<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0009</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Implimentazzjoni tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri 2021-2027 – l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0392/2023 - Rapporteur: Łukasz Kohut)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri 2021-2027 - l-involviment u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini (2023/2004(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2018 bit-titolu “Impact assessment accompanying the document: Proposal for a Regulation establishing the Rights and Values programme, Proposal for a Regulation establishing the Justice programme, Proposal for a Regulation establishing the Creative Europe programme” (Valutazzjoni tal-impatt li takkumpanja d-dokument: Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri, Proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm Ġustizzja, proposta għal Regolament li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva) (SWD(2018)0290),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-2020 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 9 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-rapport tal-Parlament Ewropew tas-6 ta’ April 2022 dwar l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ edukazzjoni taċ-ċittadinanza (2021/2008(INI)),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-Demokrazija (COM(2020)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE” (COM(2020)0711),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-18 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra r-razziżmu 2020-2025” (COM(2020)0565),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Ottubru 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar il-Ġlieda kontra l-Antisemitiżmu u s-Sostenn tal-Ħajja Lhudija (2021-2030)” (COM(2021)0615),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-7 ta’ Ottubru 2020 bit-titolu “Unjoni tal-Ugwaljanza: Qafas Strateġiku tal-UE għar-Rom għall-ugwaljanza, għall-inklużjoni u għall-parteċipazzjoni” (COM(2020)0620),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal” (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja u l-Anness 3 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A9-0392/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-parteċipazzjoni attiva fil-ħajja politika u kulturali hija dritt fundamentali li għandu jkun aċċessibbli b’mod ugwali għal kulħadd; billi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tipprevedi d-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-gvern u fl-elezzjonijiet liberi, id-dritt ta’ parteċipazzjoni fil-ħajja kulturali tal-komunità u d-dritt ta’ assemblea paċifika u ta’ assoċjazzjoni, li jippermettu parteċipazzjoni sħiħa fis-soċjetà;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi ċ-ċittadinanza tal-Unjoni tagħti lin-nies diversi drittijiet, b’mod partikolari d-dritt li jressqu petizzjoni quddiem il-Parlament dwar kwalunkwe kwistjoni li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-UE, id-dritt li jirrappurtaw każijiet perċepiti ta’ amministrazzjoni ħażina minn kwalunkwe istituzzjoni tal-UE mal-Ombudsman Ewropew, id-dritt li jiktbu lil kwalunkwe istituzzjoni tal-UE b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE u li jirċievu tweġiba bl-istess lingwa u d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni f’konformità mar-regoli applikabbli tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-isfidi sistemiċi attwali u emerġenti, bħall-kriżi klimatika, il-pandemiji globali, il-bidla diġitali u l-inugwaljanzi soċjali jirrikjedu l-adattament ta’ strutturi u approċċi li jiżguraw parteċipazzjoni attiva liċ-ċittadini fis-soċjetà; billi l-involviment diġitali attiv taċ-ċittadini għandu jqis u jindirizza d-distakk diġitali bejn il-ġenerazzjonijiet u l-gruppi soċjali kif ukoll bejn iż-żoni urbani konnessi tajjeb u ż-żoni rurali