<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0008</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Implimentazzjoni tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0425/2023 - Rapporteur: Massimiliano Smeriglio)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 (2023/2003(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari, l-Artikoli 167, 173(3) u 294(7) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2021 sa 2027)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 189, 28.5.2021, p. 34.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1295/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (2014 sa 2020)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 221.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-ewwel qari tat-28 ta’ Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 108, 26.3.2021, p. 934.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 dwar il-“Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 110, 22.3.2019, p. 87.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tas-6 ta’ Frar 2019 dwar “Ewropa Kreattiva u Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 168, 16.05.2019, p. 37.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-30 ta’ April 2018 bit-titolu “Evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-programm Ewropa Kreattiva (2014-2020)” (COM(2018)0248),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2023)3227 tal-5 ta’ Ġunju 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021)3563 dwar il-finanzjament tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-2021-2025 u l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-2021, l-2022 u l-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2022)6138 tal-31 ta’ Awwissu 2022 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2021)3563 dwar il-finanzjament tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-2021-2023 u l-adozzjoni tal-programmi ta’ ħidma għall-2021 u l-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2021)3563 tas-26 ta’ Mejju 2021 dwar l-adozzjoni tal-programm ta’ ħidma għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva għall-2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2022 għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-Kummissjoni għall-2021 għall-implimentazzjoni tal-Programm Ewropa Kreattiva,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Inizjattiva tal-UE dwar il-Web 4.0 u d-dinjiet virtwali: vantaġġ inizjali fit-tranżizzjoni teknoloġika li jmiss” (COM(2023)0442),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Il-Midja tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni li jappoġġja l-Irkupru u t-Trasformazzjoni” (COM(2020)0784),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 bit-titolu “Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura” (COM(2018)0267),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2022 dwar il-Pjan ta’ Ħidma tal-UE għall-Kultura 2023-2026<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 466, 7.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-futur tas-settur Ewropew tal-kotba<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0329.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura u l-Istrateġija tal-UE għar-Relazzjonijiet Kulturali Internazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.05.2023, p. 78.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar il-Media tal-Ewropa fid-Deċennju Diġitali: Pjan ta’ Azzjoni b’Appoġġ għall-Irkupru u t-Trasformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 5.5.2022, p. 71.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ April 2020 dwar azzjoni koordinata tal-UE biex tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19 u l-konsegwenzi tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 316, 6.8.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2020 dwar miżuri effikaċi biex Erasmus+, Ewropa Kreattiva u l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsiru aktar “ħodor”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar l-irkupru kulturali tal-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 152.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0425/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-data miġbura tikkonferma l-interess konsiderevoli tas-setturi kulturali u kreattivi fil-programm; billi rati ogħla ta’ kofinanzjament għal azzjonijiet differenti taħt il-fergħat Kultura u Media wrew li huma ta’ benefiċċju fl-appoġġ tal-ekosistemi kulturali u kreattivi u pprovdew opportunitajiet aħjar għal proġetti fuq skala żgħira wkoll, speċjalment wara l-pandemija;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Programm Ewropa Kreattiva 2021-2027 jinkludi żieda ġenerali fil-baġit ta’ madwar 68 % meta mqabbel mal-predeċessur tiegħu; billi din iż-żieda qed tiddeprezza b’mod sinifikanti minħabba ż-żieda kostanti fir-rata