<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0012</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Unjoni Bankarja – rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0431/2023 - Rapporteur: Ivars Ijabs)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2023 (2023/2078(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2022”<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0270.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-segwitu tal-Kummissjoni għar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Unjoni Bankarja – rapport annwali 2022”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument “Feedback on the input provided by the European Parliament as part of its resolution on Banking Union 2022” (Feedback dwar il-kontribut ipprovdut mill-Parlament Ewropew bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Unjoni Bankarja 2022”) tal-Bank Ċentrali Ewropew, li ġie ppubblikat fl-20 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-2022 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar l-attivitajiet superviżorji tal-21 ta’ Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali 2022 tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) tat-30 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Novembru 2015 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 sabiex tiġi stabbilita Skema Ewropea ta’ Assigurazzjoni tad-Depożiti (COM(2015)0586),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2018 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral (AECE) (COM(2018)0135),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-7 ta’ Diċembru 2022 bit-titolu “Ġlieda kontra l-ħasil tal-flus: il-Kunsill jaqbel dwar il-pożizzjoni tiegħu dwar ġabra ta’ regoli msaħħa”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Is-settur bankarju: intlaħaq qbil proviżorju dwar l-implimentazzjoni tar-riformi ta’ Basel III”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0226),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward ta’ miżuri ta’ intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta’ azzjoni ta’ riżoluzzjoni (COM(2023)0227),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-18 ta’ April 2023 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-protezzjoni tad-depożiti, l-użu tal-fondi tal-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti, il-kooperazzjoni transfruntiera, u t-trasparenza (COM(2023)0228),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015 bit-titolu “Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro tas-16 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-Unjoni Bankarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istandards tal-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja dwar it-trattament prudenzjali tal-esponimenti tal-kriptoassi, ippubblikati fis-16 ta’ Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar l-indirizzar tas-self li improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19 (COM(2020)0822);
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-BĊE tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar id-distribuzzjoni ta’ dividendi waqt il-pandemija tal-COVID-19,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Occasional Paper Series tal-BĊE “The Road to Paris: stress testing the transition towards a net-zero economy” (It-triq lejn Pariġi: stress testing tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżitu tal-eżerċizzju ta’ trasparenza tal-2023 tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fl-UE kollha, ippubblikat fit-28 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-EBA dwar ir-rwol tar-riskji ambjentali u soċjali fil-qafas prudenzjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument tal-BĊE ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-BĊE tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar il-prijoritajiet superviżorji tiegħu għall-perjodu 