<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0455</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-Elezzjonijiet Ewropej 2024</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0332/2023 - Rapporteurs: Sven Simon, Domènec Ruiz Devesa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2023 dwar l-Elezzjonijiet Ewropej 2024 (2023/2016(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 10, 14 u 17(7) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 20 u 22 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 93/109/KE tas-6 ta’ Diċembru 1993 dwar arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 329, 30.12.1993, p. 34.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali tiegħu tat-28 ta’ April 2011 dwar proposta għal modifika tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett tal-20 ta’ Settembru 1976,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Lulju 2013 dwar it-titjib tal-modalitajiet prattiċi ta’ organizzazzjoni tal-elezzjonijiet Ewropej tal-2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 75, 26.2.2016, p. 109.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 114 I, 4.5.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2018/994 tat-13 ta’ Lulju 2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, anness mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 76/787/KEFA, KEE, Euratom tal-20 ta’ Settembru 1976<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 178, 16.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta’ Novembru 2020 dwar analiżi tal-elezzjonijiet Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 98.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Dwar il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-Demokrazija” (COM(2020)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot universali dirett, li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill (76/787/KEFA, KEE, Euratom) u l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali anness ma’ dik id-Deċiżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 171.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 485.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-2 ta’ Frar 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 267, 28.7.2023, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-Parlamentariżmu, iċ-ċittadinanza Ewropea u d-demokrazija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0330.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (UE) 2023/2061 tat-22 ta’ Settembru 2023 li tistabbilixxi l-kompożizzjoni tal-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 238, 27.9.2023, p. 114.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0332/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 ġiet irreġistrata l-ogħla rata ta’ parteċipazzjoni li qatt kien hemm fi kwalunkwe elezzjoni tal-Parlament Ewropew fl-aħħar 20 sena, rata ekwivalenti għal 50,66% tal-elettorat, (żieda ta’ tmien punti perċentwali meta mqabbla mal-2014), li wera sinjal pożittiv li ċ-ċittadini Ewropej qed jieħdu interess akbar fl-iżviluppi fil-livell tal-UE u li jemmnu li l-leġiżlazzjoni tal-UE għandha impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum tagħhom; billi, 19-il Stat Membru rrappurtaw żieda fil-parteċipazzjoni nazzjonali, b’żidiet sinifikanti meta mqabbla mal-2014 irreġistrati fil-Polonja, fir-Rumanija, fi Spanja, fl-Awstrija, fl-Ungerija, fil-Ġermanja, fis-Slovakkja u fiċ-Ċekja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2018 li temenda l-Att li jikkonċerna l-elezzjoni tal-membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett inkludiet xi titjib bħaż-żieda tal-logos tal-partiti politiċi Ewropej fil-votazzjonijiet għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; billi għad trid tiġi ratifikata mill-Istati Membri kollha; billi l-Liġi Elettorali Ewropea proposta adottata mill-Parlament Ewropew fit-3 ta’ Mejju 2022, li fiha titjib kbir, tindirizza l-frammentazzjoni attwali f’27 sistema elettorali differenti u timmodernizza u tagħti aktar uniformità lir-regoli elettorali fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi  mas-sistema tal-kandidat ewlieni jistgħu jrawmu d-dibattitu pubbliku Ewropew u jagħtu s-setgħa lill-partiti politiċi Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 ma laħqux il-qofol tagħhom fl-għażla ta’ President tal-Kummissjoni permezz tas-sistema tal-kandidat ewlieni; billi n-nuqqas ta’ riforma tal-liġi elettorali Ewropea kien ostaklu addizzjonali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-proċess tal-kandidat ewlieni; billi n-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sistema tal-kandidat ewlieni wassal għal