u remoti, filwaqt li jtejjeb il-litteriżmu diġitali ġenerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi programmi tal-UE li jippromwovu involviment ċiviku, drittijiet u valuri, sens ta’ appartenenza u żieda fil-kompetenzi soċjoċiviċi u ħsieb kritiku huma importanti aktar minn qatt qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-involviment taċ-ċittadini jrid jinftiehem bħala li għandu diversi livelli, li jinvolvu proċessi lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropej u globali li permezz tagħhom in-nies jiksbu sensibilizzazzjoni u għarfien u jesprimu l-opinjonijiet tagħhom li jieħdu sehem fid-deċiżjonijiet li jaffettwawlhom ħajjithom u jinfluwenzawhom; billi l-parteċipanti minn żoni rurali u remoti jridu jiġu mħeġġa jipparteċipaw fil-programm; billi l-proċessi kontinwi tal-globalizzazzjoni u tal-integrazzjoni Ewropea se jirrikjedu li l-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ Ewropej tinvolvi dejjem aktar ruħha fil-ħajja politika fuq diversi livelli, sabiex tkun tista’ tgħix u taħdem internazzjonalment u tamministra d-differenzi fil-ħajja ta’ kuljum tagħha; billi s-soċjetajiet qegħdin isiru aktar diversifikati u b’hekk qed isir dejjem aktar importanti li fl-Ewropa jkun hemm rispett għad-dinjità umana, d-diversità tal-kulturi u tal-oriġini u r-rifjut ta’ kwalunkwe tip ta’ diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa, il-persuni LGTBIQ+ jew minoranzi u gruppi marġinalizzati oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-bidliet soċjopolitiċi osservati fl-Istati Membri, li jvarjaw mill-polarizzazzjoni soċjali u minn livell baxx ta’ fiduċja fl-istituzzjonijiet sa rigress demokratiku, l-erożjoni tal-istat tad-dritt, l-ispazju għas-soċjetà ċivili li qed jiċkien, in-nazzjonaliżmu esklużiv u l-istrumentalizzazzjoni tal-Ewroxettiċiżmu għal skopijiet politiċi, flimkien maż-żieda ta’ movimenti estremisti u ta’ awtoritarjaniżmu, l-infiltrazzjoni tal-fundamentaliżmi reliġjużi, kif ukoll kampanji ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni, jistgħu jkunu ta’ theddida serja għad-demokraziji Ewropej u jiddestabbilizzaw lill-Unjoni kollha kemm hi; billi t-tisħiħ tal-parteċipazzjoni attiva u l-involviment taċ-ċittadini permezz ta’ tagħlim u edukazzjoni formali, mhux formali, informali u tul il-ħajja għandu rwol fundamentali fil-ġlieda kontra din ix-xejra;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-ħolqien ta’ ċittadinanza Ewropea ġie mfixkel minn vojt f’dak li huwa għarfien u minn vojt emozzjonali, li ta’ sikwit huwa relatat ma’ perċezzjonijiet żbaljati tal-UE u għalhekk għandu jkun akkumpanjat u msaħħaħ minn sett ta’ mekkaniżmi li jippermettu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u d-djalogu interkulturali; billi fehim aħjar tal-istorja Ewropea komuni tagħna u involviment akbar taċ-ċittadini fil-ħajja soċjali u politika jista’ jkollhom impatt ta’ benefiċċju fuq identità Ewropea emerġenti li tikkomplementa l-identitajiet lokali, reġjonali nazzjonali, ġeografiċi, kulturali jew identitajiet oħra multipli taċ-ċittadini; billi l-parteċipazzjoni attiva u d-djalogu taċ-ċittadini huma interkonnessi mad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni ċivika u jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-ħolqien ta’ ċittadinanza Ewropea bi drittijiet u obbligi ċari;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ involviment taċ-ċittadini, l-għarfien limitat dwar l-UE u n-nuqqas ta’ fehim tal-valur miżjud tagħha jistgħu jikkontribwixxu għall-perċezzjoni ta’ defiċit demokratiku u jwasslu għall-Ewroxettiċiżmu fl-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-ispazju ċiviku li qed jiċkien fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi oħra li jipparteċipaw fil-programm qed jaffettwa l-parteċipazzjoni demokratika u l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaġixxu bħala sistema ta’ kontrokontrolli fir-rigward tal-istat tad-dritt; billi