tal-inflazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/eurostat/web/products-eurostat-news/w/ddn-20230309-2</FIELD></FOOTNOTE> assoċjata mal-ispejjeż tal-enerġija; billi l-baġit ġenerali ġie fornut minn qabel b’terz tal-allokazzjoni finanzjarja impenjata fis-snin 2021 u 2022 biex jindirizza, fost l-oħrajn, il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi Ewropa Kreattiva huwa l-uniku programm li jipprovdi biss appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u artistiċi, speċjalment billi jappoġġja lill-ħallieqa u lill-artisti, bħall-atturi u l-artisti tal-ispettaklu, flimkien ma’ proġetti ta’ daqs żgħir;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-programm jirrikonoxxi l-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura, li għandu jibqa’ fil-qalba tal-programm, filwaqt li jsib bilanċ ugwali mal-kontribut usa’ tiegħu għall-innovazzjoni u t-tkabbir; billi Ewropa Kreattiva, bħala programm iffinanzjat mill-UE, għandu jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u jippromwovi prattiki u kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti fis-setturi kulturali u kreattivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi waħda min-novitajiet ewlenin tal-programm hija li jintegra l-prijoritajiet trasversali tal-inklużjoni, id-diversità, b’mod partikolari l-bilanċ bejn il-ġeneri u l-ekoloġizzazzjoni; billi l-programmi ta’ ħidma annwali tal-2021 u l-2022 jagħtu attenzjoni partikolari lit-trawwim tal-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi l-implimentazzjoni tal-programm għandha tiżgura l-aktar parteċipazzjoni kulturali wiesgħa bl-għan li jiġu inklużi, fost l-oħrajn, persuni b’diżabbiltà u dawk minn sfondi żvantaġġati;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-programm għandu l-għan li jappoġġja t-tranżizzjoni diġitali tas-setturi kulturali u kreattivi peress li t-teknoloġija ttrasformat kif dawn is-setturi joħolqu, jipproduċu u jxerrdu l-kontenut; billi filwaqt li d-diġitalizzazzjoni tista’ tipprovdi opportunitajiet biex tiżdied il-parteċipazzjoni kulturali, tista’ twassal ukoll għal sfidi differenti minn dawk tal-era analoga;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-proċeduri ta’ ġestjoni amministrattiva tal-programm Ewropa Kreattiva (applikazzjoni, evalwazzjoni u rappurtar) għadhom meqjusa minn għadd sinifikanti ta’ benefiċjarji u benefiċjarji potenzjali bħala li jieħdu ħafna ħin u huma ta’ piż, minkejja xi progress f’termini ta’ simplifikazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-proċeduri amministrattivi onerużi ta’ ġestjoni spiss jiskoraġġixxu l-parteċipazzjoni ta’ applikanti b’inqas esperjenza, inklużi ħallieqa żgħażagħ, flimkien ma’ organizzazzjonijiet żgħar, speċjalment dawk minn żoni żvantaġġati; billi l-proċedura ta’ applikazzjoni jeħtieġ li tiġi ssimplifikata u mtejba, primarjament minħabba ż-żieda fl-għadd ta’ passi proċedurali u l-interfaċċa mhux faċli għall-utent tagħha, li tista’ ma tkunx kompatibbli ma’ applikazzjonijiet użati b’mod wiesa’;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-pjattaforma għall-programm tinkludi proċedura ta’ rappurtar kumplessa li diffiċli tinnaviga u li oriġinarjament ma kinitx imfassla għat-tip ta’ proġetti ffinanzjati mill-programm;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-fergħa Kultura tippromovi n-networking ta’ komunitajiet kreattivi u trawwem kollaborazzjoni transfruntiera, b’enfasi partikolari fuq proġetti ta’ kooperazzjoni; billi, fl-ewwel sentejn ta’ implimentazzjoni, l-iskema tal-proġetti ta’ kooperazzjoni ħarġet bħala l-aktar popolari taħt il-fergħa Kultura, billi pprovdiet appoġġ għal 291 proġett; billi l-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tespandi l-attività ta’ sensibilizzazzjoni tal-fergħa Kultura sabiex iżżid il-parteċipazzjoni fil-komunitajiet kulturali u kreattivi kollha, inklużi dawk miż-żoni periferiċi u rurali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-fergħa Media għandha rwol sinifikanti fit-trawwim tat-tkabbir u r-reżiljenza fi ħdan is-settur awdjoviżiv; billi attirat 2 124 applikant fil-perjodu ta’ sentejn bejn l-2021 u l-2022, b’rata medja ta’ suċċess ta’ 66 %;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-azzjoni preparatorja “Kitba Ewropea”, appoġġjata mill-2021, ġiet żviluppata bl-għan li tappoġġja lill-ħallieqa, b’mod partikolari l-awturi, fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ serje ta’ finzjoni ta’ kwalità għolja li kapaċi jivvjaġġaw bejn il-fruntieri u jilħqu udjenzi ġodda;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-fergħa Transettorjali fiha numru akbar ta’ novitajiet li jirriflettu objettivi ġodda; billi l-azzjonijiet trasversali li jappoġġjaw is-settur tal-media tal-aħbarijiet jikkostitwixxu enfasi ġdida fjamanta tal-programm Ewropa Kreattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi t-titjib tal-mobbiltà fis-setturi kulturali u kreattivi tal-Ewropa