diżappunt fost ħafna votanti u naqqas il-fiduċja fil-proċess; billi tali diżappunt irid jiġi evitat fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024; billi l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni tiddependi fuq il-fatt li jiġi żgurat l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-implimentazzjoni effettiva tas-sistema tal-kandidat ewlieni tirrikjedi li l-Parlament ikun jista’ jindika kandidat komuni għal kariga ta’ President tal-Kummissjoni qabel il-proposta mill-Kunsill Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi diversi Stati Membri għadhom ma indirizzawx b’mod adegwat l-ostakoli persistenti u għadhom ma implimentawx arranġamenti xierqa biex jiffaċilitaw il-votazzjoni miċ-ċittadini b’diżabilità, u b’hekk jipprevjenu l-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza sinifikanti ta’ dawn iċ-ċittadini fi proċessi demokratiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet elettorali mogħtija mit-Trattati liċ-ċittadini mobbli fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għadu mxekkel minn ostakli mhux ġustifikati għall-parteċipazzjoni demokratika, inkluż nuqqas ta’ kuxjenza rigward il-kundizzjonijiet u r-regoli applikabbli; billi l-Kummissjoni ħarġet proposta leġiżlattiva li tindirizza xi wħud minn dan it-tħassib;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kampanji politiċi għall-elezzjonijiet Ewropej imwettqa fl-Istati Membri ħafna drabi mhumiex “Ewropej” biżżejjed, iżda minflok huma dominati minn diskussjonijiet ta’ politika ta’ natura purament nazzjonali, reġjonali u lokali; billi l-partiti politiċi u l-kandidati għandhom ir-responsabbiltà li jinfurmaw liċ-ċittadini b’mod adegwat dwar l-isfidi tal-politika fil-livell tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-elezzjoni tal-2024</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019 ir-rata ta’ parteċipazzjoni kienet ogħla u jistinka biex jaħdem sabiex il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 tkompli tiżdied; jenfasizza l-importanza li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet; jinnota li huma meħtieġa aktar sforzi biex tiżdied il-parteċipazzjoni fost iċ-ċittadini mobbli; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress mill-Kunsill biex jadotta l-liġi elettorali Ewropea l-ġdida kif adottata mill-Parlament Ewropew fit-3 ta’ Mejju 2022; jitlob l-approvazzjoni rapida tagħha mill-Kunsill; jistenna li l-Kunsill jilħaq kompromess b’kunsens anke dwar l-aktar partijiet estensivi tal-proposta tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jenfasizza r-rwol importanti tal-partiti politiċi Ewropej u l-partijiet ikkonċernati tas-soċjetà fil-kontribut għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea u fit-tiswir tal-għarfien politiku Ewropew; jiddispjaċih, madankollu, li r-restrizzjonijiet skont l-oqfsa regolatorji nazzjonali u tal-UE attwali jipprevjenu lill-partiti politiċi Ewropej milli jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-kampanji għall-elezzjonijiet Ewropej; iħeġġeġ lill-partiti politiċi Ewropej iwettqu l-kampanji tal-elezzjonijiet Ewropej tagħhom stess; jistieden lill-partiti politiċi nazzjonali u Ewropej, kif ukoll, fejn applikabbli, lill-Istati Membri:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>imexxu l-kampanja elettorali Ewropea f’konformità mal-valuri tal-Unjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jirrispettaw l-istandards demokratiċi u regoli interni dwar id-demokrazija tal-partiti sabiex b’mod partikolari jiġi żgurat li pereżempju n-nomina tal-kandidati ssir b’mod demokratiku, inkluża dik tal-kandidati ewlenin għall-Kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jabbozzaw manifesti fi żmien xieraq qabel l-elezzjonijiet,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>isaħħu l-viżibbiltà tal-partiti politiċi Ewropej fid-dibattiti pubbliċi u fil-kampanji tal-midja, inklużi l-ismijiet u/jew il-logos tagħhom,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jidentifikaw b’mod konsistenti l-kontropartijiet Ewropej tagħhom fil-komunikazzjonijiet pubbliċi tagħhom,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jappoġġaw l-ismijiet u/jew il-logos tal-partiti politiċi Ewropej viżibbli fuq il-poloz tal-votazzjoni u fuq il-materjal tal-kampanja,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>iqajmu kuxjenza dwar ir-regoli li għadhom kif ġew abbozzati għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej qabel ma jidħlu fis-seħħ formalment,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jilħqu ftehim dwar kif wieħed għandu jipproċedi matul il-proċess postelettorali, inkluż dwar in-negozjati dwar