2023-2025,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-12 ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Rapport Speċjali 12/2023: Superviżjoni mill-UE tar-riskju ta’ kreditu tal-banek – Il-BĊE żied l-isforzi tiegħu iżda huma meħtieġa aktar sforzi biex jiżdied l-aċċertament li r-riskju ta’ kreditu jiġi mmaniġġjat u kopert b’mod xieraq”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Andrea Enria, il-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, fis-seduti ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fil-21 ta’ Marzu 2023 u fit-28 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet fis-seduta ta’ smigħ pubbliku tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mal-kandidat propost għall-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE fl-20 ta’ Settembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet ta’ Dominique Laboureix, President tal-SRB, fis-seduti ta’ smigħ tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament fl-1 ta’ Marzu 2023 u fit-18 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-nota ta’ rapportar biannwali tal-SRB lill-Grupp tal-Euro tal-15 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE, l-EBA u l-SRB tal-20 ta’ Marzu 2023 dwar it-tħabbira fid-19 ta’ Marzu 2023 mill-awtoritajiet Żvizzeri,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Memorandum ta’ Qbil tas-27 ta’ Ġunju 2023 li jistabbilixxi qafas għall-kooperazzjoni regolatorja tas-servizzi finanzjarji bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 ffirmata mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament u li ntlaħaq qbil dwarha mill-koordinaturi għal sitt gruppi politiċi tal-Parlament (Il-Partit Popolari Ewropew, l-Alleanza Progressiva tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, Renew Europe, Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea, Grupp tal-Konservattivi u r-Riformisti Ewropej u The Left) dwar l-iskema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar it-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 494, 8.12.2021, p. 118.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0431/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni Bankarja (UB), li bħalissa tinkludi l-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, il-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni, u ġabra unika tar-regoli bħala l-pedament tagħha, hija parti integrali mill-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni, u tiggarantixxi standard minimu għoli fil-qasam tal-protezzjoni tad-depożiti fin-nuqqas ta’ skema Ewropea ta’ assigurazzjoni tad-depożiti (EDIS);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-indirizzar tar-riskji li jirriżultaw mill-problema tar-rabta bejn il-banek sovrani kkonċentrati żżejjed joffri stabbiltà u sigurtà addizzjonali kruċjali għas-sistema bankarja Ewropea u għall-klijenti li jużawha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi UB żviluppata bis-sħiħ tkun żvilupp pożittiv għaċ-ċittadini u għall-ekonomija tal-UE, li tipprovdi l-bażi għal sistema bankarja aktar stabbli, tnaqqis tar-riskju sistemiku, kompetizzjoni msaħħa, għażla u protezzjoni mtejba tal-konsumatur, aktar opportunitajiet għal servizzi bankarji transfruntiera u aċċess għal servizzi finanzjarji għall-konsumatur, investiment ekonomiku akbar, aċċess aħjar għall-finanzjament għall-unitajiet domestiċi u n-negozji, u spejjeż aktar baxxi għall-klijenti tal-banek, filwaqt li tiżgura li l-fondi pubbliċi ma jintużawx biex isalvaw is-settur bankarju;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-banek tal-UE rreżistew l-impatt tal-aggressjoni Russa; billi huma għandhom rwol ċentrali fl-iżgurar tal-implimentazzjoni li għaddejja tas-sanzjonijiet kontra r-Russja imposti mill-UE b’reazzjoni għall-invażjoni, u tal-konformità magħhom; billi hija meħtieġa aktar koordinazzjoni biex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju huma fatturi li jridu jitqiesu fil-valutazzjoni tas-sostenibbiltà