huwa objettiv speċifiku tal-programm segwit permezz ta’ skema ġdida ddedikata taħt il-fergħa Kultura;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Culture Moves Europe hija l-akbar skema ta’ mobbiltà tal-UE għas-setturi kulturali u kreattivi u kienet attirat madwar 4 660 applikazzjoni sa nofs l-2023; billi madwar 85 % tal-applikazzjonijiet huma minn setturi bħall-arti viżiva, l-arti tal-ispettaklu u l-mużika;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-programm jirrikonoxxi l-importanza tas-settur tal-mużika bħala komponent essenzjali tad-diversità kulturali tal-Ewropa, li tista’ tibbenefika mill-approċċ orizzontali taħt il-fergħa Kultura; billi matul il-perjodu 2021-2022 l-Inizjattiva Music Moves Europe allokat EUR 5 miljun għat-tisħiħ tal-kompetittività, l-innovazzjoni u d-diversità tas-settur tal-mużika tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Azzjoni ta’ Traduzzjoni Letterarja għandha rwol uniku fil-promozzjoni tal-awturi bejn il-fruntieri, billi tilħaq udjenzi ġodda u tikkontribwixxi għal Ewropa aktar kulturalment u lingwistikament diversa;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi s-sors ta’ appoġġ pubbliku għall-ekosistema awdjoviżiva fl-Ewropa joriġina prinċipalment mil-livell nazzjonali bil-fergħa Media tikkomplementa s-sistemi nazzjonali billi tappoġġja proġetti b’impatt fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi d-desks tal-Ewropa Kreattiva għandhom rwol ewlieni bħala intermedjarji bejn il-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Edukazzjoni u għall-Kultura (EACEA), l-applikanti u l-benefiċjarji; billi aktar minn 60 % tal-applikanti kollha fl-2021-2022 ikkuntattjaw id-desk lokali tagħhom qabel issottomettu applikazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi, fid-dawl tar-rwol kruċjali tad-desks tal-Ewropa Kreattiva fil-promozzjoni u l-informazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi dwar l-aspetti kollha tal-programm, il-kooperazzjoni u l-iskambji bejn il-Kummissjoni – inkluża l-EACEA – u d-desks tal-Ewropa Kreattiva jridu jissaħħu u jinkludu l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni rilevanti dwar sejħiet għal proposti li ġejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-programm Ewropa Kreattiva għandu rwol strateġiku fit-tisħiħ tad-dimensjoni esterna tar-relazzjonijiet kulturali tal-Unjoni Ewropea billi jrawwem sħubijiet bejn atturi differenti mis-setturi kulturali u kreattivi, bl-użu ta’ approċċ bejn il-persuni, flimkien mal-promozzjoni tad-diversità kulturali fl-Ewropa u lil hinn minnha;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-programm jirrikonoxxi l-importanza tas-salvagwardja u l-promozzjoni tas-setturi artiġjanali u tat-talenti artistiċi, speċjalment fil-qasam tal-wirt kulturali, minbarra li jirrikonoxxi r-rwol vitali tagħhom fl-appoġġ kemm tal-ekonomiji urbani kif ukoll rurali madwar l-Ewropa kif ukoll ir-rwol tagħhom fit-tisħiħ tad-diversità kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi s-Siġill ta’ Eċċellenza huwa novità tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027, li ġie introdott bl-għan li jissaħħu s-sinerġiji u tiġi ssimplifikata t-tfittxija għal finanzjament alternattiv f’każ ta’ restrizzjonijiet baġitarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-Kapitali Ewropea tal-Kultura, bħala azzjoni speċjali, hija inizjattiva prestiġjuża li tgawdi minn post stabbilit sew fl-aġendi kulturali globali u li enfasizzat ir-rikkezza u l-uniċità tad-diversità tal-kulturi u l-bliet sa mill-ħolqien tagħha fl-1985;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li l-ġenerazzjoni l-ġdida tal-programm Ewropa Kreattiva tkompli tiġġenera interess sinifikanti fis-setturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi, kif ukoll il-mezzi tax-xandir, b’numru dejjem jikber ta’ applikazzjonijiet riċevuti taħt it-tliet fergħat, li jirriżulta fi tnaqqis proporzjonat fir-rata ta’ suċċess tal-applikazzjonijiet, li jista’ joħloq sens ta’ diżillużjoni bil-programm f’dawn is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jilqa’ r-rispons tal-programm fil-mitigazzjoni tal-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, li sfrattat ħafna s-setturi kulturali u kreattivi anki qabel il-bidu tal-programm attwali; itenni, madankollu, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex isaħħu l-isforzi biex jindirizzaw l-effetti fit-tul tal-pandemija fuq il-ħallieqa u l-professjonisti kulturali, b’mod partikolari dawk relatati mat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid tagħhom biex jindirizzaw il-ħtiġijiet li jirriżultaw mill-iżviluppi u l-isfidi li jaffettwaw lis-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jiddispjaċih li mhux l-Istati Membri kollha allokaw mill-inqas 2 % tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biex jiżguraw ir-reżiljenza ta’ dawn is-setturi, kif mitlub