il-presidenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappoġġja l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Kampanji Ewropej (“E-CAP”) kif abbozzat mill-Awtorità għall-Partiti Politiċi u l-Fondazzjonijiet Politiċi (APPF), b’mod partikolari fir-rigward tal-viżibbiltà tal-kandidati ewlenin u tal-partiti politiċi Ewropej; jisħaq fuq l-importanza tal-ħidma tal-APPF biex tinforma liċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih li s-sistema tal-kandidat ewlieni għall-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea ma ġietx implimentata fl-elezzjonijiet Ewropej tal-2019; jiddispjaċih ukoll dwar in-nuqqas ta’ progress rigward din il-kwistjoni mill-2019 ’l hawn mill-Kunsill Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, li kienu impenjaw ruħhom li jtejbu d-demokrazija Ewropea; jemmen li hija meħtieġa rabta ċara u kredibbli bejn l-għażla tal-votanti u l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni; jistieden lill-partiti politiċi Ewropej, lill-partiti politiċi nazzjonali u lill-gvernijiet nazzjonali jaħdmu flimkien biex jiżguraw dan l-eżitu fl-elezzjonijiet li jmiss; jirrimarka li l-elezzjoni tal-President tal-Kummissjoni tiddependi fuq il-fatt li jiġi żgurat l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament Ewropew sabiex ir-riżultati elettorali jitqiesu bis-sħiħ, kif previst fit-Trattat ta’ Liżbona;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill Ewropew jipprovdi ċertezza dwar is-sistema tal-kandidati ewlenin liċ-ċittadini Ewropej u jwaqqaf il-ftehimiet bil-bibien magħluqa; iħeġġeġ lill-Kunsill Ewropew jibda konsultazzjonijiet għal dan l-għan sew minn qabel bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tal-kandidat ewlieni fid-dawl tal-eżitu tal-elezzjonijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistenna li l-partiti politiċi kollha Ewropej jinnominaw il-kandidati tagħhom għall-pożizzjoni ta’ President tal-Kummissjoni fi żmien debitu, mill-inqas 12-il ġimgħa qabel jum l-elezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit ftehim interistituzzjonali bejn il-Parlament u l-Kunsill Ewropew dwar is-sistema tal-kandidat ewlieni fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 17(7) tat-TUE; jitlob lill-President tal-Parlament Ewropew biex immedjatament tibda l-ħidma ta’ tħejjija li twassal għal tali ftehim; jemmen li l-kandidati ewlenin u l-presidenti tal-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi parlamentari rispettivi tagħhom għandhom jinvolvu ruħhom fin-negozjati immedjatament wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2024 biex jiftiehmu f’isem il-Parlament Ewropew dwar kandidat komuni biex jippresjedi fuq il-Kummissjoni qabel ma l-Kunsill Ewropew jagħmel il-proposta tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis li l-kandidat ewlieni tal-partit politiku Ewropew li kiseb l-akbar sehem ta’ siġġijiet fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew irid l-ewwel nett imexxi n-negozjati biex jidentifika l-kandidat komuni bl-akbar maġġoranza, segwit, jekk ikun meħtieġ, mill-kandidati ewlenin l-oħra f’dan l-isforz, fi proporzjon mas-sehem tas-siġġijiet miksub mill-partiti politiċi Ewropej rispettivi tagħhom; jipproponi li l-President tal-Parlament Ewropew għandu, jekk ikun meħtieġ, ikun disponibbli biex imexxi dan il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja li se tkun il-prerogattiva tal-President tal-Parlament Ewropew li jikkomunika isem il-kandidat komuni tal-Parlament għall-pożizzjoni ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea lill-Kunsill Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrakkomanda li, fin-nuqqas ta’ kandidat komuni tal-Parlament Ewropew għal kariga ta’ President tal-Kummissjoni, il-President tal-Kunsill Ewropew jeħtieġlu jinvolvi ruħu f’konsultazzjonijiet mal-President tal-Parlament Ewropew, il-kandidati ewlenin, il-presidenti tal-partiti politiċi Ewropej u tal-gruppi parlamentari rispettivi tagħhom, qabel ma sseħħ il-proposta mill-Kunsill Ewropew lill-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iqis, f’dan ir-rigward, li l-Kunsill Ewropew għandu jistenna li l-Parlament Ewropew jipproponi l-kandidat magħżul tiegħu b’mod konġunt, skont il-konsultazzjoni xierqa u l-kooperazzjoni sinċiera msemmija fl-Artikolu 17(7) TUE, qabel ma jressaq il-proposta tiegħu għall-kariga ta’ President tal-Kummissjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifakkar fil-prerogattiva tal-Parlament Ewropew li jagħżel il-President tiegħu stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistenna li l-partiti politiċi Ewropej u l-gruppi parlamentari tagħhom jadottaw “ftehim ta’ leġiżlatura” għall-perjodu leġiżlattiv 