi żvantaġġati u emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>474.</NO.P>Jirrakkomanda li l-gwida tal-UNICEF dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt tad-Drittijiet tat-Tfal għandha tiġi applikata għat-tfassil tal-politika, għal-leġiżlazzjoni u għal miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati riperkussjonijiet negattivi fuq it-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>475.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej iwettqu “kontroll għaż-żgħażagħ” għall-proposti leġiżlattivi kollha tal-UE f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>476.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu programmi ta’ tagħlim addizzjonali fi żmien qasir bħal skejjel tas-sajf jew tutoraġġ addizzjonali, sabiex inaqqsu d-distakk fit-tagħlim u jindirizzaw id-defiċits eżistenti fit-tagħlim li għandhom fil-mira tagħhom, b’mod partikolari, it-tfal minn djar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
(iv)	Anzjani u gruppi vulnerabbli/emarġinati
</ACTION><ACTION>
<NO.P>477.</NO.P>Jilqa’ l-green paper dwar it-tixjiħ, ir-rapport dwar l-impatt tat-tibdil demografiku u l-istrateġija Ewropea għall-kura bħala l-ewwel passi għal strateġija ġenerali tal-UE biex tindirizza t-tixjiħ tal-popolazzjoni fl-Ewropa; jilqa’ l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-saħħa u tal-kura ta’ popolazzjoni Ewropea li qed tixjieħ, inkluż l-indirizzar tal-mard mhux komunikabbli permezz tal-promozzjoni ta’ tixjiħ attiv u b’saħħtu f’konformità mad-Deċennju tat-Tixjiħ b’Saħħtu tad-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>478.</NO.P>Jinnota li hekk kif jiżdied il-potenzjal għal lonġevità, tiżdied ukoll l-importanza ta’ mġiba relatata mas-saħħa, bħall-promozzjoni ta’ ambjenti u stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, f’kull età (inkluża l-età medja u avvanzata); jitlob għalhekk li ssir riċerka dwar il-lonġevità b’saħħitha u miżuri li jipprevjenu aħjar l-mard mhux komunikabbli filwaqt li jiżguraw titjib fil-ġestjoni u l-kura ta’ mard mhux komunikabbli, inaqqsu l-impatt tal-mard komunikabbli, iqisu u jindirizzaw il-multimorbożità u l-polifarmaċija u li x-xjuħija ssir opportunità aktar milli ostaklu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>479.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jinvestu u jiżviluppaw għodod online inklużivi, jindirizzaw il-faqar diġitali u jagħtu s-setgħa b’mod diġitali speċjalment lill-persuni akbar fl-età u lill-persuni b’diżabilità, liż-żgħażagħ u lill-gruppi vulnerabbli, jappoġġjaw finanzjarjament lis-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa online u lill-istituzzjonijiet u jiżviluppaw miżuri ta’ appoġġ għall-persuni li jindukraw; jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati miżuri biex jiġi żgurat aċċess ugwali għall-internet u għat-teknoloġija diġitali fl-Istati Membri kollha u għas-sottogruppi kollha tal-popolazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>480.</NO.P>Jirrimarka li hawn anzjani li għandhom diffikultajiet biex jużaw u jinteraġixxu ma’ għodod teknoloġiċi u li d-diġitalizzazzjoni qed toħloq diffikultà insormontabbli biex jirrelataw ma’ servizzi bażiċi u istituzzjonijiet; jisħaq, għalhekk, li l-kura tas-saħħa online għandha tkun komplementarja u qatt ma tissostitwixxi l-kura wiċċ imb wiċċ, b’mod partikolari għal dan il-grupp ta’ persuni li għalihom id-distakk diġitali huwa l-aktar evidenti; jissuġġerixxi li l-mezzi analogi għandhom ikunu meħtieġa biex iservu lill-anzjani sabiex ma jħossuhomx maqtugħin mis-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>481.</NO.P>Huwa tal-fehma li hemm bżonn li jiġu żviluppati aktar soluzzjonijiet innovattivi li ħarġu matul il-pandemija, bħal modi ġodda ta’ ħidma, id-diġitalizzazzjoni u l-aċċess għal kulħadd; jitlob li l-ħaddiema anzjani jtejbu u jġeddu l-ħiliet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>482.</NO.P>Jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jiżguraw li d-dritt għall-kura fit-tul jiġi integrat fis-sistemi ta’ protezzjoni soċjali tagħhom u jinvestu fi pjan tas-saħħa u tal-kura biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni tal-anzjani li qed tikber, inklużi l-faċilitajiet ta’ kura residenzjali, b’mod soċjalment ġust;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>483.</NO.P>Jitlob li kull residenza tal-kura għall-anzjani u ċentri oħra soċjosanitarji jkollhom pjan ta’ kontinġenza adattat apposta għall-każ u s-sitwazzjoni tagħhom li fihom jiġu deskritti u rieżaminati b’mod sistematiku u skedat, bil-ħolqien ta’ tim ta’ ġestjoni ta’ emerġenza u tifqigħat ta’ mard, magħmul kemm minn professjonisti tas-saħħa kif ukoll minn persunal mir-residenza nnifisha, kif ukoll l-għoti tat-taħriġ xieraq meħtieġ fil-ġestjoni tal-emerġenzi u l-kriżijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-persuni fil-faċilitajiet tal-kura u l-anzjani jibqgħu attivi soċjalment u mentalment, pereżempju, billi huma jkollhom il-possibbiltà li jkomplu jinteraġixxu mal-familja tagħhom, sabiex jiġu pprevenuti l-iżolament, ir-riskju ta’ dipressjoni u mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>484.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri jevalwaw bir-reqqa l-benefiċċji u r-riskji tal-miżuri ta’ restrizzjonijiet fuq l-attività fiżika qabel ma jimplimentawhom; iqis li matul kriżi tas-saħħa, il-gvernijiet għandhom jipprovdu gwida u jħeġġu dieti aħjar u attività fiżika għal persuni b’enfasi speċjali fuq il-gruppi emarġinati u żvantaġġjati, sabiex tiżdied ir-reżiljenza tal-popolazzjonijiet fl-Istati Membri f’każ ta’ pandemija futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>485.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jinvestu fi proċess ta’ prevenzjoni, tħejjija u rispons għall-kriżi inklużiv għad-diżabilità, li jantiċipa l-impatti devastanti ta’ kriżijiet futuri fuq il-persuni b’diżabilità; ifakkar li l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, u jisħaq fuq il-pjanijiet ta’ tħejjija u l-miżuri tal-pandemiji jridu jkunu konformi ma’ dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>486.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu politiki li jagħmlu enfasi fuq l-ugwaljanza tal-opportunitajiet billi jagħmlu l-ġbir ta’ data dwar l-ugwaljanza, fil-kuntest ta’ pandemija, norma fis-setturi pubbliċi; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jikkooperaw mas-soċjetà ċivili fil-ġbir u l-analiżi tad-data dwar l-ugwaljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>487.</NO.P>Jissottolinja l-kontribut li jagħtu l-anzjani lis-soċjetà u jisħaq li l-ideat innovattivi ta’ appoġġ soċjali jistgħu jikkontribwixxu għall-protezzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>488.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmu ta’ solidarjetà interġenerazzjonali biex jiġġieldu s-solitudni, pereżempju, fil-forma ta’ servizz ċiviku, li jippermetti lill-anzjani jinteraġixxu maż-żgħażagħ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT>4.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-UE u d-dinja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(a)	L-UE u l-ġestjoni tal-pandemija fuq livell globali</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Relazzjonijiet mad-WTO, mad-WHO u mar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa (IHR)
</ACTION><ACTION>
<NO.P>489.</NO.P>Jinnota li minkejja t-tkabbir enormi fil-kummerċ tal-prodotti mediċi, kien hemm ineffiċjenzi konsiderevoli fl-aċċess għat-tagħmir tal-protezzjoni personali, trattamenti, vaċċini u dijanjostika; jinnota li fl-eqqel tal-pandemija, il-kompetizzjoni fost il-pajjiżi u l-miżuri restrittivi dwar l-aċċess għall-apparat mediku, tagħmir protettiv personali, skrinjar u vaċċini, wasslu biex il-produzzjoni tiġi mfixkla u rriżultaw fi prezzijiet ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>490.</NO.P>Billi vulnerabbiltà akbar marbuta ma’ diversifikazzjoni ekonomika batuta u dipendenza qawwija mill-esportazzjonijiet ta’ materja prima jissottolinjaw il-ħtieġa li jitqassru l-ktajjen tal-provvista attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>491.</NO.P>Jissottolinja li l-pandemija enfasizzat il-vulnerabbiltà tal-ktajjen tal-provvista globali u l-ħtieġa li jinbnew ktajjen tal-valur reġjonali u tingħata spinta lill-integrazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>492.</NO.P>Jinnota li matul il-pandemija l-prinċipju tas-solidarjetà mhux dejjem ġie rrispettat, li hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiffaċilitaw id-distribuzzjoni ta’ prodotti mediċi u li r-rwol tad-WTO f’dan ir-rigward huwa li tiffaċilita l-kummerċ internazzjonali permezz ta’ kooperazzjoni regolatorja internazzjonali sabiex tingħata spinta lill-importazzjonijiet tal-merkanzija u tnaqqas il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni li huma ta’ detriment għall-aċċess għall-prodotti mediċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>493.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għad-dipendenza tal-UE minn sorsi esterni ta’ tagħmir ta’ protezzjoni personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>494.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li diversi fatturi wasslu għal aċċess globali limitat għall-vaċċini u jtenni l-appelli biex id-WTO tieħu azzjoni akbar biex tiżgura l-fluss liberu tal-ktajjen tal-provvista u tal-kunsinni tal-vaċċini, b’mod partikolari fir-rigward tar-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni; jesprimi dispjaċir għall-fatt li ħafna pajjiżi, inklużi xi sħab tal-UE, irrikorrew għal miżuri protezzjonisti fil-forma ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>495.</NO.P>Jitlob li l-UE tagħmel enfasi fuq awtonomija strateġika miftuħa, tappoġġja d-diversifikazzjoni u r-reżiljenza globali tal-ktajjen tal-provvista, u tirriloka l-produzzjoni fejn meħtieġ biex tindirizza d-dipendenzi kbar fuq pajjiżi terzi b’sistema kummerċjali multilaterali miftuħa u bbażata fuq ir-regoli fil-qalba tagħha, biex tiġi żgurata d-disponibbiltà globali tal-prodotti mediċi; iħeġġeġ lill-pajjiżi biex jissieħbu fil-Ftehim dwar il-Kummerċjalizzazzjoni ta’ Prodotti Farmaċewtiċi tad-WTO, u jħeġġeġ biex il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jiġi estiż għall-prodotti farmaċewtiċi u mediċinali kollha; jirrakkomanda appoġġ għall-SMEs farmaċewtiċi Ewropej li jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ portafoll varjat ta’ vaċċini u b’hekk għall-awtonomija strateġika tal-UE fis-settur tas-saħħa, jissottolinja li r-rispons globali tas-saħħa jrid ikun iggwidat mill-prinċipju tas-solidarjetà, filwaqt li s-saħħa titqies bħala ben pubbliku, u li l-UE għandha taħdem id f’id ma’ atturi multilaterali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex ittejjeb ir-reżiljenza u t-tħejjija tas-sistemi tal-kura tas-saħħa għal dawk l-aktar vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>496.