<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0458</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Implimentazzjoni tal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0374/2023 - Rapporteurs: Michael Gahler, Charles Goerens, Pedro Marques, Tomas Tobé)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (2023/2029(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 209 u 212 u l-Artikolu 322(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Rapport Annwali tal-2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrumenti ta’ Azzjoni Esterna tal-Unjoni Ewropea fl-2021” (COM(2022)0578),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra diversi rapporti tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar il-finanzjament estern tal-UE, b’mod partikolari r-Rapport Speċjali 14/2023 bit-titolu “Programmazzjoni tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali: programmi komprensivi b’defiċjenzi fil-metodi għall-allokazzjoni tal-fondi u għall-monitoraġġ tal-impatt”, u għar-Rapport Speċjali 09/18 bit-titolu “Sħubiji Pubbliċi-Privati fl-UE: Nuqqasijiet mifruxa u benefiċċji limitati”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar it-titjib tal-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2022 bit-titolu “Pjan direzzjonali tal-Kummissjoni għal arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp imtejba u rapport tal-progress tal-2021” (COM(2022)0139),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2021 dwar it-tisħiħ tal-impenn tat-Tim Ewropa għall-Iżvilupp tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2022 dwar sħubija mġedda tal-UE mal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE: analiżi ta’ nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 390, 18.11.2019, p. 76.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, l-Istrument tal-Għajnuna Umanitarja u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 390, 18.11.2019, p. 33.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari tas-27 ta’ Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 108, 26.3.2021, p. 312.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-futur tal-Arkitettura Finanzjarja Ewropea għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 57.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0250.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2023 lill-Kunsill u lill‑Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0077.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-iżvilupp u tal-effiċjenza tal-għajnuna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 425, 20.10.2021, p. 73.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja, u l-Anness 3 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0374/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni Ewropea u s-27 Stat Membru tal-UE flimkien jibqgħu l-akbar fornitur tad-dinja ta’ assistenza esterna, responsabbli għal madwar 43 % tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) totali pprovduta mid-donaturi kollha tal-ODA tal-OECD lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi l-istrumenti ta’ finanzjament estern jikkostitwixxu l-mekkaniżmu prinċipali biex tkun sostnuta l-azzjoni tal-UE fix-xena globali, u billi l-azzjoni esterna tal-UE hija dejjem aktar importanti għaċ-ċittadini Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (“l-Istrument”) daħal fis-seħħ fl-14 ta’ Ġunju 2021 u għaqqad għadd kbir ta’ strumenti preċedenti fi strument uniku; billi l-Istrument, b’baġit globali ta’ EUR 79,5 biljun, jimmarka bidla storika fil-politiki esterni u ta’ żvilupp tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Kummissjoni hija responsabbli biex tidentifika, tifformula, timplimenta, timmonitorja u tevalwa l-assistenza tal-UE; billi s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) għandu r-responsabbiltà li jiżgura l-kontinwità u l-koerenza tal-politiki esterni tal-UE mal-approċċ integrat li jinkludi dan l-Istrument; billi l-Parlament huwa responsabbli mis-sorveljanza u l-iskrutinju demokratiċi u jiżvolġi r-rwol ta’ koleġiżlatur fl-ambitu tal-proċedura ta’ kodeċiżjoni; billi l-ħolqien tal-approċċ tat-Tim Ewropa għandu jikkontribwixxi biex jiżviluppa qafas ta’ koordinazzjoni strateġika uniku għar-rispons estern tal-UE għall-isfidi ewlenin; billi dan l-approċċ jippermetti aktar kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-UE, l-Istati Membri u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI), filwaqt li kontinwament iżid l-effikaċja u l-viżibbiltà kollettivi tal-UE; billi l-Istrument għandu jiġi implimentat permezz ta’ taħlita ta’ modalitajiet, inklużi kooperazzjoni bilaterali, għotjiet lil firxa ta’ sħab u qafas ta’ investiment;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-qafas ta’ investiment estern tal-Istrument jiġbor flimkien il-finanzjament u l-garanziji mħallta fl-ambitu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna (EAG) tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+), li għandha tiġi implimentata mis-sħab eliġibbli f’approċċ miftuħ u kollaborattiv, bi rwol speċifiku għall-BEI; billi l-EFSD+ jespandi b’mod konsiderevoli l-pakkett finanzjarju tal-predeċessur tiegħu, l-EFSD, u se jkun jista’ jiggarantixxi operazzjonijiet sa EUR 53,4 biljun permezz tal-EAG; billi l-prinċipju “il-politika tiġi l-ewwel” irid jirriżulta f’kooperazzjoni mmexxija minn objettivi ta’ politika u jiżgura li l-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp tkun allinjata f’dan ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istrateġija Global Gateway għandha l-għan li żżid il-piż ġeopolitiku tal-UE fix-xena globali billi tagħti spinta lil rabtiet intelliġenti, nodfa u siguri fil-oqsma diġitali, tal-enerġija u tat-trasport u ssaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tar-riċerka madwar id-dinja, fil-qafas tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-SDGs tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-inugwaljanzi huma fost il-kawżi ewlenin tal-instabbiltà, l-insigurtà u l-vjolenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem hija pedament tal-azzjoni esterna tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-iżvilupp tal-bniedem jibqa’ qasam ewlieni għall-politiki esterni u ta’ żvilupp tal-UE; billi l-investimenti fil-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali huma ta’ importanza assoluta biex jiġi żgurat aċċess universali għal dawn is-servizzi, li jikkostitwixxu drittijiet bażiċi tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, minħabba riżorsi limitati, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE spiss intużaw sal-limitu tagħhom; billi, mill-adozzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument ’l hawn, avvenimenti bħall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li aggravaw il-kriżi globali tal-ikel, wasslu għall-kriżijiet tal-enerġija, tal-għoli tal-ħajja u tad-dejn mad-dinja kollha u ħolqu inċertezza ekonomika, u potenzjalment destabbilizzaw aktar l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, u l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 aggrava s-sitwazzjoni sal-punt li kienet meħtieġa evalwazzjoni bikrija ta’ nofs it-terminu (MTE) tal-Istrument u rieżami ta’ nofs it-terminu (MTR) tal-qafas finanzjarju pluriennali (QFP);