tal-karti bilanċjali tal-banek, bħala sors ta’ riskji li potenzjalment jistgħu jaffettwaw l-investimenti madwar ir-reġjuni u s-setturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi għadu ma ntlaħaqx ftehim dwar EDIS; billi, b’segwitu għal talbiet mill-Parlament, il-Kummissjoni pproponiet riforma tal-qafas dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet bankarji u l-assigurazzjoni ta’ depożitu (CMDI), filwaqt li rrikonoxxiet li dan il-qafas m’għandux jiġi kkunsidrat bħala sostitut għal EDIS;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi għalkemm fl-2020 intlaħaq ftehim politiku dwar il-ħolqien ta’ garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), dik il-garanzija ta’ kontinġenza għadha nieqsa; billi, skont l-aħħar data disponibbli, 16 minn 36 Skema ta’ Garanzija tad-Depożiti fl-UE kienu taħt il-livell ta’ finanzjament (minimu) meħtieġ tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ konsolidazzjoni transfruntiera tas-settur bankarju tal-UE qed jaffettwa l-kompetittività globali tiegħu u s-servizzi bankarji għall-konsumatur f’xi Stati Membri għadhom iddominati minn għadd żgħir ta’ banek; billi d-diskrepanza fil-profittabbiltà bejn il-banek tal-UE u dawk tal-Istati Uniti kibret matul dawn l-aħħar għaxar snin u r-redditu fuq l-ekwità tal-banek tal-UE huwa 5 punti anqas minn dak tal-banek tal-Istati Uniti<FOOTNOTE><FIELD> De Vito, L. <STRING ITALIC="on">et al.</STRING>, <STRING ITALIC="on">Understanding the profitability gap between euro area and US global systemically important banks</STRING> (Fehim tad-diskrepanza fil-profittabbiltà bejn iż-żona tal-euro u l-banek globali sistemikament importanti tal-Istati Uniti, Occasional Paper Series tal-BĊE Nru 327, 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-settur bankarju tal-UE wera żieda fil-profittabbiltà, parzjalment minħabba rati tal-imgħax ogħla u b’riżultat ta’ żieda fid-depożiti tal-BĊE; billi ż-żieda fir-rati tal-imgħax wasslet ukoll għal deterjorament tal-karta bilanċjali ta’ ċerti banek minħabba telf kapitali mhux realizzat;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi settur bankarju b’saħħtu, stabbli, reżiljenti, dinamiku u kompetittiv huwa vitali għat-twassil tat-tkabbir ekonomiku, għall-finanzjament ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) u negozji ġodda, għaż-żieda tal-possibbiltà ta’ sjieda tad-djar, u għat-tranżizzjoni urġenti lejn ekonomija ekoloġika u diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-settur bankarju qed jiffaċċja riskji b’segwitu għall-pandemija u l-invażjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-deterjorament tal-kwalità tal-assi; billi minkejja li l-proporzjon tas-self li ma jrendix (NPL) naqas għal 2,24 % fl-ewwel kwart tal-2023, u naqas b’mod kostanti minn tmiem ir-Reċessjoni l-Kbira, huwa meħtieġ tnaqqis ulterjuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-leġiżlaturi tal-UE nnegozjaw regoli biex jimplimentaw l-istandards ta’ Basel III b’mod li jippreżerva l-kompetittività tal-banek u jqis l-ispeċifiċitajiet tas-settur bankarju tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi d-diġitalizzazzjoni tal-finanzi tipprovdi opportunitajiet importanti għas-settur bankarju u ġabet magħha avvanzi teknoloġiċi importanti fis-settur bankarju tal-UE permezz ta’ effiċjenza akbar fil-forniment tas-servizzi bankarji u interess akbar fl-innovazzjoni; billi dan joħloq ukoll sfidi, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, ir-riskji għar-reputazzjoni, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus (AML), u t-tħassib dwar il-protezzjoni tal-konsumatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-istituzzjonijiet finanzjarji qed jiddependu dejjem aktar mill-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT); billi s-settur bankarju tal-UE jrid iżid ir-reżiljenza ċibernetika tiegħu biex jiżgura li s-sistemi tal-ICT jkunu jifilħu għal diversi tipi ta’ theddid