</NO.P>Jinnota li s-sistema ta’ protezzjoni tal-privattivi tinċentiva lill-kumpaniji jinvestu fl-innovazzjoni u jipproduċu għodod mediċi ġodda li għandhom ikunu għas-servizz taċ-ċittadini u jippromwovu l-interess pubbliku; jinnota, fl-istess ħin, li l-effett ta’ esklużjoni tal-privattivi jista’ jwassal għal provvista limitata fis-suq u aċċess imnaqqas għall-mediċini u għall-prodotti farmaċewtiċi; jissottolinja li fi żminijiet ta’ kriżi, kif ukoll biex jipproteġu s-saħħa pubblika u l-ħajja tan-nies, l-awtoritajiet pubbliċi għandhom ikunu jistgħu jintervjenu fuq din is-sistema u jużaw il-mezzi meħtieġa biex jagħtu aċċess għad-dijanjostika, il-prevenzjoni u t-trattamenti u l-kura lil kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>497.</NO.P>Jinnota l-kooperazzjoni bejn l-UE u d-WHO b’reazzjoni għall-pandemija; jissottolinja l-ħtieġa li din il-kooperazzjoni tissaħħaħ aktar b’approċċ aktar koordinat u fit-tul u b’sistema tan-NU aktar b’saħħitha, iffinanzjata tajjeb u indipendenti fil-qalba tagħha; ifakkar, b’mod partikolari, ir-rwol importanti tal-uffiċċju Ewropew tad-WHO fis-sorveljanza u l-evalwazzjoni tal-programmi Ewropej tas-saħħa; jitlob lill-Unjoni Ewropea tassumi rwol aktar strateġiku, assertiv u effettiv fis-saħħa globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tassumi r-rwol ta’ osservatur formali fid-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>498.</NO.P>Jenfasizza li d-WHO u l-UNICEF akkumpanjaw lill-pajjiżi mill-bidu sat-tmiem tal-istrateġija tagħhom dwar il-vaċċin, sal-aħħar passi tal-għoti; jinnota, madankollu, li kien hemm dewmien u inċertezzi fil-provvista u li s-sitwazzjoni ttejbet biss ladarba l-provvista globali kienet fil-biċċa l-kbira qed tissodisfa d-domanda globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>499.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu introdotti salvagwardji fuq l-esportazzjonijiet mill-ġdid sabiex jiġi pprevenut il-kummerċ illeċitu u jiġi evitat li tingħata spinta lis-swieq eżistenti matul emerġenza tas-saħħa; jiddeplora t-tqegħid ta’ limitazzjonijiet fuq il-moviment ta’ prodotti tas-saħħa matul pandemiji fl-UE u fuq livell globali u l-fatt li f’każ ta’ emerġenza umanitarja, pajjiż inizjalment mhux eliġibbli jista’ jkun id-destinazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>500.</NO.P>Iqis li rispons multilaterali, indipendenti u kkoordinat fuq livell globali ibbażat fuq pedamenti xjentifiċi u l-prinċipju ta’ prekawzjoni u li jqis ir-rwol tal-korpi reġjonali huwa kruċjali għall-bini ta’ reżiljenza globali kontra kriżijiet tas-saħħa futuri, u li l-organizzazzjoni multilaterali jeħtieġ li tingħata aktar importanza; jinnota f’dan ir-rigward li l-organizzazzjonijiet multilaterali, b’mod partikolari fi ħdan is-sistema tan-NU, iridu jissaħħu sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>501.</NO.P>Jissottolinja li l-approċċ “Saħħa Waħda” huwa fundamentali u għandu jibqa’ ċentrali għad-WHO sabiex jiġu indirizzati l-isfidi globali tas-saħħa pubblika; jenfasizza li dan irid ikun il-prinċipju gwida u r-referenza għall-politiki pubbliċi fir-rigward tal-interfaċċa bejn l-annimali u l-bnedmin u l-approċċ kontra l-AMR; jinnota li, għalkemm il-Bord tas-Saħħa Waħda tad-WHO diġà ta rakkomandazzjonijiet, dawn jeħtieġ li jiġu riflessi aħjar f’politiki u jitqiegħdu fil-prattika fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali; jirrakkomanda l-espansjoni tad-WHO sabiex jiġu pprevenuti effetti konsegwenzjali relatati mar-riċerka permezz tas-sorveljanza ta’ programmi ta’ riċerka dwar patoġeni potenzjalment perikolużi; jitlob lill-UE tippromwovi t-tisħiħ u l-espansjoni tad-WHO billi żżid il-baġit ġenerali tagħha u ssaħħaħ il-ħidma tagħha fuq rotot ta’ esponiment potenzjali u l-ambjenti bl-ogħla riskju għat-trażmissjoni ta’ mard żoonotiku; jinnota li sabiex jiġu pprevenuti spillovers naturali, se jkunu meħtieġa kooperazzjoni globali dwar is-sorveljanza u r-regolazzjoni tal-kummerċ tal-annimali domestiċi u tal-annimali selvaġġi, u li d-WHO se jkollha rwol importanti għal dak il-għan; jirrakkomanda wkoll lill-UE tappoġġja l-espansjoni tad-WHO sabiex tipprevjeni spillovers relatati mar-riċerka, billi tissorvelja l-bijosikurezza, il-bijosigurtà, u l-ġestjoni tal-bijoriskju ta’ programmi ta’ riċerka nazzjonali u internazzjonali li huma involuti fil-ġbir, l-ittestjar, u l-manipulazzjoni ġenetika ta’ patoġeni potenzjalment perikolużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>502.</NO.P>Jitlob li jitqies ir-rwol tal-parlamenti fid-diskussjonijiet internazzjonali dwar is-saħħa globali sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE dwar is-saħħa, jiġi żgurat ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi u tiżdied il-leġittimità ta’ dawk id-diskussjonijiet, b’mod partikolari permezz ta’ skambji ta’ informazzjoni fil-livell internazzjonali, li għandhom ikopru l-istadji kollha mit-tħejjija sar-rispons, inkluża Saħħa Waħda;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Ir-rwol f’inizjattivi bħall-COVAX
</ACTION><ACTION>
<NO.P>503.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-Aċċess Globali għall-Vaċċini Kontra l-COVID-19 (COVAX) inħoloq bil-għan li l-vaċċini jitwasslu lejn pajjiżi b’introjtu baxx u medju (LMIC) iżda ma laħqux l-aspettattivi għoljin, id-dewmien akkumulat u naqsu milli jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-LMIC; jinnota li dan wassal biex pajjiżi b’introjtu baxx u medju jagħmlu ftehimiet bilaterali mal-manifatturi f’suq kompetittiv ħafna li wassal għal prezzijiet inġusti u klawżoli ta’ responsabbiltà mhux favorevoli; jesprimi tħassib li COVAX ma wrietx standards trasparenti dwar il-ftehimiet u l-operazzjonijiet tagħha, li wassal għal nuqqas ta’ skrutinju pubbliku fuq dawn il-proċessi u l-inklużjoni ta’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu t-trasparenza u l-istandards ta’ inklużjoni fi pjattaformi internazzjonali ġodda u attwali dwar l-aċċess għat-teknoloġiji tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>504.</NO.P>Jirrikonoxxi li hemm sforz konsiderevoli fuq skala globali biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni, appoġġjata b’użu kbir ta’ fondi pubbliċi; jilqa’ l-fatt li l-UE saret mudell f’dik il-kwistjoni u investitur kbir kemm f’termini ta’ investimenti ta’ spinta (qabel l-iżvilupp) kif ukoll ta’ attrazzjoni (ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem), li għamluha possibbli li jiġu żgurati biżżejjed vaċċini; ifakkar li l-investimenti pubbliċi jridu jġibu redditu pubbliku f’termini ta’ aċċessibbiltà tal-prezzijiet, disponibbiltà u aċċessibbiltà tal-prodotti finali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni u ta’ trasferimenti tat-teknoloġija lejn pajjiżi b’introjtu baxx u medju u jistabbilixxu mekkaniżmu globali biex jittejbu l-kapaċitajiet tal-produzzjoni kemm fl-UE kif ukoll fuq skala globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>505.</NO.P>Jissottolinja li l-kooperazzjoni pubblika-privata matul il-pandemija kienet deċiżiva fl-indirizzar tal-isfidi u t-twassil tal-vaċċini; ifakkar li l-kooperazzjoni pubblika-privata matul l-emerġenza tas-saħħa hija strutturalment differenti mill-kooperazzjoni f’ċirkostanzi “normali”; ifakkar li ammont kbir ta’ finanzjament pubbliku kellu rwol ewlieni fiċ-ċiklu ta’ żvilupp tal-prodott (vaċċin), flimkien ma’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem qabel l-approvazzjoni regolatorja; jenfasizza li fi kriżi tas-saħħa, fejn hemm ħafna aktar urġenza u inċertezza, il-finanzjament pubbliku għandu rwol saħansitra akbar; jinnota li dan jista’ jaħdem biss jekk l-oqfsa globali jkunu mfassla tajjeb u jekk ikun hemm koordinazzjoni mill-qrib bejn l-atturi kollha involuti;
</ACTION><ACTION>
(iii)	L-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali
</ACTION><ACTION>
<NO.P>506.</NO.P>Jinnota li t-Task Force tal-COVID-19 skont id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs (DĠ GROW) kellha rwol importanti fiż-żieda tal-awtonomija strateġika miftuħa u r-reżiljenza tal-UE fid-dawl tal-pandemija, billi appoġġjat ir-riċerka u l-innovazzjoni, saħħet il-ktajjen tal-provvista, u ħeġġet kooperazzjoni u koordinazzjoni akbar bejn l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>507.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni addottat Strateġija ġdida tal-UE għas-Saħħa Globali bl-objettiv li ttejjeb is-sigurtà tas-saħħa globali filwaqt li ssaħħaħ it-tmexxija tal-UE u tafferma mill-ġdid ir-responsabbiltà tal-UE biex tiġġieled l-isfidi globali u l-inugwaljanzi marbuta mas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>508.</NO.P>Iqis li s-salvagwardja tal-unità tas-suq uniku tal-UE u l-użu tal-ingranaġġ ekonomiku u politiku tiegħu saru possibbli bl-iżvilupp tad-dimensjoni esterna tal-awtonomija operazzjonali tal-UE, permezz tal-mekkaniżmu tal-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni madwar l-UE; jirrikonoxxi, madankollu, li l-kontromiżuri mediċi ma tqassmux b’mod ekwu, li kkontribwixxa, fost fatturi oħra, għal kuntrast impressjonanti bejn ir-rati tat-tilqim f’pajjiżi b’introjtu għoli u baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>509.</NO.P>Iqis li anke bil-livell konsiderevoli ta’ finanzjament pubbliku għar-riċerka u l-iżvilupp għall-iżvilupp rapidu tal-vaċċini, il-kapaċitajiet tal-manifattura fl-UE żdiedu bil-mod wisq biex ilaħħqu mal-ħtiġijiet; jisħaq, għalhekk, li l-kondiviżjoni tal-PI u l-għarfien prattiku fi ħdan il-qafas legali hija essenzjali sabiex jiġu żgurati l-produzzjonijiet fuq skala kbira u d-disponibbiltà globali ta’ kontromiżuri mediċi; ifakkar, fl-istess ħin, li l-kumplessità tal-manifattura tal-vaċċini, u tal-akkwist tal-materja prima u komponenti oħra meħtieġa għall-produzzjoni, tirrikjedi katina tal-provvista globali, sostenibbli u reżiljenti; iqis li l-ebda pajjiż ma jista’ jkun kompletament awtonomu fil-produzzjoni tal-vaċċini tiegħu, li jirriżulta f’sitwazzjoni fejn l-UE sabitha diffiċli biex tqabbel il-kapaċità tal-produzzjoni tagħha mad-domanda kbira għall-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>510.</NO.P>Jitlob li jiġu stabbiliti għodod li jippermettu lill-Kummissjoni timplimenta politiki kummerċjali reċiproċi meta jkun meħtieġ (biex jiġi miġġieled l-Att dwar il-Produzzjoni tad-Difiża, pereżempju), u b’hekk jinżamm bilanċ ugwali tal-kapaċitajiet ta’ setgħa u ta’ negozjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>511.</NO.P>Jenfasizza li l-UE kellha rwol ewlieni fir-rispons u fis-solidarjetà globali u jeħtiġilha tkompli taqdi dan ir-rwol billi tagħmel aktar sforz fih; iqis li l-UE jeħtiġilha tkompli tmexxi s-solidarjetà tal-vaċċin madwar id-dinja u jtenni li s-solidarjetà tal-vaċċin hija parti mill-approċċ tal-UE ta’ Saħħa Waħda; jitlob lill-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lill-ippjanar, barra minn żminijiet ta’ pandemija, ta’ sforzi kkoordinati fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>512.