mill-Parlament; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri kollha jsaħħu s-sinerġiji u jiżguraw investimenti mmirati suffiċjenti għal dawn is-setturi permezz ta’ programmi oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrikonoxxi l-flessibbiltà tal-Kummissjoni u tal-EACEA fl-implimentazzjoni tal-programm, li ġie adattat biex iqis il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jinstab bilanċ bejn is-sistemi ta’ ġestjoni amministrattiva armonizzati għall-programmi kollha tal-UE, minn naħa, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ benefiċjarji differenti, min-naħa l-oħra; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-EACEA biex iżidu l-isforzi tagħhom biex jissimplifikaw il-proċeduri ta’ ġestjoni amministrattiva tal-programm Ewropa Kreattiva 2021-2027; jenfasizza, madankollu, li r-razzjonalizzazzjoni u s-simplifikazzjoni m’għandhomx jirriżultaw fit-tnaqqis tar-riżorsi finanzjarji u umani ddedikati għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-proċess ta’ applikazzjoni spiss ikun kumpless, speċjalment għall-individwi, l-organizzazzjonijiet mikro u żgħar b’riżorsi finanzjarji u umani limitati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EACEA, għalhekk, jippermettu li l-ispejjeż assoċjati mal-proċess ta’ applikazzjoni jiġu inklużi fl-ispejjeż ġenerali tal-baġit stmati; jistieden, barra minn hekk, lid-desks tal-Ewropa Kreattiva jkomplu jsaħħu l-appoġġ għall-applikanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiskeda skambji regolari ta’ bini ta’ kapaċità mal-benefiċjarji biex tiddeskrivi novitajiet bħal rekwiżiti ġodda taħt is-sistema ta’ rappurtar, inklużi riżultati konformi mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza, bħala parti mill-għan tal-programm li jsaħħaħ id-diversità, l-inklużjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-ħtieġa urġenti għal titjib fis-sistema ta’ rapportar sabiex jiġu żgurati l-aċċessibbiltà u l-faċilità tal-użu għall-benefiċjarji kollha, inklużi l-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrikonoxxi l-introduzzjoni progressiva ta’ inċentivi għall-inklużjoni fil-fergħat kollha fl-ewwel sentejn tal-implimentazzjoni tal-programm; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta’ data komprensiva dwar kif l-objettivi tal-programm qed jiġu segwiti b’mod li jinkoraġġixxi l-inklużjoni, l-ugwaljanza, id-diversità u l-parteċipazzjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi, f’dan ir-rigward, rapport dettaljat dwar dan fl-evalwazzjoni interim tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-programm jikkontribwixxi għall-objettiv tas-sostenibbiltà klimatika u ambjentali permezz tal-azzjonijiet tiegħu; jinnota, madankollu, li l-prijoritajiet ta’ ekoloġizzazzjoni ġew introdotti b’mod differenti fit-tliet fergħat tal-programm; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-ekoloġizzazzjoni u l-impatt tagħhom fuq is-setturi u tirrapporta regolarment dwar il-valutazzjoni tagħha; jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati attivitajiet ta’ taħriġ u sensibilizzazzjoni bl-għan li tiġi promossa l-adozzjoni ta’ prattiki aktar sostenibbli mis-setturi kulturali u kreattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati l-atturi kulturali u kreattivi fin-navigazzjoni tal-opportunitajiet offruti fil-livell tal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-inizjattiva CulturEU, gwida interattiva multilingwi li timmappja l-opportunitajiet kollha ta’ finanzjament disponibbli; jenfasizza l-importanza kruċjali li jinżammu skambji regolari u, meta rilevanti, skambji mmirati mas-setturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi, kif ukoll il-mezzi tax-xandir, bil-għan li tinkiseb kooperazzjoni ta’ benefiċċju; ifakkar lill-Kummissjoni dwar l-importanza li jiġi żgurat l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati fit-tħejjija ta’ programmi ta’ ħidma annwali futuri; jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tevalwa jekk il-programm Ewropa Kreattiva 2028-2034 jistax jiġi implimentat aħjar permezz ta’ programmi ta’ ħidma annwali jew biennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tal-komunikazzjoni u l-iskambji bejn il-Kummissjoni, l-EACEA u d-desks tal-Ewropa Kreattiva biex jiġi żgurat li dawn tal-aħħar ikollhom aċċess għall-informazzjoni rilevanti kollha biex jippermettu appoġġ ta’ kwalità u gwida għall-applikanti u l-benefiċjarji; ifakkar ukoll, f’dan ir-rigward, fl-importanza tat-trasparenza fit-tixrid tar-riżultati tas-sejħiet; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tkompli tippubblika l-lista tal-benefiċjarji kollha tal-għotjiet flimkien mal-ammonti mogħtija fil-ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi identifikat il-programm u li tiżdied il-viżibbiltà tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tirrapporta lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ komunikazzjoni tal-programm, inkluż