<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0010</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Implimentazzjoni tal-iżvilupp territorjali (CPR, Titolu III, Kapitolu II) u l-applikazzjoni tiegħu fl-Aġenda Territorjali tal-Unjoni Ewropea 2030</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0420/2023 - Rapporteur: Marcos Ros Sempere)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-iżvilupp territorjali (CPR, Titolu III, Kapitolu II) u l-applikazzjoni tiegħu fl-Aġenda Territorjali Ewropea 2030 (2023/2048(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-Titolu XVIII tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE> (“ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni” – CPR),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1056 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/2220 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżizzjonali għall-appoġġ mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) fis-snin 2021 u 2022 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013, (UE) Nru 1306/2013 u (UE) Nru 1307/2013 fir-rigward tar-riżorsi u l-applikazzjoni fis-snin 2021 u 2022 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-riżorsi u d-distribuzzjoni ta’ tali appoġġ fir-rigward tas-snin 2021 u 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 437, 28.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 11 dwar bliet u komunitajiet sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali 2030 – Futur għall-postijiet kollha, adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri responsabbli għall-ippjanar spazjali, l-iżvilupp territorjali u/jew il-koeżjoni territorjali fl-1 ta’ Diċembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt ta’ Amsterdam li jistabbilixxi l-Aġenda Urbana tal-UE, miftiehem fil-Laqgħa Informali tal-Ministri tal-UE Responsabbli għal Kwistjonijiet Urbani fit-30 ta’ Mejju 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-“New Leipzig Charter – The transformative power of cities for the common good” (Il-Karta Ġdida ta’ Leipzig – Il-qawwa trasformattiva tal-bliet għall-ġid komuni), adottata fil-Laqgħa Ministerjali Informali dwar Kwistjonijiet Urbani fit-30 ta’ Novembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Ljubljana, adottat fil-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli għall-Kwistjonijiet Urbani fis-26 ta’ Novembru 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda Urbana Ġdida adottata min-Nazzjonijiet Uniti fl-20 ta’ Ottubru 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2023 bit-titolu “L-isfruttar tat-talent fir-reġjuni tal-Ewropa” (COM(2023)0032),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2022 dwar “It-tmiem Rapport dwar il-Koeżjoni: il-Koeżjoni fl-Ewropa sal-2050” (COM(2022)0034),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2021 bit-titolu “Viżjoni fit-tul għaż-żoni rurali tal-UE – Lejn żoni u komunitajiet rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperużi sal-2040” (COM(2021)0345),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “It-tisħiħ tal-ambizzjoni klimatika tal-Ewropa għall-2030 – Ninvestu f’futur newtrali għall-klima għall-benefiċċju tal-popli tagħna” (COM(2020)0562),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-inizjattiva tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-Kummissjoni mnedija fis-16 ta’ Settembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-17 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Strument finanzjarju tal-mudell Bauhaus Ewropea l-Ġdida tal-iżvilupp territorjali (NEB TDM)” (SWD(2022)0172),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 56.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar viżjoni fit-tul għaż-Żoni Rurali tal-UE – Lejn żoni rurali aktar b’saħħithom, konnessi, reżiljenti u prosperi sal-2040<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 177, 17.5.2023, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 100.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2022 dwar l-isfidi għaż-żoni urbani fl-era ta’ wara l-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Mejju 2021 dwar it-treġġigħ lura tax-xejriet demografiċi fir-reġjuni tal-UE bl-użu tal-istrumenti tal-politika ta’ koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar il-politika ta’ koeżjoni u l-istrateġiji ambjentali reġjonali fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar ir-rwol tar-reġjuni u tal-bliet tal-UE fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi tas-COP 21 dwar it-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 162, 10.5.2019, p. 31.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Reviżjoni tal-Aġenda Territorjali tal-UE, il-Karta ta’ Leipzig u l-Aġenda Urbana tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 429, 11.12.2020, p. 145.