</NO.P>Jissottolinja li d-dinja x’aktarx tiffaċċja epidemiji u pandemiji ġodda fil-futur u li l-approċċ ta’ Saħħa Waħda tal-UE jinvolvi li tkun attiva fit-tħejjija globali, b’mod partikolari fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi u l-miri tal-Patt Ekoloġiku, ir-rispett tal-liġi ambjentali tal-UE, il-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis urġenti u meħtieġ fl-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u t-telf tal-bijodiversità, li huma kollha fatturi li jixprunaw il-pandemiji u theddid ieħor għas-saħħa pubblika, bħat-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari u l-mard żoonotiku, kif ukoll l-adozzjoni ta’ miżuri li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ aġenti antimikrobiċi ġodda u għad-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tagħhom; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw u jassistu lill-komunità globali fil-protezzjoni ta’ ekosistemi intatti u fit-tmiem tal-kummerċ kummerċjali fl-organiżmi selvaġġi għall-konsum mill-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>513.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-politika kummerċjali tal-UE tikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-UE u l-awtonomija strateġika miftuħa, inkluż permezz tal-użu tas-sett sħiħ ta’ għodod kummerċjali; jisħaq li r-restrizzjonijiet kummerċjali fi żminijiet ta’ kriżi jistgħu jwasslu għal effetti negattivi, inkluż għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u ġirien; huwa konvint li t-tħejjija għall-kriżi hija kruċjali biex jimmitigaw l-effetti negattiv ta’ tfixkil fil-katina tal-provvista fi żminijiet ta’ kriżi; jilqa’ f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għal strument ta’ emerġenza tas-suq uniku li jippreżerva l-moviment liberu ta’ oġġetti, servizzi u persuni u d-disponibbiltà ta’ oġġetti u servizzi f’każ ta’ emerġenzi futuri, għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>514.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, fid-dawl tal-probabbiltà ta’ epidemiji u pandemiji ġodda fil-futur u fid-dawl tad-diversi studji dwar l-oriġini tal-pandemija tal-COVID-19, biex jistabbilixxu dipartiment għar-riċerka u l-monitoraġġ tal-istrateġiji tas-saħħa pubblika ta’ pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment dawk b’potenzjal konsiderevoli għal tixrid transfruntier;
</ACTION><ACTION>
(iv)	Sħubijiet u fondazzjonijiet globali
</ACTION><ACTION>
<NO.P>515.</NO.P>Jinnota l-kooperazzjoni mill-qrib bejn il-Koalizzjoni għall-Innovazzjonijiet fit-Tħejjija għall-Epidemiji (CEPI) u l-Alleanza Globali għall-Vaċċini u l-Immunizzazzjoni (Gavi), taħt l-awspiċji tad-WHO u tal-UNICEF, li rriżultat fil-ħolqien tal-COVAX, li għandha l-għan li taċċelera l-iżvilupp u l-manifattura tal-vaċċini kontra l-COVID-19 u tiżgura aċċess globali u ekwu għall-vaċċini; jisħaq li dawn l-inizjattivi jeħtieġ li jkunu permanenti u stabbiliti sew fl-ambitu tas-sistema tan-NU, b’kontroll demokratiku u skrutinju assoċjati magħha u billi tiġi żgurata trasparenza sħiħa fl-attivitajiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>516.</NO.P>Jinnota li GAVI ddisinjat u mmaniġġjat il-Faċilità COVAX, il-kondiviżjoni tar-riskju globali u l-mekkaniżmu ta’ akkwist miġbur ta’ COVAX, u assigurat dożi għal COVAX permezz ta’ ftehimiet ta’ xiri bil-quddiem u l-mekkaniżmu ta’ kondiviżjoni tad-doża COVAX, li wassal għall-akkwist globali u l-kunsinna għal COVAX; jinnota li s-CEPI użat self li jista’ jiġi rkuprat biex tiżgura dożi f’isem il-faċilitajiet tal-COVAX; jissottolinja l-fatt li filwaqt li s-CEPI kellha xi soluzzjonijiet ta’ finanzjament ta’ kontinġenza, kellha tiddependi l-aktar mill-ġbir ta’ fondi; jissottolinja li għalkemm din is-sistema kisbet riżultati pożittivi, jeħtieġ li jiġu allokati biżżejjed riżorsi lill-korpi u l-aġenziji tan-NU sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiddependux biss minn donazzjonijiet volontarji għat-twettiq tal-mandat tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>517.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-aċċess ekwu għall-vaċċini kien l-akbar prijorità tal-fondazzjonijiet globali, inklużi s-CEPI u l-Gavi, u li s-CEPI fil-prattika qed tpoġġi l-prinċipju mhux għall-profitt/mingħajr telf għall-vaċċini maħsuba għal pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jinnota, madankollu, li l-biċċa l-kbira tal-pajjiżi b’introjtu baxx u u medju għandhom rati ta’ tilqim aktar baxxi b’mod sinifikanti minn dawk tal-pajjiżi b’introjtu għoli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu t-trasparenza u l-istandards ta’ inklużjoni fil-pjattaformi internazzjonali u jaġġornaw il-politiki u l-kundizzjonijiet ta’ aċċess tagħhom sabiex jottimizzaw il-provvista lill-pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>518.</NO.P>Iqis li filwaqt li d-donazzjoni tad-dożi hija pożittiva, dawn id-donazzjonijiet għandhom jiġu ppjanati bir-reqqa biex jiġi żgurat li jagħtu l-aħjar kontribut għall-ħtiġijiet, il-possibbiltajiet u r-rekwiżiti tal-istrateġiji ta’ tilqim tar-riċevituri; jissottolinja li l-Unjoni għandha tieħu wkoll miżuri biex tiżgura li l-vaċċini jibqgħu effettivi, biex tappoġġja l-kapaċità tas-sistemi nazzjonali tas-saħħa pubblika li jagħtu dożi, biex iżżid l-użu tal-vaċċini u biex tiġġieled kontra l-miżinformazzjoni li tqanqal l-eżitazzjoni għat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>519.</NO.P>Iqis li l-iżvilupp, il-produzzjoni u l-konsenja sostenibbli tal-vaċċini jiddependu minn ktajjen tal-provvista robusti u trasparenti; jissottolinja f’dan ir-rigward il-ħtieġa ta’ distribuzzjoni usa’ tal-kapaċitajiet tal-manifattura madwar id-dinja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw finanzjarjament iż-żieda fil-produzzjoni lokali u reġjonali tal-vaċċini u jinkoraġġixxu t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġiji u prodotti essenzjali oħra tas-saħħa, f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>520.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita kapaċità tal-produzzjoni globalment ibbilanċjata li tkun tista’ tadatta malajr għall-produzzjoni ta’ kwalunkwe vaċċin meħtieġ; jappoġġja l-isforzi taċ-ċentru għat-trasferiment tat-teknoloġija tal-aċidu ribonuklejku messaġġier (mRNA) appoġġjat mid-WHO u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw inizjattivi bħal dawn; iqis l-impenji reċenti tal-UE biex tappoġġja s-sovranità tas-saħħa fl-Afrika u l-investiment tagħha ta’ EUR 1 000 000 000 fil-kapaċità tal-produzzjoni f’dak il-kontinent bħala passi importanti; jinnota, madankollu, li l-ftehimiet huma nieqsa miċ-ċarezza dwar it-trasferiment tat-teknoloġija u tal-għarfien, inkluża d-data tal-IP u tal-ittestjar; jappella għat-tisħiħ ulterjuri tal-kooperazzjoni bejn l-EMA u l-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini, l-allinjament regolatorju internazzjonali permezz tal-Koalizzjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet Regolatorji tal-Mediċini u l-involviment mill-qrib tad-WHO;
</ACTION><ACTION>
(v)	Rieżami tar-Regolamenti Internazzjonali tas-Saħħa u tat-Trattat dwar il-Pandemija
</ACTION><ACTION>
<NO.P>521.</NO.P>Jisħaq li r-rispons għall-COVID-19 irid ikun olistiku u li ma jistax ikun iffokat biss fuq is-saħħa, iżda jrid iqis ukoll kunsiderazzjonijiet soċjali u ekonomiċi fuq l-iskala globali; jinnota li l-prevenzjoni effettiva tal-pandemiji, it-tħejjija għalihom u r-rispons għalihom jiddependu mill-kondiviżjoni trasparenti u f’waqtha ta’ informazzjoni, data u elementi oħra fil-livelli kollha; jappella għal koordinazzjoni msaħħa dwar il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons, inkluża d-distribuzzjoni tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>522.</NO.P>Jitlob li ssir valutazzjoni tal-oqfsa ta’ governanza tas-saħħa globali attwali u jilqa’, f’dan ir-rigward, in-negozjati għat-Trattat dwar il-Pandemiji; jitlob it-tisħiħ simultanju tal-obbligi u l-infurzabbiltà tal-IHR, filwaqt li jiġu indirizzati l-lakuni (inklużi l-finanzjament, l-ekwità u l-governanza globali) permezz tat-Trattat dwar il-Pandemiji jew strument legali internazzjonali ieħor; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiggarantixxu l-inklużjoni tal-prevenzjoni tal-pandemiji fit-trattat u jiżguraw li l-iffaċilitar tal-parteċipazzjoni effettiva tas-soċjetà ċivili u tax-xjenzati tkun prijorità fin-negozjati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>523.</NO.P>Jilqa’ r-rwol ewlieni tal-UE fid-diskussjonijiet dwar it-Trattat dwar il-Pandemija; jinnota li t-Trattat dwar il-Pandemija għandu l-potenzjal li jibdel kif in-negozju globali tal-farmaċewtiċi jopera fi żminijiet ta’ kriżi; iqis li l-objettivi ta’ dan it-trattat legalment vinkolanti għandhom ikunu li jippromwovi u jintegra l-approċċ “Saħħa Waħda”, isaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħna, jipprevjeni u jħejji għal pandemiji futuri, jiggarantixxi rispons koordinat u magħqud għall-kriżijiet, jiżgura aċċess universali u ekwu għat-testijiet, il-mediċini u l-vaċċini, jiġġieled b’mod effettiv kontra d-diżinformazzjoni li timmina bil-qawwa l-miżuri tas-saħħa pubblika, jinċentiva, jippromwovi u jiżviluppa l-innovazzjoni biex iwieġeb għat-theddid globali għas-saħħa pubblika u jiffaċilita ktajjen tal-provvista globali reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>524.</NO.P>Jindika li l-istrettezza, l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza fir-rigward tar-regolamenti internazzjonali dwar is-saħħa huma prerekwiżiti għall-koordinazzjoni fuq skala globali; jenfasizza li l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 wera l-importanza ta’ kollaborazzjoni internazzjonali, peress li ppermetta rispons rapidu u koordinazzjoni bla preċedent fost l-aġenziji tas-saħħa globali biex tiġi indirizzata l-pandemija; jenfasizza l-importanza tal-evalwazzjoni u tal-kisba ta’ tagħlimiet minn din l-inizjattiva; jinnota li t-titjib tal-aċċessibbiltà tal-mediċini f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju jirrikjedi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet regolatorji u tal-manifattura u l-iffaċilitar tat-trasferimenti u t-taħriġ tat-teknoloġija, u jfaħħar l-inizjattivi ta’ Tim Ewropa li kkontribwew għal dawn l-objettivi;
</ACTION><ACTION>
(vi)	Id-DPI fil-kuntest tar-relazzjonijiet internazzjonali
</ACTION><ACTION>