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 aggravat id-diskrepanza diġà sinifikanti fil-finanzjament tal-SDGs u kkawżat tnaqqis ġenerali fir-riżorsi ta’ USD 700 biljun, u fl-istess ħin hija meħtieġa żieda sinifikanti bħala rispons għad-diskrepanza ta’ qabel il-pandemija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi 80 % tar-riżerva diġà ntużat u għandu jiġi kkunsidrat li din tiżdied; billi t-tmexxija politika u finanzjarja attwali tal-UE u l-isforzi mill-UE mhumiex biżżejjed biex jintlaħqu l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, l-SDGs, u l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi u biex jiġu indirizzati sfidi globali akuti oħra, b’mod partikolari d-deterjorament tat-tibdil fil-klima, il-konsegwenzi tal-COVID-19 u l-kunflitti vjolenti, u għalhekk huwa meħtieġ impenn konġunt fil-livell internazzjonali biex jiġi żgurat li l-Istrument ikun jista’ jindirizza dawn l-isfidi emerġenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-proġetti fl-ambitu tal-Istrument għadha ma tistax tiġi evalwata bis-sħiħ, peress li għadha fl-istadji bikrija tagħha; billi l-MTE mistennija fl-2024 għandha tivvaluta jekk l-Istrument jikkontribwixxix għall-prijoritajiet strateġiċi tal-UE u jippromwovix b’mod effettiv il-valuri tagħha fil-pajjiżi sħab, javvanzax id-drittijiet tal-bniedem, jikkontribwixxix għat-tnaqqis tal-faqar u l-inugwaljanzi u jippromwovix l-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżi terzi, u jekk il-finanzjament fl-ambitu tal-Istrument huwiex allokat abbażi tal-ħtiġijiet u l-istrateġiji ta’ żvilupp ta’ pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-QEA kkonkludiet fl-2023 li kien hemm nuqqasijiet fil-metodi għall-allokazzjoni tal-fondi u l-monitoraġġ tal-impatt, u li l-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-Istrument jista’ jillimita l-impatt tiegħu, u li huwa meħtieġ titjib fil-mod kif tiġi allokata u mmonitorjata l-għajnuna għall-iżvilupp;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Istrument għandu jintuża biex jifforma sħubijiet aktar mill-qrib u aktar effettivi, li jagħtu riżultati tanġibbli, ma’ pajjiżi terzi, ibbażati fuq interessi reċiproċi, prijoritajiet strateġiċi, kooperazzjoni strutturata u effettiva, u għanijiet fit-tul ċari; billi r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afrika u l-Viċinat huma ta’ importanza strateġika partikolari; billi l-Istrument għandu jintuża biex tiġi żgurata tranżizzjoni ekoloġika ġusta, jiġu promossi l-valuri miżjuda lokali u jiġi rrispettat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara sinifikanti”; billi l-effiċjenza, l-effikaċja u l-impatt tal-iżvilupp tal-Istrument huma indikaturi ewlenin għat-traċċar;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi mill-adozzjoni tal-Istrument ’l hawn, il-kompetizzjoni ġeopolitika evolviet u żdiedet; billi din tpoġġi l-Istrument f’dawl ġdid u aktar urġenti; billi l-Global Gateway huwa rispons għal din l-isfida, bl-għan li jipprovdi alternattiva vijabbli u attraenti għall-pajjiżi sħab li twassal benefiċċji dejjiema għall-komunitajiet lokali; billi hemm bżonn ta’ komunikazzjoni aħjar u żieda fil-viżibbiltà tal-azzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi sħab; billi, minkejja l-enfasi tal-Global Gateway fuq l-objettivi ġeopolitiċi tal-UE, l-ODA tal-Istrument għandha toffri żvilupp sostenibbli fit-tul fil-pajjiżi sħab;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal reviżjoni tal-QFP tal-2021-2027 b’finanzjament addizzjonali għall-Intestatura 6, peress li l-ipprogrammar finanzjarju attwali mhuwiex biżżejjed għall-Istrument, li huwa sottofinanzjat, u għandu jirrefletti aħjar l-ambizzjonijiet ġeopolitiċi tal-UE u l-impenji globali tagħha; jieħu nota tal-fondi addizzjonali proposti mill-Kummissjoni għall-Intestatura 6, li minnhom EUR 9,5 biljun jiġu allokati għar-rispons għad-dimensjoni esterna tal-migrazzjoni, inklużi l-isfidi esterni, EUR 3 biljun għar-riżerva tal-“Isfidi u l-prijoritajiet emerġenti” tal-Istrument u EUR 2,5 biljun għar-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu rieżaminati l-politiki esterni u ta’ żvilupp tal-UE fid-dawl tad-diskrepanza fil-finanzjament, iż-żieda fl-inugwaljanzi bejn il-pajjiżi u ġo fihom u l-insigurtà globali tal-ikel; jirrikonoxxi l-impatt tal-bidliet ġeopolitiċi, b’mod partikolari l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-prijoritajiet il-ġodda tal-UE, l-importanza msaħħa ta’ sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi sħab, allinjati mal-prinċipju tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp, u r-rwol speċifiku tal-investimenti tal-UE, li jridu jirriflettu kemm il-valuri kif ukoll l-interessi tal-UE u l-interessi tas-sħab tagħna; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li dan ir-rieżami jivvaluta jekk humiex qed jintlaħqu l-objettivi tal-Istrument biex inaqqas il-faqar u l-inugwaljanzi u jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp sostenibbli fit-tul tal-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jafferma mill-ġdid, fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa, l-appoġġ sod tiegħu għall-Ukrajna, fid-dimensjonijiet kollha tagħha, inklużi l-assistenza umanitarja, l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni, fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa; jisħaq, madankollu, li dan l-appoġġ ma għandux isir għad-detriment tal-ODA, ta’ sħab u ta’ pajjiżi terzi oħra li huma affettwati b’mod negattiv mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa u li l-finanzjament tal-UE tagħhom ma għandux jitnaqqas; jitlob, għalhekk, li ssir evalwazzjoni bir-reqqa tar-riżorsi tal-Istrument, li għandha tivvaluta wkoll jekk humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-objettivi tal-Istrument kif stabbiliti fir-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument, biex ir-riżorsi tal-Istrument jiżdiedu kif xieraq, u biex jiġi żgurat li dawn ikomplu jkunu rilevanti fil-kuntest tal-isfidi ġeopolitiċi attwali, jippermettu li l-UE titqies bħala sieħeb affidabbli u jiġġieldu l-influwenza ta’ setgħat globali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-konsolidazzjoni tal-biċċa l-kbira tal-azzjoni esterna tal-UE fi Strument uniku, li jissimplifika u jarmonizza