<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2023)0461</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tiswir mill-ġdid tal-qafas futur tal-fondi strutturali tal-UE biex jiġu appoġġati r-reġjuni affettwati b'mod partikolari mill-isfidi relatati mat-tranżizzjoni awtomobilistika, ekoloġika u diġitali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0326/2023 - Rapporteur: Susana Solís Pérez)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2023 dwar it-tiswir mill-ġdid tal-qafas futur tal-fondi strutturali tal-UE biex jiġu appoġġati r-reġjuni affettwati b’mod partikolari mill-isfidi relatati mat-tranżizzjoni awtomobilistika, ekoloġika u diġitali (2023/2061(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1057 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1296/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/460 tal-Parlament Ewropew u tal Kunsill tat-30 ta’ Marzu 2020 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013, ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi biex jiġu mmobilizzati investimenti fis-sistemi tal-kura tas-saħħa tal-Istati Membri u fis-setturi l-oħra tal-ekonomiji tagħhom b’reazzjoni għat-tifqigħa COVID-19 [L-Inizjattiva ta’ Investiment fir-Rispons għall-Coronavirus]<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 99, 31.3.2020, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” adottat mill-Kummissjoni fl-14 ta’ Lulju 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/851 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/631 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment għall-emissjonijiet ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għall-vetturi kummerċjali ħfief ġodda f’konformità mal-ambizzjoni klimatika akbar tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 110, 25.4.2023, p. 5.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/435 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Frar 2023 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/241 fir-rigward tal-kapitoli REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013, (UE) 2021/1060 u (UE) 2021/1755, u d-Direttiva 2003/87/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 63, 28.2.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1242 fir-rigward tat-tisħiħ tal-istandards ta’ prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO₂ għal vetturi heavy-duty ġodda u l-integrazzjoni tal-obbligi ta’ rapportar, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/956 (COM(2023)0088),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-emissjonijiet u d-durabbiltà tal-batteriji tagħhom (Euro 7) u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 (COM(2022)0586),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Frar 2023 intitolat “Pjan Industrijali tal-Patt Ekoloġiku għal Żmien l-Emissjonijiet Żero Netti” (COM(2023)0062),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-30 ta’ Jannar 2023 intitolat “Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej Rapport ta’ sinteżi għall-2022 tar-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni tal-programm li jkopru l-implimentazzjoni fl-2014-2020” (COM(2023)0039),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2022 intitolata “dwar it-tmien Rapport dwar il-Koeżjoni: Il-koeżjoni fl-Ewropa sal-2050” (COM(2022)0034),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-annwarju reġjonali tal-Eurostat – edizzjoni tal-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027” (COM(2023)0336),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ekonomija u s-Soċjetà Diġitali (DESI) tal-Kummissjoni 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar il-pjanijiet ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta (SWD(2021)0275),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-OECD ta’ Frar 2023 intitolat “Regional Industrial Transitions to Climate Neutrality (Tranżizzjonijiet Industrijali Reġjonali lejn in-Newtralità Klimatika)”<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">https://doi.org/10.1787/35247cc7-en.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-13 ta’ Lulju 2022 intitolata “Lejn trasport bit-triq mingħajr emissjonijiet: L-użu ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi u t-tisħiħ tal-istandards ta’ rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta’ CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 270, 13.7.2022, p. 38.