<NO.P>525.</NO.P>Iqis li l-Ewropa jeħtieġ li ssib soluzzjoni kostruttiva dwar il-protezzjoni tal-PI li tipprovdi ċertezza u inċentivi adegwati għall-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp, u għandha tinkludi ftehimiet ta’ liċenzjar sabiex tiżdied il-produzzjoni; jinnota t-tħassib fit-tul dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u l-aċċess għal mediċini bi prezz raġonevoli f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju u dejjem aktar ukoll f’pajjiżi b’introjtu għoli; jissottolinja l-flessibbiltajiet fil-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), ikkonfermati mid-Dikjarazzjoni ta’ Doha, bħala miżuri ta’ politika leġittimi li l-gvernijiet jistgħu jużaw biex jipproteġu u jippromwovu s-saħħa pubblika billi jqiegħdu limiti u salvagwardji fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-PI; jistieden lill-iżviluppaturi tal-prodotti mediċi jikkondividu l-proprjetà intellettwali u l-għarfien tagħhom permezz ta’ inizjattivi globali bħall-Pul ta’ Aċċess għat-Teknoloġija tal-COVID-19 (C-TAP) tad-WHO fi żminijiet ta’ pandemiji, epidemiji u endemiji; ifaħħar l-isforzi mid-WHO biex twaqqaf dan l-istrument bħala punt uniku ta’ servizz għall-iżvilupp, il-liċenzjar u l-manifattura tat-teknoloġiji tas-saħħa; jilqa’ l-appoġġ mill-Istati Membri għal din l-inizjattiva u jistieden lill-UE tħeġġeġ lis-settur privat biex jikkontribwixxi għaliha; jissottolinja li t-tneħħija tal-ostakli għall-proprjetà intellettwali waħedha mhux se ssolvi l-problema tal-aċċess, li l-privattivi huma inutli mingħajr it-trasferiment tat-teknoloġija u għarfien industrijali xieraq u li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-aċċess għall-materja prima kienu ostakli għall-produzzjoni ta’ prodotti mediċi; jisħaq, madankollu, li l-kondiviżjoni tal-PI u l-għarfien prattiku fi ħdan il-qafas legali hija essenzjali sabiex jiġu żgurati l-produzzjoni fuq skala kbira u d-disponibbiltà globali ta’ kontromiżuri mediċi matul il-pandemiji, l-epidemiji u l-endemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>526.</NO.P>Jissottolinja li l-liċenzjar obbligatorju ma jiżgurax li l-manifatturi ta’ partijiet terzi f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju jistgħu jipproduċu farmaċewtiċi jew tagħmir, peress li huwa meħtieġ ukoll investiment fil-kapaċitajiet u fl-infrastruttura reġjonali u lokali; jinnota li Tim Ewropa qed jikkoopera ma’ pajjiżi Afrikani f’dan ir-rigward; jenfasizza f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ vaċċini, trattamenti u dijanjostiċi innovattivi għal mard infettiv u mhux komunikabbli ġdid, prevalenti jew ittraskurat u jissottolinja li l-finanzjament minn Orizzont Ewropa u s-Sħubija għall-Provi Kliniċi bejn Pajjiżi Ewropej u Pajjiżi fil-Fażi ta’ Żvilupp tas-Saħħa Globali UE-Afrika (EDCTP3) għandu l-potenzjal li jagħti spinta lir-riċerka, il-bini tal-kapaċitajiet u t-tisħiħ tal-ambjent regolatorju fl-Afrika sub-Saħarjana; jinnota li dawn is-sħubijiet jaħdmu f’kooperazzjoni mal-industrija farmaċewtika u li huwa meħtieġ ambjent abilitanti biex ikomplu jiġu żviluppati u mtejba l-vaċċini u l-mediċini għall-isfidi attwali u l-pandemiji li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>527.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 66(2) tal-ftehim TRIPS jirrikjedi li l-membri tal-pajjiżi żviluppati “jipprovdu inċentivi għal intrapriżi u istituzzjonijiet fit-territorji tagħhom għall-għan ta’ promozzjoni u inkoraġġament trasferiment ta’ teknoloġija għal pajjiżi Membri l-inqas żviluppati bil-ħsieb li jippermettulhom joħolqu bażi ta’ ħoss u teknoloġija vijabbli.u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jissodisfaw dan ir-rekwiżit bi prijorità; itenni l-appoġġ tal-Parlament Ewropew għar-rinunzja tat-TRIPS (IP/C/W/669) kif oriġinarjament propost fid-WTO<FOOTNOTE><FIELD> https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2021-0283_EN.html.</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem ma’ membri oħra tad-WTO biex testendi d-deċiżjoni tat-TRIPS tal-MC12 għat-terapewtiċi u d-dijanjostika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>528.</NO.P>Jemmen li ħafna pajjiżi, speċjalment dawk li qed jiżviluppaw, jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-flessibbiltajiet tat-TRIPS, b’mod partikolari l-Artikolu 31(bis);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>529.</NO.P>Ifakkar li l-UE għandha tipparteċipa b’mod attiv f’negozjati bbażati fuq it-testi dwar eżenzjoni temporanja minn TRIPS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>530.</NO.P>Jitlob, f’dan ir-rigward, li l-UE tappoġġja l-għoti ta’ eżenzjoni temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim TRIPS għall-COVID-19, sabiex jittejjeb l-aċċess globali f’waqtu għal vaċċini, terapiji u dijanjostika bi prezz raġonevoli tal-COVID-19 billi jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet tal-produzzjoni globali u n-nuqqasijiet fil-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>531.</NO.P>Jitlob li jitwaqqaf kumitat permanenti ġdid għall-kummerċ u s-saħħa fl-MC12 sabiex jgħin lill-gvernijiet bl-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet u l-flessibbiltajiet attwali fil-liġi kummerċjali internazzjonali u biex iwitti t-triq għal pilastru kummerċjali għan-negozjati dwar trattat internazzjonali futur dwar ir-rispons għall-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>532.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li l-Afrika tiġi megħjuna tipproduċi għaliha stess biex issir inqas dipendenti fuq partijiet oħra tad-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(b)	Ir-rwol tal-UE fl-aċċess għall-vaċċini</STRING></ACTINIT><ACTION>
(i)	Il-forniment u s-sorveljanza ta’ aċċess ekwu għall-vaċċini u għall-prodotti mediċi lil pajjiżi terzi
</ACTION><ACTION>
<NO.P>533.</NO.P>Josserva li l-pajjiżi ma jistgħux jiġġieldu emerġenza globali waħedhom u l-koordinazzjoni għall-kooperazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ organizzazzjonijiet multilaterali bħan-Nazzjonijiet Uniti, hija kruċjali; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari, f’dak il-kuntest, għall-kontribut importanti għall-ġlieda globali kontra l-COVID-19 li sar bl-iskoperta tal-varjant Omicron; jinnota li fl-eqqel tal-pandemija, il-kompetizzjoni u l-miżuri restrittivi bejn il-pajjiżi dwar l-aċċess għall-apparat mediku, it-tagħmir protettiv personali, l-iskrinjar u l-vaċċini wasslu għal tfixkil fil-produzzjoni u prezzijiet ogħla, u li għalhekk huwa essenzjali li l-pajjiżi li jipproduċu dawn il-prodotti mediċi jkollhom ir-rieda politika li jħeġġu lill-gvernijiet biex kollettivament jiżguraw li l-ktajjen tal-provvista jibqgħu miftuħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>534.</NO.P>Jemmen li s-saħħa hija ta’ valur strateġiku ġeopolitiku, kif ukoll dritt tal-bniedem, u li l-Ewropa għandha l-potenzjal li tkun mexxejja globali f’dan il-qasam; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jirrispondu għall-pandemija abbażi ta’ approċċ etiku bbażat fuq id-drittijiet u jirrispettaw il-protezzjoni tal-faċilitajiet mediċi fil-każ ta’ kunflitt (KSNU 2286) u ma jirrestrinġux il-libertà ta’ moviment (il-Prinċipji ta’ Siracusa); jitlob lill-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-atturi umanitarji indipendenti jkunu jistgħu jaċċessaw l-għodod bħall-Buffer Umanitarju sabiex iservu lil dawk li jitħallew barra jew li ma jistgħux jintlaħqu mill-gvernijiet, pereżempju f’ambjenti ta’ kunflitt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>535.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Ewropa tiżgura s-sikurezza taċ-ċittadini tagħha f’kull ħin b’mod awtonomu u f’koordinazzjoni mal-alleati tradizzjonali tagħna permezz ta’ appoġġ reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>536.</NO.P>Jinnota li ħafna pajjiżi b’introjtu baxx u medju madwar id-dinja kellhom diffikultà jaċċessaw materjali tas-saħħa bħal mediċina, tagħmir protettiv jew id-dożi tal-vaċċini, minħabba diversi fatturi, inkluż nuqqas ta’ provvista, speċjalment fil-bidu tal-kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>537.</NO.P>Jissottolinja li l-UE kellha rwol ewlieni fit-tilqim globali, peress li kienet id-dar ta’ tlieta mill-ewwel erba’ vaċċini sikuri u effettivi u kienet l-ewwel produttur u esportatur tal-vaċċini tal-mRNA; jenfasizza li dan kien ikun impossibbli mingħajr finanzjament pubbliku ambizzjuż u jisħaq fuq ir-responsabbiltajiet pubbliċi li jirriżultaw minn dan għall-partijiet ikkonċernati privati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>538.</NO.P>Iqis li l-UE għandha numru eċċessiv ta’ vaċċini meta mqabbla mal-ħtiġijiet tagħha, li huwa ammont suffiċjenti biex tkompli tinqasam ma’ pajjiżi li jitolbuhom b’mod espliċitu f’każ ta’ żieda ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>539.</NO.P>Iqis li r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-aċċess għall-materja prima huma wħud mill-aktar ostakli serji għall-produzzjoni, flimkien man-nuqqas ta’ aċċess għall-għarfien tal-manifattura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>540.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha mal-pajjiżi li jipproduċu l-vaċċini biex jiġu eliminati malajr l-ostakoli għall-esportazzjoni u biex il-mekkaniżmu ta’ awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni tagħha stess jiġi sostitwit b’rekwiżiti ta’ trasparenza għall-esportazzjoni, u jinsisti li jirċievi aċċess f’waqtu u komprensiv għal tali data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>541.</NO.P>Jissottolinja li r-rispons globali għall-emerġenzi tas-saħħa għandu jinkludi, minn naħa waħda, approċċ “min-naħa tad-domanda” orjentat lejn il-ħtiġijiet li jipprovdi finanzjament konġunt u xiri bil-quddiem koordinat fuq livell globali u, min-naħa l-oħra, strateġija integrata “min-naħa tal-provvista” biex tiżdied il-kapaċità tal-produzzjoni tul il-katina tal-valur kollha; iqis li żieda fil-produzzjoni globali tal-vaċċini, koordinazzjoni aħjar tal-provvisti u ktajjen tal-valur imsaħħa, diversifikati u reżiljenti għall-vaċċini huma meħtieġa biex il-vaċċini jiġu distribwiti fuq livell globali; jissottolinja li, fuq medda twila ta’ żmien, il-produzzjoni globali tal-vaċċini trid tiġi estiża b’mod urġenti biex tissodisfa d-domanda globali, u li l-investiment fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex isiru aktar awtosuffiċjenti; jirrimarka dwar il-ħtieġa ta’ trasferiment effettiv tat-teknoloġija u tal-għarfien biex dan iseħħ; jirrikonoxxi li l-ftehimiet ta’ liċenzjar volontarju u ta’ teknoloġija volontarja għal pajjiżi b’industriji preeżistenti li jipproduċu l-vaċċini għandu jkun l-aktar mod importanti biex jinkiseb dan u jistieden lill-Kummissjoni u lil pajjiżi tal-istess fehma biex jaġixxu f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>542.</NO.P>Jitlob għal żieda urġenti fl-investiment u l-koordinazzjoni internazzjonali għaż-żieda fil-produzzjoni tal-inputs kritiċi tal-vaċċini bħal oġġetti li jintremew wara l-użu u ingredjenti farmaċewtiċi attivi sabiex jissolvew il-konġestjonijiet tul il-ktajjen tal-valur tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Ir-rwol tal-UE fl-iżgurar li l-vaċċini u l-provvisti mediċi jkunu bi prezz raġonevoli u disponibbli għal pajjiżi terzi (u jkunu pprevenuti konġestjonijiet potenzjali fil-ktajjen tal-provvista, ostakoli għall-kummerċ, eċċ.)