b’mod gradwali d-diversi strumenti preċedenti; huwa tal-fehma, madankollu, li għalkemm din is-simplifikazzjoni tejbet il-flessibbiltà u l-effiċjenza, ma ġietx akkumpanjata minn livelli suffiċjenti ta’ obbligu ta’ rendikont u trasparenza effettivi; jissottolinja f’dan ir-rigward li l-miżuri jistgħu jitqiesu effettivi biss meta dan jista’ jiġi ppruvat permezz ta’ mekkaniżmi ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni ċari u komparabbli; ifakkar fis-sejbiet tar-Rapport Speċjali Nru 14/2023 tal-QEA, li indika li aktar minn 20 % tal-indikaturi fil-kampjun jew ma kellhom l-ebda linja bażi jew kellhom linja bażi mhux ċara, u 24 % jew ma kellhom l-ebda mira jew kellhom miri mhux ċari, filwaqt li s-sorsi tad-data fil-programmi indikattivi pluriennali (MIPs) kienu frammentati jew neqsin; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-użu tal-indikaturi tal-Qafas tar-Riżultati tal-Ewropa Globali obbligatorju, li għandu jkun in-norma, għal miżuri matul iċ-ċiklu ta’ implimentazzjoni kollu tal-MIPs, jiġifieri l-ippjanar, l-implimentazzjoni u r-rapportar tar-riżultati, u żżid b’mod konsiderevoli l-kapaċitajiet tad-delegazzjonijiet tal-UE; jenfasizza li l-Istrument għandu jipprevedi implimentazzjoni effiċjenti, effettiva, koerenti u inklużiva, mirfuda mill-prinċipju “il-politika tiġi l-ewwel” u f’konformità mal-interessi strateġiċi u l-valuri tal-UE u l-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tippubblika, mill-anqas darbtejn fis-sena, rapport ta’ progress dwar l-effikaċja tal-għajnuna, li jinkludi b’mod konsistenti indikaturi standardizzati, komprensibbli u komparabbli, li jkopru l-ippjanar konġunt, l-implimentazzjoni konġunta u l-oqfsa konġunti tar-riżultati; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta dan ir-rapport ta’ progress lill-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-eskalazzjoni tat-taqlib ġeopolitiku, it-tendenzi awtoritarji u l-attakki reċenti globalment fuq il-pedamenti tad-demokrazija u l-istat tad-dritt; jitlob lill-MTE tevalwa fil-fond il-kapaċità tal-Istrument li jilħaq l-għanijiet ġenerali tal-politika esterna tal-UE, u b’mod partikolari l-objettiv li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-multilateraliżmu u l-iżvilupp sostenibbli, u li jipproteġi, jippromwovi u jmexxi ’l quddiem id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jisħaq li l-azzjoni tad-demokrazija esterna tal-UE, implimentata fl-ambitu tal-Istrument, trid taġġusta għal realtà ġeopolitika ġdida kkaratterizzata minn mudelli ta’ governanza li jikkompetu ma’ xulxin, sabiex tipprevjeni u tirrispondi aħjar għar-rigress demokratiku; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta permezz ta’ lenti kritika, u b’livell xieraq ta’ granularità tal-informazzjoni, il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Istrument fil-programmi, il-miri ta’ nfiq u l-parametri referenzjarji, filwaqt li tastjeni milli tirrepeti pożizzjonijiet ta’ politika baxxi; jafferma mill-ġdid li skont it-Trattati u l-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp il-Ġdid, l-objettiv primarju tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp għandu jkun li teqred il-faqar u trawwem ekonomija sostenibbli, bi żvilupp soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq li l-prinċipju “il-politika tiġi l-ewwel” għandu jkun iggwidat mill-prinċipji u l-objettivi stabbiliti fil-Boxxla Strateġika tal-UE, il-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella, b’mod partikolari, għal valutazzjoni onesta u bir-reqqa tal-użu tal-Artikolu 42(4) u l-Premessa 40 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument, li dan tal-aħħar jiddikjara li l-assistenza tista’ tiġi sospiża f’każ ta’ degradazzjoni fid-demokrazija, fid-drittijiet tal-bniedem jew fl-istat tad-dritt f’pajjiżi terzi; jitlob li jsiru valutazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> biex jiġu ddeterminati l-implikazzjonijiet u r-riskji possibbli tal-proġetti fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, f’konformità mal-Artikolu 25(5) tar-Regolament; jitlob monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem matul l-implimentazzjoni ta’ proġetti f’pajjiżi terzi, speċjalment għal proġetti li jinvolvu riskju għoli ta’ ksur; jitlob sospensjoni jew modulazzjoni ta’ proġetti li jikkontribwixxu għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi l-valutazzjonijiet kollha relatati mad-drittijiet tal-bniedem mal-Parlament b’mod proattiv; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tieħu approċċ aktar ibbażat fuq il-prinċipji fir-rigward ta’ pajjiżi sħab li jmorru fid-direzzjoni opposta fir-rigward tal-valuri u l-prinċipji ċentrali; jappoġġja s-sospensjoni tal-appoġġ baġitarju bħala eżempju tajjeb f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-finanzjament tal-assistenza għall-Ukrajna permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżerva tal-Istrument, pjuttost milli permezz ta’ strument baġitarju xieraq, eżawrixxa l-biċċa l-kbira tar-riżerva, u dan ħalla lill-Istrument b’kapaċità limitata li jirreaġixxi għal sfidi mhux previsti; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għall-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità tal-Ukrajna (COM(2023)0338).</FIELD></FOOTNOTE>, li għandha tiżgura finanzjament sostenibbli fit-tul għall-Ukrajna filwaqt li tippreserva l-kapaċità tal-Istrument li jlaħħaq mal-isfidi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li l-MTE tipprovdi ċarezza legali u politika fir-rigward tal-elenkar tal-Ukrajna, tar-Repubblika tal-Moldova u tal-Georgia bħala benefiċjarji fl-ambitu tal-kapitolu dwar il-viċinat tal-Istrument; jinnota li l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova saru kandidati għall-adeżjoni mal-UE filwaqt li l-Georgia hija meqjusa bħala kandidat potenzjali għas-sħubija fl-UE; jissottolinja, f’dan l-isfond, li l-Ukrajna, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Georgia għandhom għalhekk jiġu elenkati bħala benefiċjarji bit-trasferiment baġitarju adegwat ta’ pakketti finanzjarji bilaterali għar-Regolament dwar l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1529 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Settembru 2021 li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (ĠU L 330, 20.9.2021, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li għandu bażi legali u qafas ta’ politika distintivi li huma separati mill-Istrument u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, li jnaqqas il-pressjoni fuq l-Istrument, jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal faċilità ġdida u ddedikata għall-Ukrajna li tiġbor flimkien l-appoġġ futur fi strument uniku separat taħt l-Intestatura 6 tal-QFP sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet immedjati, iżda jisħaq fuq l-importanza li jintuża strument fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jitlob li l-MTE tivvaluta, b’mod partikolari, il-punt sa fejn il-finanzjament wassal għal riżultati tanġibbli fl-Afrika, f’konformità mal-objettivi tal-Istrument, l-Istrateġija UE-Afrika u l-eżiti tas-6 Summit Unjoni Afrikana-UE fl-2022 u l-prijoritajiet stabbiliti fih, u teżamina jekk hemmx bżonn ta’ rieżami tal-prijoritajiet u tal-objettivi; jisħaq li l-analiżi tar-riżultati tanġibbli tal-assistenza pprovduta, abbażi ta’ indikaturi ċari, hija partikolarment importanti biex tiġi vvalutata b’mod adegwat l-effikaċja tal-użu tal-fondi; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel użu aħjar mill-possibbiltà li tikkombina pakketti ġeografiċi għall-benefiċċju tal-programmi Pan-Afrikani, kif previst fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument, b’appoġġ għall-impenji UE-Unjoni Afrikana; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE tkompli tappoġġja b’mod attiv iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Kontinentali Afrikana l-ġdida, inkluż permezz ta’ dan l-Istrument, tibni fuq l-esperjenza tagħha nnifisha biex tiżviluppa s-Suq Uniku Ewropew, sabiex tixpruna l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli, tagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, tnaqqas il-faqar u żżid il-prosperità kondiviża fl-Afrika; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-pajjiżi sħab Afrikani jiġu appoġġjati billi jiġi sfruttat il-potenzjal kbir mhux sfruttat tal-enerġija rinnovabbli tal-kontinent, u jitħaffef il-progress fl-SDG 7 fl-Afrika, li mhux biss se jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku, lill-ħolqien tal-impjiegi u lill-iżvilupp soċjali, iżda se jżid ukoll b’mod sinifikanti s-sehem globali tal-enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jafferma mill-ġdid b’mod qawwi l-impenn stabbilit fl-Istrument li jeqred il-faqar, jiġġieled kontra t-tibdil fil-klima, jiġġieled kontra l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni u jippromwovi l-iżvilupp sostenibbli tal-bniedem; ifakkar fl-impenn meħud mill-UE u l-Istati Membri biex iżidu l-ODA għal 0,7 % tal-prodott domestiku gross sal-2030, inkluż li jikkontribwixxu mill-anqas 20 % tal-ODA ffinanzjata fl-ambitu tal-Istrument għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali, u jipprovdu 0,2 % tal-introjtu nazzjonali gross tal-UE għall-ODA għall-pajjiżi l-anqas żviluppati; jissottolinja li l-EFSD+ għandu jkollu l-għan li jappoġġja l-investimenti bħala mezz biex jikkontribwixxi għall-kisba tal-SDGs; jenfasizza l-importanza li jiġi adottat approċċ olistiku għas-sigurtà tal-bniedem, bħala paradigma ta’ gwida ġdida; jitlob, fil-kuntest tal-proċess ta’ programmazzjoni li jmiss, li l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III jiġi implimentat bis-sħiħ, b’impenn qawwi għall-perspettiva u l-integrazzjoni tal-ġeneru, u li l-Istrateġija tal-UE għas-Saħħa Globali u l-Pjan ta’ Azzjoni għaż-Żgħażagħ isiru operattivi fl-azzjoni esterna tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li jissaħħu l-isforzi tal-UE biex tippromwovi u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem fl-azzjoni esterna tagħha, fid-dawl tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija; jenfasizza l-importanza li tittieħed pożizzjoni b’saħħitha kontra l-korruzzjoni fl-isforzi kollha tal-UE għall-iżvilupp u jappoġġja l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Mejju 2023 dwar il-korruzzjoni bħala ostaklu għall-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq li l-investimenti fl-iżvilupp tal-bniedem huma kruċjali għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u għall-edukazzjoni, inkluż it-taħriġ vokazzjonali, u għandhom jibqgħu prijorità ċara fil-proċess ta’ programmazzjoni li jmiss, peress li jippermettu lill-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw jisfruttaw il-potenzjal tal-kapital uman taż-żgħażagħ tagħhom u jagħtu spinta lill-iżvilupp uman, it-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi fil-pajjiżi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi indikatur tal-politika tat-tfal li jibni fuq il-metodoloġija eżistenti żviluppata fl-oqsma tal-ġeneru, il-klima, il-migrazzjoni u d-diġitalizzazzjoni, sabiex l-istituzzjonijiet u s-sħab tal-UE jkunu jistgħu jkejlu u jimmonitorjaw l-investimenti fit-tfal; jisħaq li t-traċċar u l-monitoraġġ tal-investiment tal-UE fit-tfal huma fundamentali sabiex jintwerew il-valur miżjud u l-effikaċja tal-UE; jissottolinja li l-COVID-19 kienet sejħa ta’ twissija għal pajjiżi b’introjtu baxx u medju, u wera l-ħtieġa li jaċċelleraw il-progress lejn il-bini ta’ sistemi tas-saħħa universali u ffinanzjati pubblikament; jitlob li l-ipprogrammar tal-Istrument jipprijoritizza l-għotjiet u l-promozzjoni tas-settur pubbliku fil-qasam tas-saħħa sabiex jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp tilħaq lin-nies l-ewwel; jisħaq fuq l-importanza li jitkompla l-impenn ta’ baġit suffiċjenti biex jitjiebu l-eżiti soċjali u jiġu indirizzati l-kwistjonijiet sistemiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar l-istat tad-drittijiet tal-LGBTIQ+ madwar id-dinja, kif ukoll ir-reazzjoni negattiva ġenerali kontra d-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jindirizzaw l-intopp biex jiġu rikonoxxuti u protetti dawn id-drittijiet; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li tingħata prijorità lill-appoġġ immirat lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u lill-komunitajiet li jippromwovu r-rispett għas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, id-drittijiet tan-nisa, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-komunità LGBTIQ+ u popolazzjonijiet emarġinati oħra, inklużi miżuri msaħħa biex tiġi dekriminalizzata l-omosesswalità; ifakkar li mill-inqas 85 % tal-azzjonijiet ġodda implimentati fl-ambitu tal-Istrument għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala objettiv prinċipali jew sinifikanti u mill-inqas 5 % ta’ dawk l-azzjonijiet għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet bħala l-objettiv prinċipali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jintlaħqu l-miri tal-infiq u dawk relatati mal-programmi kollha tal-Istrument u jitlob informazzjoni dettaljata dwar il-progress li sar f’dan ir-rigward; jiddispjaċih dwar id-defiċits sostanzjali biex tintlaħaq il-mira klimatika ta’ 30 % tal-Istrument, biex jingħata kontribut għall-mira tal-bijodiversità ta’ 10 % fl-ambitu tal-QFP għall-2026 u l-2027 u biex jiġi żgurat li l-impenji finanzjarji globali tal-UE skont il-qafas tan-NU jiġu ssodisfati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribuzzjoni għall-Fond għat-Telf u l-Ħsara; ifakkar li t-tibdil fil-klima se