għaċ-ċibersigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-livell ta’ esponiment sovran ilu jikber f’għadd ta’ banek; billi jeħtieġ li jiġu indirizzati r-riskji li jirriżultaw mill-problema tar-rabta bejn il-banek sovrani kkonċentrati żżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Unjoni Bankarja għandha tgħin biex tiġi indirizzata r-rabta jew iċ-ċirku vizzjuż li għadhom jeżistu bejn il-banek u s-sovrani; billi l-livell ta’ esponiment sovran ilu jikber f’għadd ta’ banek; billi t-trattament prudenzjali tad-dejn sovran għandu jkun konsistenti mal-istandards internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi ż-żidiet fir-rati tal-imgħax kellhom impatt negattiv fuq il-kapaċità ta’ self tal-unitajiet domestiċi u l-kapaċità tal-mutwatarji li jħallsu lura d-dejn u jagħmlu l-banek tal-UE vulnerabbli għal telf potenzjali fil-futur; billi r-riskji li jirriżultaw minn żidiet fir-rati tal-imgħax s’issa ġew indirizzati kif xieraq;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-ikkompletar tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU) jirrikjedi l-istabbiliment ta’ regoli komuni u għodod effettivi biex titnaqqas il-frammentazzjoni tas-suq intern u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal finanzjament alternattiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-UE u r-Renju Unit iffirmaw Memorandum ta’ Qbil dwar il-Kooperazzjoni Regolatorja tas-Servizzi Finanzjarji, u dan l-approċċ kooperattiv għandu jirfed ir-relazzjonijiet fit-tul bejn l-UE u r-Renju Unit b’mod partikolari fil-qasam bankarju; billi l-Kummissjoni estendiet għal darb’oħra l-permess temporanju tagħha li jippermetti lill-banek u lill-maniġers tal-fondi tal-UE jużaw il-kmamar tal-ikklirjar tar-Renju Unit;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna l-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u l-impatt tagħha fuq il-poplu Ukren, fuq l-UE u bnadi oħra; jistieden lill-banek ikomplu jadattaw id-deċiżjonijiet strateġiċi tagħhom għall-kuntest Ewropew u internazzjonali l-ġdid li jirriżulta minn din iċ-ċirkostanza, jindirizzaw ir-riskju sistemiku, u jkomplu jimplimentaw u jikkonformaw mas-sanzjonijiet finanzjarji adottati b’reazzjoni għall-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Ifakkar li, filwaqt li l-Istati Membri huma responsabbli għall-identifikazzjoni ta’ ksur tas-sanzjonijiet tal-UE, is-settur bankarju għandu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u fil-monitoraġġ tal-konformità; jistieden lill-Kummissjoni toħloq bażi tad-data fil-livell tal-UE biex trawwem il-koordinazzjoni fost il-banek, tagħlaq il-lakuni fl-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet mill-Istati Membri u tivvaluta kif il-banek tal-UE jimplimentaw is-sanzjonijiet; jieħu nota tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-proposta għal regolament dwar l-awtorità kontra l-ħasil tal-flus (AMLA), li tagħti lill-Awtorità l-ġdida l-kompitu li tappoġġja applikazzjoni konsistenti tas-sanzjonijiet finanzjarji mmirati tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-esponimenti diretti totali tas-settur bankarju għar-Russja u l-Ukrajna huma limitati peress li l-banek bħalissa qed inaqqsu l-esponimenti tagħhom, u jistieden lill-istituzzjonijiet superviżorji u lis-Superviżjoni Bankarja tal-BĊE jgħinu lill-banek tal-UE li fadal li joperaw fir-Russja biex joħorġu b’mod ordnat mis-suq Russu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-Unjoni Bankarja għadha komplement essenzjali għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM) u għalhekk għas-suq intern; ifakkar li l-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huma s-sigurtà tas-sistema bankarja, il-protezzjoni tad-depożitanti u l-prevenzjoni tas-salvataġġi tal-banek mill-kontribwenti; jirrikonoxxi l-progress li sar matul dawn l-aħħar 15-il sena permezz tal-istabbiliment tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRM), u li l-banek tal-UE issa jinsabu f’pożizzjoni