<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0456</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Reatturi modulari żgħar</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0408/2023 - Rapporteur: Franc Bogovič)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2023 dwar ir-reatturi modulari żgħar (2023/2109(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 194 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>, li bħalissa qed tiġi riveduta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar is-suq intern tal-elettriku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>, li bħalissa qed jiġi rivedut,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, li bħalissa qed tiġi riveduta,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/941 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar it-Tassonomija fl-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/856 tas-26 ta’ Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-operat tal-Fond għall-Innovazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 140, 28.5.2019, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/1214 tad-9 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2021/2139 fir-rigward tal-attivitajiet ekonomiċi f’ċerti setturi tal-enerġija u r-Regolament Delegat (UE) 2021/2178 fir-rigward ta’ divulgazzjonijiet pubbliċi speċifiċi għal dawn l-attivitajiet ekonomiċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 188, 15.7.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (l-Att Delegat Komplementari dwar il-Klima),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2009/71/Euratom tal-25 ta’ Ġunju 2009 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għas-sigurtà tal-installazzjonijiet nukleari<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 172, 2.7.2009, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2014/87/Euratom tat-8 ta’ Lulju 2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 219, 25.7.2014, p. 42.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/70/Euratom tad-19 ta’ Lulju 2011 li tistabbilixxi qafas Komunitarju għall-ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 199, 2.8.2011, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2013/59/Euratom tal-5 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sikurezza għal protezzjoni kontra l-perikli li jirriżultaw minn esponiment għal radjazzjoni jonizzanti, u li tħassar id-Direttivi 89/618/Euratom, 90/641/Euratom, 96/29/Euratom, 97/43/Euratom u 2003/122/Euratom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 13, 17.1.2014, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” (COM(2023)0062),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 dwar “Il-Pjan REPowerEU” (COM(2022)0230),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (COM(2020)0102),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Mejju 2017 bit-titolu “Programm ta’ Karattru Indikattiv fil-qasam Nukleari ppreżentat skont l-Artikolu 40 tat-Trattat Euratom - Finali” (COM(2017)0237), kif ukoll id-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar strateġija Ewropea għall-integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 45.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar approċċ komprensiv Ewropew għall-ħżin tal-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 371, 15.9.2021, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f’konformità mal-Ftehim ta’ Pariġi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 116.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar Lejn Unjoni Ewropea tal-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 399, 24.11.2017, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Forum Ewropew dwar l-Enerġija Nukleari fl-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Alleanza Nukleari tas-16 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal sħubija Ewropea ta’ reatturi modulari żgħar, li rriżultat mill-ewwel sessjoni ta’ ħidma tal-UE dwar reatturi modulari żgħar, organizzata mill-Kummissjoni fid-29 ta’ Ġunju 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskussjoni madwar mejda ta’ livell għoli tal-Kummissjoni dwar in-nuklear li saret fil-15 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2023 bit-titolu “Reatturi Modulari Żgħar (SMRs) tal-UE 2030: Riċerka & Innovazzjoni, Edukazzjoni & Taħriġ”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tad-9 ta’ Ottubru 2019 bit-titolu “Benchmarking of nuclear technical requirements against WENRA safety reference levels, EU regulatory framework and IAEA standards” (Valutazzjoni komparattiva tar-rekwiżiti tekniċi nukleari mqabbla mal-livelli ta’ referenza tas-sikurezza tal-WENRA, il-qafas regolatorju tal-UE u l-istandards tal-IAEA)<FOOTNOTE><FIELD> https://data.europa.eu/doi/10.2833/972513.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm ta’ Ħidma tal-Euratom 2023-2025 għar-riċerka u t-taħriġ nukleari,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0408/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija parti għall-Ftehim ta’ Pariġi u impenjat ruħha li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra netti b’mill-anqas 55 % sal-2030 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 u li tikseb in-newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-domanda globali għall-enerġija hija mistennija li tiżdied bi 30 % sal-2040, skont ix-Xenarju tal-Politiki l-Ġodda tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija; billi d-domanda għall-elettriku taf tirdoppja sal-2060 skont “World Energy Scenarios” (Ix-Xenarji tal-Enerġija Dinjija) tal-Kunsill Dinji tal-Enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE se tiffaċċja domanda dejjem akbar għall-elettriku;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont il-Kummissjoni, l-UE jeħtieġ li tirdoppja l-produzzjoni tagħha tal-elettriku sabiex setturi bħal dak tat-tisħin, tat-tkessiħ u tat-trasport jiġu elettrifikati fid-dawl tat-tranżizzjoni ekoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE jeħtiġilha ttaffi r-riskji tagħha stess ta’ dipendenza esterna f’termini ta’ provvisti tal-enerġija, inkluża l-provvista ta’ fjuwil għall-impjanti tal-enerġija nukleari;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-UE jeħtiġilha tiżviluppa l-awtonomija strateġika tagħha, issaħħaħ ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista tagħha u tilħaq livell ta’ awtosuffiċjenza, speċjalment peress li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet il-vulnerabbiltajiet tal-Ewropa f’dawn l-isferi;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-taħlita tal-enerġija tal-UE u s-suq tal-elettriku futur iridu jiżguraw sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kostanti u affidabbli u enerġija ħielsa mill-karbonju għall-industriji u għaċ-ċittadini tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-enerġija nukleari hija teknoloġija b’emissjonijiet żero li ma twassalx għat-tniġġis tal-arja u għalhekk l-SMRs għandhom il-potenzjal li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi u ambjentali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-enerġija nukleari tista’ tikkontribwixxi għat-titjib tas-sigurtà tal-enerġija fl-Ewropa u b’mod partikolari fl-Istati Membri li jagħżlu li jużawha, minħabba l-kostijiet relattivament baxxi tal-fjuwil u tal-operat tagħha u l-kapaċità ppruvata li tipprovdi karga bażika stabbli u affidabbli tal-provvista tal-elettriku;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE għandha tesplora aktar ir-relazzjoni bejn l-intensità tal-użu tal-art tal-elettriku u l-emissjonijiet tal-gassijiet serra tul iċ-ċiklu tal-ħajja fl-immudellar tas-sistema tal-enerġija tagħha u l-impatt tagħha fuq l-użu tal-art;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi żviluppi innovattivi fl-SMRs u fir-reatturi modulari avvanzati (AMRs) jistgħu joffru perkors potenzjali lejn il-kisba tal-objettivi tal-Unjoni b’rabta mal-enerġija u l-klima, filwaqt li l-possibbiltajiet offruti mill-SMRs f’termini ta’ produzzjoni tal-elettriku u stabbiltà tal-grilja, sħana għall-proċessi industrijali, tisħin u tkessiħ distrettwali, ġenerazzjoni tal-idroġenu u desalinazzjoni tal-ilma jridu jiġu esplorati aktar;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-SMRs jistgħu jiġu ddefiniti bħala reatturi nukleari f’firxa ta’ potenza tipikament bejn 10 MW u 300 MW, iddisinjati biex jinbnew f’fabbriki f’forma modulari standardizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi ħafna mill-benefiċċji tal-SMRs huma intrinsikament marbuta man-natura tad-disinn tagħhom (żgħir u modulari): disinji integrali, sikurezza inerenti, inventarji bażiċi minuri, modularizzazzjoni u manifatturabbiltà mtejba, flessibbiltà mtejba; billi l-SMRs jistgħu joffru ffrankar fil-kostijiet u fil-ħin tal-kostruzzjoni u jistgħu jintużaw b’mod inkrementali biex ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber għall-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi djalogi speċifiċi dwar il-klima u l-enerġija rigward l-SMRs jistgħu jippromwovu l-aħjar prattiki u soluzzjonijiet, iġibu opportunitajiet ġodda ta’ negozju u kollaborazzjoni u jgħinu lill-Istati Membri jidentifikaw u jirriflettu fuq lakuni possibbli