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-12 ta’ Ottubru 2022 intitolata “Tranżizzjoni ġusta u sostenibbli fil-kuntest tar-reġjuni intensivi fl-enerġija u fil-faħam”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 498, 30.12.2022, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-12 ta’ Ottubru 2022 dwar “Il-Koeżjoni Diġitali”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 498, 30.12.2022, p. 39.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ottubru 2023 dwar “Tranżizzjoni Ġusta u Sostenibbli fir-Reġjuni Awtomobilistiċi”<FOOTNOTE><FIELD> CDR 1449/2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-UE dwar l-istat tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet, ippubblikat fil-11 ta’ Ottubru 2022 mill-Kumitat tar-Reġjuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar “il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 100.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju intitolat “Cohesion Policy in EU Coal Regions” (Il-Politika ta’ Koeżjoni f’Reġjuni tal-Faħam fl-UE), ippubblikat mid-Direttorat-Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fil-31 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju intitolat “The Future of the EU Automotive Sector” (Il-Futur tas-Settur Awtomobilistiku tal-UE), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fit-30 ta’ Settembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju intitolat “A Just Transition Fund – How the EU budget can best assist in the necessary transition from fossil fuels to sustainable energy” (Fond għal Tranżizzjoni Ġusta – Kif il-baġit tal-UE jista’ jassisti bl-aħjar mod fit-tranżizzjoni meħtieġa mill-fjuwils fossili għall-enerġija sostenibbli) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fil-15 ta’ April 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0326/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, inkluża d-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u tal-materjali kif ukoll l-iżviluppi fit-teknoloġija jwasslu għal sfidi ġodda, kif ukoll għal opportunitajiet ġodda għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-politiki tal-UE relatati mal-klima jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Unjoni u għandhom ikunu akkumpanjati minn valutazzjonijiet tal-impatt territorjali komprensivi sabiex jiġu identifikati r-riperkussjonijiet li dawn il-miżuri jista’ jkollhom fuq ir-reġjuni fi tranżizzjoni, sabiex jiġu promossi r-reżiljenza, il-konverġenza soċjali ’l fuq, il-ġustizzja soċjali, is-sostenibbiltà u l-koeżjoni, jiġu indirizzati l-effetti distributtivi negattivi u jitnaqqsu d-disparitajiet permezz ta’ appoġġ immirat għan-nies u l-industriji u strateġiji mfassla apposta;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta tfassal speċifikament biex jiġi żgurat li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura hekk kif l-UE tavvanza lejn in-newtralità klimatika; billi dan jinkludi l-għoti ta’ appoġġ immirat lir-reġjuni l-aktar affettwati minn din it-tranżizzjoni sabiex tiġi evitata żieda fl-inugwaljanzi reġjonali madwar l-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni fil-perjodu 2014-2020 diġà wittiet it-triq għat-tranżizzjoni tar-reġjuni tal-faħam billi inkorporat għadd kbir ta’ objettivi speċifiċi u rilevanti għat-tranżizzjoni fil-programmi tagħhom u eventwalment investiet ukoll fondi konsiderevoli f’oqsma relatati; billi reġjuni oħra ta’ tranżizzjoni jeħtieġu wkoll l-istess livell ta’ appoġġ biex jitnaqqsu l-impatti ekonomiċi negattivi tal-proċess ta’ tranżizzjoni profonda li għaddejjin minnhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi hemm differenzi sinifikanti bejn il-karatteristiċi soċjoekonomiċi u demografiċi tad-diversi reġjuni, u r-reġjuni tal-UE u billi dawn qed jiffaċċjaw sfidi differenti li konsegwentement ifisser li ma hemm l-ebda soluzzjoni waħda tajba għal kulħadd għall-ħtiġijiet territorjali u soċjoekonomiċi kollha; billi l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) għandhom il-potenzjal li jsiru għodda aħjar tal-UE biex ittaffi kwalunkwe impatt negattiv li jirriżulta mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji, inkluż f’dawk ir-reġjuni li qed iħabbtu wiċċhom ma’ tranżizzjonijiet fundamentali fis-settur awtomobilistiku jew f’industriji u servizzi relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi minkejja l-fatt li l-użu kkombinat tar-riżorsi tal-baġit tal-UE mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza jippermetti l-implimentazzjoni ta’ riformi ambizzjużi u investiment sostanzjali, huwa ħoloq ukoll diffikultajiet kbar għar-reġjuni u għall-awtoritajiet lokali f’termini ta’ frammentazzjoni tal-politika, kapaċità amministrattiva u l-kumplessità tal-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-fondi pprogrammati għall-perjodu 2021-2027; billi huwa meħtieġ li r-rata ta’ assorbiment tal-politika ta’ koeżjoni u t-twettiq tal-proġetti fuq il-post jiġu aċċellerati;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-trasport bit-triq jikkostitwixxi l-ogħla proporzjon ta’ emissjonijiet globali tat-trasport; billi hekk kif it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali doppji javvanzaw, dawn aktarx joħolqu sfidi għal dan is-settur; billi sabiex tinżamm il-kompetittività tal-ekonomija tal-UE u jiġu ppreservati l-produzzjoni u l-impjiegi Ewropej jeħtieġ li nimmonitorjaw l-impatt tal-politiki tal-UE fuq setturi ewlenin u jkollna għodod għad-dispożizzjoni tagħna biex nirreaġixxu fil-ħin għal sfidi ġodda maħluqa mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-industrija tal-karozzi bħalissa għaddejja minn trasformazzjoni kbira minħabba bidliet fis-sistema tat-trasport ikkawżati mill-iżvilupp ta’ modi tat-trasport alternattivi u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-implimentazzjoni ta’ teknoloġiji b’emissjonijiet żero u baxxi, id-diġitalizzazzjoni u l-awtomatizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, konsegwentement, l-industrija awtomobilistika għandha ssir parti minn “trasformazzjoni tal-mobbiltà” fuq skala akbar, li se ssawwar mill-ġdid il-mudelli tan-negozju u l-ktajjen tal-valur fi ħdan is-settur u tinvolvi bidliet sinifikanti fl-impjiegi u soċjali, b’xejriet li jvarjaw mill-Istati Membri u r-reġjuni; billi huma meħtieġa investimenti sostanzjali fl-oqsma kollha tal-katina tal-valur, inkluża l-produzzjoni, biex is-settur jiġi adattat għall-istandards il-ġodda tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u l-eliminazzjoni gradwali tal-vetturi li jarmu s-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE hija fost l-akbar produtturi ta’ vetturi bil-mutur fid-dinja u l-industrija awtomobilistika hija waħda mill-industriji ewlenin Ewropej, u tiġġenera fatturat ta’ aktar minn 7 % tal-prodott domestiku gross (PDG) tal-UE, li, f’ċerti reġjuni, jirrappreżenta sa 25 % tal-PDG reġjonali, li jagħmel lis-settur l-akbar investitur privat fir-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-settur awtomobilistiku Ewropew jibqa’ mutur għall-impjiegi industrijali peress li jirrappreżenta aktar minn 6 % tal-impjiegi Ewropej b’mod ġenerali, u jipprovdi impjiegi diretti u indiretti lil 13,8 miljun Ewropew u jirrappreżenta 8,5 % tal-impjiegi tal-manifattura Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-settur awtomobilistiku huwa magħmul minn madwar 3 000 kumpanija, li minnhom 2 500 huma intrapriżi żgħar u medji (SMEs), u li huma fornituri indipendenti għall-manifatturi tal-karozzi u jiffaċċjaw ostakli addizzjonali fit-trasformazzjoni ekoloġika u diġitali; billi dawn l-isfidi jirrikjedu li r-reġjuni u l-industrija awtomobilistika jinvestu bil-kbir fit-teknoloġija, fir-riċerka u fl-iżvilupp, kif ukoll fir-riorganizzazzjoni tal-ktajjen tal-provvista, fit-taħriġ tal-impjegati u fl-adattament għal mudelli tan-negozju ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-potenzjal tal-valur miżjud futur tal-UE fis-setturi awtomobilistiċi huwa, madankollu, limitat mid-dipendenza qawwija tal-UE fuq l-importazzjonijiet barranin ta’ industriji ewlenin ta’ appoġġ u materja prima għall-karozzi tal-futur, kif ukoll in-nuqqas ta’ settur tal-ICT b’saħħtu u atturi diġitali Ewropej kbar li joħolqu valur permezz tal-aċċess għad-data, għall-ekosistemi diġitali u għat-teknoloġiji tal-konnettività;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni joffri opportunitajiet biex isir investiment f’Ewropa aktar ekoloġika u biex jiġu appoġġjati r-reġjuni u s-setturi fi tranżizzjoni; billi l-qafas regolatorju attwali ma jipprevedix miżuri speċifiċi ta’ appoġġ jew finanzjament għar-reġjuni Ewropej li l-PDG tagħhom huwa fil-biċċa l-kbira ġġenerat mis-settur awtomobilistiku, bir-riżultat