l-użu ta’ logos uffiċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja r-rieda ta’ numru sinifikanti ta’ benefiċjarji li jaqsmu l-kisbiet u r-riżultati tagħhom mas-setturi kulturali, kreattivi u awdjoviżivi kif ukoll maċ-ċittadini Ewropej; jirrimarka, f’dan ir-rigward, li l-pjattaforma disponibbli għal dan il-għan hija meqjusa mhux sodisfaċenti, għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi lill-benefiċjarji fl-iżvilupp ta’ pjattaforma aktar xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li xi Stati Membri ma jipprovdux skemi nazzjonali ta’ indennizz jew kopertura tal-assigurazzjoni biex jiffaċilitaw il-mobbiltà tal-beni kulturali; jirrikonoxxi li l-ispejjeż tal-assigurazzjoni kummerċjali jistgħu jkunu sinifikanti għal bosta atturi kulturali; jissuġġerixxi, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni tippubblika studju ta’ fattibbiltà dwar skema ta’ garanzija pan-Ewropea biex tkopri l-ispejjeż ta’ indennizz bħala l-ewwel pass biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-użu ċċentrat fuq il-bniedem u trasparenti tal-intelliġenza artifiċjali (IA) fil-proċess artistiku u kreattiv billi tiżviluppa standards etiċi xierqa relatati mal-użu tal-IA; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tiżgura li kemm l-applikanti kif ukoll il-benefiċjarji jipprovdu informazzjoni relatata mal-użu tal-IA fil-proġetti, inkluż fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta’ xogħlijiet kreattivi, sabiex tiġi vvalutata din ix-xejra emerġenti fis-setturi kulturali u kreattivi u l-impatt tagħha fuq il-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal sinifikanti tal-programm Ewropa Kreattiva fl-iżvilupp u t-tisħiħ ta’ sħubijiet transnazzjonali, u b’hekk jikkontribwixxi wkoll għar-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE permezz tal-kultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvesti riżorsi xierqa fid-dimensjoni esterna tal-programm u tinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni bejn l-istituti u l-organizzazzjonijiet kulturali fl-Istati Membri, kif ukoll ir-Raggruppamenti tal-Istituti Nazzjonali tal-UE għall-Kultura (EUNIC) f’pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tappoġġja u tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi fil-programm, fejn possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Baġit</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza li l-programm Ewropa Kreattiva attwali, minkejja l-baġit miżjud b’mod sinifikanti għall-perjodu 2021-2027, għadu sottoskritt iżżejjed; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu sostanzjalment l-allokazzjoni finanzjarja tal-programm Ewropa Kreattiva 2028-2034;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa urġenti fil-perjodu tas-sentejn 2021-2022 li n-nefqa tkun fornuta minn qabel sabiex jittaffew l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 u dawk tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jissottolinja, madankollu, l-impatt detrimentali li din il-miżura se jkollha fit-tieni nofs taċ-ċiklu finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, minħabba l-isfidi li jirriżultaw mid-diġitalizzazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni, kif ukoll minn rati għolja ta’ abbonament, inflazzjoni rampanti u l-ispejjeż għolja tal-enerġija assoċjati, li lkoll qed jaffettwaw b’mod sever il-kapaċità operattiva tal-benefiċjarji, biex jiżguraw li ma jkunx hemm tnaqqis fil-baġit tal-alokazzjoni tal-programm fis-snin baġitarji li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jiddispjaċih li t-tikketta tas-Siġill ta’ Eċċellenza għadha ma ġietx implimentata; jistieden lill-Kummissjoni tintroduċi din it-tikketta minnufih, sabiex il-proġetti jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-opportunitajiet offruti minn finanzjament kumulattiv u alternattiv matul dan iċ-ċiklu ta’ programmazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li skont il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2021-2027 ma hemm l-ebda flessibbiltà biex jiżdied il-programm Ewropa Kreattiva u jissottolinja li dan jipprekludi l-finanzjament ta’ inizjattivi ġodda, proġetti pilota siewja u azzjonijiet preparatorji; ifakkar, f’dan ir-rigward, li l-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji huma għodod importanti għall-ittestjar ta’ inizjattivi ġodda li jistgħu jiżviluppaw fi programmi ta’ finanzjament permanenti tal-UE jew jiġu integrati f’dawk eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddeplora d-diskrepanza fil-finanzjament bejn iż-żewġ ċikli tal-QFP, li affettwaw b’mod partikolari l-iskema tan-network u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dan ma jerġax iseħħ fil-futur; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-rwol ewlieni ta’ din l-iskema fl-appoġġ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi li joperaw b’mod transnazzjonali u