jpoġġi dejjem aktar pressjoni fuq il-produzzjoni tal-ikel u l-aċċess għalih, speċjalment f’reġjuni vulnerabbli, u dan jimmina s-sigurtà tal-ikel u n-nutrizzjoni; ifakkar ukoll li l-bijodiversità hija fattur kruċjali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u li t-telf tal-bijodiversità u tas-servizzi tal-ekosistema se jimmina l-progress fuq madwar 80 % tal-miri vvalutati għall-SDGs; jappella għal pjan dettaljat li jiddeskrivi kif il-Kummissjoni beħsiebha tilħaq il-miri tal-infiq u tal-ġeneru sa tmiem il-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn deskritt fl-Istrument biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat; huwa tal-fehma li, mingħajr preġudizzju għal ċirkostanzi mhux previsti, l-impenn fl-Istrument li jiddedika perċentwal indikattiv ta’ 10 % mill-pakkett finanzjarju tal-Istrument għal azzjonijiet li jappoġġjaw il-ġestjoni u l-governanza tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat fl-objettivi tal-Istrument għandu jiġi rispettat u li din il-klawżola ma għandhiex terġa’ tinfetaħ; jinnota, madankollu, li 14 % tal-fondi impenjati fl-2021 ikkontribwew għall-mira tal-infiq fuq il-migrazzjoni; jistenna li jirċievi aġġornamenti sostanzjali regolari dwar is-sitwazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-użu attwali tal-pilastru tar-rispons rapidu ma jikkontribwixxix b’mod viżibbli u effettiv għall-promozzjoni tal-interessi tal-UE fid-dinja; għalhekk, jitlob li jerġa’ jiġi kkunsidrat l-istabbiliment mill-ġdid ta’ appoġġ relatat mal-programmi għall-objettivi tal-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE matul l-MTE tal-2024;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-iżgurar tar-riżorsi meħtieġa u l-mobilizzazzjoni tal-investimenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-MTR tal-2024 tal-QFP ma għandu, fl-ebda ċirkostanza, jirriżulta fit-tnaqqis jew fir-riallokazzjoni tal-fondi tal-Istrument bejn il-programmi tematiċi u ġeografiċi fit-tul iddedikati għall-iżvilupp sostenibbli; jinsab imħasseb li l-Istrument ilu mhux iffinanzjat biżżejjed mill-bidu tal-QFP 2021-2027 u li l-fokus ġeografiku tiegħu kien ta’ detriment għal linji ta’ finanzjament tematiċi importanti, bħall-qasam ta’ prijorità “Nies” tal-linja baġitarja tal-Isfidi Globali, li kien taħt pressjoni saħansitra akbar minħabba l-COVID-19, li ftit li xejn ħalla lok għal manuvrar biex jiġu onorati bis-sħiħ l-impenji tal-UE li tappoġġja inizjattivi multilaterali tas-saħħa fis-snin li ġejjin; jissottolinja li n-nuqqas ta’ fondi joħloq distakk perikoluż bejn l-ambizzjoni tal-UE u l-kapaċità tagħha li twettaq dak li tkun wiegħdet; ifakkar li finanzjament insuffiċjenti se joħloq ukoll kompetizzjoni dannuża bejn il-ħtiġijiet fuq terminu qasir u l-investimenti fit-tul, u bejn is-setturi ewlenin tal-iżvilupp, u fl-aħħar mill-aħħar dan ixekkel l-effikaċja tal-għajnuna tal-UE u l-kontribut tagħha għall-kisba tal-Aġenda 2030; jissottolinja r-rwol fundamentali tal-Istrument, tal-EFSD+ u tal-EAG fl-għoti ta’ qafas strateġiku għall-finanzjament imħallat, għall-investimenti u l-garanziji tat-tneħħija tar-riskji u fil-mobilizzazzjoni tar-riżorsi mis-settur privat bis-sostenn tal-baġit tal-UE, b’mod partikolari fid-dawl tal-kompetizzjoni ġeopolitika u ekonomika li qed tiżdied; jisħaq li l-proġetti ta’ finanzjament imħallat u s-sħubijiet effettivi mas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw iridu jiffukaw fuq il-massimizzazzjoni tal-eżiti tal-iżvilupp u jkunu konsistenti mal-SDGs, il-Ftehim ta’ Pariġi u l-prijoritajiet ta’ żvilupp nazzjonali; ifakkar li s-settur privat huwa żieda, pjuttost milli sostituzzjoni, għall-investimenti pubbliċi, b’mod partikolari fis-servizzi kritiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali, li jipprovdu prospetti kruċjali fit-tul biex jingħeleb il-faqar; jitlob li l-EFSD+ ma jiffinanzjax investimenti li għandhom impatt negattiv fuq il-kisba tal-SDGs, b’mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jitlob li l-baġit fit-tul jiġi adattat biex jiġu protetti l-impatt pożittiv, l-influwenza u l-kredibbiltà tal-UE fix-xena globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol speċifiku tal-investimenti tal-UE, li jridu jirriflettu l-interessi strateġiċi u l-objettivi tal-iżvilupp kemm tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi sħab tagħna, kif ukoll il-valuri tal-UE, u jissottolinja r-rwol importanti li għandhom il-garanziji baġitarji fl-eżekuzzjoni tagħhom skont il-prinċipju “il-politika tiġi l-ewwel”; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-garanziji jikkontrobilanċjaw ir-riskju involut fil-pajjiżi bl-akbar riskju għall-investiment sabiex l-investiment rilevanti jiġi dirett lejhom ukoll; jisħaq li l-UE għandha tmexxi bl-eżempju f’dan ir-rigward, fid-dawl tad-dibattitu li għaddej dwar ir-riforma tal-banek multilaterali tal-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota r-rwol speċifiku tal-BEI fl-arkitettura finanzjarja Ewropea għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 209 tat-TFUE u fl-Artikolu 36 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument, u jirrikonoxxi l-potenzjal tal-BEI li jimmobilizza finanzjament addizzjonali li jikkontribwixxi għall-objettivi tal-Istrument; jilqa’ l-ħolqien tal-BEI Globali, li ilu jopera mill-1 ta’ Jannar 2022 u li għandu l-għan li jżid il-preżenza u l-għarfien espert tal-bank fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota li, minn mindu twaqqfet il-fergħa l-ġdida għall-iżvilupp, il-BEI Globali għamel użu rekord mit-tieqa għall-investiment iddedikata li pprovda l-Istrument, u din forniet aktar minn EUR 10 biljun fl-2022, notevolment b’appoġġ għall-Ukrajna u l-Global Gateway; ifakkar fl-importanza tal-baġit tal-UE bħala l-uniku garanti biex l-attività tal-BEI toffri self barra mill-UE b’appoġġ għall-politiki tal-UE; jappella għal żieda fil-garanziji mogħtija lill-BEI mill-baġit tal-UE sabiex il-BEI jkun jista’ jkompli joffri operazzjonijiet vitali fis-settur pubbliku u privat fl-Ukrajna u jwessa’ l-attivitajiet tiegħu fin-Nofsinhar Globali; jistieden lill-BEI juża l-pożizzjoni tiegħu biex jimmobilizza l-investimenti għall-iżvilupp sostenibbli f’konformità mal-iskop u l-kriterji stabbiliti mill-EFSD+; jenfasizza r-rwol importanti tal-BEI fis-sħubija mal-Kummissjoni biex iwassal EUR 100 biljun mill-impenn ta’ EUR 300 biljun fl-ambitu tal-istrateġija Global Gateway; jistieden lill-BEI jagħti prijorità lil aġenda għall-iżvilupp sostenibbli; jistieden lill-BEI jieħu riskju akbar fil-finanzjament ta’ proġetti b’redditi soċjali għoljin; jistieden lill-BEI jkompli jsaħħaħ il-preżenza tiegħu fil-qasam billi jibni fuq l-approċċ attwali ta’ kolokazzjoni fid-delegazzjonijiet tal-UE, filwaqt li jisfrutta aktar is-sinerġiji possibbli