li l-Istati Membri japplikaw strateġiji differenti ta’ għajnuna mill-Istat għal din l-industrija, fatt li jaffettwa l-koeżjoni territorjali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-karozzi tal-passiġġieri u l-vannijiet waħedhom jirrappreżentaw 15 % tal-emissjonijiet totali ta’ gassijiet serra fl-Ewropa u t-trasport huwa l-uniku settur fejn il-livell ta’ gassijiet serra ma naqasx meta mqabbel mal-livelli tal-1990;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-implimentazzjoni rapida tar-regolament dwar l-użu ta’ infrastruttura tal-fjuwils alternattivi għandha tiżgura l-vijabbiltà tat-tranżizzjoni lejn sistemi tat-trasport dekarbonizzati; billi hemm disparitajiet nazzjonali u reġjonali konsiderevoli f’termini ta’ tħejjija għat-tranżizzjoni lejn trasport dekarbonizzat; billi s-sehem ta’ karozzi tal-passiġġieri li għandhom aktar minn 20 sena jvarja minn aktar minn 40 % fil-Polonja għal inqas minn 5 % fil-Lussemburgu u s-sehem ta’ reġistrazzjonijiet ġodda ta’ vetturi elettriċi ivarja minn 46 % fl-Iżvezja għal 1 % fiċ-Ċekja u s-Slovakkja; billi jeżistu disparitajiet simili fir-rigward tal-għadd ta’ stazzjonijiet tal-iċċarġjar tal-vetturi elettriċi, fejn in-Netherlands għandhom kważi 1 600 darba aktar punti tal-iċċarġjar minn Ċipru;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-politiki tal-UE jeħtieġ li ma jkunux għomja territorjalment sabiex jevitaw li l-fenomenu tal-“ġeografija tal-iskuntentizza” jikber u biex tiġi ġġenerata l-aċċettazzjoni fost l-industrija, l-awtoritajiet lokali u l-persuni affettwati tal-għanijiet komuni ewlenin dwar id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija; billi huwa fundamentali li l-politiki jiġu adattati għas-sitwazzjonijiet individwali tar-reġjuni postindustrijali sabiex jerġgħu jsiru attraenti, speċjalment meta wieħed iqis it-tendenza ta’ reġjuni affettwati ħafna li jesperjenzaw depopolazzjoni, eżodu ta’ mħuħ u staġnar ekonomiku; billi strateġiji effettivi biex jissaħħu l-attrattività tar-reġjuni postindustrijali inkluż it-titjib tal-kwalità tal-ħajja, l-investiment fl-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-infrastruttura, u l-intraprenditorija lokali, jiġi ffaċilitat l-aċċess għal akkomodazzjoni affordabbli u jinħolqu inċentivi għall-professjonisti żgħażagħ u l-familji biex jibqgħu f’dawn iż-żoni jew jiċċaqilqu lejhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi minkejja d-dipendenza attwali tal-UE fuq l-importazzjonijiet barranin ta’ materja prima, is-settur awtomobilistiku huwa l-aktar ekosistema integrata fil-ktajjen tal-valur intra-UE, fejn aktar minn 45 % tal-produzzjoni tiegħu tiddependi fuq ktajjen tal-valur transfruntiera; billi din il-katina tal-valur intra-UE tlaqqa’ flimkien il-manifattura tal-vetturi, il-fornituri tal-industrija awtomobilistika, il-manifatturi tal-batteriji tal-mutur, it-tagħmir elettriku u t-tajers, il-fornituri tal-materja prima u s-servizzi tal-użu tal-karozzi; billi dawn il-ktajjen tal-valur naturalment jikkostitwixxu bażi għad-dipendenza u l-kooperazzjoni fost ir-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-mira tal-UE li tinvesti 3 % tal-PDG tal-UE fir-R&Ż għadha ma ntlaħqitx;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tiswir mill-ġdid tal-qafas futur tal-fondi strutturali u ta’ investiment tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li l-politika ta’ koeżjoni la għandha tikkumpensa għall-inflessibbiltà baġitarja u lanqas ma għandha ssofri tnaqqis minħabba kriżijiet, u li, bħala strateġija ta’ investiment fit-tul, għandha tgħammar lir-reġjuni biex jindirizzaw it-tranżizzjonijiet industrijali, teknoloġiċi, ekoloġiċi, diġitali, soċjali u demografiċi u jsawruhom b’mod konġunt; jissottolinja li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tissodisfa dawn il-kompiti kollha biss jekk tkun inkorporata fi programm ta’ finanzjament robust u għalhekk, isostni li għandha tiġi żgurata politika ta’ koeżjoni b’saħħitha b’aktar finanzjament fil-QFP ta’ wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li r-reġjuni ultraperiferiċi jiffaċċjaw sfidi speċifiċi fit-tranżizzjoni lejn Unjoni aktar ekoloġika, aktar diġitalizzata u anqas dipendenti fuq it-trasport bil-magna tal-kombustjoni, minħabba d-distanza tagħhom min-network kontinentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali jippreżentaw sfidi