</ACTION><ACTION>
<NO.P>543.</NO.P>Ifakkar li l-UE ġabret flimkien ir-riżorsi tagħha biex timmassimizza l-impatt tar-rispons tagħha għall-pandemija tal-COVID-19 u li minn meta faqqgħet il-pandemija, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej, kif ukoll Tim Ewropa, s’issa impenjaw EUR 53 700 000 000 biex jappoġġjaw 140 pajjiż, li jkopru r-rispons ta’ emerġenza għall-ħtiġijiet umanitarji, isaħħu s-sistemi tas-saħħa, tal-ilma u tas-sanità, u jimmitigaw il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>544.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom ma’ pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari fil-qasam tal-prevenzjoni u tal-monitoraġġ ta’ theddid emerġenti għas-saħħa; jappella għal appoġġ kontinwu għas-sistemi tas-saħħa, tat-tħejjija għall-pandemija u tal-manifattura tal-mediċini u tal-vaċċini lokali f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jenfasizza li l-kriżi żiedet b’mod drammatiku l-vulnerabbiltà tan-nisa u l-bniet, b’madwar 110 000 000 tifla f’riskju ta’ żwieġ bikri sal-2030, li minnhom 10 000 000 oħra jinsabu f’riskju minħabba t-tbatija finanzjarja kkawżata mill-pandemija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>545.</NO.P>Jitlob li jsiru aktar sforzi biex jiġi ffaċilitat l-aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għall-vaċċini, għall-mediċini, għad-dijanjostika u għall-kura tas-saħħa f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju billi jiġi appoġġjat b’mod attiv ambjent li jippermetti li jiġu stabbiliti kapaċitajiet għall-manifattura lokali tal-vaċċini, tissaħħaħ it-tħejjija, jiġu mħarrġa l-professjonisti tas-saħħa lokali u jiżdiedu l-kapaċitajiet ta’ rispons, filwaqt li l-pajjiżi b’sistemi tal-kura tas-saħħa fraġli jitħallew jaċċessaw tagħmir u provvisti mediċi; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-programmi ewlenin Global Gateway fil-manifattura fil-qasam tas-saħħa u fl-aċċess għall-vaċċini, il-mediċini u l-prodotti tat-teknoloġija tas-saħħa fis-Senegal, fir-Rwanda, fil-Ghana u fl-Afrika t’Isfel; jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-laboratorji Afrikani, speċjalment fl-Afrika t’Isfel, fis-sekwenzjar tal-varjant Omicron tal-COVID-19; jistieden għalhekk lill-UE u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali biex ikomplu japprofondixxu l-kollaborazzjoni xjentifika mal-Afrika; jenfasizza l-istabbiliment tal-vaċċini tal-mRNA tad-WHO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>546.</NO.P>Jissottolinja li l-awtonomija strateġika miftuħa fis-settur tas-saħħa, ibbażata fuq l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ riċerka fl-Istati Membri, l-appoġġ għall-kapaċitajiet ta’ produzzjoni lokali tal-UE u l-armonizzazzjoni regolatorja, hija għodda potenzjali biex tissaħħaħ l-ekosistema farmaċewtika tal-UE u jittejjeb il-fluss tal-kummerċ fil-mediċini, il-vaċċini, l-apparat mediku u oġġetti essenzjali oħra fi żminijiet ta’ kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>547.</NO.P>Jenfasizza li ħafna Stati Membri tal-UE ltaqgħu ma’ diffikultajiet meta taw id-dożi żejda lin-Nofsinhar Globali, minħabba, min-naħa waħda, il-kundizzjonijiet imposti mill-kumpaniji farmaċewtiċi fil-kuntratti tal-vaċċini, u, min-naħa l-oħra, in-nuqqas ta’ domanda mill-pajjiżi tan-Nofsinhar Globali, filwaqt li fl-istess ħin l-interess fid-dożi tal-vaċċini kien qed jonqos; jinnota li l-pajjiżi riċevituri esperjenzaw ukoll problemi biex jassorbu d-donazzjonijiet minħabba l-ħajja fuq l-ixkaffa qasira tal-vaċċini; jinnota li hija meħtieġa komunikazzjoni aħjar bejn l-Unjoni u l-gvernijiet ikkonċernati dwar dan is-suġġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>548.</NO.P>Jissottolinja li l-AMR tista’ tkun il-kriżi globali tas-saħħa li jmiss u li konsegwentement hemm bżonn ta’ implimentazzjoni aċċellerata tal-pjanijiet ta’ azzjoni attwali u mekkaniżmi globali speċifiċi għas-sorveljanza, ir-riċerka u l-innovazzjoni tal-AMR u l-użu tajjeb tal-antimikrobiċi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ aġenti antimikrobiċi ġodda, kif ukoll li jiġu żgurati d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>549.</NO.P>Iqis li l-UE għandha tkun żviluppatur, produttur u esportatur ewlieni ta’ prodotti mediċi fil-kuntest ta’ kompetizzjoni internazzjonali b’saħħitha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>550.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li ssir enfasi partikolari fuq il-finanzjament tal-iżvilupp ta’ kontromiżuri u trattamenti mediċi biex tiġi indirizzata l-kompetizzjoni internazzjonali; jirrimarka, f’dan ir-rigward, ir-rwol tas-sħubijiet pubbliċi-privati; jirrikonoxxi l-kooperazzjoni b’suċċess bejn il-kumpaniji u l-laboratorji Ewropej u tal-Istati Uniti fl-iżvilupp tal-vaċċini tal-mRNA;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">(c)	Konklużjonijiet</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>551.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-Fond Intermedjarju Finanzjarju tal-Bank Dinji għall-Prevenzjoni, it-Tħejjija u r-Rispons (PPR), jew il-Fond għall-Pandemiji; jitlob finanzjament immirat biex jimla l-lakuni kritiċi fil-kapaċitajiet tal-PPR, f’konformità mal-mandat tiegħu, billi jibda bil-lakuni ta’ sorveljanza u taħriġ tal-forza tax-xogħol għal emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>552.</NO.P>Jenfasizza li mingħajr koresponsabbiltà mill-benefiċjarji, pereżempju fl-investiment fis-sistemi tas-saħħa primarja tagħhom, il-kontromiżuri mediċi mhux se jilħqu l-popolazzjoni; iħeġġeġ lill-pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex jimplimentaw il-mira stabbilita fid-Dikjarazzjoni ta’ Abuja tal-Unjoni Afrikana tal-2001 dwar l-HIV/AIDS, it-Tuberkulożi u Mard Infettiv Ieħor Relatat biex jallokaw “mill-inqas 15 % tal-baġit annwali għat-titjib tas-settur tas-saħħa” filwaqt li jqisu l-ispazju fiskali meħtieġ; ifakkar fir-rwol li għandha l-UE fil-promozzjoni u fl-appoġġ tal-aċċess globali għall-vaċċini, bħal, pereżempju, l-Aċċeleratur tal-Aċċess għall-Għodod kontra l-COVID-19 u l-COVAX;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>553.</NO.P>Jissottolinja l-benefiċċji ta’ protezzjoni ġusta u prevedibbli tal-PI fit-trawwim u l-avvanz tar-riċerka, il-produzzjoni u l-iżvilupp mediċinali; jenfasizza l-importanza pubblika tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni tal-PI u l-għarfien tekniku tal-kontromiżuri mediċi, b’mod partikolari matul il-pandemiji, l-epidemiji u l-endemiji; jisħaq li dan ma għandux jipprekludi l-użu tal-flessibbiltà tat-TRIPS meta jkun meħtieġ u kif previst mill-ftehim TRIPS; jirrikonoxxi l-importanza li l-UE tibqa’ fuq quddiem nett fir-riċerka u l-iżvilupp u fil-provi kliniċi u jissottolinja l-importanza li l-attivitajiet tar-riċerka u l-iżvilupp jerġgħu jingħataw ħajja fl-UE biex jinħolqu opportunitajiet ta’ xogħol u tissaħħaħ il-kompetittività globali; jisħaq li l-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali tista’ tkun inċentiv ewlieni għall-innovazzjoni u r-riċerka madwar id-dinja; jinnota li tali protezzjoni tista’ tkun il-bażi għal ftehimiet għall-ħruġ ta’ liċenzji u trasferiment tal-għarfien espert volontarji u għalhekk tista’ tkun faċilitatur tad-disponibbiltà tal-vaċċini; jissottolinja l-isfidi li deroga indefinita mill-ftehim TRIPS tista’ toħloq riskju għall-finanzjament tar-riċerka, b’mod partikolari għar-riċerkaturi, l-investituri, l-iżviluppaturi u l-provi kliniċi; jenfasizza li l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, inklużi d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, hija obbligu kostituzzjonali tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri tagħha; jissottolinja, f’dan ir-rigward, l-importanza tat-trasparenza u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal direttiva relatata mal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, li tissuġġerixxi li kwalunkwe appoġġ finanzjarju dirett riċevut minn kwalunkwe awtorità pubblika jew korp iffinanzjat pubblikament fir-rigward ta’ kwalunkwe attività jew riċerka u żvilupp tal-prodott mediċinali jrid jiġi ddikjarat; jenfasizza l-ħtieġa li jinstab il-bilanċ it-tajjeb bejn l-istimolu tal-innovazzjoni u l-għoti ta’ aċċess għal prodotti ta’ mediċina bi prezzijiet raġonevoli; jitlob il-ħtieġa li jiġu appoġġjati mudelli ta’ innovazzjoni li jipprovdu aċċess għal prodotti mediċinali bi prezz raġonevoli fl-Istati Membri kollha, mingħajr ma jinħolqu ostakli serji għall-aċċess u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi globali li jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-PI bħall-pul ta’ aċċess għat-teknoloġija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>554.</NO.P>Jenfasizza li l-Ftehim eżistenti dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ diġà joffri qafas għal-liċenzjar obbligatorju, li jippermetti lill-gvernijiet jipprovdu liċ-ċittadini tagħhom verżjonijiet ġeneriċi ta’ trattamenti bi privattiva permezz ta’ produzzjoni domestika jew importazzjonijiet barranin; jirrikonoxxi l-valur potenzjali ta’ liċenzjar obbligatorju matul pandemiji, epidemiji u endemiji filwaqt li fl-istess ħin jirrikonoxxi l-impatti negattivi potenzjali tiegħu, bħad-dgħajfien taċ-ċertezza tal-protezzjoni tal-PI għall-innovazzjoni futura, u jenfasizza r-rwol pożittiv tal-ftehimiet ta’ liċenzjar volontarju fiż-żieda tal-produzzjoni u l-aċċess għall-vaċċini kontra l-COVID-19, iżda jesprimi dispjaċir għall-użu limitat ta’ din l-għodda; ifakkar li 138 ftehim ta’ liċenzjar volontarju, u sħubijiet ma’ organizzazzjonijiet multilaterali, ikkontribwew għall-aċċess dinji għall-prodotti terapewtiċi kontra l-COVID-19 permezz ta’ mezzi oħra għajr derogi mill-Ftehim TRIPS; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-issodisfar tar-rekwiżit fl-Artikolu 66(2) tal-ftehim TRIPS, li jagħti mandat lill-pajjiżi membri żviluppati biex jipprovdu inċentivi għall-promozzjoni u l-inkoraġġiment tat-trasferiment tat-teknoloġija lill-membri tal-pajjiżi l-anqas żviluppati, li jippermettilhom jistabbilixxu bażi teknoloġika soda u vijabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>555.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-COVID-19 kienet ċirkostanza eċċezzjonali, li kienet tirrikjedi soluzzjonijiet eċċezzjonali, bħal eżenzjoni temporanja tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS), kif ukoll li tagħti prijorità lid-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-prezzijiet ta’ prodotti tas-saħħa relatati mal-pandemija; jemmen li ħafna pajjiżi, speċjalment dawk li qed jiżviluppaw, jiffaċċjaw diffikultajiet fl-użu tal-flessibbiltajiet tat-TRIPS, b’mod partikolari l-Artikolu 31bis;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>556.