l-azzjonijiet li jappoġġjaw u jippermettu l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili, inklużi l-minoranzi u l-organizzazzjonijiet fil-livell lokali li għandhom rekords fit-tul u esperjenza konsiderevoli, huma ta’ importanza kbira għad-difiża tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem fl-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-minoranzi huma kruċjali għall-awtorappreżentanza u l-involviment ċiviku ta’ persuni minoritizzati, speċjalment għal dawk il-gruppi li ma għandhomx perkorsi formali oħra għar-rappreżentanza politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fl-2020 kien hemm aktar minn 22 miljun ċittadin ta’ pajjiżi terzi residenti fl-UE; billi dawn il-gruppi m’għandhomx aċċess għal attivitajiet politiċi formali, bir-riżultat li l-ħajja ta’ miljuni ta’ persuni tiġi affettwata minn deċiżjonijiet li jittieħdu mingħajr l-involviment jew il-kontribut tagħhom; billi dan jirrappreżenta defiċit demokratiku fundamentali madwar l-UE fil-livelli kollha u sfida għall-produzzjoni ta’ politiki u programmi sostenibbli, ekwi u effettivi, billi t-twettiq tad-drittijiet tal-bniedem relatati mal-parteċipazzjoni politika u pubblika ta’ dawk li mhumiex ċittadini għandu rwol kruċjali fil-promozzjoni tal-governanza demokratika, l-istat tad-dritt, l-inklużjoni soċjali, l-iżvilupp ekonomiku, u l-eliminazzjoni tal-marġinalizzazzjoni u d-diskriminazzjoni fl-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-istadji bikrija tal-implimentazzjoni tal-programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (2021-2027): Linja 3 – L-involviment taċ-ċittadini</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV) jagħti kontribut uniku għat-tisħiħ tal-involviment u l-parteċipazzjoni ċivika minn perspettiva tad-drittijiet fundamentali billi jgħaqqad b’mod effettiv il-valuri, id-djalogu ċivili u ċ-ċittadinanza, filwaqt li jippromwovi wkoll l-ugwaljanza soċjali u bejn il-ġeneri, id-diversità permezz tal-assistenza għall-preservazzjoni tal-wirt reġjonali, kuxjenza storika u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni u l-vjolenza; huwa tal-fehma li l-programm CERV huwa strument essenzjali għall-futur tal-UE u biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjopolitiċi, bħad-distakk fl-għarfien, l-Ewroxettiċiżmu, l-ispazju ċiviku li qed jiċkien, u l-erożjoni tal-istat tad-dritt u l-isfidi għalih madwar l-Ewropa; iħeġġeġ lill-programm jappoġġja azzjonijiet immirati lejn il-bini tar-reżiljenza tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi dawk iffukati fuq l-istat tad-dritt u l-valuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-programm CERV għadha fl-istadji bikrija tagħha, peress li r-regolament li jistabbilixxi l-programm ġie adottat biss fl-2021; jirrimarka li minħabba din ir-raġuni, tlestew biss ftit proġetti fil-Linja 3 u hemm ftit informazzjoni disponibbli mill-benefiċjarji biex ir-riżultati jkunu jistgħu jiġu evalwati b’mod preċiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza l-ġbir tad-data dwar il-programm CERV, b’mod partikolari dwar il-gruppi żvantaġġati, inklużi l-komunitajiet emarġinati, il-minoranzi, u l-popolazzjonijiet vulnerabbli biex jiġu indirizzati l-isfidi uniċi tagħhom u tiġi promossa r-riċerka dwar l-esperjenzi tagħhom; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti mekkaniżmi b’saħħithom ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni; jissottolinja li dan l-approċċ se jkun utli biex jinforma l-iżvilupp tal-politika, jiżgura l-parteċipazzjoni sinifikanti ta’ gruppi żvantaġġati f’inizjattivi ta’ involviment ċiviku u jgħolli vuċijiethom, u joħloq programm aktar inklużiv u ekwu filwaqt li jiżgura evalwazzjonijiet futuri aħjar b’mod ġenerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-programm iffaċċja diversi sfidi li fixklu l-istadji inizjali tal-implimentazzjoni tiegħu, li ħafna minnhom kienu fatturi