sinifikanti għall-objettiv tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, li huwa minqux fit-Trattati; huwa konxju mir-riskju li jikbru d-disparitajiet reġjonali, li jiżdiedu l-inugwaljanzi soċjali u li tissaħħaħ il-“ġeografija tal-iskuntentizza”, peress li l-aġġustamenti meħtieġa mit-tranżizzjoni doppja u l-benefiċċji potenzjali tagħha jvarjaw ħafna minn reġjun Ewropew għal ieħor u se jżidu d-disparitajiet reġjonali fis-snin li ġejjin; iqis li l-politika ta’ koeżjoni jeħtiġilha tegħleb il-forzi ekonomiċi li jiffavorixxu agglomerazzjoni dejjem tikber ta’ attivitajiet ekonomiċi ta’ valur għoli fiċ-ċentri urbani u industrijali jekk l-Unjoni trid iżżomm l-għan tagħha ta’ koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif minqux fit-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-pjanijiet biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra b’mill-inqas 55 % sal-2030 u l-kisba ta’ newtralità klimatika sħiħa sal-2050 se jkollhom impatti kunsiderevoli fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tingħata attenzjoni addizzjonali lit-territorji bi speċifiċitajiet ġeografiċi, bħar-reġjuni rurali, il-gżejjer, ir-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni muntanjużi u r-reġjuni b’popolazzjoni anqas densa, speċjalment dawk li huma iżolati u dipendenti ħafna fuq il-fjuwils fossili jew industriji speċifiċi li qed jiġu eliminati gradwalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jirrakkomanda bil-qawwa l-inklużjoni ta’ objettiv ta’ politika speċifika dwar it-tranżizzjoni industrijali fi ħdan il-politika ta’ koeżjoni tal-UE lil hinn mill-2027; jenfasizza li dan l-objettiv għandu jippromovi l-awtonomija strateġika Ewropea u jindirizza l-effetti sekondarji diffiċli tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u li dan għandu jinkiseb b’veloċità saħansitra ogħla f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-għan li tingħata spinta għal impjiegi ta’ kwalità, jiġu promossi t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, speċjalment ta’ ħaddiema soċjalment żvantaġġati u qiegħda fit-tul, u jittaffew ir-riperkussjonijiet negattivi fuq l-impjiegi u l-benessri soċjali, permezz tal-appoġġ għall-ekonomiji lokali, reġjonali u nazzjonali u d-diversifikazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis li l-politika ta’ koeżjoni tal-UE lil hinn mill-2027 għandha ssegwi approċċ aktar differenzjat u mmirat, li tikkomplementa l-użu ta’ kriterji relatati mal-introjtu biex jiġi ddeterminat il-livell ta’ appoġġ għal kriterji addizzjonali li jqisu wkoll il-karatteristiċi tar-reġjuni, l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw dwar il-potenzjal ta’ tkabbir futur, bħar-rata tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, ir-rata tal-qgħad fit-tul, il-livelli tal-faqar, id-dipendenza fuq l-impjiegi fuq setturi ta’ tranżizzjoni u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, kif ukoll id-depopolazzjoni, it-tixjiħ tal-popolazzjoni, l-eżodu tal-imħuħ u d-distakk eżistenti fil-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob l-estensjoni tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) fil-perjodu ta’ programmazzjoni ta’ wara l-2027, li għandu jingħata mezzi finanzjarji addizzjonali sabiex jiġu appoġġjati r-reġjuni li huma dipendenti ħafna fuq setturi li għaddejjin minn trasformazzjoni profonda, bħas-settur awtomobilistiku, meta jitqies it-telf nett stmat ta’ impjiegi li huma mistennija minħabba t-tranżizzjoni awtomobilistika; huwa tal-fehma li din l-estensjoni tal-JTF għandha tkun iffukata fuq il-livell xieraq tan-nomenklatura tal-unitajiet territorjali tal-istatistika (NUTS), tqis l-ispeċifiċitajiet reġjonali, ikollha kamp ta’ applikazzjoni usa’ mill-JTF attwali, titfassal b’tali mod li tippermetti reazzjonijiet fil-pront għal sfidi ġodda li jirriżultaw f’diversi setturi u industriji u tkun integrata bis-sħiħ fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni abbażi tal-prinċipji tas-sħubija, il-governanza f’diversi livelli u l-approċċ ibbażat fuq il-post; jistieden, barra minn hekk, lill-Eurostat jistma t-telf nett ta’ impjiegi fis-settur awtomobilistiku li jirriżulta mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jifhem li sabiex jiġi ddeterminat jekk reġjun għandux jitqies bħala dipendenti ħafna fuq l-industrija awtomobilistika, għandhom jitqiesu l-indikaturi li