mal-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) u ma’ istituzzjonijiet tal-finanzi għall-iżvilupp (DFIs) Ewropej oħra; jinkoraġġixxi lill-BEI jkompli jinvolvi ruħu b’mod attiv biex jiżviluppa l-ippjanar, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni fil-livell tal-pajjiżi, id f’id mad-delegazzjonijiet tal-UE u permezz ta’ kofinanzjament mad-DFIs; jappella għal koordinazzjoni aktar b’saħħitha bejn il-Kummissjoni u s-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE biex jiġu ffaċilitati d-diskussjonijiet u l-kooperazzjoni mal-atturi rilevanti fuq il-post sabiex jiġu identifikati l-proġetti li jissodisfaw bl-aħjar mod l-objettivi tal-effikaċja tal-iżvilupp;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-“arkitettura miftuħa” tal-EFSD+, li ġiet stabbilita biex tappoġġja l-investimenti tas-settur privat, u jistieden lill-Kummissjoni, lill-BEI, lill-BERŻ, lill-Istati Membri u lid-DFIs jużaw bis-sħiħ l-għażliet ipprovduti mill-EAG u t-twieqi għall-investiment rilevanti biex jippromwovu investimenti sostenibbli fis-settur privat; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi sfruttat il-finanzjament tas-settur privat, b’enfasi partikolari fuq l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, u jappella għal aktar sforzi biex jiġu indirizzati l-konġestjonijiet u l-ostakli għall-investiment; barra minn hekk, jirrikonoxxi r-rwol importanti tas-settur privat biex, fejn possibbli, jiġġenera investimenti ġodda, impjiegi u finanzjament għall-iżvilupp; ifakkar fis-setgħa ta’ skrutinju tal-Parlament u fil-ħtieġa ta’ trasparenza fl-implimentazzjoni tal-EFSD+.
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Approċċ strateġiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ tat-Tim Ewropa u l-għan tiegħu li jżid il-koerenza, l-impatt u l-viżibbiltà tal-proġetti ta’ żvilupp tal-UE, u jitlob għal aktar azzjonijiet konġunti mal-Istati Membri, b’mod partikolari Inizjattivi tat-Tim Ewropa (TEIs); ifakkar fl-osservazzjoni tal-QEA li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri individwali għat-TEIs mhumiex indikati fl-MIPs, u dan jikkawża inċertezza rigward l-appoġġ finanzjarju tal-Istati Membri, li jikkontribwixxi biex il-ġejjieni tat-TEIs bħala inizjattiva kollettiva ma jkunx ċar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrieżaminaw l-effettività tal-approċċ u jinformaw lill-Parlament bis-sejbiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara r-rwoli fl-approċċ tat-Tim Ewropa u tipproponi mekkaniżmu li jżid it-trasparenza u l-iskrutinju demokratiku tal-inizjattivi; jappella wkoll għal azzjoni konġunta mill-UE u l-Istati Membri biex iżidu l-effikaċja u jimmassimizzaw ir-riżorsi; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lid-DFIs, lill-BEI u lill-BERŻ jiżvolġu rwol aktar attiv fit-Tim Ewropa b’impenji finanzjarji u azzjonijiet konġunti, immexxija mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija Global Gateway bħala rispons miftiehem tal-UE għall-isfidi globali; huwa tal-opinjoni li f’perjodi ta’ sfidi ġeostrateġiċi ġodda, il-politika barranija u ta’ sigurtà tal-UE u l-atturi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp iridu jikkoordinaw aħjar sabiex iżidu l-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE madwar id-dinja permezz ta’ investiment fl-infrastruttura li joħloq valur nazzjonali fil-pajjiżi sħab, f’konformità mal-SDGs; ifakkar li l-Global Gateway għandu jinftiehem bħala kunċett strateġiku li fih jiġu integrati l-politika barranija, dik ekonomika u dik tal-iżvilupp; jisħaq li huma meħtieġa investimenti kbar kemm fl-infrastruttura materjali kif ukoll f’dik immaterjali fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, minn networks diġitali, tat-trasport u tal-enerġija sa sistemi tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-ikel; jesprimi dispjaċir, madankollu, għan-nuqqas ta’ trasparenza u ta’ qafas regolatorju għall-governanza u għall-implimentazzjoni tal-istrateġija fl-objettivi u fil-prijoritajiet tal-Istrument; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ involviment u skrutinju parlamentari adegwati, kif ukoll konsultazzjoni mas-settur tan-negozju u l-OSĊ permezz ta’ qafas ta’ governanza ħafif li malajr jagħti spinta lill-investiment u lill-viżibbiltà tal-UE fil-pajjiżi sħab fil-kuntest ġeopolitiku kumpless; jistieden lill-Kummissjoni taġġorna l-komunikazzjoni konġunta dwar il-Global Gateway biex tiċċara l-qafas ta’ governanza, inkluż ir-rwol ta’ skrutinju tal-Parlament, u tipprovdi definizzjoni ċara ta’ x’inhu proġett Global Gateway u x’jiddistingwi proġetti bħal dawn minn proġetti oħra ta’ investiment; jitlob ċarezza dwar kif japplikaw ir-regolament finanzjarju tal-UE u r-regoli tal-akkwist pubbliku; jitlob li tiġi implimentata l-istrateġija b’mod aktar mgħaġġel fid-dawl tal-isfidi globali eżistenti u emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-finanzjament għall-istrateġija Global Gateway u jfakkar li tali inizjattivi ġodda għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta’ approprjazzjonijiet ġodda u tar-reviżjoni ’l fuq tal-limitu massimu tal-Intestatura 6; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-OSĊ b’mod aktar sistematiku fil-proġetti tal-Global Gateway u fit-TEIs u tikkunsidra li tinvolvi b’mod attiv lill-OSĊ lokali fl-ipprogrammar għal kull pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jintużaw b’mod aktar effiċjenti s-sinerġiji u li jiġu armonizzati aħjar l-inizjattivi ta’ finanzjament li l-BEI, il-BERŻ u DFIs oħra jwettqu, u li jiġu mmirati l-pajjiżi tal-viċinat Ewropej, b’importanza partikolari mogħtija lill-pajjiżi kandidati tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Skrutinju Parlamentari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar fis-setgħat ta’ kontroll politiku u baġitarju u ta’ konsultazzjoni tal-Parlament u jisħaq fuq ir-rwol tad-djalogu ġeopolitiku ta’ livell għoli fl-għoti ta’ orjentazzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Istrument; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm informazzjoni dettaljata dwar il-baġit li ġie eżegwit jew li se jiġi eżegwit; jissottolinja li l-Parlament jeħtieġ aċċess sħiħ u f’waqtu tad-dokumenti u jeħtieġ li jkun jista’ jimmonitorja l-impatt tal-proġetti u l-progress li jkun sar dwarhom sabiex ikun jista’ jevalwa l-kamp ta’ applikazzjoni u l-impatt tagħhom, u huwa għalhekk li jeħtieġ aċċess sħiħ għal indikaturi ta’ linja bażi u ta’ mira standardizzati, kif ukoll sorsi ta’ data; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi fluss ta’ informazzjoni interistituzzjonali konsistenti, bil-Parlament li jinżamm infurmat dwar proġetti ta’ investiment, inklużi proġetti Global Gateway, u tagħmel il-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riżultati kompletament