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond bit-titolu “Aġenda Territorjali 2030 – Rieżami tal-Implimentazzjoni”, ippubblikata mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tiegħu fis-7 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Analiżi fil-fond – “Aġenda Territorjali 2030 – Rieżami tal-Implimentazzjoni”, il-Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment tal-Politika B – Politiki Strutturali u ta’ Koeżjoni, 7 ta’ Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju li sar għad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO) bit-titolu “Integrated territorial and urban strategies: how are ESIF adding value in 2014-2020” (Strateġiji territorjali u urbani integrati: kif l-FSIE qed iżidu l-valur fl-2014-2020), ippubblikat f’Diċembru 2017<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Integrated territorial and urban strategies: how are ESIF adding value in 2014-2020? – Final Report” Diċembru 2017.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-iSTRAT-Board, l-għodda interattiva żviluppata miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea u d-DĠ REGIO li turi kif il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) jappoġġjaw l-approċċ integrat għall-iżvilupp urban u territorjali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “STRAT-Board”.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Handbook of territorial and local development strategies”(Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali).</FIELD></FOOTNOTE> u l-Manwal tal-Istrateġiji tal-Iżvilupp Urban Sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, “Handbook of Sustainable Urban Development Strategies”(Manwal tal-Istrateġiji għall-Iżvilupp Urban Sostenibbli).</FIELD></FOOTNOTE>, ippubblikati mill-JRC,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma prodott mid-DĠ REGIO bit-titolu “The geography of EU discontent and the regional development trap” (Il-ġeografija tal-iskuntentizza tal-UE u n-nassa tal-iżvilupp reġjonali) ippubblikat f’Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju prodott mill-Kunsill tal-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni Ewropej bit-titolu “ITI and CLLD - The use of integrate territorial tools in cohesion policy” (L-ITI u s-CLLD - L-użu ta’ għodod territorjali integrati fil-politika ta’ koeżjoni) ippubblikat f’Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta ta’ Leipzig dwar il-bliet Ewropej sostenibbli tal-2007 u l-Karta l-ġdida ta’ Leipzig – is-setgħa trasformattiva tal-bliet għall-ġid komuni tat-30 ta’ Novembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja u l-Anness 3 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0420/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-politika ta’ koeżjoni tibqa’ u għandha tibqa’ l-politika ewlenija ta’ investiment għar-reġjuni u l-bliet tal-UE, u mhijiex maħsuba biex isservi b’mod konsistenti bħala l-ewwel għażla għall-assistenza finanzjarja biex jiġu ffaċċjati avvenimenti mhux previsti li jheżżu s-soċjoekonomija tagħna; billi l-Aġenda Territorjali hija l-istrument ta’ gwida għall-politika territorjali tal-UE, kif rifless fil-programmi u l-proġetti nazzjonali tagħha, u tipprovdi orjentazzjoni għall-ippjanar spazjali u l-iżvilupp reġjonali strateġiku, tappella għat-tisħiħ tad-dimensjoni territorjali tal-politiki settorjali fil-livelli kollha ta’ governanza u tfittex li tippromwovi futur inklużiv u sostenibbli għall-postijiet kollha u tgħin biex jintlaħqu l-SDGs fl-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-isfidi li qed jiffaċċjaw ir-reġjuni tal-UE huma identifikati u ġestiti fil-livell territorjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Regolamenti dwar Dispożizzjonijiet Komuni preċedenti u attwali ma jagħmlu l-ebda referenza speċifika għall-Aġenda Territorjali 2020 jew 2030 rispettivament; billi t-Titolu III, il-Kapitolu II tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni attwali jipprovdi l-bażi għat-teħid ta’ fondi tal-politika ta’ koeżjoni permezz ta’ strateġiji tal-iżvilupp territorjali; billi l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1301/2013<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289).</FIELD></FOOTNOTE> jirreferi għal żvilupp urban sostenibbli bbażat fuq strateġiji urbani sostenibbli integrati bħala l-qafas għall-għażla ta’ operazzjonijiet uniċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-approċċ ibbażat fuq il-post għat-tfassil tal-politika mibni fuq l-iżvilupp territorjali integrat għandu l-għan li jisfrutta potenzjal uniku relatat mar-riżorsi territorjali, l-għarfien u l-assi, filwaqt li jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ soluzzjonijiet imfassla apposta f’tipi differenti ta’ territorji;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi jidher li d-diffikultajiet ewlenin li ltaqgħu magħhom l-atturi istituzzjonali lokali u reġjonali u dawk tas-soċjetà ċivili għall-perjodu 2014-2020 kienu appoġġ tekniku u amministrattiv insuffiċjenti, ostakli burokratiċi sproporzjonati, nuqqas ta’ ħiliet u taħriġ, bini ta’ għarfien u tal-kapaċitajiet u kooperazzjoni batuta bejn livelli differenti ta’ governanza, minbarra