ġejjin; il-kontribut tal-industrija awtomobilistika għall-PDG reġjonali; is-sehem tal-prodotti awtomobilistiċi fl-esportazzjonijiet reġjonali; il-kontribut tal-industrija awtomobilistika għall-impjiegi reġjonali; u l-kontribut tal-industrija awtomobilistika għall-investiment totali reġjonali fir-R&Ż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-eżerċizzji ta’ rappurtar, pereżempju billi tespandi l-approċċ ta’ “finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż”, fejn xieraq, u billi ssib bilanċ bejn l-enfasi fuq l-eżiti u l-impatti u l-enfasi fuq in-nefqa sabiex tinkiseb implimentazzjoni aktar effiċjenti filwaqt li jinżamm monitoraġġ robust tal-użu tal-fondi; Iqis li l-“għażla tal-kostijiet issimplifikati” wriet li hija miżura pożittiva ħafna u jistieden lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni jespandu l-applikazzjoni tagħha għall-proġetti industrijali, ekoloġiċi u diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat it-trattament ġust tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (MSMEs) u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja fid-distribuzzjoni tal-FSIE billi jiġu ssimplifikati l-passi amministrattivi meħtieġa għall-aċċess ta’ dawn il-fondi u billi jsir progress lejn l-implimentazzjoni sħiħa tal-“prinċipju ta’ darba biss”, li jfisser li ċ-ċittadini u n-negozji huma meħtieġa biss li jipprovdu ċerta informazzjoni standard lill-awtoritajiet darba; barra minn hekk, jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tal-MSMEs fit-tranżizzjoni industrijali u jisħaq fuq l-importanza li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proġetti, u li jiġi ggarantit li jkollhom finanzjament adegwat permezz ta’ mekkaniżmi bħal konsorzji jew strumenti alternattivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-bini ta’ reġjuni reżiljenti: politika ta’ koeżjoni għal futur aktar ekoloġiku u diġitali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi li, minkejja l-fatt li d-diġitalizzazzjoni bħalissa għadha ġġib benefiċċji ekonomiċi għar-reġjuni kollha, it-tranżizzjoni diġitali qed toħloq diffikultajiet serji għar-reġjuni inqas żviluppati; jenfasizza l-importanza tal-investiment fl-infrastruttura diġitali u l-bini tal-ħiliet diġitali fost il-popolazzjoni ġenerali u l-forza tax-xogħol, sabiex issir bidla minn teknoloġiji li jirrikjedu ħafna ħaddiema għal teknoloġiji intensivi fil-kapital u jiġi evitat il-fenomenu tal-eżodu tal-imħuħ; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq ir-rwol ewlieni li għandhom l-istituzzjonijiet edukattivi u tar-riċerka lokali, reġjonali u nazzjonali fit-tmexxija taċ-ċentri tal-innovazzjoni diġitali, filwaqt li jinnota l-ħela ta’ għarfien espert li jseħħ minħabba politiki reġjonali mhux ikkoordinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li huwa meħtieġ appoġġ sinifikanti sabiex ir-reġjuni jiġu assistiti fi triqthom lejn id-diġitalizzazzjoni u l-ilħuq tal-miri diġitali stabbiliti fil-programm ta’ politika tal-2030 intitolat “Perkors għad-Deċennju Diġitali”; iqis, f’dan il-kuntest, li s-sħubijiet pubbliċi-privati huma mod wieħed possibbli biex jiġi appoġġjat l-iżvilupp ta’ ħiliet kritiċi u biex jittejbu l-prospetti tal-impjiegi u l-adattabilità tas-swieq tax-xogħol kif ukoll il-prestazzjoni tagħhom f’termini tal-produttività u l-effiċjenza u li dan jagħmilhom fatturi ewlenin biex tirnexxi kwalunkwe tranżizzjoni diġitali; jemmen li ħadd, irrispettivament mis-settur tax-xogħol, it-tip ta’ kuntratt, il-ġeneru, l-età jew il-pożizzjoni ġeografika ma għandu jintesa fit-triq lejn it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li s-setturi tal-manifattura esposti għall-kompetizzjoni globali, u r-reġjuni speċjalizzati fiha, jistgħu jiffaċċjaw sfidi matul it-tranżizzjoni ekoloġika, b’mod partikolari jekk il-kompetituri internazzjonali jibbenefikaw minn prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi u jużaw inqas sorsi ta’ enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-kostijiet tal-enerġija rinnovabbli se jkollhom ukoll rwol sinifikanti f’dawn id-dinamiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Ifakkar li r-reġjuni inqas żviluppati x’aktarx li jiffaċċjaw impatt sproporzjonat matul it-tranżizzjoni ekoloġika, speċjalment fir-rigward tal-qalba tas-settur tat-trasport lejn soluzzjonijiet dekarbonizzati; jemmen li jeħtieġ li jiġu stabbiliti