disponibbli; itenni li l-pożizzjonijiet tal-Parlament jeħtieġ li jitqiesu bis-sħiħ; itenni wkoll li r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament jikkostitwixxu parti mill-qafas ta’ politika ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Istrument; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ttejjeb b’mod sinifikanti l-għoti f’waqtu tad-dokumentazzjoni lill-Parlament qabel id-djalogu ġeopolitiku ta’ livell għoli, kif ukoll il-mod li bih tqis ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament, b’mod partikolari billi tinvolvi ruħha fi proċedura bil-miktub wara kull djalogu li jindika s-segwitu għal kull rakkomandazzjoni speċifika tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tisfrutta r-reviżjoni tal-QFP biex tipperfezzjona n-nomenklatura tal-Istrument billi tinkludi aktar linji baġitarji sabiex tippermetti lill-awtorità baġitarja teżerċita s-setgħat ta’ skrutinju tagħha, partikolarment fir-rigward tal-linji baġitarji relatati mal-viċinat, sabiex tissaħħaħ it-trasparenza bl-għan li tinkiseb politika mmexxija mid-data, li tista’ tiġi awditjata fir-rigward tal-objettivi tagħha u biex jiġi rifless aħjar l-approċċ strateġiku u jittejjeb l-ipprogrammar fit-tul; jirrimarka li s-sovrapożizzjoni bejn l-istrumenti finanzjarji, pereżempju fil-kuntest tal-garanziji, tagħmel l-iskrutinju diffiċli; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi, wara konsultazzjonijiet mal-Parlament, ħarsa ġenerali li tinftiehem, ċara u kompluta f’dokument wieħed dwar l-istrumenti finanzjarji, ir-relazzjonijiet tagħhom ma’ xulxin u mal-atturi differenti involuti, kif ukoll ħarsa ġenerali kompluta u preċiża dwar l-għotjiet u l-garanziji u kif dawn huma koperti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-awtorità baġitarja b’aġġornamenti trimestrali, inkluż dwar l-użu u l-ammonti ta’ garanziji baġitarji, flimkien mal-proviżjonament stmat u l-previżjonijiet futuri, kif ukoll is-sitwazzjoni attwali fir-rigward tal-miri tal-infiq u dawk relatati mal-programmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-proċess ta’ programmazzjoni, filwaqt li jissottolinja r-rwol kruċjali tas-SEAE u tad-delegazzjonijiet tal-UE f’dan ir-rigward, kif ukoll biex tiġi żgurata l-inklużjoni xierqa tal-pajjiżi sħab u atturi oħra tal-iżvilupp matul il-proċess, inkluż billi jitrawmu konsultazzjoni mill-qrib u trasparenti mal-awtoritajiet reġjonali u lokali u assoċjazzjoni magħhom, sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet komuni u tittejjeb is-sjieda tal-pajjiżi sħab; jissottolinja l-importanza li jiġi ggarantit approċċ effettiv ibbażat fuq il-ħtiġijiet u ffukat fuq in-nies fl-azzjoni esterna tal-UE u jenfasizza r-rwol essenzjali li s-sħab lokali u s-soċjetà ċivili għandu jkollhom fit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi; jisħaq fuq l-importanza tal-OSĊ u, fejn rilevanti, tas-settur privat, fl-implimentazzjoni tal-Istrument, b’mod partikolari fil-proċess ta’ programmazzjoni; jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiżdied l-appoġġ għas-soċjetà ċivili madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-proċess ta’ programmazzjoni mgħaġġel li sar fit-tieni nofs tal-2021, li jipprevjeni skrutinju adegwat mill-Parlament; jinnota bi tħassib is-sejbiet tar-Rapport Speċjali 14/2023 tal-QEA, li kkonkluda li l-proċess ta’ programmazzjoni jista’ jitjieb; jistenna li l-Kummissjoni u s-SEAE jaġixxu fuq ir-rakkomandazzjoni magħmula mill-QEA u jqisu t-tagħlimiet fl-eżerċizzju ta’ programmazzjoni li jmiss; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura eżerċizzju ta’ programmazzjoni aktar prevedibbli u trasparenti, tiżviluppa metodoloġija standardizzata, komparabbli u trasparenti għall-allokazzjoni tal-fondi lill-pajjiżi tal-viċinat, tiżgura applikazzjoni rigoruża għall-pajjiżi mhux tal-viċinat u tiċċara l-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-impatt tal-appoġġ tal-UE u tiżgura r-rilevanza tiegħu f’kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-istrumenti ta’ assistenza makrofinanzjarja (AMF) reċenti adottati biex jagħtu appoġġ lil diversi pajjiżi, b’mod partikolari lill-Ukrajna, ħalli tiffaċċja l-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni mogħtija lill-awtoritajiet baġitarji dwar il-ġestjoni tal-finanzjament tal-kostijiet tal-imgħax tal-AMF; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-finanzjament attwali tal-kostijiet tal-imgħax tal-AMF, permezz tal-mobilizzazzjoni tar-riżerva tal-“Isfidi u l-prijoritajiet emerġenti” tal-Istrument, pjuttost milli permezz ta’ approprjazzjonijiet ġodda, jirriskja li jeżawrixxi l-biċċa l-kbira tar-riżerva, jekk mhux kollha, għall-perjodu li jifdal, filwaqt li jħalli lill-Istrument mingħajr il-kapaċità li jirreaġixxi għal sfidi mhux previsti; jissottolinja, għalhekk, il-ħtieġa li jinstabu soluzzjonijiet ta’ finanzjament sostenibbli fit-tul, filwaqt li tiġi ppreservata l-kapaċità li jlaħħaq mal-isfidi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni mhux dejjem tavża lill-Parlament qabel ma tiġi mmobilizzata r-riżerva u jiddeplora l-prattika li jintbagħtu ittri li jaslu wara l-mobilizzazzjoni, li effettivament iddgħajjef id-dritt ta’ skrutinju tal-Parlament u timpedixxi lill-Kummissjoni milli tqis bis-sħiħ l-osservazzjonijiet tal-Parlament dwar in-natura u l-objettivi tal-mobilizzazzjoni u l-ammonti finanzjarji previsti; jistieden lill-Kummissjoni biex dejjem tinforma fid-dettall lill-Parlament qabel ma jiġu mmobilizzati l-fondi ta’ riżerva u biex tqis l-osservazzjonijiet tiegħu, f’konformità mal-Premessa 71 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-użu min-naħa tal-Kummissjoni tar-riżerva ma jirrispettax l-ispirtu tal-Artikolu 17 tar-Regolament li jistabbilixxi l-Istrument, b’mod partikolari f’dak li għandu x’jaqsam mal-finanzjament tal-inizjattivi leġiżlattivi l-ġodda; jinsab imħasseb li diġà ġie allokat 80 % tal-finanzjament disponibbli fir-riżerva tal-Istrument għall-2021-2027, u għad fadal biss EUR 1,9 biljun (21 %) għall-perjodu sal-2027; jiddispjaċih għall-fatt li 60 % tal-fondi li fadal għar-riżerva ġew allokati minn qabel mingħajr ma tqiesu l-bżonnijiet futuri antiċipati, bħall-pakkett tar-rifuġjati Sirjani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li involviment akbar tal-Parlament fl-istadji kollha tal-governanza u l-implimentazzjoni tal-Istrument kien kundizzjoni biex jiġi aċċettat li l-istrumenti ta’ finanzjament estern preċedenti jingħaqdu taħt l-Istrument (kif stabbilit fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tat-18 ta’ April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-UE: rieżami ta’ nofs it-terminu tal-2017 u l-arkitettura ta’ wara l-2020 u fil-mandat ta’ negozjar tal-Parlament għall-2019 għall-Istrument); ifakkar li l-Istrument joffri