internazzjonali, tipprovdi finanzjament adegwat u, barra minn hekk, tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ għotjiet operattivi għal din l-azzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-fergħa Kultura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni tal-approċċ settorjali bħala karatteristika ġdida tal-fergħa Kultura, li tikkomplementa l-azzjonijiet orizzontali; jitlob li dan jissaħħaħ permezz ta’ allokazzjoni baġitarja adegwata li tiżgura li l-ebda settur ma jitħalla lura u li ma jkun hemm l-ebda tnaqqis fl-allokazzjoni għal azzjonijiet orizzontali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li tiġi salvagwardjata u promossa aktar il-libertà tal-espressjoni artistika, b’mod partikolari fl-opportunitajiet ta’ finanzjament offruti mill-programm taħt l-azzjoni tal-proġetti ta’ kooperazzjoni kulturali u l-iskema tan-networks Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rati ta’ kofinanzjament miżjuda, speċjalment għal proġetti ta’ kooperazzjoni fuq skala żgħira, huma ta’ benefiċċju u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet żgħar; jistieden lill-Kummissjoni u lill-EACEA, f’dan ir-rigward, jippermettu lill-konsorzji tal-proġetti jiddeterminaw b’mod indipendenti kif jitqassam il-finanzjament fost is-sħab tagħhom dment li r-rata ta’ kofinanzjament tapplika fil-livell tal-proġett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-mobbiltà transfruntiera għall-ħallieqa kollha, peress li trawwem il-proċess kreattiv billi ttejjeb l-opportunitajiet professjonali barra mill-pajjiż; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-Culture Moves Europe bħala azzjoni ġdida ta’ mobbiltà taħt il-programm Ewropa Kreattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jirrikonoxxi l-kwalità għolja tal-applikazzjonijiet riċevuti taħt l-iskema ta’ mobbiltà; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tippromwovi lill-Culture Moves Europe għal udjenza usa’ bl-għajnuna u l-appoġġ tad-desks kollha tal-Ewropa Kreattiva, permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni; jemmen li dawn l-attivitajiet għandhom jimmiraw speċifikament lejn setturi individwali, inklużi kreaturi mill-gruppi emarġinati kollha kif ukoll pajjiżi u reġjuni inqas rappreżentati, sabiex jiġi żgurat bilanċ ġeografiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jirrimarka, filwaqt li jirrikonoxxi s-suċċess kbir tal-azzjoni l-ġdida dwar il-mobbiltà, li huwa essenzjali li titwettaq analiżi tat-tendenzi emerġenti ewlenin sa tmiem l-2024 bl-għan li tiġi esplorata l-possibbiltà li din l-azzjoni tiġi estiża aktar biex tinkludi atturi ġodda, bħal rappreżentanti mis-settur tal-kotba; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, iżżid il-baġit allokat għal din l-azzjoni mill-2025 ’il quddiem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-impatt pożittiv tas-supplimenti ekoloġiċi u tal-familja implimentati għall-iskema ta’ mobbiltà, li jirrappreżentaw eżempju konkret ta’ kif il-programm jista’ jkun aktar inklużiv; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li timplimenta dan l-approċċ f’azzjonijiet oħra tal-programm Ewropa Kreattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fil-finanzjament għall-Pjattaformi Ewropej għall-promozzjoni ta’ artisti emerġenti taħt il-fergħa Kultura u jenfasizza l-impatt pożittiv li kellha fuq id-diversità billi żiedet il-viżibbiltà tal-artisti u x-xogħlijiet tagħhom fuq skala internazzjonali; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiżviluppa din l-azzjoni billi tiżgura finanzjament u promozzjoni adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-iskema tan-network fl-għoti ta’ opportunitajiet ta’ networking u ta’ bini tal-kapaċità, li jsaħħu d-diversità u l-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tipprovdi finanzjament adegwat għal din l-azzjoni bl-għan li tappoġġja l-benefiċjarji attwali u networks ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja li l-approċċ settorjali huwa għodda eċċellenti li ssaħħaħ is-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni, li jippermetti azzjonijiet miftiehma li jappoġġjaw u jistimulaw l-aċċess għas-suq u ċ-ċirkolazzjoni usa’ tax-xogħlijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li t-traduzzjoni letterarja hija l-iskema ewlenija ta’ appoġġ għas-settur tal-kotba; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li din l-iskema tiġi estiża biex tinkludi t-traduzzjoni ta’ kotba Ewropej mhux fittizji; jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tar-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-programm, tiżviluppa għanijiet li jistgħu jitkejlu dwar kif il-finanzjament huwa allokat sabiex itejjeb l-aċċessibbiltà tal-kotba għall-persuni b’diżabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fl-azzjonijiet li jipprovdu appoġġ lis-settur tal-mużika taħt il-fergħa Kultura, li rriżultat f’għadd akbar ta’ proġetti relatati