strumenti speċifiċi biex jappoġġjaw il-katina tal-valur fil-kuntest tat-tranżizzjoni ekoloġika għall-vetturi u, b’mod aktar speċifiku, is-setturi tas-semikondutturi, il-batteriji u l-komponenti li huma meħtieġa għall-muturi elettriċi, is-sewqan awtonomu, id-diġitalizzazzjoni u l-konnettività;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tranżizzjoni ġusta għar-reġjuni awtomobilistiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jemmen li d-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq, li tirrikjedi t-trasformazzjoni tal-katina tal-valur kollha tal-industrija awtomobilistika bl-eliminazzjoni gradwali tal-magni tal-kombustjoni sal-2035, trid issegwi strateġija ppjanata sew ta’ “tranżizzjoni tal-mobbiltà” u din l-istrateġija trid timplimenta l-bidliet neċessarju fil-katina tal-valur sħiħa, inkluż fil-proċessi tal-produzzjoni, sabiex tevita li l-produzzjoni tiġi rilokata lil hinn mill-UE; jissottolinja, barra minn hekk, li din l-istrateġija għandha tiżgura tranżizzjoni bla xkiel u soċjalment aċċettabbli għall-ħaddiema u l-kumpaniji affettwati, speċjalment dawk f’reġjuni inqas żviluppati u reġjuni li qed jiffaċċjaw sfidi demografiċi jew territorjali; huwa tal-fehma li t-trasport dekarbonizzat bil-ferrovija u bil-karozzi tal-linja se jkollu rwol fit-trasport b’emissjonijiet żero netti fil-futur, u għandu jiġi appoġġjat minn ippjanar pubbliku fit-tul permezz tal-espansjoni tal-infrastruttura tat-trasport ferrovjarju u pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis li din l-istrateġija għat-tranżizzjoni tal-mobbiltà għandha tinkludi wkoll pjan dettaljat għat-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, jew, fejn ikun meħtieġ, tipprovdi għażliet alternattivi ta’ impjieg għall-persuni li bħalissa huma impjegati fis-settur awtomobilistiku; jemmen li dan il-pjan għandu jkollu wkoll miżuri biex tiżdied il-preżenza tan-nisa f’settur maskulinizzat ħafna u li tiġi promossa l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà fuq il-post tax-xogħol; huwa tal-fehma, barra minn hekk, li dan il-pjan għandu jipprovdi inċentivi u appoġġ biex jiġi żgurat li impjanti industrijali ġodda li jirriżultaw mit-tranżizzjoni jibqgħu fir-reġjuni kkonċernati, sabiex jiġu ggarantiti l-benefiċċji produttivi tagħhom, u b’hekk l-effetti konsegwenzjali jinżammu f’dawk iż-żoni; jirrakkomanda l-istabbiliment ta’ proġetti industrijali sostenibbli li jikkompletaw il-ktajjen tal-provvista kollha f’dawk it-territorji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni biex tressaq il-proposta meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta u li jingħata fondi suffiċjenti u addizzjonali biex jinkludi appoġġ għal reġjuni li huma direttament jew indirettament dipendenti fuq l-industriji u s-servizzi awtomobilistiċi u tal-provvista tal-partijiet, b’mod partikolari fil-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta rilevanti integrat fil-politika ta’ koeżjoni, sabiex is-sinerġiji u l-effetti konsegwenzjali jkunu jistgħu jiġu promossi b’diversi fondi u programmi Ewropej biex jiġi indirizzat il-proċess ta’ trasformazzjoni reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ħafna drabi huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-politiki relatati mat-taħriġ u li d-dimensjoni territorjali ta’ dawn il-politiki hija għalhekk ta’ importanza vitali; ifakkar, għal dan l-għan, fl-importanza tal-kapaċità amministrattiva ugwali u tal-aċċess għall-finanzjament u għall-informazzjoni fir-reġjuni kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iqis li l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni ġusta għar-reġjuni dipendenti mill-industrija awtomobilistika għandhom konsistentement isegwu approċċ ibbażat fuq il-post u għandhom jiġu ġestiti mill-awtoritajiet kompetenti abbażi tal-prinċipji ta’ sħubija u governanza f’diversi livelli, u jinċentivaw il-kooperazzjoni interreġjonali u transfruntiera fost ir-reġjuni li jkunu għaddejjin minn tranżizzjoni; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li jiġu prijoritizzati l-investimenti fit-trasformazzjoni meħtieġa tas-settur li jippermettulu jadatta għall-istandards il-ġodda tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, għall-programmi ta’ taħriġ, ta’ taħriġ mill-ġdid u ta’ titjib tal-ħiliet u fl-istrateġiji ta’ diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli tul