esterni, bħall-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fil-konfront tal-Ukrajna, u li dawn fixklu u kkompromettew id-drittijiet u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fid-demokrazija; jinnota, madankollu, li wara bidu kajman, l-implimentazzjoni tiegħu qabdet ir-ritmu u issa l-programm qed jiffunzjona tajjeb; jenfasizza, barra minn hekk, li jridu jiġu organizzati kampanji ta’ sensibilizzazzjoni sabiex tintlaħaq popolazzjoni usa’, speċjalment minn żoni rurali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Huwa mħasseb li l-użu u l-introduzzjoni ta’ għodod diġitali ġodda għall-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE (eż. l-għodda eGrants) jidhru li huma kwistjoni ewlenija għall-benefiċjarji fir-rigward tal-iżvilupp tal-programm; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċeduri kumplessi xekklu wkoll il-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet iżgħar li ma għandhomx iż-żmien u r-riżorsi meħtieġa biex jgħaddu mill-proċess ta’ applikazzjoni fi ħdan il-kronoloġiji stabbiliti; iqis li t-tfassil ta’ dawn l-għodod jillimita l-kapaċità tal-programm li jadatta għal żviluppi ġodda u għal ħtiġijiet li qed jinbidlu; jappella għall-eliminazzjoni tal-piż amministrattiv u s-simplifikazzjoni tal-proċessi tal-applikazzjoni, tal-ikkuntrattar u tar-rapportar; jissottolinja li s-simplifikazzjoni tar-rekwiżiti amministrattivi tinkludi wkoll proċess ta’ applikazzjoni aktar effiċjenti u flessibbli għall-organizzazzjonijiet li ffirmaw ftehimiet qafas ta’ sħubija pluriennali, anke sabiex jiġu antiċipati l-iżviluppi tal-politika; jenfasizza, barra minn hekk, il-ħtieġa li l-portal tal-applikazzjoni jsir aktar faċli għall-utent, speċjalment għall-organizzazzjonijiet fuq skala żgħira, u li jiġi żgurat li d-dokumenti kollha relatati mal-proċedura jiġu tradotti fil-lingwi kollha tal-UE sabiex titwessa’ l-parteċipazzjoni mill-Istati Membri kollha u tiġi żgurata d-diversità kulturali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li mhuwiex obbligatorju għall-Istati Membri li jistabbilixxu punt ta’ kuntatt nazzjonali għall-programm CERV li joffri pariri newtrali, informazzjoni utli u appoġġ lill-applikanti, lill-partijiet ikkonċernati u lill-benefiċjarji, inkluża assistenza fil-proċess tal-applikazzjoni, filwaqt li jaqsmu informazzjoni faċli biex tinftiehem dwar l-eżiti tal-programm; jinnota b’dispjaċir li sa Ġunju 2023 20 Stat Membru biss kellhom punti ta’ kuntatt nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Huwa mħasseb ħafna li r-rati attwali tal-inflazzjoni qed jaffettwaw il-kostijiet operatorji għall-benefiċjarji ta’ CERV; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-benefiċjarji jiffaċċjaw sfidi fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ippjanati tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-kostijiet unitarji għall-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni u l-allowances ta’ kuljum, u jista’ jkollhom ireġġgħu lura xi wħud mill-attivitajiet li inizjalment ippjanaw sabiex ma jaqbżux il-baġit;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet ta’ politika għall-futur tal-programm CERV</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-Grupp tad-Djalogu Ċivili biex tiżgura djalogu regolari, miftuħ u trasparenti ħalli jissaħħaħ id-djalogu ċivili tul il-programm b’tali mod li jappoġġja proċess bidirezzjonali‑bejn l-istituzzjonijiet fil-livelli kollha u l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, speċjalment l-OSĊ, u bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/692, kif ukoll bl-użu tad-djalogu ċivili bħala għodda għall-governanza u biex jiġu ddeterminati l-prijoritajiet għall-programm ta’ ħidma ta’ sentejn u tiġi promossa aktar id-dimensjoni kollettiva tal-involviment ċiviku bħala dimensjoni kritika tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt; ifakkar, f’dan ir-rigward, li għandhom jiġu promossi azzjonijiet innovattivi biex jappoġġjaw id-djalogu