</NO.P>Ifakkar li l-UE għandha tipparteċipa b’mod attiv f’negozjati bbażati fuq it-testi dwar eżenzjoni temporanja minn TRIPS; jitlob, f’dan ir-rigward, li l-UE tappoġġja l-għoti ta’ eżenzjoni temporanja minn ċerti dispożizzjonijiet tal-ftehim TRIPS għall-COVID-19, sabiex jittejjeb l-aċċess globali f’waqtu għal vaċċini, terapiji u dijanjostika bi prezz raġonevoli tal-COVID-19 billi jiġu indirizzati r-restrizzjonijiet tal-produzzjoni globali u n-nuqqasijiet fil-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>557.</NO.P>Jemmen li miżuri simili jkunu ta’ benefiċċju fil-każ ta’ pandemiji, epidemiji u endemiji potenzjali futuri, jissottolinja li, fuq medda twila ta’ żmien, il-produzzjoni globali tal-vaċċini trid tiġi estiża b’mod urġenti biex tissodisfa d-domanda globali, u li l-investiment fil-kapaċitajiet tal-produzzjoni tal-pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex isiru aktar awtosuffiċjenti; jirrimarka dwar il-ħtieġa ta’ trasferiment effettiv tat-teknoloġija u tal-għarfien biex dan iseħħ; jirrikonoxxi li l-inċentivar ta’ ftehimiet ta’ ħruġ ta’ liċenzji volontarji u ta’ trasferiment volontarju tat-teknoloġija u tal-għarfien espert lil pajjiżi b’industriji preeżistenti li jipproduċu l-vaċċini għandu jkun l-aktar mod importanti biex dan l-objettiv jintlaħaq; iqis li qafas legali multilaterali tad-DPI jista’ jipprovdi protezzjonijiet u inċentivi li huma kritiċi għat-tħejjija kontra pandemiji futuri u jirrikonoxxi r-rwol tiegħu fil-faċilitazzjoni tal-kollaborazzjoni wiesgħa u bla preċedent fost il-gvernijiet, l-istituzzjonijiet tar-riċerka u l-kumpaniji farmaċewtiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>558.</NO.P>Jitlob li jitwaqqaf Kumitat permanenti ġdid għall-Kummerċ u s-Saħħa fl-MC12 sabiex jgħin lill-gvernijiet bl-implimentazzjoni tal-eċċezzjonijiet u l-flessibbiltajiet attwali fil-liġi kummerċjali internazzjonali u biex iwitti t-triq għal pilastru kummerċjali għan-negozjati dwar trattat internazzjonali futur dwar ir-rispons għall-pandemija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet finali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>559.</NO.P>Jirrakkomanda li l-UE timplimenta approċċ olistiku għall-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għall-pandemiji, sabiex tkompli tkun forza mexxejja globali f’dan ir-rigward u f’konformità mad-Dikjarazzjoni ta’ Ruma tal-G20 u l-prinċipji miftiehma internazzjonalment għal azzjoni fil-ġlieda, fit-tħejjija għal, fil-prevenzjoni u fir-rispons għall-pandemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>560.</NO.P>Jitlob lill-Unjoni Ewropea tistabbilixxi jum Ewropew ta’ tifkira għall-vittmi tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
(i)	Kapaċità ta’ prevenzjoni
</ACTION><ACTION>
<NO.P>561.</NO.P>Jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ programmi transsettorjali ta’ promozzjoni u prevenzjoni tas-saħħa biex jitnaqqsu biex jitnaqqsu l-fatturi ta’ riskju għas-saħħa u jiġu promossi stili ta’ ħajja tajbin għas-saħħa, u approċċ Ewropew transsettorjali u preventiv għas-saħħa fil-politiki kollha li jintegraw l-agrikoltura u l-produzzjoni tal-ikel, l-ambjent, it-trasport, is-settur tal-enerġija, l-iżvilupp industrijali, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali, sabiex jippermettu skambju akbar ta’ għarfien u informazzjoni, jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw ekonomiji ta’ skala sostenibbli u jisfruttaw il-potenzjal tal-innovazzjoni biex ikunu mħejjija aħjar għal u jwieġbu għal kwalunkwe theddida għas-saħħa taċ-ċittadini Ewropej; jisħaq li tali programmi għandhom jiġu żviluppati fi ħdan pjattaformi transsettorjali, li jinkludu l-awtoritajiet pubbliċi fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>562.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jkomplu jsaħħu l-impenn tagħhom li jindirizzaw il-kriżi globali tal-klima, ikomplu jtejbu l-azzjoni tagħhom biex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, jipproteġu l-ambjent, inaqqsu l-emissjonijiet u jipprevjenu aktar telfien tal-bijodiversità, peress li dawn huma politiki u approċċi deċiżivi għall-prevenzjoni ta’ pandemiji futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>563.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-ECDC jintroduċu pjanijiet ta’ sorveljanza dwar it-theddid emerġenti għas-saħħa, inkluż il-ġbir tad-data koordinat u sistematiku u riċerka operazzjonali u dwar l-imġiba, u jwettqu valutazzjonijiet tar-riskju dwar il-motivaturi, il-proċessi u l-mogħdijiet għat-tfaċċar, it-tixrid u l-persistenza tal-mard żoonotiku, kif ukoll jikkaratterizzaw ekosistemi intatti, reżiljenti u b’saħħithom u l-effett tagħhom fuq il-prevenzjoni tal-mard, inklużi s-sorveljanza tal-organiżmi selvaġġi u l-identifikazzjoni tal-patoġeni, u jappoġġjaw lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>564.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżijiet ekonomiċi biex tikkwantifika l-kostijiet u l-benefiċċji tal-interventi preventivi b’reazzjoni għar-riskju minn mard żoonotiku emerġenti u tuża r-riżultati biex tippromwovi finanzjament sostenibbli f’dawn l-interventi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>565.</NO.P>Jitlob l-istabbiliment ta’ task force Ewropea bejn l-aġenziji “Saħħa Waħda” biex tmexxi ’l quddiem ir-riċerka tranżdixxiplinari u l-pariri xjentifiċi transsettorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>566.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, fil-Ftehim dwar il-Pandemija tad-WHO, il-bini ta’ sistemi kollaborattivi u ta’ previżjoni ta’ intelliġenza dwar l-epidemiji (fil-livell nazzjonali, reġjonali u globali) sabiex jidentifikaw interfaċċi ta’ riskju għoli u hotspots għat-tixrid, jinkorporaw id-data ambjentali u klimatika rilevanti u d-data dwar l-istabbiliment ta’ ħażniet u l-ispeċijiet vettur f’żoni ġeografiċi ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>567.</NO.P>Jirrakkomanda li nimxu ’l quddiem lejn Unjoni Ewropea tas-Saħħa xierqa bil-ħsieb li jissaħħu r-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi tal-kura tas-saħħa fl-Istati Membri, jiġu indirizzati l-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE, jiġi stabbilit mekkaniżmu solidu għall-akkwist konġunt b’linji gwida ċari dwar it-trasparenza u r-responsabbiltà demokratika, u jiġi żviluppat ippjanar robust għat-tħejjija għall-pandemiji u sistema ta’ sorveljanza aktar integrata billi jsir investiment fil-ġbir tad-data, fid-diġitalizzazzjoni, fil-kondiviżjoni u fl-analiżi, fl-implimentazzjoni tal-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa, li se joffri l-interoperabbiltà u l-armonizzazzjoni tad-data dwar is-saħħa fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tiġi rispettata l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>568.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw, fil-futur, kuntratti ta’ akkwist konġunt sabiex il-manifatturi jibqgħu responsabbli f’konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-responsabbiltà tal-prodotti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>569.</NO.P>Jirrakkomanda t-twaqqif ta’ strumenti u programmi ta’ finanzjament fil-qasam tas-saħħa biex jiġu miġġielda t-theddid ċibernetiku, l-attakki ibridi, il-propaganda esterna sponsorjata mill-Istat u l-indħil barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>570.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jwettqu analiżi tal-ġeneru u tad-diversità bbażati fuq l-evidenza tal-miżuri adottati b’rispons għall-pandemija u jirrieżaminaw id-dokumentazzjoni tal-impatti tad-drittijiet tal-bniedem speċifiċi għall-ġeneru u d-diversità tal-miżuri ta’ emerġenza biex jinfurmaw il-pjanijiet ta’ tħejjija u ta’ rispons għal emerġenzi futuri; jirrakkomanda l-għoti ta’ opportunitajiet għall-assoċjazzjonijiet, speċjalment għall-gruppi tan-nisa u għall-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw l-interessi ta’ persuni jew ta’ gruppi sottorappreżentati biex jipparteċipaw fil-proposta, fit-tfassil, fl-approvazzjoni, fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni tar-risponsi għall-emerġenzi tas-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>571.</NO.P>Jirrakkomanda li fil-futur is-servizzi ta’ kriżi għandhom jiġu organizzati permezz ta’ hotlines, biex jipprovdu appoġġ lil persuni li ma jistgħux jieħdu ħsieb lilhom infushom; jirrakkomanda li l-miżuri kollha disponibbli jiġu rreklamati b’mod wiesa’ u jkunu aċċessibbli f’lingwi li jilħqu l-popolazzjoni kollha;
</ACTION><ACTION>
(ii)	Tħejjija
</ACTION><ACTION>
<NO.P>572.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi azzjonijiet u strumenti, kif ukoll lill-Istati Membri jinvestu aktar fil-kura tas-saħħa, inkluż permezz tal-użu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-finanzjament ta’ koeżjoni sabiex jitnaqqsu d-disparitajiet fil-kura tas-saħħa, jissaħħu s-sistemi nazzjonali tas-saħħa pubblika u tal-kura soċjali u tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera dwar is-saħħa sabiex jiġi indirizzat it-theddid serju għas-saħħa u s-sikurezza fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>573.</NO.P>Jappella għal inizjattivi leġiżlattivi proprji fl-ambitu tal-Artikolu 225 tat-TFUE sabiex tiżdied il-kompetenza tal-UE fis-saħħa, tittejjeb l-awtonomija miftuħa strateġika tagħha, tittejjeb ir-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi u s-servizzi tal-kura tas-saħħa, tiġi żgurata kura medika ugwali, universali u bi prezz raġonevoli u titrawwem it-trasparenza dwar il-finanzjament pubbliku għar-riċerka u l-governanza tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>574.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri regolatorji u/jew leġiżlattivi xierqa għas-sigurtà tas-saħħa f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa bil-għan li:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jinkiseb aċċess affidabbli, sostenibbli u kontinwu għall-ingredjenti farmaċewtiċi attivi (APIs) bħala materja prima kritika, sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil possibbli fil-katina tal-provvista farmaċewtika, jiġi pprevenut nuqqas ta’ mediċini u jingħata kontribut għall-Awtonomija Strateġika Miftuħa tal-UE fis-saħħa,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jissaħħu aktar is-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri biex jiġu protetti minn theddid ċibernetiku,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom numru suffiċjenti ta’ professjonisti tal-kura tas-saħħa mgħammra u mħarrġa tajjeb disponibbli, kif ukoll li jinżammu l-aħjar riċerkaturi impjegati fl-Ewropa permezz tal-istabbiliment ta’ politiki għaż-żamma tat-talent,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-Unjoni Ewropea ssir aktar attraenti għall-investimenti globali fir-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>wieħed iżomm ruħu aġġornat dwar l-avvanzi xjentifiċi rapidi ħafna ta’ prodotti mediċinali u trattamenti ġodda, kif ukoll fit-teknoloġiji tas-saħħa,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>tiġi promossa reindustrijalizzazzjoni tas-settur tas-Saħħa fl-UE, f’konformità mat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>575.