aħjar biex jifilħu għax-xokkijiet finanzjarji; jappella għall-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, u jinnota li t-tielet pilastru tagħha, EDIS, għadu pendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jitlob lill-Kummissjoni żżomm l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja u tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali bħala prijoritajiet ewlenin għall-bqija tal-mandat attwali tagħha u għall-mandat li jmiss tagħha; jenfasizza li ż-żewġ proġetti:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>joffru lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs, li għadhom jiddependu ħafna minn kreditu bankarju, aċċess usa’ għal finanzjament,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>irawmu l-investimenti u l-ħolqien tal-impjiegi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jappoġġjaw l-ekonomija Ewropea,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>iżidu l-istabbiltà finanzjarja,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>inaqqsu l-impatt tar-reċessjonijiet ekonomiċi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jiffinanzjaw it-tranżizzjoni diġitali u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, u</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>jisfruttaw il-potenzjal tat-tkabbir tal-UE;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-EBA tat-13 ta’ Lulju 2023 li tiddikjara li s-settur bankarju tal-UE/taż-ŻEE qed juri żieda fil-profittabbiltà, iżda r-riskji relatati mal-profittabbiltà u l-kwalità tal-assi qed jiżdiedu; jieħu nota taż-żidiet reċenti fuq terminu qasir fil-profittabbiltà tal-banek tal-UE (ir-redditu annwalizzat fuq l-ekwità żdied għal 10,04 % fit-tieni trimestru tal-2023, filwaqt li fl-istess perjodu tal-2022 kien ta’ 7,59 %, u laħaq l-ogħla livell tiegħu f’14-il sena<FOOTNOTE><FIELD> BĊE, <STRING ITALIC="on">Supervisory Banking Statistics for significant institutions. Second quarter 2023</STRING> (Statistika Bankarja Superviżorja għal istituzzjonijiet sinifikanti. It-tieni kwart tal-2023). Ottubru 2023</FIELD></FOOTNOTE>), iżda jwissi li dawn jeħtieġ li jkunu sostenibbli biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ l-użu tal-profitti biex jinbnew buffers, biex b’hekk tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u biex tiġi ffinanzjata l-ekonomija Ewropea; jinnota li s-sospensjoni temporanja tad-distribuzzjoni tad-dividendi u tax-xiri lura tal-ishma kienet effettiva biex tissalvagwardja r-reżiljenza tal-banek matul il-kriżi tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-Istħarriġ dwar is-Self Bankarju taż-Żona tal-Euro għat-tieni kwart tal-2023 wera li l-banek komplew jissikkaw l-istandards ta’ kreditu tagħhom għal self lil ditti u unitajiet domestiċi għax-xiri ta’ djar minħabba perċezzjonijiet ogħla tar-riskju, tolleranza tar-riskju aktar baxxa u żieda fil-kostijiet ta’ finanzjament u li l-banek issikkaw ukoll il-kundizzjonijiet ta’ self fost livelli ogħla ta’ tħassib dwar is-self li ma jrendix<FOOTNOTE><FIELD> BĊE, <STRING ITALIC="on">Euro area bank lending survey</STRING> (Stħarriġ dwar is-self mill-banek fiż-żona tal-euro).</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar fir-rwol ewlieni tas-settur bankarju tal-UE li jiffinanzja l-irkupru tal-ekonomija tal-UE u jqis li l-irkupru se jiddependi wkoll mill-fatt li l-banek ikollhom biżżejjed kapital biex jipprovdu kreditu, b’mod partikolari waqt li l-miżuri ta’ appoġġ pubbliku fl-Istati Membri jkunu qed jitneħħew gradwalment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-impedimenti għall-fużjonijiet transkonfinali kif ukoll l-inċentivi potenzjali għad-delimitazzjoni; jieħu nota li, skont dikjarazzjoni pubblika ta’ Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, is-settur bankarju għadu, b’mod ġenerali, ġabra ta’ setturi bankarji nazzjonali; jinnota li settur bankarju tal-UE aktar integrat jista’ jsaħħaħ il-kapaċità tal-banek li jwettqu investimenti