<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0449</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Awtorizzazzjoni li tagħti s-setgħa lil Franza biex tinnegozja ftehim bilaterali mal-Alġerija rigward il-kooperazzjoni ġudizzjarja 'materji ċivili relatati mal-liġi tal-familja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0355/2023 - Rapporteur: Ilana Cicurel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar awtorizzazzjoni indirizzata lil Franza biex tinnegozja ftehim bilaterali mal-Alġerija dwar materji relatati mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji tal-liġi tal-familja (COM(2023)0064 – C9-0026/2023 – 2023/0027(CNS))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2023)0064),</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0026/2023),</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,</P></VISA><VISA><P><NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0355/2023),</P></VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION><P><NO.P>1.</NO.P>Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif emendata;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Kunsill jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;</P></ACTION><ACTION><P><NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.</P></ACTION></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(2)</NO.P>Franza pprovdiet informazzjoni li turi li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għandha interess speċifiku li tinnegozja l-abbozz ta’ ftehim mibgħut lill-Kummissjoni, </STRING></STRING>minħabba r-rabtiet ekonomiċi, kulturali, storiċi, soċjali u politiċi eċċezzjonali bejn Franza u l-Alġerija.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(2)</NO.P>Franza pprovdiet informazzjoni li turi li minħabba r-rabtiet ekonomiċi, kulturali, storiċi, soċjali u politiċi eċċezzjonali bejn Franza u l-Alġerija<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, Franza għandha interess speċifiku li tinnegozja ftehim bilaterali mal-Alġerija, li l-abbozz tiegħu ntbagħat lill-Kummissjoni</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 8</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(8)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-biċċa l-kbira tal-materji</STRING></STRING> li għandhom jiġu ttrattati fl-abbozz ta’ ftehim bejn Franza u l-Alġerija jaffettwaw l-acquis <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-UE, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni</STRING></STRING> tal-UE <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li tikkonċerna</STRING></STRING> materji tal-liġi tal-familja. Konsegwentement, il-materji koperti minn tali impenji internazzjonali jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw tali impenji, jew jidħlu għalihom, biss jekk jingħataw <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">is-setgħa mill-Unjoni biex jagħmlu dan f’konformità mal-Artikolu</STRING></STRING> 2(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">flimkien mal-bażi ġuridika sostantiva tal-Artikolu</STRING></STRING> 81(3) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">TFUE</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(8)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Uħud mill-materji</STRING></STRING> li għandhom jiġu ttrattati fl-abbozz ta’ ftehim bejn Franza u l-Alġerija jaffettwaw l-acquis <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">rilevanti</STRING></STRING> tal-UE <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">relatat ma’</STRING></STRING> materji tal-liġi tal-familja. Konsegwentement, il-materji koperti minn tali impenji internazzjonali jaqgħu fi ħdan il-kompetenza esterna esklużiva tal-Unjoni. L-Istati Membri jistgħu jinnegozjaw tali impenji, jew jidħlu għalihom, biss jekk jingħataw <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">setgħa skont l-Artikolu</STRING></STRING> 2(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">mil-leġiżlatur tal-Unjoni biex jagħmlu dan, f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva msemmija fl-Artikolu</STRING></STRING> 81(3) <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tat-TFUE</STRING></STRING>.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 1</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>—</NO.P>tinforma lill-Alġerija li l-Kummissjoni Ewropea <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">se</STRING></STRING> tieħu sehem fin-negozjati bħala osservatur u se tiġi infurmata dwar kwalunkwe progress u riżultat miksuba matul id-diversi stadji tan-negozjati;</P></OLD><NEW><P><NO.P>—</NO.P>tinforma lill-Alġerija li l-Kummissjoni Ewropea <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tista’</STRING></STRING> tieħu sehem fin-negozjati bħala osservatur u se tiġi infurmata dwar kwalunkwe progress u riżultat miksuba matul id-diversi stadji tan-negozjati;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 2</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>—</NO.P>tħeġġeġ lill-Alġerija tikkunsidra l-adeżjoni mal-Konvenzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw materji tal-liġi tal-familja żviluppati mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u tibda analiżi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">serja tar-raġunijiet</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">żammew</STRING></STRING> lill-Alġerija milli tagħmel dan<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> għalissa</STRING></STRING>;</P></OLD><NEW><P><NO.P>—</NO.P>tħeġġeġ lill-Alġerija tikkunsidra l-adeżjoni mal-Konvenzjonijiet ewlenin li jikkonċernaw materji tal-liġi tal-familja żviluppati mill-Konferenza tal-Aja dwar id-Dritt Internazzjonali Privat u tibda analiżi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-aktar mezzi xierqa biex jitneħħew l-ostakli</STRING></STRING> li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għalissa</STRING></STRING> lill-Alġerija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">żammewha </STRING></STRING>milli tagħmel dan;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 3</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>—</NO.P>tinforma lill-Alġerija li, wara l-konklużjoni tan-negozjati, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabel ma <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-Partijiet jitħallew jikkonkludu</STRING></STRING> l-ftehim;</P></OLD><NEW><P><NO.P>—</NO.P>tinforma lill-Alġerija li, wara l-konklużjoni tan-negozjati, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea qabel ma <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Franza titħalla tikkonkludi</STRING></STRING> l-ftehim;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>—</NO.P>tinforma lill-Alġerija li l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-konklużjoni tal-ftehim, wara proposta mill-Kummissjoni, jaf tkun tipprevedi li l-ftehim <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">ikollu</STRING></STRING> validità limitata fiż-żmien<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> (pereżempju, ħames snin) u jaf ikollu</STRING></STRING> jiġi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kkunsidrat mill-ġdid wara dan iż-żmien;</STRING></STRING></P></OLD><NEW><P><NO.P>—</NO.P>tinforma lill-Alġerija li l-awtorizzazzjoni mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-konklużjoni tal-ftehim, wara proposta mill-Kummissjoni, jaf tkun tipprevedi li l-ftehim <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jista’ jkollu</STRING></STRING> validità limitata fiż-żmien<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">, possibilment b’sistema ta’ tiġdid taċitu li jrid</STRING></STRING> jiġi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">indikat fid-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-ftehim;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 4a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>–</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">iddaħħal dispożizzjoni li tipprevedi denunzja sħiħa jew parzjali tal-ftehim jew sostituzzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet rilevanti fil-ftehim fil-każ tal-konklużjoni ta’ ftehim sussegwenti bejn l-Unjoni jew l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Alġerija, min-naħa l-oħra, jew l-adeżjoni tal-Alġerija għall-Konvenzjonijiet rilevanti tal-Aja;</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		8</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>—</NO.P>iddaħħal dispożizzjoni li tgħid li d-deċiżjonijiet rikonoxxuti fi Franza skont dan il-ftehim ma jistgħux sussegwentement jiċċirkolaw fi Stati Membri oħra tal-UE;</P></OLD><NEW><P><NO.P>—</NO.P>iddaħħal dispożizzjoni li tgħid li d-deċiżjonijiet rikonoxxuti fi Franza skont dan il-ftehim ma jistgħux sussegwentement jiċċirkolaw fi Stati Membri oħra tal-UE<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> skont id-dritt tal-Unjoni</STRING></STRING>;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal deċiżjoni</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – inċiż 6</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>—</NO.P>tiżgura li d-dispożizzjonijiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li jikkonċernaw id-dritt li tiġi rrifjutata n-notifika ta’ dokumenti jkunu allinjati mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12(3) tar-Regolament riformulat dwar in-Notifika ta’ Dokumenti, li jfisser li d-destinatarju jista’ jirrifjuta n-notifika ta’ dokumenti fil-ħin tan-notifika jew inkella fi żmien ġimagħtejn minn meta ssir in-notifika</STRING></STRING>;</P></OLD><NEW><P><NO.P>—</NO.P>tiżgura li d-dispożizzjonijiet <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tal-ftehim innegozjat mal-Alġerija jikkonformaw mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u mal-Konvenzjonijiet tal-Aja</STRING></STRING>;</P></NEW></AMEND></AMDLST></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>