</NO.P>Jitlob li jiġi implimentat u integrat bis-sħiħ l-approċċ tas-“saħħa fil-politiki kollha” inkorporat fid-Dikjarazzjoni ta’ Ħelsinki, billi jiġi adottat approċċ transsettorjali għall-politika pubblika li sistematikament iqis l-impatt tad-deċiżjonijiet fuq is-saħħa, jippromwovi sinerġiji u jevita effetti negattivi fuq is-saħħa sabiex itejjeb is-saħħa tal-popolazzjoni u l-ekwità tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>576.</NO.P>Jirrakkomanda li jiġi indirizzat id-distakk diġitali, li jaffettwa b’mod partikolari lill-gruppi tal-popolazzjoni emarġinati, biex jiġi promoss il-litteriżmu diġitali u jittejjeb l-aċċess għall-internet u l-hardware sabiex ikun hemm aċċess aħjar għall-edukazzjoni, għas-servizzi pubbliċi u għall-kura tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>577.</NO.P>Jitlob li r-rwol tal-Parlament Ewropew jissaħħaħ fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-ġestjoni tal-kriżijiet u li jissaħħu l-kontroll u s-sorveljanza parlamentari tal-istrumenti maħluqa b’reazzjoni għall-emerġenzi sabiex tittejjeb il-leġittimità tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>578.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw mal-pjattaformi tal-media soċjali biex jiġġieldu b’mod effettiv il-miżinformazzjoni u d-diżinformazzjoni sabiex jiġi evitat li jintbagħtu messaġġi kunfliġġenti lil gruppi fil-mira speċifiċi, li eventwalment jistgħu jirriżultaw f’eżitazzjoni għat-tilqim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>579.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni teżerċita skrutinju mill-qrib ta’ kwalunkwe miżura nazzjonali potenzjali rigward il-kontrolli fil-fruntieri interni matul kriżijiet tas-saħħa u tiżgura li tali kontroll fil-fruntieri interni jikkonforma mal-leġiżlazzjoni ta’ Schengen u jkun miżura tal-aħħar istanza, proporzjonata u ta’ durata limitata; jenfasizza li l-kontrolli fil-fruntieri interni u r-restrizzjonijiet kollha tal-moviment iridu jkunu eċċezzjonali, u li f’każ ta’ kriżijiet tas-saħħa futuri kwalunkwe restrizzjoni possibbli fuq l-ivvjaġġar jeħtieġ li tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-ekwità u l-inklużjoni; iħeġġeġ l-armonizzazzjoni tar-restrizzjonijiet futuri possibbli fuq l-ivvjaġġar fil-livell tal-UE permezz ta’ proċedura leġiżlattiva tal-UE b’approċċ koordinat minflok rakkomandazzjonijiet mhux vinkolanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>580.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu appoġġ għat-taħriġ fil-litteriżmu fil-media fost il-popolazzjoni tal-UE bħala miżura kontra d-diżinformazzjoni; jinnota li l-appoġġ għall-pluraliżmu tal-media huwa importanti wkoll u jenfasizza l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-oqfsa legali eżistenti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment fit-taħriġ tal-ġurnalisti u tax-xjenzati pubbliċi bl-għarfien tal-komunikazzjoni dwar il-kriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>581.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jifformaw approċċ strateġiku unifikat għall-atturi mhux tal-UE li qed jippruvaw ifixklu l-proċessi demokratiċi fl-UE matul kriżijiet tas-saħħa jew kriżijiet oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>582.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu appoġġ finanzjarju u tekniku fit-tul għal kapaċità tal-produzzjoni globali, adattabbli ħafna u distribwita, li tista’ tippermetti distribuzzjoni rapida u uniformi tad-dożi tal-vaċċini (u għodod oħra) f’pandemija futura potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>583.</NO.P>Jitlob appoġġ simili għall-kapaċitajiet eżistenti tar-riċerka u l-iżvilupp f’reġjuni differenti, b’mod partikolari l-finanzjament minn Orizzont Ewropa, l-Inizjattiva dwar Mediċini Innovattivi 2, l-EDCTP u l-HERA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>584.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħloq strutturi u sħubijiet li jiffaċilitaw il-prijoritizzazzjoni tar-riċerka fis-settur tas-saħħa u l-kondiviżjoni tar-riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>585.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju pilota dwar l-ingranaġġ tal-investimenti pubbliċi fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tas-saħħa fl-UE biex jiġi żgurat aċċess aħjar għal prodotti finali bi prezz raġonevoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>586.</NO.P>Jitlob li l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiġi indirizzat lejn it-tibdil tal-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni soċjalment esklużi fl-UE, speċjalment dawk f’riskju akbar ta’ faqar u inaċċessibbiltà għal kura tas-saħħa ta’ kwalità;
</ACTION><ACTION>
(iii)	Reżiljenza
</ACTION><ACTION>
<NO.P>587.</NO.P>Huwa tal-fehma li hija meħtieġa Unjoni Ewropea tas-Saħħa, li l-fondi Next Generation EU attwali għandhom jikkontribwixxu għaliha u li l-Parlament għandu jkollu rwol fit-teħid ta’ deċiżjonijiet għal dawn il-programmi tas-saħħa; jemmen ukoll li l-istrumenti meħtieġa għandhom jintużaw l-istrumenti meħtieġa biex jippermettu t-tranżizzjoni klimatika u diġitali; jirrakkomanda li din it-tranżizzjoni tiġi promossa billi tiġi aċċellerata l-bidla għal ekonomija newtrali għall-klima filwaqt li jiġu mmitigati l-isfidi ta’ tranżizzjoni, billi l-forza tax-xogħol Ewropea ġġedded u ttejjeb il-ħiliet, billi tiġi inkorporata l-ħtieġa ta’ ċerti investimenti filwaqt li jinżammu finanzi pubbliċi sodi fir-rieżami li jmiss tal-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir, u billi jittejjeb l-aċċess għall-finanzi għal ditti u negozji tat-teknoloġija innovattiva, ekoloġika u diġitali, speċjalment l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>588.</NO.P>Jirrakkomanda t-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>589.</NO.P>Jistenna bil-ħerqa li jaħdem mal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni ġenerali tal-UE dwar il-farmaċewtiċi li għandha tkompli tipproteġi b’mod adegwat il-PI sabiex jinħoloq ambjent favorevoli għall-innovazzjoni u kompetittiv fl-Unjoni u jittejjeb l-aċċess ekwu għal mediċini sikuri, effettivi u bi prezz raġonevoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>590.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrateġiji industrijali, tal-PI u tal-farmaċewtika biex tħeġġeġ il-finanzjament pubbliku ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp sabiex taderixxi mal-prinċipju ta’ xjenza miftuħa, u jitnaqqas id-distakk persistenti fir-riċerka u fil-produzzjoni tal-mediċini permezz ta’ sħubijiet għall-iżvilupp tal-prodotti, trasferiment tat-teknoloġija u l-ħolqien ta’ ċentri miftuħa għar-riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>591.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jintroduċu testijiet tal-istress biex isaħħu r-reżiljenza u l-kwalità tas-sistemi u tas-servizzi tal-kura tas-saħħa tagħhom, abbażi tal-eżiti u tal-manwal ta’ taħriġ li qed jiġi żviluppat mill-proġetti ffinanzjati mill-UE għas-Saħħa f’kooperazzjoni mal-OECD; jistieden lill-Istati Membri jinvestu fil-kapaċità ta’ żieda f’daqqa ta’ emerġenza u fil-persunal tal-kura tas-saħħa u tal-kura u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-kumpens finanzjarju tiegħu sabiex jiġġieldu n-nuqqas tal-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>592.</NO.P>Jilqa’ r-Regolament (UE) 2022/2371 dwar theddid transfruntier serju għas-saħħa u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1082/2013/UE, li jirrappreżenta pass lejn “Unjoni Ewropea tas-Saħħa”, bl-adattament tal-kompetenzi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà tas-saħħa u rwol imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet taħt ġestjoni tal-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>593.</NO.P>Jirrakkomanda li l-ECDC jingħata aktar indipendenza f’termini ta’ ġbir ta’ informazzjoni u li jiġi stabbilit obbligu sistematiku għall-Istati Membri biex jibagħtu lill-ECDC data komprensibbli u komparattiva, b’mod partikolari dwar l-istokkijiet ta’ tagħmir, il-kapaċitajiet tas-sodod u l-ammissjonijiet fl-unità tal-kura intensiva, ir-rati tat-tilqim u d-disponibbiltà tal-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>594.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tqis il-prattiki u l-metodi implimentati mill-Parlament Ewropew, kif ukoll mill-parlamenti nazzjonali, biex tiżgura li d-demokrazija parlamentari u l-istat tad-dritt ma jiġux sospiżi matul il-kriżijiet; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżviluppa, fil-livell Ewropew, ta’ lista tal-aħjar prattiki parlamentari li għandhom jiġu segwiti fi żminijiet ta’ kriżi, ibbażata fuq rendikont ta’ metodi u mekkaniżmi ta’ ħidma parlamentari ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>595.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jippreżervaw il-prinċipji ta’ tfassil tajjeb tal-politika, jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt, inkluż fi żminijiet ta’ kriżi; itenni li s-setgħa tista’ tiġi eżerċitata biss fi ħdan ir-restrizzjonijiet stabbiliti mil-liġi u li kwalunkwe intervent li jsir irid ikun ġustifikat, proporzjonat, mhux diskriminatorju, prevedibbli u soġġett għal monitoraġġ minn qrati indipendenti u imparzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>596.</NO.P>Jitlob li ssir reviżjoni tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<FOOTNOTE><FIELD> Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> bil-għan li jiżdied ir-rwol tal-Parlament fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet matul il-ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż l-użu tal-Artikolu 122 tat-TFUE u b’mod partikolari biex il-Parlament Ewropew jingħata s-setgħa li jipproponi leġiżlazzjoni ġdida għal azzjonijiet ta’ rispons f’emerġenza, u biex tissaħħaħ il-proċedura leġiżlattiva ordinarja għad-diversi strumenti għal azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza, sabiex tissaħħaħ il-leġittimità tal-azzjonijiet ta’ rispons ta’ emerġenza u għalhekk jissaħħu l-leġittimità demokratika u s-sorveljanza parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>597.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-manwal prattiku tagħha dwar il-fruntieri b’eżempji ta’ prattiki tajba għall-ġestjoni tal-fruntieri interni sabiex iżżid il-koordinazzjoni fost l-Istati Membri, wara rieżami komprensiv tal-miżuri imposti għall-kontroll fil-fruntieri interni matul il-pandemija u l-impatt tagħhom;
</ACTION><ACTION>
(iv)	Awtonomija Strateġika Miftuħa
</ACTION><ACTION>