2024-2029 bħala mod kif tiġi żgurata maġġoranza fil-Parlament qabel il-ħatra tal-Kummissjoni bħala bażi għall-ħidma tagħha u garanzija, lill-votanti Ewropej, ta’ segwitu koerenti għall-elezzjonijiet; kull kandidat għall-Kummissjoni Ewropea jrid jissottoskrivi għal dan il-“ftehim leġiżlattiv” sabiex jikseb l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Parlament; jinnota li appoġġ politiku wiesa’ huwa kruċjali għall-implimentazzjoni ta’ tali ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jemmen li l-iffissar ta’ jum ta’ votazzjoni Ewropew komuni uniku jippermetti elezzjoni pan-Ewropea aktar koerenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar fir-responsabbiltà tas-sorveljanza politika kkonferita fuq il-Parlament mit-Trattati; jisħaq li l-obbligu ta’ rendikont tal-Kummissjoni lill-Parlament jikkostitwixxi prinċipju importanti ta’ kontroll demokratiku intern; ifakkar li s-seduti ta’ smigħ tal-Kummissarji nnominati u tal-Kulleġġ tal-Kummissarji huma pass kritiku lejn aktar demokratizzazzjoni tal-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u qed isiru aktar sinifikanti bħala mezz biex il-Parlament jieħu rwol akbar fit-tfassil tal-aġenda fil-livell tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-parteċipazzjoni u d-dritt tal-vot taċ-ċittadini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqis li huwa essenzjali li jiġi ggarantit li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li għandhom id-dritt għall-vot u għall-kandidatura, inklużi ċittadini mobbli tal-Unjoni, ċittadini b’diżabilità u ċittadini mingħajr dar, ikunu jistgħu jeżerċitaw dak id-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu l-aċċessibbiltà tal-elezzjonijiet permezz tal-introduzzjoni ta’ miżuri mmirati biex jiżguraw aċċess għall-informazzjoni u arranġamenti ta’ votazzjoni aċċessibbli – pereżempju l-użu ta’ teknoloġiji, formati u tekniki assistivi bħall-Braille, il-kodiċijiet QR, tipa kbira, informazzjoni bbażata fuq l-awdjo, stensils tattili, informazzjoni faċli li tinqara u komunikazzjoni bil-lingwa tas-sinjali; jemmen li l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni pubblika huma kruċjali biex tiżdied il-parteċipazzjoni u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu kull sforz f’dan ir-rigward, bl-involviment ukoll tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iqis li l-aċċess għall-informazzjoni dwar il-kampanja elettorali huwa kundizzjoni neċessarja għat-titjib tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fl-elezzjoni; jistieden lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-midja nazzjonali tagħhom tkopri l-elezzjonijiet b’tali mod li ċ-ċittadini Ewropej ikunu jistgħu jeżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom u jipperċepixxu d-dimensjoni Ewropea tal-għażla tagħhom, inkluż f’żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jemmen li l-kampanja ta’ informazzjoni istituzzjonali tal-Parlament tikkontribwixxi, flimkien mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea u għall-formazzjoni ta’ kuxjenza politika Ewropea dwar id-demokrazija parlamentari u tirrappreżenta appoġġ għall-kampanja elettorali mmexxija mill-partiti politiċi Ewropej kollha; jilqa’ l-isforzi kkoordinati li saru mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex jippermettu li ċ-ċittadini kollha tal-Unjoni li jgħixu jew jaħdmu f’pajjiż terz jingħataw id-dritt li jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew; jistieden lill-Istati Membri jaħdmu id f’id mal-Parlament Ewropew u mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna biex jinfurmaw liċ-ċittadini tal-Unjoni f’pajjiżi terzi dwar l-elezzjonijiet Ewropej u biex jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom f’dawn l-elezzjonijiet; jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex iħeġġeġ lill-ministri tal-affarijiet barranin tal-Istati Membri ħalli jiskambjaw l-aħjar prattiki għall-kampanji ta’ informazzjoni u biex jiffaċilitaw l-arranġamenti għall-votazzjoni minn barra l-pajjiż, inkluż l-istabbiliment ta’ postijiet tal-votazzjoni aċċessibbli barra mill-UE u l-użu tal-posta jew forom oħra ta’ votazzjoni remota;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiddispjaċih li n-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati sabiex jiġi eżerċitat id-dritt għall-vot u għall-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini mobbli tal-Unjoni se jipprevjeni d-dħul fis-seħħ fil-ħin għall-elezzjonijiet tal-2024 tal-innovazzjonijiet imressqa mill-Kummissjoni u l-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iħeġġeġ l-introduzzjoni tal-votazzjoni bil-posta biex jiġi żgurat li jekk ċittadini tal-Unjoni