l-possibbiltà li jsiru emendi leġiżlattivi għar-regolamenti dwar l-Istrument u l-IPA III, u jissuġġerixxi valutazzjoni fid-dettall tar-rwol tal-Parlament fl-għoti ta’ direzzjoni u skrutinju strateġiċi jew fir-rigward tal-involviment insuffiċjenti tal-Parlament fis-sospensjoni tal-għajnuna jew l-użu tar-riżerva, kif ukoll il-laqgħat regolari tal-kumitat għall-Istrument, li għandhom potenzjal mhux sfruttat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistenna li l-Parlament ikun involut bis-sħiħ fl-eżerċizzju ta’ programmazzjoni għat-tieni nofs tal-QFP u għall-MIPs għall-2025-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iqis li l-arranġamenti attwali għar-rapportar dwar x’qed tagħmel l-UE fi kwalunkwe pajjiż, reġjun jew żona tematika partikolari mhumiex biżżejjed u huma legalistiċi żżejjed; jappella għal titjib prammatiku u mgħaġġel fir-rigward tal-aġġornament ta’ data utli u li l-Parlament jingħata, b’mod flessibbli u f’waqtu, eżempji tal-aħjar prattiki għall-implimentazzjoni, u jiġu applikati regoli xierqa ta’ kunfidenzjalità fejn meħtieġ; iqis li l-bażi tad-data tal-proġetti pubbliċi mhijiex faċli għall-utent u ma tgħinx fl-għoti ta’ informazzjoni aġġornata; jissottolinja li l-proġetti ta’ investiment tal-UE għandhom ikunu soġġetti għal evalwazzjoni, monitoraġġ u rapportar, sabiex tiġi determinata l-effettività tagħhom u jiġu evitati impatti negattivi mhux intenzjonati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex, flimkien mal-BEI, il-BERŻ u DFIs Ewropej oħra, tiżviluppa proċeduri standardizzati, inklużi evalwazzjonijiet <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> u l-applikazzjoni tal-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riżultati tal-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika dan il-Qafas u tiżgura li d-DFIs li jużaw l-indikaturi tagħhom stess jiddefinuhom b’mod ċar u jispjegaw l-applikazzjoni u l-komparabbiltà tagħhom mal-Qafas; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-istandards ambjentali, soċjali u ta’ governanza tal-proġetti ta’ investiment kollha; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel il-Qafas ta’ Ġestjoni tar-Riżultati tal-EFSD+ aċċessibbli sabiex tiffaċilita l-iskrutinju bil-ħsieb li jsir progress lejn finanzjament għall-iżvilupp aktar responsabbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-triq ’il quddiem </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob li l-MTE tintuża kemm jista’ jkun sabiex jiġi aġġornat l-Istrument jew l-atti delegati tiegħu dwar oqsma prijoritarji u sabiex tiġi vvalutata mill-ġdid il-validità tal-MIPs ġeografiċi u tematiċi, inklużi kundizzjonijiet aktar prominenti relatati mal-konformità mad-dritt internazzjonali, l-allinjament mal-politika barranija tal-UE u l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ sospensjoni assoċjat, bħala l-aħħar alternattiva, meta l-politika barranija ta’ pajjiż benefiċjarju tal-Istrument tvarja kompletament mill-politika barranija tal-UE; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied il-viżibbiltà tal-azzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari għall-isforzi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp; jitlob għalhekk li s-SEAE u d-delegazzjonijiet tal-UE jiġu mgħammra bl-għodod meħtieġa biex jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni strateġika tagħhom biex jispjegaw aħjar l-azzjonijiet tal-UE lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet u lill-pubbliku ġenerali f’pajjiżi terzi, u biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni; jitlob li l-UE topponi kwalunkwe appoġġ lill-istati aggressuri u l-politiki tagħhom, b’mod partikolari l-Federazzjoni Russa fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li l-MTE għandha tkun akkumpanjata mill-bidliet leġiżlattivi meħtieġa għall-Istrument u għall-IPA III sabiex ir-regolamenti rilevanti jirriflettu l-istatus il-ġdid tal-Ukrajna u tal-Moldova bħala pajjiżi kandidati tal-UE, u permezz ta’ att delegat ġdid li jistabbilixxi l-objettivi speċifiċi u l-oqsma prijoritarji ta’ kooperazzjoni għal kull reġjun; jisħaq fuq l-importanza li jiġi pprovdut finanzjament, permezz tad-DFIs u l-BEI, li jkollu fil-mira l-aċċess għal materja prima kritika u azzjonijiet relatati dwar il-ħiliet, l-infrastruttura u l-qafas regolatorju f’konformità mal-istandards ambjentali u soċjali tal-BEI, bħala parti mill-ippjanar kondiviż mill-UE u s-sħab tagħha biex jiġu żviluppati enerġiji rinnovabbli fil-kuntest tal-kisba tal-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iqis li l-isfidi ġeopolitiċi li ħarġu mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-influwenza malizzjuża u l-assertività dejjem akbar tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina jirrikjedu li l-baġit tal-Istrument jiżdied b’mod konsiderevoli; jenfasizza li l-isfidi huma mifruxa madwar id-dinja kollha, li jfisser li l-UE jeħtiġilha żżid l-influwenza ġeopolitika tagħha filwaqt li tibqa' timpenja ruħha għall-valuri u l-prinċipji tagħha; jisħaq li se jkun possibbli li dawn l-isfidi jiġu indirizzati b’mod ibbilanċjat biss jekk il-proporzjon tal-allokazzjonijiet għal kull qasam tal-Istrument jinżamm l-istess; jesprimi tħassib li l-UE qed titlef l-influwenza u l-viżibbiltà minħabba offerti alternattivi magħmula miċ-Ċina u r-Russja; iħeġġeġ lill-UE tirrispondi għall-aspettattivi tal-pajjiżi sħab u twettaq malajr il-ftehimiet politiċi li saru magħhom, bħall-Ftehim Post-Cotonou, biex issaħħaħ l-istatus tagħha bħala alleat affidabbli fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp u turi li s-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli tista’ tilqa’ l-isfidi kontemporanji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinsisti li l-Parlament huwa parti mit-Tim Ewropa u għandu jiġi ttrattat bħala tali, u għalhekk jistenna informazzjoni aktar frekwenti, dettaljata u sinifikattiva dwar l-implimentazzjoni tal-Istrument, inkluż il-lista tal-investimenti tal-BEI li jinvolvu l-fondi tal-Istrument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji huma inizjattivi ġodda li jistgħu jinbidlu fi programmi ta’ finanzjament tal-UE jekk jirriżulta li jkunu ta’ suċċess; jissottolinja li dawn huma opportunità għall-Parlament biex jintroduċi programmi li kieku ma kinux jiġu ffinanzjati; jenfasizza li l-Instrument, meta interpretat b’mod wiesa’, teoretikament jikkostitwixxi bażi legali għall-inizjattivi kollha, u b’hekk jipprevjeni l-eliġibbiltà u jagħmel l-inizjattivi <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> tal-Parlament Ewropew impossibbli;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Bank Ewropew tal-Investiment u lil istituzzjonijiet Ewropej rilevanti oħra għall-iżvilupp finanzjarju.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>