<NO.P>598.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-funzjonament tas-suq uniku, b’mod partikolari fir-rigward tal-provvista ta’ prodotti f’każ ta’ theddid għas-saħħa; jirrakkomanda l-indirizzar tan-nuqqasijiet tas-suq fis-saħħa u t-tlestija tas-suq uniku għall-prodotti tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>599.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jnaqqsu d-dipendenza tagħhom minn sħab kummerċjali minn pajjiżi mhux tal-UE fir-rigward tal-API, il-materja prima, il-mediċini ewlenin u l-apparat mediku sabiex tiġi żgurata awtonomija strateġika miftuħa fil-livell tal-UE; jafferma mill-ġdid it-twemmin tiegħu li l-UE jeħtieġ li ttejjeb ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista farmaċewtika u tibni l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha tal-UE fis-settur farmaċewtiku billi tiddiversifika l-ktajjen tal-produzzjoni u tal-provvista, tippromwovi l-kumulazzjoni strateġika, u żżid il-produzzjoni u l-investiment fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>600.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-produzzjoni ta’ tagħmir u mediċini kritiċi fl-UE u fl-investiment fil-kapaċitajiet ta’ produzzjoni lokali u l-appoġġ għalihom, u jappella għal diversifikazzjoni fil-fornituri u għall-kunsiderazzjoni tal-kontribut li l-SMEs jistgħu jagħtu f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>601.</NO.P>Jirrakkomanda li l-UE u l-Istati Membri jinkoraġġixxu kondiviżjoni aħjar tad-data dwar il-previżjonijiet tal-provvista u d-domanda bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti, projezzjonijiet preċedenti dwar nuqqasijiet potenzjali, inkluż rapportar standardizzat regolari mill-industrija, u trasparenza akbar fil-katina tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>602.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tad-WHO tal-2019 dwar it-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti oħra tas-saħħa<FOOTNOTE><FIELD> Assemblea Dinjija tas-Saħħa, 72. (‎2019)‎. Improving the transparency of markets for medicines, vaccines, and other health products. (It-titjib tat-trasparenza tas-swieq għall-mediċini, il-vaċċini, u prodotti oħra tas-saħħa.) Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa. https://apps.who.int/iris/handle/10665/329301.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>603.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita lista ta’ mediċini u trattamenti essenzjali, ta’ prijorità u innovattivi bbażati fuq prodotti mediċinali kritiċi li jiddependu mill-aġenziji Ewropej eżistenti u l-HERA fil-livell tal-UE sabiex tiġi ggarantita d-disponibbiltà tagħhom għaċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>604.</NO.P>Jinnota li matul il-pandemija, l-UE mmobilizzat malajr finanzjament ta’ emerġenza fl-ambitu ta’ Orizzont 2020 u Orizzont Ewropa biex tħaffef ir-riċerka għal kura għall-COVID-19; jinnota li l-Istati Membri mmobilizzaw ukoll il-finanzjament biex jistudjaw trattamenti potenzjali għall-COVID-19, iżda li dan irriżulta f’ħafna provi kliniċi fuq skala żgħira u b’kapaċità baxxa li ma tawx riżultati azzjonabbli; jisħaq li biex l-Ewropa tiżgura awtonomija strateġika miftuħa, l-UE u l-Istati Membri jeħtieġ li jinvestu fir-riċerka u fl-innovazzjoni u jridu jikkoordinaw aħjar dan l-investiment sabiex iwieġbu b’mod aktar effettiv għall-pandemiji; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi mmassimizzat ir-ritorn pubbliku billi l-finanzjament isir soġġett fuq id-disponibbiltà u għall-aċċessibbiltà tal-prezzijiet tal-mediċini u ta’ teknoloġiji oħra tas-saħħa, u b’hekk l-UE tkun tista’ trawwem l-awtonomija strateġika tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>605.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu infrastruttura tar-riċerka u l-iżvilupp tas-saħħa pubblika Ewropea fuq skala kbira, orjentata lejn il-missjonijiet, li topera fl-interess pubbliku għall-manifattura ta’ prodotti mediċinali ta’ importanza tas-saħħa u strateġika għall-kura tas-saħħa, fin-nuqqas ta’ produzzjoni industrijali eżistenti, sabiex tappoġġja lill-UE ħalli tegħleb il-falliment tas-suq, tiggarantixxi s-sigurtà tal-provvista u tipprevjeni nuqqasijiet possibbli ta’ mediċini, filwaqt li tikkontribwixxi għal tħejjija akbar biex jiġu ffaċċjati theddidiet u emerġenzi ġodda għas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>606.</NO.P>Jitlob l-organizzazzjoni ta’ kumulazzjoni strateġika kkoordinata madwar l-UE, limitata għal prodotti essenzjali u ta’ prijorità, sabiex tinkiseb l-azzjoni koordinata u fit-tul meħtieġa fil-livell tal-UE, u biex is-saħħa u l-kura tas-saħħa jiġu inklużi fost il-kompetenzi kondiviżi bejn l-UE u l-Istati Membri tal-UE billi jiġi emendat l-Artikolu 4 tat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>607.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tar-riżultati tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa, b’kunsiderazzjoni speċifika għar-rakkomandazzjonijiet biex tingħata kompetenza akbar lill-UE fil-qasam tas-saħħa pubblika u fil-bini ta’ rispons qawwi tal-UE għal kriżijiet futuri tas-saħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>608.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill iniedi konvenzjoni għall-modifika tat-Trattati, abbażi tal-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa u r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li attivat l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>609.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu, fit-Trattat dwar it-Tħejjija għall-Pandemiji tad-WHO, impenn globali li jkollu l-għan li jiżgura finanzjament suffiċjenti għar-riċerka bijomedika dwar ir-riċerka u l-iżvilupp u mekkaniżmu infurzabbli u effettiv ta’ aċċess u qsim tal-benefiċċji u li joħloq kundizzjonijiet għal-liċenzjar tar-riċerka u l-iżvilupp iffinanzjati mill-gvern, jinkoraġġixxi t-trasferiment tat-teknoloġija, jikkondividi l-proprjetà intellettwali, id-data u l-għarfien meħtieġa għall-produzzjoni u l-provvista tal-prodotti u jissimplifika l-istandards u l-proċeduri regolatorji għall-kummerċjalizzazzjoni tal-kontromiżuri mediċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>610.</NO.P>Jitlob li ssir valutazzjoni tal-oqfsa ta’ governanza tas-saħħa globali attwali u jilqa’, f’dan ir-rigward, it-Trattat dwar it-Tħejjija għall-Pandemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>611.</NO.P>Jitlob it-tisħiħ simultanju tal-obbligi u l-infurzabbiltà tal-IHR u jiġu indirizzati l-lakuni (inklużi fil-finanzjament, l-ekwità u l-governanza globali) permezz tat-Trattat il-ġdid għall-Pandemiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>612.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiżguraw il-prevenzjoni tal-pandemiji u jippermettu l-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili u tax-xjenzati, li għandhom ikunu prijoritajiet fin-negozjati; iqis li l-objettivi tat-Trattat dwar it-Tħejjija għall-Pandemiji għandhom ikunu li jippromwovi u jintegra l-approċċ “Saħħa Waħda”, isaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa tagħna, jipprevjeni u jħejji għal pandemiji futuri, jiggarantixxi rispons koordinat u magħqud għall-kriżijiet, jiżgura aċċess universali u ekwu għat-testijiet, il-mediċini u l-vaċċini, jiġġieled b’mod effettiv kontra d-diżinformazzjoni li timmina bil-qawwa l-miżuri tas-saħħa pubblika u jinċentiva, jippromwovi u jiżviluppa l-innovazzjoni biex iwieġeb għat-theddid globali għas-saħħa pubblika u jiffaċilita ktajjen tal-provvista globali reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>613.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ mekkaniżmu effettiv li jirregola l-kumulazzjonijiet internazzjonali strateġiċi b’aċċess żgurat għall-atturi umanitarji sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta’ popolazzjonijiet vulnerabbli f’pajjiżi b’sistemi tas-saħħa fraġli u f’kuntesti ta’ kunflitt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>614.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu linji gwida konġunti u l-aħjar prattiki għad-donazzjonijiet ta’ vaċċini abbażi tal-esperjenza u l-isfidi esperjenzati matul il-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>615.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw in-nuqqas ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni u ta’ trasferimenti tat-teknoloġija lejn pajjiżi b’introjtu baxx u medju u jistabbilixxu mekkaniżmu globali biex itejbu l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni kemm fl-UE kif ukoll fuq skala globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>616.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri jagħtu aktar attenzjoni lill-ippjanar, barra minn żminijiet ta’ pandemija, ta’ sforzi koordinati fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-vaċċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>617.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw finanzjarjament iż-żieda fil-produzzjoni lokali u reġjonali tal-vaċċini u jinkoraġġixxu t-trasferiment tal-għarfien u t-teknoloġiji u prodotti essenzjali oħra tas-saħħa, f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>618.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu r-relazzjonijiet tagħhom mal-pajjiżi b’introjtu baxx u medju, b’mod partikolari fir-rigward tal-prevenzjoni u l-monitoraġġ ta’ theddid emerġenti għas-saħħa; jitlob għal appoġġ kontinwu għas-sistemi tas-saħħa, tat-tħejjija għall-pandemija u tal-manifattura tal-vaċċini lokali f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju; jappella għal aktar sforzi biex jiġi ffaċilitat aċċess faċli u bi prezz raġonevoli għall-vaċċini, il-mediċini, id-dijanjostika u l-kura tas-saħħa f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>619.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li tkompli tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u d-WHO b’rispons għall-pandemija b’perspettiva aktar koordinata, fit-tul u b’sistema tan-NU aktar b’saħħitha, iffinanzjata tajjeb u indipendenti fiċ-ċentru; jitlob lill-Unjoni Ewropea tieħu rwol aktar strateġiku, assertiv u effettiv fis-saħħa globali; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tassumi r-rwol ta’ osservatur formali fid-WHO; jirrakkomanda l-allokazzjoni ta’ riżorsi suffiċjenti lill-korpi u l-aġenziji tan-NU sabiex jiġi żgurat li dawn ma jiddependux biss minn donazzjonijiet volontarji għat-twettiq tal-mandat tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>620.</NO.P>Jitlob li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn l-EMA u l-Aġenzija Afrikana għall-Mediċini, għall-allinjament regolatorju internazzjonali permezz tal-Koalizzjoni Internazzjonali tal-Awtoritajiet Regolatorji tal-Mediċini u li jkun hemm involviment mill-qrib tad-WHO; jenfasizza li t-theddid transfruntier għas-saħħa jirrikjedi rispons internazzjonali; jirrakkomanda li l-HERA, flimkien ma’ direttorati oħra tal-Kummissjoni, tkun mgħammra b’għażliet legali u finanzjarji biex tinkoraġġixxi trasferimenti sħaħ tat-teknoloġija, inkluż lejn produtturi f’pajjiżi b’introjtu baxx u medju;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>621.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>