mas-soċjetà ċivili, inkluż bil-għan li titrawwem kultura ta’ sħubija bbażata fuq il-fiduċja mal-benefiċjarji; jappella, b’mod partikolari, għal azzjonijiet ta’ bini tal-kapaċitajiet biex jappoġġjaw il-parteċipazzjoni wiesgħa tas-soċjetà ċivili, b’mod partikolari permezz ta’ rabtiet ma’ skemi oħra ta’ finanzjament ipprovduti permezz ta’ ġestjoni kondiviża, bħall-istrument ta’ appoġġ tekniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li titħeġġeġ il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini billi tissaħħaħ id-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni ċivika, kemm f’attivitajiet kurrikulari kif ukoll ekstrakurrikulari; jenfasizza li edukazzjoni ċivika verament Ewropea tista’ tinforma u tifforma liċ-ċittadini fl-ispirtu ta’ involviment u parteċipazzjoni ċivika u li linji gwida xierqa tal-UE jistgħu jkunu għodda utli f’dan ir-rigward; jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi dawk li mhumiex ċittadini li jgħixu fl-UE, u l-organizzazzjonijiet immexxija minnhom infushom, fil-grupp fil-mira tal-programm CERV, li se jrawwem il-governanza demokratika, l-istat tad-dritt u l-inklużjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma ħatrux punti ta’ kuntatt nazzjonali (NCP) biex jagħmlu dan malajr kemm jista’ jkun u jistieden lill-Kummissjoni tkompli taħdem man-network tal-punti ta’ kuntatt nazzjonali permezz ta’ laqgħat, miżuri ta’ taħriġ u skambji apposta, peress li s’issa dawn ġew organizzati b’suċċess kbir; f’dan il-kuntest, iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-NCPs jistabbilixxu network Ewropew ta’ NCPs biex jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-iskambju tal-għarfien; barra minn hekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi network ta’ benefiċjarji ta’ CERV biex jiskambjaw l-esperjenzi u l-aħjar prattiki għal fehim aktar profond tar-realtajiet lokali u nazzjonali madwar l-UE u lil hinn minnha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota tar-riżultati tal-introduzzjoni ta’ tipi differenti ta’ mekkaniżmi ta’ għoti mill-ġdid fl-ambitu tal-programm CERV, li s’issa kienu inkoraġġanti ħafna; jappella għal analiżi kwalitattiva u kwantitattiva tas-sejħiet differenti ta’ għoti mill-ġdid bil-għan li possibbilment jiġi estiż l-użu tagħhom għall-oqsma l-oħra tal-programm CERV, meta rilevanti, u b’mod partikolari għal-Linja 3, sabiex jiġi żgurat li l-finanzjament tal-UE jilħaq l-OSĊ fil-livell lokali li għandhom rekords fit-tul u esperjenza konsiderevoli; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika aktar il-proċeduri u r-rekwiżiti amministrattivi għall-għoti mill-ġdid biex l-organizzazzjonijiet li japplikaw għall-għoti mill-ġdid jingħataw aktar flessibbiltà vis-à-vis is-sottobenefiċjarji, filwaqt li tiżgura standards xierqa ta’ xogħol, kura tas-saħħa u protezzjoni soċjali; jemmen li r-rekwiżiti ta’ kofinanzjament jistgħu jiġu riveduti bil-għan li r-regoli jiġu adattati għas-sitwazzjoni tal-benefiċjarju sabiex tiġi appoġġjata varjetà akbar ta’ benefiċjarji, inklużi individwi u strutturi mikro, u oqsma tematiċi; jinsisti fuq l-importanza li jiġi promoss l-użu tal-programm fis-settur edukattiv inġenerali, inklużi l-istudenti, l-għalliema, il-persunal edukattiv u l-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ; jissottolinja li l-finanzjament ipprovdut mill-programm CERV fil-qasam tad-drittijiet, l-ugwaljanza, il-valuri u l-involviment ċiviku, li għalih sorsi oħra ta’ finanzjament huma skarsi ħafna jew assenti, għandu jkopri perċentwal akbar ta’ ammonti ta’ għotjiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-finanzjament imur għal strutturi li jirrispettaw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, pereżempju billi jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ kontroll li jiggarantixxu standards xierqa tax-xogħol, tal-kura tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali; jappella għal valutazzjoni dwar