fl-implimentazzjoni; billi tali djalogi jistgħu jikkontribwixxu għall-bini ulterjuri tal-mudell kummerċjali tal-SMRs u jippreżentaw soluzzjonijiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi għandhom isiru aktar sforzi mill-UE biex tevalwa l-kontributi futuri tal-SMRs għas-sigurtà tal-provvista tal-elettriku tal-UE, fid-dawl tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ karga bażika flessibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-SMRs jistgħu potenzjalment joffru investiment kapitali inizjali aktar baxx, skalabbiltà akbar u flessibbiltà b’rabta mal-għażla tas-siti għal postijiet li ma jistgħux jakkomodaw reatturi aktar tradizzjonali li jkunu ta’ daqs akbar, u issa għandhom il-potenzjal għal karatteristiċi msaħħa ta’ sikurezza u sigurtà, feedback minn reatturi tal-enerġija kbar eżistenti, immaniġġjar tal-iskart aktar sostenibbli u l-potenzjal li jibbenefikaw mill-użu ta’ sistemi ta’ tkessiħ u fjuwils ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-użu tal-SMRs jista’ jgħin biex jixpruna t-tkabbir ekonomiku, joħloq l-impjiegi u jikkontribwixxi għall-kompetittività globali tal-UE f’din l-isfera tat-teknoloġija li qed tiżviluppa b’mod rapidu, filwaqt li jagħmel lill-Ewropa kontinent attraenti għall-investimenti f’dan is-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-kompetituri u s-sħab kummerċjali tal-UE qed jinvestu b’mod massiv kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll barra minn pajjiżhom biex jiksbu pożizzjoni ta’ tmexxija għal dak li għandu x’jaqsam ma’ SMRs tal-ġenerazzjoni li jmiss; billi aktar investiment fir-riċerka u l-iżvilupp tal-SMRs jista’ jkun deċiżiv għall-industrija nukleari Ewropea biex terġa’ tikseb pożizzjoni ta’ tmexxija globali u dan jeħtieġ ippjanar minn qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi hemm interess dejjem jikber għall-użu tal-SMRs fl-UE u għalhekk l-involviment sħiħ tal-atturi taċ-ċiklu tal-fjuwil għandu jiġi kkunsidrat fl-istadji bikrija ta’ proġetti potenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-Kummissjoni, fid-dikjarazzjoni tagħha tal-4 ta’ April 2023 dwar l-SMRs tal-UE 2030, laqgħet l-isforzi kollaborattivi tal-industrija nukleari Ewropea u tal-komunità xjentifika Ewropea biex jinkiseb l-għan komuni ta’ ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva u rrikonoxxiet li n-nuklear, u b’mod partikolari l-SMRs, jistgħu jaqdu rwol importanti anke lil hinn mill-produzzjoni tal-elettriku, speċjalment jekk il-fondi impenjati għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni b’rabta mal-SMRs iwasslu għall-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ disinn ta’ suċċess;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi, skont id-dikjarazzjoni konġunta tal-Alleanza Nukleari tas-16 ta’ Mejju 2023, l-enerġija nukleari sal-2050 tista’ tipprovdi lill-UE sa 150 GW ta’ kapaċità installata, u b’hekk potenzjalment tikkontribwixxi, direttament u indirettament, għal 450 000 impjieg fl-UE matul it-30 sena li ġejjin, inklużi 200 000 ħaddiem b’livell għoli ta’ ħiliet;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Kummissjoni enfasizzat li l-għarfien espert dwar l-enerġija nukleari u l-protezzjoni mir-radjazzjoni huwa meħtieġ fl-Istati Membri kollha biex jiġu żgurati s-sikurezza, is-sigurtà u s-salvagwardja tal-impjanti tal-enerġija nukleari eżistenti u futuri, inklużi l-SMRs, l-applikazzjonijiet industrijali u mediċi u l-inizjattivi ta’ esplorazzjoni tal-ispazju;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-SMRs tal-UE 2030, li tenfasizza r-rwol ta’ riċerka, innovazzjoni, edukazzjoni u taħriġ fis-sikurezza tal-SMRs fl-UE u l-ħtieġa li s-setturi kollha jikkontribwixxu għat-trasformazzjoni tal-ekonomija tal-UE biex jinkisbu n-newtralità klimatika, is-sigurtà tal-enerġija u l-awtonomija strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-kriżi klimatika jeħtieġ li tiġi solvuta; jemmen li l-UE għandha tiffoka fuq il-firxa sħiħa ta’ soluzzjonijiet ta’ emissjonijiet żero netti sabiex tamplifika l-possibbiltajiet tagħha li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050, kif ukoll tiddiversifika l-kapaċità tal-produzzjoni tal-enerġija tagħha biex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi esplorat il-potenzjal tal-SMRs li jipprovdu lill-UE bi provvista tal-elettriku affidabbli, affordabbli u disponibbli għad-domanda, bil-kapaċità potenzjali li jipprovdu karga bażika soda ta’ elettriku nadif, sħana u fwar għall-industrija u għall-unitajiet domestiċi, bl-inklużjoni possibbli ta’ modifika retroattiva ta’ impjanti ta’ produzzjoni tal-enerġija bil-faħam; jenfasizza