mal-mużika li qed jiġu ppreżentati taħt il-programm attwali; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tiżviluppa approċċ aktar strateġiku u orjentat lejn is-settur tal-mużika, bl-għan li jiġu indirizzati sfidi ġodda u li jmiss, li jibni fuq ir-riżultati tal-azzjoni preparatorja tal-programm Music Moves Europe; jenfasizza f’dan ir-rigward l-importanza ta’ djalogu strutturat regolari bejn l-ekosistema tal-mużika u l-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tiġbor data f’kooperazzjoni mas-settur dwar is-swieq tal-mużika tal-Istati Membri u tirrapporta dwar l-isfidi emerġenti kollha li jaffettwaw l-ekosistema kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-azzjoni speċjali tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura bħala katalist għar-riġenerazzjoni kulturali u ekonomika tal-bliet u tar-reġjuni; jenfasizza l-ħtieġa tant mistennija għal aktar finanzjament għal din l-azzjoni speċjali biex jintlaħqu l-ispejjeż addizzjonali mġarrba bħala riżultat tal-effetti fit-tul tal-pandemija tal-COVID-19 u l-inflazzjoni rampanti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament għall-Premju Melina Mercouri, li ġie mogħni b’EUR 1,5 miljun biss għal diversi snin; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżguraw wirt dejjiemi għall-inizjattiva u jappoġġjaw is-sensibilizzazzjoni tagħha bl-għan li tiżdied il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kulturali żviluppati fl-ambitu tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jirrikonoxxi li ċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew huwa inizjattiva siewja li tippromwovi r-rwol sinifikanti li dawn is-siti għandhom fl-istorja u l-kultura tal-Ewropa u jinnota li, matul il-perjodu mill-2013 sal-2021, 60 sit ingħataw iċ-ċertifikat; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, ittejjeb il-viżibbiltà taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew billi tiżviluppa sinerġiji ma’ strumenti finanzjarji rilevanti oħra tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-premjijiet appoġġjati mill-programm Ewropa Kreattiva fl-arti tal-letteratura, l-arkitettura u l-patrimonju, il-mużika (kontemporanja, rock u pop) u l-arti awdjoviżiva; jenfasizza li dawn l-inizjattivi li ilhom jeżistu huma magħrufa sew f’dawn is-setturi u li jżidu l-viżibbiltà tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej billi jippremjaw il-kisbiet f’oqsma differenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-fergħa Media</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-fergħa Media tibqa’ l-istrument Ewropew ewlieni li jipprovdi appoġġ strateġiku lis-settur awdjoviżiv indipendenti, li jikkonsisti primarjament minn kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju; jenfasizza l-kompetizzjoni internazzjonali sinifikanti li qed jiffaċċjaw is-setturi Ewropej awdjoviżivi, taċ-ċinema u tal-logħob vidjo u l-appoġġ kruċjali li din il-linja toffri għall-irkupru u t-trasformazzjoni ta’ dawn is-setturi u għaż-żieda tal-awtonomija strateġika tal-UE; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li tiġi żgurata allokazzjoni baġitarja adegwata għall-fergħa Media u jinsisti fuq il-ħtieġa ta’ data komprensiva għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ ta’ jekk u kif il-programm jirnexxielu effettivament iżid il-potenzjal ekonomiku u kulturali ta’ dawn is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatt pożittiv tal-miżuri mmirati introdotti taħt il-fergħa Media biex titwessa’ l-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi b’kapaċitajiet awdjoviżivi differenti u biex tissaħħaħ il-kollaborazzjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza li għadd kbir ta’ proġetti ta’ kwalità għolja taħt l-iskemi ta’ kożvilupp u mini-slate ġew irrifjutati fl-2021-2022 minħabba restrizzjonijiet baġitarji; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, talloka baġit akbar għall-implimentazzjoni futura ta’ dawn l-iskemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja r-rwoli vitali tal-iskemi ta’ appoġġ għad-Distribuzzjoni Ewropea tal-Films u l-Bejgħ Ewropew tal-Films biex jikkontribwixxu għad-diversità kulturali tas-settur awdjoviżiv Ewropew billi tiżdied iċ-ċirkolazzjoni transfruntiera tal-films Ewropej u jikkumpensaw uħud mir-riskji li d-distributuri jieħdu meta jinvestu fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-films Ewropej mhux nazzjonali; jenfasizza, għalhekk, li huwa essenzjali li jiżdied il-finanzjament għaż-żewġ skemi u li jsiru aktar sforzi biex jiġu żgurati ċ-ċirkolazzjoni usa’ u d-disponibbiltà online tax-xogħlijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja li f’ħafna pajjiżi Ewropej, ma hemm l-ebda skema ta’ appoġġ iddedikata għall-iskrinjar ta’ xogħlijiet ċinematiċi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza li jinżamm finanzjament adegwat għan-network Europa Cinemas, inizjattiva ewlenija taħt il-fergħa