l-assorbiment bil-mod ta’ fondi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi jidher li fir-reġjuni u l-unitajiet amministrattivi fejn jiġi implimentat LEADER, maniġer obbligatorju tal-Grupp ta’ Azzjoni Lokali jikkontribwixxi għat-titjib tal-prestazzjoni u l-assorbiment tal-finanzjament reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rikkezza tad-diversità territorjali tal-EU għandha titqies bħala sistema dinamika u kumplessa li fiha kull reġjun jiffaċċja sfidi ta’ żvilupp skont il-karatteristiċi partikolari tiegħu; billi l-inugwaljanzi dejjem akbar bejn il-postijiet u bejn in-nies laħqu livell kritiku u hija meħtieġa azzjoni miftiehma fil-livelli ġeografiċi u ta’ governanza kollha sabiex jiġu żgurati perspettivi futuri pożittivi għan-nies u għall-postijiet kollha madwar l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali joffri appoġġ metodoloġiku fil-livelli kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-mikrokoeżjoni hija forma ta’ bilanċ għal żoni sottożviluppati f’reġjuni aktar żviluppati; billi, filwaqt li tiffoka b’mod espliċitu fuq “postijiet u persuni”, l-Aġenda Territorjali (TA2030) tniedi l-“idea ta’ koeżjoni interpersonali” flimkien mal-koeżjoni territorjali, filwaqt li tqis li dawn id-disparitajiet jistgħu jiġu indirizzati biss billi tingħata aktar attenzjoni lid-diversità u l-potenzjal tat-territorji, kif ukoll billi jitfasslu politiki u strateġiji bbażati fuq il-post, bil-għan li tiġi inkorporata aħjar dimensjoni territorjali fil-fondi kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 28 tas-CPR jindika investimenti territorjali integrati (ITIs) u żvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) bħala l-istrumenti għall-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u jitlob koerenza u koordinazzjoni fost il-fondi meta diversi jiġu applikati għall-istess strateġija għall-iżvilupp reġjonali jew lokali; billi dawn l-istrumenti huma mmirati lejn żvilupp territorjali minn isfel għal fuq u jsaħħu l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fil-perjodu 2014-2020, ġew ipprogrammati 1 975 strateġija fost li dawk qabel kienu 28 Stat Membru, iffinanzjati b’EUR 19-il biljun mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), li minnhom EUR 13,8-il biljun ġew allokati lill-ITIs f’disa’ Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-CLLD kien it-tieni għodda l-aktar użata mill-Istati Membri għall-iżvilupp tal-istrateġiji territorjali jew lokali fl-2014-2020 u jiggarantixxi li l-gvernijiet lokali u reġjonali u l-partijiet ikkonċernati se jkunu involuti mill-qrib fit-tħejjija, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-fondi tal-UE li jirċievu; billi ma hemm l-ebda allokazzjoni għall-użu tas-CLLD fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-ITIs u s-CLLDs għadha irregolari madwar l-UE u diversi Stati Membri u l-awtoritajiet maniġerjali ma jidhrux li ħadu impenn kbir biex jimplimentawhom; billi l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni tal-objettiv ta’ politika 5 “Ewropa eqreb taċ-ċittadini” (PO5) ivarjaw fost l-Istati Membri, u dan jirriżulta f’implimentazzjoni baxxa tal-ITIs u tas-CLLDs; billi, fil-futur, il-koleġiżlaturi għandhom jikkunsidraw implimentazzjoni aktar flessibbli tal-PO5 mingħajr rekwiżiti stretti dwar l-istrateġiji u l-governanza, li tgħin biex din tinfetaħ għal kull tip ta’ inizjattivi li jikkontribwixxu għall-iżvilupp reġjonali u lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-ITIs u s-CLLDs huma strumenti li għandhom ikunu mmirati mhux biss lejn l-iffaċilitar tal-approċċ minn isfel għal fuq għall-iżvilupp territorjali billi jinvolvu gvernijiet lokali u reġjonali sa mill-bidu, iżda wkoll lejn l-iffaċilitar tad-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati differenti u billi jżidu l-kooperazzjoni bejn is-settur pubbliku u privat, kif ukoll billi jrawmu l-kooperazzjoni u t-trasferiment ta’ informazzjoni fost il-libell kollha ta’ governanza;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi t-TA2030 tistieden lill-Parlament u lill-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali tiegħu bħala l-kumitat responsabbli għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, iqisu l-objettivi tiegħu billi jippromovu l-prijoritajiet tiegħu fil-proċessi leġiżlattivi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-ITI u l-politiki bbażati fuq il-post huma kundizzjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi tal-UE bħat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; billi l-politiki bbażati fuq il-post jistgħu jgħinu lit-territorji jaħarbu minn deterjorament ekonomiku fit-tul u n-“nassa tal-iżvilupp reġjonali”, li fiha reġjun ma jkunx jista’ jżomm id-dinamiżmu ekonomiku tiegħu f’termini ta’ introjtu, produttività u impjiegi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi t-TA2030 tiddefinixxi żewġ objettivi ġenerali, Ewropa Ġusta u Ewropa Ekoloġika, li għandhom sitt prijoritajiet (Ewropa Bbilanċjata, Reġjuni Funzjonali, Integrazzjoni