l-ħtieġa għal riċerka u żvilupp kontinwi b’rabta mal-SMRs biex jiġu żgurati s-sikurezza, l-effiċjenza u l-kosteffettività ta’ dawn it-teknoloġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jappella għall-iżvilupp ta’ strateġija komprensiva għall-użu tal-SMRs fl-UE, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u ċ-ċirkostanzi speċifiċi tar-reġjuni differenti, inklużi żoni remoti u skarsament popolati u setturi ekonomiċi differenti; jemmen li strateġija bħal din għandha twitti t-triq għall-istabbiliment ta’ linji gwida ċari għall-ippjanar, l-għoti ta’ permessi u l-iskedi ta’ żmien, ir-regolamentazzjoni u s-sikurezza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatti soċjoekonomiċi li jokkorru mill-użu tal-SMRs f’termini ta’ impjiegi bi kwalifiki għoljin u kumpaniji b’valur miżjud għoli maħluqa fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu kuxjenza pubblika kif ukoll fehim pubbliku tal-benefiċċji potenzjali tal-SMRs u jiżguraw proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet trasparenti u inklużivi f’dan il-qasam;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-UE bħala suq potenzjali sinifikanti għall-SMRs</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi l-katina tal-provvista tal-fjuwil nukleari Ewropea bħala assi strateġiku u jirrikonoxxi r-rwol importanti li se taqdi biex tappoġġja l-evoluzzjoni tat-teknoloġija tar-reatturi tal-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ l-esplorazzjoni tal-użu potenzjali tal-SMRs għall-produzzjoni ta’ idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, kemm għall-użu dirett tiegħu fl-industrija, kif ukoll għall-produzzjoni ta’ fjuwils sintetiċi sostenibbli; ifakkar li ammonti kbar ta’ kapaċità ġdida tal-elettriku huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-iskala mistennija ta’ produzzjoni tal-idroġenu meħtieġa għad-dekarbonizzazzjoni tal-industrija Ewropea, meta titqies l-espansjoni globali prevista tad-domanda għall-idroġenu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol potenzjali tal-SMRs għall-produzzjoni tas-sħana u tal-fwar għall-proċessi industrijali, b’mod partikolari għal industriji fejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa diffiċli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iħeġġeġ l-esplorazzjoni tal-potenzjal tal-SMRs għat-tisħin u t-tkessiħ distrettwali fejn sorsi oħra ta’ enerġija nadifa mhumiex disponibbli; ifakkar li t-tisħin u t-tkessiħ jikkostitwixxu bejn wieħed u ieħor nofs il-konsum kollu tal-enerġija tal-UE, u l-maġġoranza ta’ dan il-konsum għadha koperta mill-fjuwils fossili; jirrikonoxxi li l-SMRs jistgħu jipprovdu sħana b’emissjonijiet żero u b’temperatura baxxa lis-sistemi tat-tisħin distrettwali; jinnota li l-SMRs jistgħu jitfasslu biex jipproduċu biss sħana u għalhekk jistgħu jitħaddmu f’temperaturi u pressjonijiet aktar baxxi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jirrikonoxxi l-użu potenzjali tal-SMRs għal desalinazzjoni tal-ilma kompetittiva u sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi l-valur potenzjali tal-SMRs għaż-żieda fil-produzzjoni elettrika u għat-titjib tal-istabbiltà tal-grilja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tellieqa globali għat-tmexxija fis-suq tal-SMRs tal-futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li, sa issa, l-SMRs huma operazzjonali biss fir-Russja u fiċ-Ċina, iżda li aktar minn 80 disinn ta’ SMRs bħalissa jinsabu fi stadji differenti ta’ żvilupp u użu fi 18-il pajjiż; jisħaq li l-UE għalhekk għandha żżomm ir-rwol tagħha ta’ mexxejja fil-qasam tat-teknoloġija fis-suq futur tal-SMRs; jissottolinja li l-kompetizzjoni għal dak li għandu x’jaqsam mal-SMRs hija intensa u diġà ġew imnedija ħafna inizjattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li l-enerġija nukleari, f’dawk il-pajjiżi li jużawha, għandha rwol x’taqdi fl-ibbilanċjar tas-sistema ġenerali tal-enerġija, billi tillimita d-dipendenzi fuq pajjiżi mhux tal-UE u tikseb sigurtà tal-enerġija u prezzijiet tal-enerġija stabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-UE diġà għandha livell għoli ta’ għarfien espert u esperjenza fit-teknoloġiji nukleari li jistgħu jiġu applikati għall-iżvilupp u l-użu tal-SMRs; jinnota li ċ-ċiklu tal-fjuwil se jirrikjedi adattament ulterjuri, bl-għan aħħari li tiġi żviluppata katina tal-provvista għall-produzzjoni tal-SMRs li tista’ tiġġenera l-biċċa l-kbira tal-valur miżjud fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Isostni li l-SMRs jistgħu joħolqu opportunitajiet industrijali addizzjonali lil hinn mis-settur nukleari tradizzjonali u jistgħu