il-katina tal-valur kollha biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel u inklużiva għall-ħaddiema u għall-ekonomiji lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Ifakkar li kwalunkwe deċiżjonijiet strateġiċi meħuda mill-fabbrikanti tat-tagħmir oriġinali (OEMs) biex jaqilbu lejn il-mobbiltà elettrika, jew żviluppi tekniċi oħra bħas-sewqan awtonomu, id-diġitalizzazzjoni u funzjonijiet addizzjonali ta’ sikurezza fil-karozzi, inevitabbilment se jkollha effett kaskata u impatt fuq il-livelli aktar baxxi fil-katina tal-valur lokali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jissuġġerixxi li tiġi kkunsidrata l-għażla li jiġu implimentati l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni bl-użu ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riżultati, li jinkludi grupp ta’ proġetti li għandhom jitwettqu minn benefiċjarju biex jikkontribwixxi għall-objettivi tal-pjanijiet; iqis li sabiex tiġi ssimplifikata u msaħħa l-orjentazzjoni bbażata fuq ir-riżultati, il-ġestjoni tista’ tkun ibbażata esklużivament fuq stadji importanti, outputs u riżultati maqbula minn qabel bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet maniġerjali; huwa tal-fehma li l-kontroll u l-awditjar ta’ pjan ta’ tranżizzjoni għandhom ikunu limitati wkoll għal jekk dan jilħaqx l-istadji importanti u l-miri tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi s-sinifikat li jiġi pprovdut appoġġ lill-kumpaniji kollha fis-setturi li għaddejjin mit-tranżizzjoni, b’enfasi speċjali fuq l-MSMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja, li jista’ jkollhom riżorsi limitati biex jiksbu t-trasformazzjoni meħtieġa; jisħaq fuq l-importanza ta’ assistenza mmirata biex l-MSMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja jiġu megħjuna jiksbu, jaġġornaw u jżommu l-assi fiżiċi u l-infrastruttura, u jinvestu fir-riċerka u l-iżvilupp; jenfasizza l-ħtieġa ta’ programmi ta’ finanzjament dedikati, inizjattivi ta’ bini tal-kapaċità, skambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki u assistenza teknika mfassla speċifikament għall-ħtiġijiet tal-MSMEs u l-kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja sabiex jiġu żgurati li l-integrazzjoni u l-parteċipazzjoni tagħhom fix-xenarju li qed jevolvi tas-settur, tirnexxi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jingħalaq id-distakk fl-investiment fir-R&Ż fl-UE u li tintlaħaq il-mira li jiġu investiti 3 % tal-PDG tal-UE fir-R&Ż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu ekosistema adegwata u ekwa għall-implimentazzjoni tal-mobbiltà elettrika f’konformità mar-Regolament dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi; ifakkar li ċerti kunċetti li jirnexxu fiż-żoni urbani aktarx huma inqas fattibbli jew mhumiex biżżejjed għaż-żoni rurali u jisħaq fuq l-importanza li tiġi pprovduta infrastruttura pubblika ta’ fjuwils alternattivi fir-reġjuni rurali, fil-gżejjer u fir-reġjuni remoti u fir-reġjuni b’densità baxxa ta’ popolazzjoni li mhumiex koperti b’mod adegwat minn fornituri privati sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni residenti u l-viżitaturi; iqis, f’dan ir-rigward, li l-prezz ta’ dan is-servizz ipprovdut pubblikament għandu jkun kompetittiv mal-prezz medju tas-servizz offrut minn fornituri privati; iqis, għal dan l-għan, li jeħtieġ li jiġi żviluppat qafas ta’ politika u regolatorju għall-mobbiltà elettrika bbażat fuq analiżi fil-fond tas-sitwazzjoni sabiex jiġu identifikati l-isfidi ewlenin għal din il-politika u l-opportunitajiet biex tirnexxi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea testendi l-programmi “exchangeEU” u “TARGET” (assistenza teknika għat-tranżizzjoni lejn enerġija ekoloġika) għar-reġjuni awtomobilistiċi fi tranżizzjoni, sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-esperjenzi u tar-riżultati bejn ir-reġjuni b’setturi ekonomiċi li sejrin lura, bħas-setturi tal-faħam jew tal-pit, u r-reġjuni b’setturi li qed jittrasformaw ruħhom bħall-kostrutturi awtomobilistiċi u l-fornituri; jinsab konvint li l-kondiviżjoni tal-esperjenza, flimkien mal-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ tranżizzjoni appoġġjati mill-finanzjament tal-FSIE, tista’ tgħin lir-reġjuni awtomobilistiċi u lill-fornituri jiksbu tranżizzjoni bla xkiel lejn attività newtrali għall-klima;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>