lil hinn mill-fruntieri, Ambjent f’Saħħtu, Ekonomija Ċirkolari u Konnessjonijiet Sostenibbli) għall-iżvilupp tat-territorju Ewropew kollu flimkien mal-postijiet kollha tiegħu; billi t-TA2030 tkompli tallinja l-objettivi tal-iżvilupp territorjali tal-UE mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; billi l-Aġenzija Urbana Ewropea, permezz tal-Karta ta’ Leipzig, tappoġġja l-objettivi tat-TA2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-iżvilupp territorjali komuni b’saħħtu permezz tas-CPR u l-implimentazzjoni tat-TA2030 jistgħu jservu bħala mezz għat-tisħiħ tas-solidarjetà u tal-proċessi demokratiċi u għal UE ġusta u ekoloġika; billi l-approċċi territorjali jżidu l-valur billi japplikaw lenti strateġika u spazjali li tkopri l-kombinazzjonijiet speċifiċi ta’ sfidi u opportunitajiet soċjali, istituzzjonali, ekonomiċi u ambjentali li jinfluwenzaw l-iżvilupp tat-tipi kollha ta’ territorji;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tat-TA2030 għadha irregolari madwar l-UE, b’mod partikolari meta jitqiesu d-disparitajiet spazjali bħall-insularità; billi l-konklużjonijiet tat-TA2030 juru żieda fl-inugwaljanzi fi ħdan l-UE, li jenfasizzaw il-lakuni bejn iċ-ċittadini u bejn it-territorji;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-TA2030 titlob li tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tal-politiki settorjali fil-livelli kollha ta’ governanza; billi l-prinċipji ewlenin tat-TA2030 huma inklużi fiż-żewġ prijoritajiet “In-nies u l-postijiet qed jitbiegħdu minn xulxin” u “Żvilupp sostenibbli u tibdil fil-klima”;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi tnedew seba’ azzjonijiet pilota bl-adozzjoni tat-TA2030, li jservu bħala eżempju tal-applikazzjoni tal-objettivi tagħha fil-prattika, fil-livell lokali u reġjonali, u li jispiraw azzjonijiet konġunti madwar l-UE, jiġifieri: “Futur għal reġjuni li għadhom lura”, “Nifhmu kif il-politiki settorjali jsawru l-(iż)bilanċi spazjali”, “Il-postijiet żgħar jgħoddu wkoll”, “Ippjanar spazjali transfruntier”, “Azzjoni klimatika fi rħula Alpini”, “Adattament għat-tibdil fil-klima u reżiljenza permezz ta’ tranżizzjoni tal-pajsaġġ”, u “Tnaqqis tal-artifiċjalizzazzjoni tal-art, it-tifrix urban u l-issiġillar tal-ħamrija fi bliet ta’ daqsijiet differenti u żoni urbani funzjonali”;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi, filwaqt li jitqies il-bilanċ ġeografiku limitat fl-iżvilupp ta’ dawn l-azzjonijiet pilota u d-diffikultajiet amministrattivi li wieħed jiltaqa’ magħhom meta l-azzjonijiet pilota kienu ffinanzjati minn diversi programmi, hemm bżonn ta’ ġbir aħjar tad-data, kif ukoll reviżjoni koerenti tat-TA2030;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq li, fil-perjodu 2014-2020, 28 % biss tal-istrateġiji tal-iżvilupp urban sostenibbli ġew implimentati permezz tal-ITIs; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tinkoraġġixxi l-użu ta’ tali għodod biex tiżviluppa t-TA2030, b’mod partikolari permezz ta’ attivitajiet ta’ komunikazzjoni msaħħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-kontribut siewi għall-iżvilupp territorjali mwassal minn azzjonijiet implimentati permezz tas-CLLD bħal dawk fl-ambitu tal-programm LEADER; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-LEADER billi jżidu l-pakkett baġitarju tiegħu, billi jiggarantixxu livell għoli ta’ awtonomija tal-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali fir-rigward tal-kostituzzjoni tagħhom u t-teħid tad-deċiżjonijiet tagħhom u jnaqqsu l-piż amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża r-riżultati tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-2024 li ġej għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, kif ukoll ir-riżultati tal-azzjonijiet imwettqa permezz tas-CLLD bħal dawk fl-ambitu tal-programm LEADER, biex tappoġġja programmi għall-perjodu 2021-2027; jinnota l-importanza ta’ analiżi kwalitattiva tal-għodod tal-iżvilupp territorjali; jesprimi dispjaċir, f’dan ir-rigward, għall-konklużjoni tar-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar il-LEADER u s-CLLD li l-benefiċċji tagħhom mhumiex murija biżżejjed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-Manwal tal-istrateġiji territorjali u tal-iżvilupp u l-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp urban sostenibbli bħala gwidi għal-livelli amministrattivi kollha għat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali, inkluż urbani; jemmen li jrid jitrawwem it-tixrid ta’ prattiki tajbin bil-għan li jiġi żgurat li l-proġetti jkunu effettivi u sostenibbli; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-pubblikazzjoni tardiva ta’ dawn il-manwali u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tipproduċi linji gwida f’waqthom biex tissimplifika l-proċess għall-iżvilupp tal-programmi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu offruti aktar gwida u flessibbiltà akbar lill-Istati Membri dwar l-implimentazzjoni tal-PO5 “Ewropa eqreb taċ-ċittadini”, u