jiftħu perspettivi għal atturi ġodda biex jidħlu fil-katina tal-provvista nukleari u b’hekk isaħħu l-kompetittività tal-UE f’firxa ta’ setturi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-livell tal-kontribut tal-SMRs għall-indipendenza enerġetika Ewropea jiddependi ħafna fuq il-lokalizzazzjoni tal-katina tal-valur tagħhom fit-territorju Ewropew; jissottolinja li katina tal-valur ibbażata fl-UE se ssaħħaħ ukoll il-ħiliet u l-għarfien prattiku għal dak li għandu x’jaqsam ma’ din it-teknoloġija; jappella għalhekk għal preferenza Ewropea fl-akkwisti pubbliċi futuri relatati mal-SMRs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sħubija dwar l-SMRs </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrikonoxxi li għadd dejjem jikber ta’ Stati Membri qed jikkunsidraw in-nuklear għat-taħlita tal-enerġija tagħhom, u għalhekk hemm il-ħtieġa li l-isforzi jiġu kkoordinati, u jinnota l-opportunità għal dawn l-Istati Membri biex jiżviluppaw b’mod konġunt SMR Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien tal-hekk imsejħa Sħubija Ewropea għall-SMRs fil-forma ta’ skema ta’ kollaborazzjoni li tinvolvi l-partijiet ikkonċernati industrijali, l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u tat-teknoloġija, il-klijenti interessati, ir-regolaturi Ewropej u l-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-Alleanza Nukleari talbet lill-Kummissjoni tappoġġja b’mod attiv is-sħubija preliminari għall-SMRs u tittrasformaha fi sħubija sħiħa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Qafas regolatorju u politika adattati: newtralità teknoloġika </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrikonoxxi li kundizzjoni bażika biex l-SMRs jiżviluppaw fl-UE hija li jiġi żgurat li jiġu stabbiliti politika favorevoli u newtrali mil-lat tat-teknoloġija, kif ukoll qafas regolatorju stabbli fit-tul, li jqisu teknoloġiji differenti tal-enerġija nadifa u jindirizzaw kwistjonijiet ta’ sikurezza nukleari; jenfasizza l-ħtieġa ta’ qafas legali prevedibbli li jipprovdi ċertezza għall-investituri għat-tul tal-ħajja tal-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li bħalissa ma hemm l-ebda suq unifikat għall-SMRs, minħabba s-sensittivitajiet nazzjonali rigward it-teknoloġija tal-enerġija nukleari u r-rieda ta’ ħafna pajjiżi li jippromwovu l-industriji tagħhom stess; jirrikonoxxi li biex l-SMRs jibbenefikaw minn ekonomiji ta’ skala possibbli, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas standardizzat għall-għoti tal-liċenzji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi kuntrattwali u finanzjarji xierqa, bħall-kuntratti bilaterali fit-tul u l-kuntratti għad-differenza, hija meħtieġa biex tipprovdi prevedibbiltà fit-tul tas-swieq tal-enerġija u trawwem investimenti futuri fl-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tniedi strateġija industrijali tal-UE speċifika għall-SMRs, li tinkludi enfasi fuq proċeduri effiċjenti għall-għoti tal-permessi u aċċess għall-finanzi u ktajjen tal-provvista stabbli, bl-għan li jkun jista’ jseħħ l-użu ta’ teknoloġiji tal-SMRs fil-livell nazzjonali u tinħoloq kuxjenza dwar l-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li tiġi protetta l-vulnerabbiltà tas-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni meħtieġa biex l-SMRs jiffunzjonaw, minħabba r-riskju ta’ attakki ċibernetiċi; jenfasizza li ċ-ċibersigurtà jeħtieġ li titqies bħala parti fundamentali tas-sigurtà nukleari ġenerali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Integrazzjoni u tnedija fis-suq </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ antiċipazzjoni, innovazzjoni u adattament proattivi biex jintlaħqu b’mod effettiv l-aspettattivi tad-disinjaturi tal-SMRs f’termini ta’ mmaniġġjar taċ-ċiklu tal-fjuwil u tal-iskart, inkluża ħidma preparatorja biex tiġi żgurata t-tħejjija operattiva ta’ rekwiżiti speċifiċi taċ-ċiklu tal-fjuwil front-end qabel l-użu tal-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li d-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet front-end kif ukoll back-end għandhom jittieħdu kmieni fil-fażi tal-iżvilupp, bl-involviment attiv tal-industrija taċ-ċiklu tal-fjuwil sabiex jiġu ottimizzati u vvalidati kunċetti ġodda, b’enfasi fuq il-kostijiet operattivi taċ-ċiklu tal-ħajja u s-sigurtà tal-provvista fit-tul, kif ukoll il-programmi għall-immaniġġjar tal-fjuwil użat u tal-iskart radjuattiv; jinnota li dan l-involviment bikri tal-atturi involuti fiċ-ċiklu tal-fjuwil huwa essenzjali biex ikun jista’ jseħħ użu kummerċjali aktar faċli u aktar rapidu tal-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza li appoġġ ċar mill-awtoritajiet pubbliċi biex tiġi ggarantita l-kompetittività tal-katina tal-provvista tal-SMRs se jkun essenzjali biex ikun possibbli li l-fornituri tas-servizzi jkollhom perspettiva fit-tul u jaċċelleraw il-proġetti tagħhom biex jissodisfaw it-tieqa ta’ opportunità tas-suq; jenfasizza l-ħtieġa ta’ proċeduri rapidi għall-għoti tal-permessi meta l-SMRs ikunu lesti għas-suq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra modi kif tħaffef il-proċessi tal-għoti tal-permessi għall-introduzzjoni tal-SMRs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Armonizzazzjoni tar-reġimi tal-għoti tal-liċenzji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza li l-fattur ewlieni ta’ suċċess tal-SMRs huwa l-produzzjoni serjali, li tippermetti lill-manifatturi jtejbu l-proċessi tagħhom u jnaqqsu l-kostijiet u l-ħin tal-produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għall-aċċellerazzjoni tal-kooperazzjoni tar-regolaturi nazzjonali tas-sikurezza nukleari sabiex jiġi armonizzat proċess ta’ qabel l-għoti tal-liċenzji u standardizzazzjoni tad-disinji tal-SMRs abbażi ta’ valutazzjonijiet dwar is-sikurezza aċċettati b’mod komuni; jirrikonoxxi li d-disinji standard tal-mudelli tal-SMRs huma prerekwiżit għall-użu b’suċċess tagħhom fuq skala kummerċjali u jridu jegħlbu l-eżistenza ta’ approċċi regolatorji differenti madwar l-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi internazzjonali biex jiġu żviluppati disinji speċifiċi ta’ SMRs; isostni li r-rieżamijiet konġunti tad-disinji tal-SMRs jistgħu jaċċelleraw il-proċess tal-għoti tal-liċenzji mingħajr ma jikkompromettu s-sikurezza u s-sigurtà nukleari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tieħu rwol proattiv fl-istabbiliment u fl-appoġġ ta’ “alleanzi regolatorji” fost l-Istati Membri, meta meħtieġ f’kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali; iqis li wieħed mill-objettivi jkun li jiġi żgurat livell ogħla ta’ ekwivalenza fil-proċeduri tal-għoti tal-liċenzji tal-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iħeġġeġ lill-korpi regolatorji u lill-awtoritajiet nazzjonali jkomplu joħolqu l-kundizzjonijiet biex jissimplifikaw u jarmonizzaw il-proċess tal-għoti tal-liċenzji tal-SMRs madwar l-Unjoni; jemmen li huwa fl-interess strateġiku tal-UE li tħeġġeġ lir-regolaturi nazzjonali jadottaw proċessi ta’ għoti tal-liċenzji, u li dawn il-proċessi jkunu inklużivi mil-lat tat-teknoloġija, ibbażati fuq il-prestazzjoni u bbażati fuq ir-riskju u jkunu jistgħu jissimplifikaw il-valutazzjonijiet tas-sikurezza, inaqqsu l-piżijiet regolatorji, isaħħu s-sikurezza, inaqqsu l-kostijiet u jiffaċilitaw l-innovazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Appoġġ finanzjarju għall-produzzjoni tal-SMRs fil-livell nazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu esplorati u identifikati biżżejjed l-għażliet kollha possibbli għall-finanzjament tal-produzzjoni Ewropea tal-SMRs u li tiżdied u tiġi appoġġjata l-katina tal-provvista relatata; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw is-sorsi ta’ finanzjament disponibbli għall-użu tal-SMRs u, jekk jitqies xieraq, ifasslu pjan biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fil-finanzjament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza li l-produzzjoni tal-SMRs fil-livell nazzjonali tinvolvi kostijiet kapitali għoljin li jistgħu jiġu ffaċilitati minn bosta lievi bħal investimenti privati, sussidji nazzjonali, fondi Ewropej, u self mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI); jinnota li dan ikun jirrikjedi li l-BEI jallinja l-politika tiegħu dwar is-self għall-enerġija mat-tassonomija tal-UE sabiex jappoġġja bis-sħiħ l-investiment fil-produzzjoni tal-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà għall-Istati Membri li jużaw kwalunkwe fond eliġibbli jew il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta biex jiffinanzjaw ir-riċerka u l-iżvilupp tal-SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa tal-inklużjoni tat-teknoloġiji tal-enerġija mill-fissjoni u mill-fużjoni nukleari, inklużi t-teknoloġiji taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, fil-lista ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero netti fl-ambitu tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti, bħala eliġibbli attwalment għal appoġġ fl-ambitu tal-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP) u potenzjalment eliġibbli fl-ambitu ta’ strumenti simili fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-programm ta’ riċerka u taħriġ tal-Euratom diġà jiffinanzja proġetti tar-riċerka relatati mas-sikurezza u