il-mekkaniżmi ta’ għoti mill-ġdid biex jiġu evalwati l-effettività u l-flessibbiltà tagħhom biex jintlaħqu l-gruppi fil-livell lokali u biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet f’pajjiżi bi spazju ċiviku li qed jiċkien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob li l-baġit tal-programm jiżdied għal EUR 2,6 biljun fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss biex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber għal inizjattivi ta’ involviment ċiviku u parteċipazzjoni demokratika, u għall-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ad hoc għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, simili għall-mekkaniżmi fis-seħħ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem barra mill-UE jew il-protezzjoni tal-ġurnalisti, u, b’mod ġenerali, biex jiġi indirizzat l-impatt tal-inflazzjoni fuq l-ispejjeż tal-programm, filwaqt li jitqiesu wkoll il-Konklużjonijiet tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa b’rabta maċ-ċittadinanza Ewropea u l-edukazzjoni, kif ukoll l-importanza strateġika tal-programm CERV għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jenfasizza li attivitajiet effettivi ta’ komunikazzjoni u sensibilizzazzjoni huma essenzjali għas-suċċess tal-programm u għalhekk jeħtieġ li jingħataw prijorità sabiex jiġu involuti benefiċjarji potenzjali, speċjalment fil-livell lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-iskambji u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet li jaqgħu taħt l-ambitu tal-programm CERV huma kruċjali għall-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għall-involviment ċiviku u għall-promozzjoni tal-valuri tal-UE f’pajjiżi terzi; jissottolinja li l-involviment u l-impenn attiv għall-valuri Ewropej ma jibdewx bi ftehimiet ta’ adeżjoni u huma l-eżitu tal-ħidma li ilha għaddejja tal-attivisti u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jippromwovu dawn l-ideat u jappoġġjaw lill-attivisti lokali f’pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-parteċipazzjoni ta’ ċittadini mhux tal-UE permezz tal-involviment ta’ OSĊ mhux tal-UE fl-attivitajiet ta’ CERV; jitlob, għalhekk, li l-programm CERV ikopri l-ispejjeż għall-parteċipazzjoni tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tal-anqas għal dawk minn pajjiżi kandidati u assoċjati, irrispettivament minn jekk il-pajjiż tagħhom huwiex involut fil-programm CERV; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-isfidi assoċjati mal-gwerra fl-Ukrajna billi jiġu mħeġġa proġetti mas-sħab tal-Ukrajna permezz ta’ attivitajiet ta’ tifkira u ta’ parteċipazzjoni demokratika u ta’ rkupru tal-wirt kulturali tal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex il-programm CERV isir lieva għal azzjoni fil-qasam tal-kuxjenza storika Ewropea billi jiġu appoġġjati b’mod attiv strutturi li għandhom l-għan li jrawmu memorja storika kritika, pereżempju dwar ir-riċerka transnazzjonali u żjajjar ta’ postijiet ta’ memorja, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha; b’mod partikolari biex jiddenunzjaw ir-reviżjoniżmu storiku u kulturali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil kwistjonijiet soċjetali sensittivi li jistgħu jkunu soġġetti għal strumentalizzazzjoni possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jitlob li l-programm CERV jappoġġja d-dinamika emerġenti li tgħaqqad il-ġemellaġġ tal-bliet u n-networks tal-bliet mal-ġemellaġġ tal-istabbilimenti edukattivi, li tista’ ssaħħaħ id-dimensjoni Ewropea, l-iskambju ta’ prattiki tajba u s-sens ta’ appartenenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissimplifika aktar il-proċeduri amministrattivi għal sħubijiet qafas ta’ erba’ snin għal għotjiet operattivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-karatteristiċi speċifiċi tal-għodda tal-IT użata, li tidher aktar adatta għan-natura tal-għotjiet għal azzjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>