ma jkunux jistgħu jmorru fil-postijiet tal-votazzjoni f’Jum l-Elezzjoni ma jitwaqqfux milli jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw; jirrakkomanda wkoll l-introduzzjoni ta’ għodod komplementari biex tiġi ffaċilitata l-votazzjoni, bħall-votazzjoni fiżika minn qabel u l-votazzjoni bi prokura, kif ukoll il-votazzjoni elettronika u online;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Iqis l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala element essenzjali biex ir-rappreżentanza fl-elezzjonijiet tkun aħjar; jilqa’ l-progress li sar lejn Parlament b’bilanċ bejn il-ġeneri wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2019, iżda jissottolinja d-disparitajiet eżistenti bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-livelli tagħhom ta’ rappreżentanza tan-nisa; iħeġġeġ, f’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati mill-Parlament fit-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-liġi elettorali Ewropea l-ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jemmen li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-allinjament u t-tnaqqis tal-età tal-vot u tal-età minima biex wieħed joħroġ bħala kandidat, kif indikat fil-proposta dwar il-liġi elettorali u fil-konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-Reżiljenza istituzzjonali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jemmen li d-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija jikkostitwixxu attakk serju fuq l-integrità tal-proċess elettorali u fuq id-demokrazija Ewropea; jisħaq li l-pjattaformi diġitali għandhom rwol essenzjali fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-istituzzjonijiet tal-UE biex jindirizzaw id-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija, bħall-Kodiċi ta’ Prattika dwar id-Diżinformazzjoni tal-2022 u s-Sistema ta’ Twissija Rapida; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta’ salvagwardji u miżuri aktar robusti kontra d-diżinformazzjoni u l-interferenza interna u esterna fil-proċess elettorali; jimpenja ruħu biex iżid l-isforzi tiegħu fil-ġlieda kontra t-tentattivi ta’ ndħil barrani fi ħdan il-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jindika n-negozjati interistituzzjonali li għaddejjin dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-partiti politiċi u l-fondazzjonijiet Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill isegwu negozjati interistituzzjonali fl-ispirtu ta’ kooperazzjoni sinċiera; jilqa’ pożittivament il-ftehim milħuq mill-koleġiżlaturi dwar regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku; jilqa’ l-infurzabbiltà ta’ xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha, bħal dawk dwar in-nondiskriminazzjoni, qabel l-elezzjonijiet tal-2024; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet l-oħra tar-regolament ladarba jidħlu fis-seħħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament adotta riżoluzzjoni u li bħalissa qed jaħdem fuq proposti għall-emendar tat-Trattati, fost l-oħrajn, biex tiżdied il-leġittimità demokratika tal-UE, u biex ikun jista’ jsir segwitu xieraq għall-proposti adottati mill-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa; jinnota li l-elezzjonijiet tal-2024 jirrappreżentaw okkażjoni unika biex jinbeda dibattitu madwar l-UE kollha dwar ir-riforma tal-Unjoni abbażi tal-proposti għar-riforma tat-Trattati mressqa mill-Parlament; jistieden lill-Kunsill Ewropew jadotta malajr pożizzjoni dwar l-organizzazzjoni ta’ konvenzjoni wara l-adozzjoni mill-Parlament tal-proposti tiegħu; itenni l-appoġġ tiegħu għal riforma tat-Trattati f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob riforma tat-Trattati u iħeġġeġ lill-Kunsill u, fl-aħħar mill-aħħar, lill-Kunsill Ewropew jaġixxu fuq il-proposta tiegħu biex jiġi skattat l-Artikolu 48 tat-TUE sabiex tiġi msejħa konvenzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-fiduċja tal-elettorat fil-proċessi elettorali billi jiġi żgurat li l-elezzjonijiet kollha jkunu ħielsa u ġusti; jinnota, f’dan ir-rigward, li mis-6 sad-9 ta’ Novembru 2023, l-OSKE wettqet Missjoni ta’ Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet f’erba’ Stati Membri biex teżamina t-tħejjija ta’ Missjoni biex tosserva l-elezzjonijiet Ewropej; jissuġġerixxi lill-Presidenza tal-Kunsill tħeġġeġ lill-Istati Membri jibagħtu ittri ta’ stedina lill-OSKE biex josservaw l-elezzjonijiet Ewropej u biex jagħmlu użu sħiħ minn din il-possibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jeżamina jekk uħud mid-dispożizzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ta’ din ir-riżoluzzjoni jistgħux jiġu inkorporati fir-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>