l-għoti tal-liċenzji ta’ teknoloġiji tal-SMRs u tal-AMRs; jenfasizza li finanzjament aktar ikkoordinat u ffukat huwa meħtieġ b’mod urġenti jekk l-UE trid tibqa’ kompetittiva fl-iżvilupp tal-industrija tal-SMRs, inkluż titjib fl-immaniġġjar tal-iskart u fil-kapaċitajiet tar-riċiklaġġ tal-fjuwil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat l-aċċess inklużiv tal-SMRs għal finanzjament tal-UE lil hinn mill-iskemi ta’ finanzjament tal-Euratom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jappella għall-istabbiliment ta’ struttura Ewropea apposta għall-SMRs, bħal pereżempju impriża konġunta ġdida jew alleanza industrijali għall-SMRs, jew il-ħolqien ta’ Proġett Importanti ta’ Interess Ewropew Komuni speċifikament għall-SMRs, li jista’ jkollu l-għan li jiżviluppa programm avvanzat ta’ dimostrazzjoni tar-reatturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Iqis li huwa meħtieġ appoġġ finanzjarju Ewropew biex jitnedew studji ta’ fattibbiltà għall-SMRs; jemmen li l-iżvilupp ta’ industrija emerġenti tal-SMRs fl-UE jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-objettivi tagħha b’rabta mal-impjiegi billi potenzjalment irawwem il-ħolqien ta’ impjiegi u ta’ traineeships ta’ kwalità għolja u jiffaċilita t-taħriġ mill-ġdid jew it-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-baġit ġenerali għall-SMRs meta mqabbel mas-sussidji ġenerużi mogħtija minn sħab u kompetituri ekonomiċi, b’mod partikolari ċ-Ċina, ir-Russja u l-Istati Uniti tal-Amerka;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Adattament tal-katina tal-provvista u taċ-ċiklu tal-fjuwil</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza li katina tal-provvista robusta, kapaċi u affidabbli bbażata fl-UE hija kritika għas-suċċess fil-produzzjoni tal-SMRs; ifakkar li l-UE għadha dipendenti fuq l-uranju importat, u dan joħloq riskji inerenti għas-sovranità strateġika u s-sigurtà tal-provvista tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni biex tiżgura li l-iżvilupp tal-SMRs ma jkunx imxekkel minn nuqqasijiet potenzjali fil-katina tal-provvista, u tadatta kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li jiġu identifikati l-isfidi ewlenin fl-adattament tal-katina tal-valur għall-karatteristiċi speċifiċi tal-SMRs meta mqabbla mar-reatturi l-kbar u l-ħtieġa ta’ konsultazzjonijiet mal-atturi ewlenin pubbliċi u privati fis-suq tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jirrikonoxxi kemm l-adattamenti meħtieġa fiċ-ċiklu tal-fjuwil għall-provvista tal-SMRs kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ investiment għal faċilitajiet addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Iħeġġeġ l-isforzi tal-industrija Ewropea biex tiżgura l-provvista tat-tipi ġodda ta’ fjuwils li jaf isiru meħtieġa għal xi SMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza li l-opportunità li jiġu inklużi tagħmir standardizzat u komponenti industrijali ta’ grad kummerċjali ta’ kwalità għolja fid-disinji tal-SMRs tista’ tikkontribwixxi ħafna għall-ottimizzazzjoni tal-katina tal-provvista, u b’hekk it-tul taż-żmien għall-approvazzjoni jiġi aċċellerat;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Innovazzjoni, riċerka u żvilupp </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi definit pjan direzzjonali komprensiv għar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) li jissodisfa kemm l-aspettattivi tas-suq kif ukoll ir-rekwiżiti tas-sikurezza, u barra minn hekk, li jidentifika l-infrastruttura esperimentali meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan il-pjan direzzjonali, flimkien mal-programmi ta’ taħriġ u edukazzjoni meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, f’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC), il-komunità Euratom qed tiftaħ l-infrastrutturi tar-riċerka tal-UE u tappoġġja l-aċċess għal infrastrutturi uniċi tar-riċerka nukleari fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jargumenta li biex jinżammu l-ogħla standards ta’ sikurezza u protezzjoni mir-radjazzjoni, huwa kruċjali li tinżamm il-ħtieġa ta’ esperimentazzjoni, ittestjar u kwalifikazzjoni ta’ fjuwils, materjali u teknoloġiji ġodda għaċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-SMRs avvanzati, taħriġ u bini tal-kapaċità tal-bniedem, tixrid tal-għarfien u tnaqqis tad-distakk bejn ir-riċerka u l-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi tal-Programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali li jġibu benefiċċji ġodda fil-manifattura addittiva, fit-teknoloġiji diġitali, fir-robotika u fl-intelliġenza artifiċjali u jenfasizza li tali sinerġiji