Media, li tikkontribwixxi għaċ-ċirkolazzjoni ta’ films Ewropej fis-swali taċ-ċinema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jenfasizza li r-Regolament Ewropa Kreattiva 2021-2027 jestendi l-għoti ta’ appoġġ għal attivitajiet ta’ networking għall-professjonisti awdjoviżivi, inklużi l-kreaturi; jirrimarka li din l-azzjoni għadha ma ġietx implimentata; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, timplimenta azzjoni speċifika bl-objettiv li tappoġġja attivitajiet iddedikati għan-networking u l-kooperazzjoni mill-organizzazzjonijiet professjonali u kulturali Ewropej fil-katina tal-valur awdjoviżiva fil-ħin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Ifakkar fis-suċċess tal-azzjoni preparatorja Ewropea tal-Kitba u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni għandha tinkludi l-objettivi segwiti minn din l-azzjoni fil-programm Ewropa Kreattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ azzjoni ddedikata biex tappoġġja l-iżvilupp ta’ logħob tal-vidjo u kontenut immersiv, li ġġenerat interess konsiderevoli fis-settur; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja d-dimensjoni kulturali u kreattiva ta’ dan is-settur billi tqis il-karatteristiċi speċifiċi u l-ħtiġijiet relatati tiegħu meta tfassal is-sejħiet rilevanti għal proposti, inkluża l-ħtieġa li jiġu ttestjati mudelli ġodda ta’ negozju fid-dinja virtwali biex ikun jista’ jsir l-iżvilupp tal-ħiliet f’dan il-qasam, b’enfasi partikolari fuq il-parteċipazzjoni tan-nisa; jinnota, madankollu, li l-baġit attwali jista’ ma jkunx biżżejjed għal dan u jitlob finanzjament addizzjonali biex jappoġġja t-tkabbir tal-ekosistema Ewropea tal-logħob vidjo u jħeġġeġ l-iżvilupp u ż-żamma tat-talent Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jenfasizza li l-inflazzjoni li qed tiżdied, f’suq awdjoviżiv kompetittiv ħafna, għandha impatt fuq l-ispejjeż tal-produzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tadatta limiti ogħla ta’ finanzjament bil-għan li tiżgura li l-fergħa Media tagħti l-appoġġ tagħha lill-industrija awdjoviżiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi s-suċċess tas-sejħa tan-Networks tal-Festival Ewropew, li appoġġjat 71 festival fi 12-il network, li kkooperaw biex irawmu l-involviment tal-udjenza, fost affarijiet oħra; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tkompli tiffinanzja ż-żewġ azzjonijiet komplementari, il-Festivals Ewropej u n-Network tal-Festivals Ewropej, fi snin alternattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li, peress li l-faċilità MediaInvest ġibdet għadd kbir ta’ applikazzjonijiet, iridu jiġu żgurati sinerġiji baġitarji akbar mal-programm InvestEU għall-implimentazzjoni futura tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tkompli ttejjeb il-promozzjoni ta’ din il-faċilità fis-settur awdjoviżiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar li l-proposta tal-Kummissjoni għal Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Media ta’ Settembru 2022 tistabbilixxi Bord Ewropew għas-Servizzi tal-Midja biex jissostitwixxi l-Grupp ta’ Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva (ERGA) stabbilit bid-Direttiva 2010/13/UE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza, fid-dawl tar-riżorsi finanzjarji limitati disponibbli għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-programm, li l-baġit allokat għall-Fergħa Media u linji baġitarji oħra tal-programm ma jridx jiġi allokat għall-finanzjament tal-Bord;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-fergħa Transettorjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jiddispjaċih li l-azzjonijiet ipprogrammati taħt il-fergħa Transettorjali sofrew l-akbar dewmien fl-implimentazzjoni, speċjalment fl-2021, minħabba n-novitajiet introdotti fil-fergħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li s-Sħubiji għall-Ġurnaliżmu u s-sejħiet għal-Litteriżmu tal-Media attiraw l-akbar numru ta’ applikazzjonijiet fl-2021-2022, u ssottolinjaw il-ħtieġa urġenti għal żieda fl-appoġġ finanzjarju għas-settur tal-media Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota li r-rata baxxa ta’ suċċess tal-applikazzjonijiet taħt il-fergħa Transettorjali, minkejja l-kwalità għolja ġenerali tas-sottomissjonijiet, tindika domanda għolja għal appoġġ finanzjarju li sfortunatament ma tistax tiġi indirizzata permezz tal-allokazzjoni finanzjarja attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li fil-perjodu ta’ programmazzjoni li jifdal mhux inqas minn 9 %<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2021/818 li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (2021 sa 2027).</FIELD></FOOTNOTE> tal-baġit globali 2021-2027 jiġi allokat għall-appoġġ tal-objettivi tal-fergħa Transsettorjali;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lid-desks nazzjonali tal-programm Ewropa Kreattiva.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>