l-azzjonijiet biex dan jinkiseb, u biex jiġu allinjati ma’ dawk stabbiliti fit-TA2030 u li jinħolqu inċentivi biex jiġi allokat aktar finanzjament għall-PO5;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromovu ppjanar strateġiku spazjali li jqis it-territorji kollha lil hinn miż-żoni metropolitani, urbani u urbani funzjonali; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jsaħħu r-rabtiet rurali-urbani bħala mod kif jinkiseb żvilupp territorjali bbilanċjat aħjar madwar l-UE u jikkunsidraw l-ippjanar u l-implimentazzjoni transfruntiera permezz ta’ approċċi minn isfel għal fuq bħas-CLLD/ITI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jallokaw fondi għaż-żoni u r-reġjuni rurali li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bl-istess mod li 8 % tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni huma allokati għall-iżvilupp ta’ programmi fl-ambitu tal-Aġenda Urbana; jinnota li dawn il-fondi għandhom jintużaw b’mod predominanti permezz ta’ għodod integrati għall-iżvilupp territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iqis il-kapaċitajiet murija mill-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-għodod territorjali, u jqis li hija meħtieġa bidla fil-paradigma fl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-ippjanar, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni tal-għodod territorjali; jappella għal implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija u konsultazzjoni fil-fond mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn qabel id-definizzjoni tal-azzjonijiet tal-ITI u tas-CLLD; jenfasizza l-importanza tal-approċċ minn isfel għal fuq għall-iżvilupp territorjali, filwaqt li tingħata s-setgħa liċ-ċittadini biex jieħdu s-sjieda tal-iżvilupp tat-territorji tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jitlob li l-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali jew lokali ffinanzjati minn aktar minn programm wieħed jingħaqdu f’binarju wieħed, f’konformità mal-Artikolu 28 tas-CPR u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, meta meħtieġ, sabiex jiġu pprevenuti dewmien u ostakli amministrattivi; jilqa’ l-possibbiltà, introdotta fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, li jinħatar fond ewlieni għal strateġiji ffinanzjati minn aktar minn fond wieħed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li strumenti territorjali, bħas-CLLDs u l-ITIs, huma miżuri li wrew li jistgħu jqarrbu lill-UE lejn iċ-ċittadini; jinnota d-data murija fil-Bord STRAT għall-perjodu 2014-2020 u jinnota li s-CLLDs kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp ta’ strateġiji territorjali, filwaqt li enfasizza l-interess qawwi tal-livell lokali li jipparteċipa b’mod attiv fl-iżvilupp ta’ dawn l-istrateġiji; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jissimplifikaw il-ġestjoni amministrattiva tal-fondi, speċjalment il-każijiet li fihom is-CLLDs jieħdu minn aktar minn fond wieħed; jisħaq li l-ITIs huma l-għodda ewlenija użata mill-Istati Membri b’allokazzjoni akbar ta’ fondi tal-FEŻR, peress li jassorbu malajr l-ammonti u huma kapaċi jkopru diversi assi ewlenin preżenti fi programm wieħed jew aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja d-distinzjoni ċara bejn l-Istati Membri li huma impenjati li jiżviluppaw l-ITIs jew is-CLLDs u dawk li mhumiex; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara din id-differenzjazzjoni sabiex tevita disparitajiet ġeografiċi u tipprevedi appoġġ tekniku mfassal apposta għall-Istati Membri li ma għamlux użu minn dawn l-għodod territorjali; iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jagħmlu użu akbar mill-għodod tal-iżvilupp territorjali integrat kif definiti fl-Artikolu 28 tas-CPR u jiżguraw ir-rispett għas-sħubija kif definit fl-Artikolu 8 tas-CPR; huwa tal-fehma li l-għodod tal-iżvilupp territorjali integrat għandhom ikunu obbligatorji għall-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ s-simplifikazzjonijiet tekniċi fl-iżvilupp territorjali introdotti fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027; jistieden, madankollu, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu r-regolamenti amministrattivi addizzjonali meħtieġa għal livell minimu kemm jista’ jkun u jiffukaw aktar fuq il-proporzjonalità, peress li proġetti finanzjarji żgħar bħalissa għandhom piż amministrattiv (għall-benefiċjarji) u spejjeż amministrattivi (għall-awtoritajiet tal-programm) proporzjonalment ogħla minn proġetti akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Iqis li t-TA2030 hija strument reali u xieraq li għandu l-għan li jnaqqas id-dimensjoni spazjali tal-inugwaljanzi u li jiżgura l-koeżjoni tal-UE permezz tal-ġestjoni ta’ kull wieħed mir-reġjuni tagħha bil-partikolaritajiet tagħhom; jemmen, għalhekk, li s-soċjetajiet u t-territorji għandhom ikunu aktar involuti fir-rikonoxximent tal-importanza ta’ din l-Aġenda; jistieden lill-Kummissjoni timmodifika r-rwol tat-TA2023 lil hinn minn dak ta’ gwida ta’ ġestjoni territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Josserva li t-TA2030 mhux biss tiffavorixxi risponsi ta’ politika bbażati fuq il-post għall-isfidi territorjali, iżda tipprovdi wkoll viżjoni u ambizzjoni għall-objettiv ta’ koeżjoni territorjali permezz ta’ involviment aħjar tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza li għalkemm il-finanzjament multiplu huwa wieħed mill-iskopijiet ewlenin tal-għodod integrati territorjali, is-sejbiet attwali juru li l-użu ta’ finanzjament multiplu xorta jista’ jidher diffiċli f’xi pajjiżi, speċjalment peress li fil-perjodu attwali l-FAEŻR (żvilupp rurali) ma għadux inkluż fis-CPR u għalhekk ikunu meħtieġa miżuri addizzjonali u speċifiċi biex jiġu allinjati r-regoli tal-FAEŻR u ta’ fondi oħra tal-politika ta’ koeżjoni (jiġifieri l-użu ta’ fondi differenti tal-UE għal proġetti integrati fil-livell lokali li jindirizzaw diversi objettivi ta’ politika);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu b’mod attiv l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-proġetti pilota tat-TA2030 fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li introjtu u kwalità tal-ħajja ġusti u dinjitużi għaċ-ċittadini u l-familji tagħhom fiż-żoni rurali huma essenzjali biex jiġu żgurati l-progress soċjali u l-iżvilupp territorjali u lokali ta’ suċċess; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti u protezzjoni soċjali għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li tittejjeb il-koerenza tal-politiki u li tiġi implimentata verifika rurali tal-iżvilupp territorjali integrat futur tal-UE u inizjattivi rilevanti oħra biex jiġu vvalutati l-koerenza u l-komplementarjetà tal-politiki tal-UE u l-impatt potenzjali tagħhom fuq iż-żoni rurali, biex b’hekk, b’mod effettiv, tiġi pprevenuta d-depopolazzjoni rurali u jiġi ffaċilitat it-tiġdid ġenerazzjonali, l-aċċess ugwali għal servizzi essenzjali ta’ kwalità għolja u l-ħolqien tal-impjiegi fiż-żoni rurali; jisħaq fuq l-importanza tal-mekkaniżmu ta’ verifika rurali anke meta l-Istati Membri jivvalutaw l-impatti tal-leġiżlazzjoni proposta fiż-żoni rurali; jissottolinja l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu involuti fid-definizzjoni u fl-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ verifika rurali, kif ukoll fil-governanza tagħhom kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak nazzjonali, biex tiġi miġġielda l-esklużjoni soċjali relatata mat-trasport u tittejjeb l-aċċessibbiltà territorjali taż-żoni kkonċernati sabiex jittejbu l-kooperazzjoni transfruntiera u rurali-urbana, l-aċċess għal internet broadband u għal servizzi adegwati, b’mod partikolari tal-kura tas-saħħa u l-edukazzjoni, kif ukoll id-diversifikazzjoni tal-ekonomija rurali u r-rivitalizzazzjoni taż-żoni rurali, filwaqt li tiżdied l-attrazzjoni ta’ dawn iż-żoni, kif ukoll jiġi żgurat futur sostenibbli għal dawn il-komunitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li l-azzjonijiet tat-TA2030 għandu jkollhom rwol ċentrali fil-ftehimiet u fil-programmi ta’ sħubija; jindika li dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu aktar deċiżivi fl-allokazzjoni tal-fondi u l-ħtieġa li tiġi promossa l-integrazzjoni tat-TA2030 fil-politiki tal-UE, b’enfasi fuq livelli ta’ governanza eqreb lejn il-post; jemmen li t-TA2030 għandha tiġi pprovduta b’finanzjament adegwat u b’metodoloġija ta’ allokazzjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jissottolinja bħala essenzjali l-inklużjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi tat-TA2030 fl-istrumenti leġiżlattivi u l-programmi leġiżlattivi tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, li għandhom ikunu mfassla apposta għal kull territorju; jilqa’ l-azzjonijiet pilota tat-TA2030 li ġew żviluppati u jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jkomplu jinvestu f’dawn l-azzjonijiet, itejbu l-bilanċ ġeografiku tagħhom u jikkoordinawhom aħjar mal-prinċipji tat-TA2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Parlament, b’mod partikolari l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kompetenti tiegħu, jiġi involut fl-azzjonijiet pilota, sabiex jiġi żgurat li dawn ikunu konformi mal-prijoritajiet attwali tal-UE, u biex jiġu promossi r-riżultati tal-azzjonijiet pilota u jiġu kkomunikati fil-livell tal-UE, filwaqt li jiġu integrati u kkoordinati ma’ inizjattivi bħall-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-FEŻR u l-Interreg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jitlob strateġija li tiffaċilita s-sinerġiji bejn il-fondi differenti tal-UE għal proġetti implimentati permezz ta’ għodod territorjali u għas-simplifikazzjoni amministrattiva ta’ azzjonijiet pilota ffinanzjati minn aktar minn fond wieħed sabiex jitnaqqsu l-ostakli amministrattivi u jiġu ffaċilitati l-applikazzjonijiet għal dawn il-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jemmen li l-kumpaniji jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-istrateġiji ta’ żvilupp territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja sistemi ta’ kooperazzjoni bejn il-kumpaniji u l-awtoritajiet lokali u reġjonali bil-għan li jiġu żviluppati proġetti ta’ żvilupp territorjali li jippromovu l-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jindika l-potenzjal enormi tat-TA2030 u l-proġetti pilota attwali u futuri tagħha biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet differenti ħafna taż-żoni mhux urbani, inkluż żoni rurali, żoni muntanjużi, gżejjer u żoni kostali, żoni remoti u skarsament popolati u ħafna tipi oħra ta’ territorji fejn teżisti taħlita ta’ karatteristiċi urbani u rurali; jenfasizza, b’mod partikolari, il-fatt li ż-żoni rurali spiss jiffaċċjaw sfidi demografiċi, densità baxxa tal-popolazzjoni u aċċess u kwalità limitati għas-servizzi ta’ interess ġenerali, filwaqt li mhux dejjem ikollhom il-kapaċità li jfasslu u jimplimentaw soluzzjonijiet innovattivi u għalhekk ikunu jistgħu jieħdu vantaġġ kbir mill-iskambju tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ tixrid akbar tal-azzjonijiet u l-kisbiet tal-proġetti pilota bħala eżempji tal-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE; huwa favur l-idea ta’ konferenza biennali biex turi l-azzjonijiet pilota lill-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll lill-atturi rilevanti fil-livell nazzjonali u tal-UE, filwaqt li torbotha ma’ avvenimenti oħra bħal dawk fl-ambitu tal-Patt Rurali jew il-Forum tal-Ibliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw l-aġendi territorjali tagħhom f’konformità mat-TA2030 bħala bażi għall-ipprogrammar tal-istrateġiji territorjali tagħhom, billi jqisu l-ispeċifiċitajiet u tal-ħtiġijiet li tassew ivarjaw ta’ kull wieħed mir-reġjuni tagħhom, u li jservu ta’ inċentiv, kif ukoll sabiex jistimulaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u t-tfassil tal-politiki territorjali u urbani; jistieden ukoll lill-Istati Membri jippermettu strateġiji territorjali differenti għar-reġjuni kollha tal-UE inkluż żoni rurali, żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali u demografiċi severi u permanenti, bħar-reġjuni li jinsabu fil-partijiet l-aktar imbiegħda tat-Tramuntana u reġjuni b’densitajiet tal-popolazzjoni baxxa ħafna, gżejjer, reġjuni trasnfruntiera u reġjuni muntanjużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-prestazzjoni tajba tal-istrutturi ta’ governanza tista’ tiddetermina l-aħjar taħlita ta’ prijoritajiet ta’ investiment sabiex tinkiseb il-koordinazzjoni vertikali u orizzontali f’diversi livelli meħtieġa biex jitfasslu u jitwettqu strateġiji ta’ żvilupp integrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jippromovu l-implimentazzjoni tat-TA2030 lil hinn mill-azzjonijiet pilota, u jagħmlu dan l-istrument qafas ta’ referenza għal azzjoni li jipprovdi linji gwida konkreti u adattati għat-territorji tal-UE biex itejbu l-prestazzjoni tagħhom; jenfasizza l-opportunità li l-finanzjament reġjonali jkun marbut mal-ksib tal-prijoritajiet tat-TA2030 u jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa indikaturi ta’ monitoraġġ li jorbtu t-TA2030 u l-użu tal-fondi tal-politika ta’ koeżjoni, b’mod partikolari l-FEŻR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tissaħħaħ b’mod urġenti l-politika tal-UE dwar il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih, anke fid-dawl tax-xejriet dejjem aktar spissi ta’ avvenimenti estremi tat-temp f’dawn l-aħħar snin u xhur fl-UE; jistieden, għalhekk, lill-awtoritajiet pubbliċi jkomplu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li jiżdiedu l-ambizzjoni u l-kwalità tal-proġetti pilota fl-objettiv “Ewropa Ekoloġika” u l-ewwel prijorità tiegħu “Ambjent aktar san”; jisħaq li l-iżvilupp territorjali huwa essenzjali biex jinbnew reġjuni reżiljenti u tiġi żgurata l-implimentazzjoni sostenibbli tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-promozzjoni ta’ karta tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet rurali/urbani madwar l-Ewropa kollha; huwa konvint ukoll li hemm bżonn ta’ aktar kooperazzjoni maż-żoni urbani biex jiġi żgurat li l-ebda żona jew ċittadin ma “jitħalla jibqa’ lura” fit-tranżizzjoni ġusta lejn Unjoni Ewropea newtrali għall-klima, sostenibbli u prospera, fil-ħidma għal impenn rurali u urban għal approċċ ġust u li juri l-valur miżjud tal-organizzazzjonijiet rurali u urbani li jaħdmu flimkien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat żvilupp aktar ibbilanċjat tar-reġjuni tal-UE billi tkun żgurata distribuzzjoni aħjar tal-fondi tal-UE, inkluż l-appoġġ tal-politka agrikola komuni fl-Istati Membri u bejniethom; jenfasizza li huwa impossibbli li jinkiseb żvilupp territorjali sostenibbli u fit-tul jekk l-appoġġ jiġi allokat lil reġjuni differenti abbażi tad-data storika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li aktar u aktar nies qed jagħżlu li jgħixu fl-ibliet u jaħdmu f’żoni rurali; jistieden lill-Kummissjoni tfassal programmi li jqisu t-territorji kollha, inklużi ż-żoni metropolitani, urbani u funzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal il-LEADER b’tali mod li jkun jista’ jintuża minn bliet żgħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tgħaqqad l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tat-TA2030 mal-politika ta’ koeżjoni futura u r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Livell Għoli dwar il-Futur tal-Politika ta’ Koeżjoni sabiex jingħelbu l-iżbilanċi territorjali u n-nuqqas ta’ tlaqqigħ funzjonali b’mod aktar effettiv; jirrimarka l-opportunità ppreżentata mit-TA2030 bħala għodda għall-valutazzjoni tal-impatt tal-politika ta’ koeżjoni fir-rigward tal-objettiv tal-koeżjoni territorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu rieżami koerenti tat-TA2030 sa tmiem l-2024, inkluż rieżami bir-reqqa tas-sistema ta’ governanza tagħha, il-progress li sar fl-implimentazzjoni tagħha u r-rilevanza tal-prijoritajiet tagħha, kif deskritt fit-TA2030;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-karattru vinkolanti tal-metodoloġija deskritta fil-Manwal tal-istrateġiji tal-iżvilupp territorjali u lokali li jagħti lill-politiki territorjali l-istess prominenza bħall-politiki urbani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob qafas uniku għal strateġiji mmirati kemm lejn żvilupp urban kif ukoll lejn żvilupp territorjali usa’, li jittratta r-rekwiżiti territorjali kollha kemm huma; jisħaq li dan jista’ jnaqqas b’mod sinifikanti l-ostakli burokratiċi fl-akkwist ta’ fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-fondi u l-implimentazzjoni ta’ strumenti territorjali, li jiffavorixxu ġestjoni effiċjenti mingħajr burokrazija sproporzjonata; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi ssimplifikat l-aċċess għall-fondi billi jiġu identifikati “punti uniċi ta’ servizz” għall-benefiċjarji potenzjali ta’ proġetti ITI jew CLLD bil-fondi ta’ koeżjoni tal-UE, b’mod partikolari biex tiġi aċċessata informazzjoni dwar it-tip ta’ finanzjament, ir-rekwiżiti amministrattivi u l-eliġibbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-Kunsill Ewropew fl-iżvilupp tal-attivitajiet territorjali tal-Istati Membri; jitlob lill-Istati Membri jipprevedu biżżejjed riżorsi umani kemm fl-awtoritajiet maniġerjali kif ukoll fil-korpi ta’ implimentazzjoni inkarigati mill-ITIs jew mis-CLLDs, sabiex jiżguraw appoġġ tekniku u servizzi ta’ konsulenza speċifikament għall-Gruppi ta’ Azzjoni Lokali u għas-sħab tal-ITI biex jippermettu l-konformità mar-regolamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-involviment tagħha fil-politika territorjali permezz tal-politika ta’ koeżjoni u ssaħħaħ il-governanza tar-reġjuni sabiex tippromwovi l-koeżjoni u l-mikrokoeżjoni billi tkopri l-partikolaritajiet ta’ kull reġjun, ittejjeb it-teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell lokali u reġjonali u tapplika għodod eżistenti sabiex tittejjeb il-ġestjoni tal-istrumenti leġiżlattivi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw il-fondi tal-politika ta’ koeżjoni sabiex tiżdied ir-reżiljenza tal-iżvilupp territorjali, b’mod partikolari biex ikunu jistgħu jtaffu l-effetti ta’ avvenimenti mhux mistennija, biex ir-reġjuni jiġu protetti milli jbatu l-konsegwenzi u jiġi rrispettat il-prinċipju “la tagħmilx ħsara lill-koeżjoni”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Huwa konxju tal-influwenza tad-deċiżjonijiet tas-Semestru tal-UE fuq il-koeżjoni territorjali u, konsegwentement, fuq il-kapaċità li jiġu żviluppati programmi territorjali; itenni l-ħtieġa, għaldaqstant, li tissaħħaħ id-dimensjoni territorjali tas-Semestru Ewropew u li tittejjeb il-korrelazzjoni bejn il-politika ta’ koeżjoni u l-governanza ekonomika Ewropea, bl-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-istadji kollha tal-proċeduri marbuta mas-Semestru Ewropew u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ikollhom rwol aktar attiv fis-segwitu u l-iżvilupp ulterjuri tat-TA2030; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju tal-kapaċità ta’ kull reġjun li jtaffi l-isfidi globali futuri li jaffettwaw il-koeżjoni territorjali; jinnota li dan jipprovdi għodda ta’ rispons malajr li tippermetti flessibbiltà fl-allokazzjoni jew it-tisħiħ ta’ dawn ir-riżorsi, skont is-sitwazzjoni f’ħin reali tar-reġjuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jenfasizza r-rilevanza tal-għodod territorjali f’termini ta’ parteċipazzjoni akbar u inklużiva mis-soċjetà ċivili u mill-gvernijiet lokali u reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi ġodda biex tissensibilizza aktar dwar ir-raġunament warajhom u żżid b’mod sostanzjali l-użu tal-ITIs u s-CLLDs, anke billi potenzjalment talloka perċentwal li għandu jintuża fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni wara l-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Bank Ewropew tal-Investiment iżid l-allokazzjoni finanzjarja prevista għall-fondi tal-politika ta’ koeżjoni iddedikati għas-salvagwardja tal-bilanċ u l-funzjonament xieraq tar-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>