bejn il-Programm Euratom u Programmi oħra tal-UE għandhom jitwettqu bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jissottolinja li r-R&Ż ma għandhomx jiffukaw biss fuq il-ħtiġijiet tal-ewwel ġenerazzjoni ta’ SMRs tal-ilma ħafif, li mistenni li jitqabbdu mal-grilja elettrika għall-bidu tas-snin 2030, iżda għandhom ikomplu jappoġġjaw ukoll it-tipi ta’ reatturi tar-raba’ ġenerazzjoni, magħrufa bħala AMRs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq li huma meħtieġa aktar riżorsi tal-UE għar-R&Ż fl-SMRs, li jistgħu jwasslu għal impatti soċjoekonomiċi pożittivi għall-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħiliet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi rfinat it-taħriġ eżistenti fil-ħiliet ewlenin tal-kostruzzjoni nukleari tul il-katina tal-valur kollha u li dawn jitqabblu mar-rekwiżiti partikolari tal-SMRs, filwaqt li tiġi żgurata l-prevenzjoni tan-nuqqas ta’ ħiliet fl-industrija nukleari usa’, b’mod partikolari fil-ħiliet li għalihom teżisti domanda għolja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-ippjanar strateġiku tal-forza tax-xogħol, li għandu jħares ’il quddiem u jkun adattabbli, filwaqt li jqis il-bidliet potenzjali fir-rekwiżiti tal-ħiliet għall-użu tal-SMRs fil-katina tal-provvista usa’;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dekummissjonar u mmaniġġjar tal-iskart</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jirrikonoxxi r-regoli diġà stabbiliti sew rigward ir-responsabbiltà tas-sidien u tad-detenturi tal-liċenzji tal-impjanti tal-enerġija nukleari għall-maniġġ, il-ħżin u r-rimi sikuri tal-iskart radjuattiv, kif ukoll għall-immaniġġjar ta’ fjuwil nukleari użat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-potenzjal għall-minimizzazzjoni tal-iskart f’teknoloġiji ġodda tal-SMRs, b’mod partikolari permezz tat-tnaqqis kemm fil-volum kif ukoll fir-radjutossiċità tal-iskart; jappoġġja l-aħħar sforzi tar-R&Ż fl-immaniġġjar, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid tal-iskart nukleari; jissottolinja l-importanza kbira tal-użu mill-ġdid għall-istabbiltà tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jitlob li tiġi stabbilita strateġija speċifika dwar l-għeluq taċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari bbażata fuq appoġġ għall-iżviluppaturi tat-teknoloġiji innovattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinnota li skont il-JRC, għall-iskart radjuattiv ta’ livell għoli u għall-fjuwil użat, hemm kunsens wiesa’ fost il-komunitajiet xjentifiċi, teknoloġiċi u regolatorji li r-rimi finali f’repożitorji ġeoloġiċi profondi huwa l-aktar soluzzjoni fattibbli effettiva u sikura, li tista’ tiżgura li ma tiġi kkawżata l-ebda ħsara sinifikanti lill-ħajja tal-bniedem u lill-ambjent għall-perjodu ta’ żmien meħtieġ; jirrikonoxxi li xi Stati Membri jinsabu fi stadju avvanzat ta’ implimentazzjoni tal-faċilitajiet nazzjonali tar-rimi ġeoloġiku profond tagħhom, li mistennija jibdew joperaw f’dan id-deċennju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Obbligu ta’ rendikont u rapportar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ rapport annwali mill-Kummissjoni li jivvaluta l-progress li jkun sar fl-iżvilupp tal-SMRs; jitlob li dan ir-rapport jevalwa t-tqassim ġeografiku tal-finanzjament, l-għadd ta’ impjiegi maħluqa u l-bidliet fil-provvista u fid-domanda, u jivvaluta l-kostijiet dejjem jinbidlu tal-użu tal-SMRs, l-iżvilupp ta’ infrastrutturi apposta għall-SMRs, kif ukoll il-kollaborazzjoni transnazzjonali f’dan il-qasam; huwa tal-fehma li r-rapport għandu jevalwa wkoll il-fattibbiltà teknika, l-għoti tal-liċenzji, l-għażla tas-siti, il-finanzjament, il-katina tal-provvista, il-miżuri tas-sikurezza, l-involviment u l-progress b’rabta mal-fjuwil ta’ SMRs differenti; jemmen li, fl-aħħar nett, ir-rapport għandu jeżamina l-ostakli regolatorji għall-adozzjoni tat-teknoloġiji SMR u jirrakkomanda miżuri biex potenzjalment jiġu mmitigati dawn l-isfidi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha bil-ħerqa fl-iżvilupp ta’ proġetti tal-SMRs u b’mod partikolari tħejji qafas legali rigward din l-għażla teknoloġika, billi tirrevedi u tarmonizza l-oqfsa tal-għoti tal-liċenzji, u aspetti legali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri b’interess qawwi fin-nuklear u fl-SMRs biex juru impenn finanzjarju u regolatorju sabiex jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ suċċess tal-SMRs fl-UE, f’kollaborazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, li għandha tfittex li tavvanza l-iżviluppi f’dan il-qasam;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>