strateġiċi u jrawmu l-iżvilupp tas-swieq kapitali tal-UE, filwaqt li jirrikonoxxi li d-diversità tal-mudelli ta’ negozju bankarju fiż-żona tal-euro ssaħħaħ ir-reżiljenza tas-sistema finanzjarja; jinnota r-riskji li istituzzjonijiet “kbar wisq biex ifallu” jistgħu jinvolvu, u jinnota li l-istabbiltà finanzjarja tista’ tiżdied permezz ta’ riforma tal-G-SIBs tal-UE li tindirizza r-riskji ta’ periklu morali u jenfasizza li l-konsolidazzjoni transfruntiera mingħajr konċentrazzjoni eċċessiva tista’ żżid il-profittabbiltà tas-settur bankarju tal-UE, u potenzjalment ittejjeb is-sitwazzjoni attwali ta’ servizzi mnaqqsa offruti u żieda fl-ispejjeż għaċ-ċittadini f’ħafna Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota li s-servizzi bankarji għall-konsumatur f’ċerti Stati Membri għadhom iddominati minn għadd żgħir ta’ banek u t-tnaqqis konsegwenzjali tal-għażla tal-konsumatur għall-klijenti tas-servizzi bankarji għall-konsumatur; iqis li Unjoni Bankarja integrata trid tkun kontinġenti fuq suq uniku li jiffunzjona tajjeb għas-servizzi finanzjarji għall-konsumatur; jiddispjaċih dwar l-ostakli li fadal għas-servizzi bankarji transkonfinali għall-konsumatur u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ostakli u x-xkiel li jinħolqu għall-konsumaturi meta jagħmlu użu minn prodotti bankarji għall-konsumatur; jenfasizza l-potenzjal ta’ Unjoni Bankarja integrata biex ittejjeb il-kompetizzjoni u l-għażla tal-konsumatur fil-qasam tas-servizzi bankarji għall-konsumatur, inkluż permezz ta’ opportunitajiet imtejba għall-forniment ta’ servizzi bankarji għall-konsumatur transfruntiera; jisħaq fuq il-benefiċċji ta’ settur bankarju diversifikat u kompetittiv fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza li r-rati tal-imgħax offruti lill-unitajiet domestiċi u lill-SMEs fl-Istati Membri jvarjaw ħafna; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jikkunsidraw miżuri li jtejbu l-għażla tal-konsumatur u l-kompetizzjoni u jtaffu l-piż fuq l-SMEs u fuq min għandu dejn ipotekarju fl-Istati Membri li għandhom rati ta’ self ogħla biex jiżguraw li ċ-ċittadini u l-impriżi kollha jkunu jistgħu jaċċessaw il-kapital tant meħtieġ b’rati ġusti u kompetittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tas-settur bankarju fl-appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitalizzata u newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fid-direzzjonar tal-fondi lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u fl-appoġġ għall-kisba tal-objettivi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE u tal-Liġi tal-UE dwar il-Klima<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jieħu nota tal-fatt li l-banek tal-UE qed ikomplu jnaqqsu l-esponiment tagħhom għal korporazzjonijiet intensivi fl-enerġija u tal-fjuwils fossili, u jieħu nota tad-diversi fatturi li għandhom impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja, inklużi l-valuri tal-assi tal-fjuwils fossili; jistenna l-pubblikazzjoni tar-rapporti tal-EBA dwar il-kwistjonijiet kruċjali tar-riskju tal-esponimenti tal-istituzzjonijiet għall-assi ESG u l-effetti potenzjali ta’ trattament prudenzjali aġġustat ta’ dawn l-esponimenti, li għandhom jiġu ppubblikati sa tmiem l-2024 u l-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiddispjaċih li l-istituzzjonijiet finanzjarji ma rnexxilhomx jiżguraw bilanċ bejn il-ġeneri, speċjalment fil-korpi maniġerjali tagħhom; jisħaq li l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-bordijiet u fil-forza tax-xogħol huwa pożittiv kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija; jistieden lill-istituzzjonijiet finanzjarji jaġġornaw regolarment il-politiki tagħhom dwar id-diversità u l-inklużjoni u jgħinu fit-trawwim ta’ kulturi tax-xogħol sani li jagħtu prijorità lill-inklużività; jistieden lill-awtoritajiet superviżorji jagħmlu użu mis-setgħat superviżorji tagħhom biex jindirizzaw in-nuqqas ta’ diversità u bilanċ bejn il-ġeneri fil-korpi maniġerjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ bilanċ bejn il-ġeneri fil-Kunsill Governattiv tal-BĊE, fil-Bord Superviżorju tiegħu u fil-Bord tal-SRB; jistieden lill-atturi jiżguraw li l-ħatriet futuri jeliminaw id-distakk; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-14 ta’ Marzu 2019 li għandha l-għan li tiżgura bilanċ bejn il-ġeneri fil-lista li jmiss ta’ kandidati għan-nomini tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE u jtenni l-impenn tiegħu li ma jqisx il-listi ta’ kandidati meta l-prinċipju tal-bilanċ bejn il-ġeneri ma jkunx ġie rispettat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jiddispjaċih li, bħala parti mill-proċedura tal-għażla għall-President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE, il-BĊE injora l-feedback mill-Parlament; iħeġġeġ lill-BĊE jqis kif xieraq l-opinjoni tal-Parlament fil-proċeduri tal-għażla li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jinnota li l-esponimenti tal-banek għad-dejn sovran domestiku għadhom għoljin fl-Unjoni Bankarja; ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji; jenfasizza li l-kwistjoni tat-trattament regolatorju tal-esponimenti sovrani teħtieġ eżami fil-fond fi ħdan fora internazzjonali u għandha tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tindirizza din il-kwistjoni fi kwalunkwe proposta futura; jikkondividi t-tħassib tal-EBA li l-esponimenti sovrani huma materjali għall-banek tal-UE u jistgħu jsiru sors ta’ vulnerabbiltà potenzjali<FOOTNOTE><FIELD> EBA, <STRING ITALIC="on">Risk Assessment of the European Banking System</STRING> (Valutazzjoni tar-Riskju tas-Sistema Bankarja Ewropea), Diċembru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq li l-ħolqien ta’ assi sikur tal-UE jista’ jgħin biex jittaffew iċ-ċrieki vizzjużi bejn is-setturi sovrani u s-setturi bankarji domestiċi; iqis li NextGenerationEU jipprovdi assi Ewropej ta’ kwalità għolja u b’riskju baxx, li jippermettu riekwilibriju tal-bonds sovrani fuq il-karti bilanċjali tal-banek;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Superviżjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni żdied fit-tieni kwart tal-2023 għal 15,72 % (minn 14,96 % fit-tieni kwart tal-2022); jiddispjaċih li l-proporzjon tal-kopertura tal-likwidità naqas għal 158,00 % fit-tieni kwart tal-2023 (minn 164,36 % fit-tieni kwart tal-2022)<FOOTNOTE><FIELD> BĊE, <STRING ITALIC="on">Supervisory Banking Statistics for significant institutions. Second quarter 2023</STRING>, (Statistika Bankarja Superviżorja għal istituzzjonijiet sinifikanti. It-tieni kwart tal-2023), Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinnota li l-proporzjon tal-NPL kompla jonqos, u jitlob tnaqqis ulterjuri; ifakkar li t-tnaqqis tar-riskju fis-settur bankarju jikkontribwixxi għal Unjoni Bankarja aktar stabbli, aktar b’saħħitha u orjentata lejn it-tkabbir ekonomiku; jistieden lis-superviżuri jimmonitorjaw ukoll l-iżvilupp tas-self tal-istadju 2; jinnota n-nuqqas ta’ progress dwar il-proposta għal Direttiva AECE, li għandha l-għan li tipprovdi lill-banek, taħt ċerti kundizzjonijiet, mekkaniżmu li jaċċellera l-irkupru tal-valur minn self garantit permezz ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja ta’ proċeduri, sabiex jiġu żviluppati aktar is-swieq sekondarji għall-NPLs; jenfasizza li d-Direttiva dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2021/2167 tal-24 ta’ Novembru 2021 dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja tal-kreditu u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE (ĠU L 438, 8.12.2021, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> għamlet is-suq sekondarju għall-NPLs aktar effiċjenti, filwaqt li stabbiliet salvagwardji ta’ livell għoli għad-debituri; jissottolinja li l-bejgħ ta’ NPL jirrappreżenta t-tieni l-aħjar soluzzjoni meta mqabbel mar-ritorn tal-kreditu għal status ta’ prestazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jieħu nota ta’ sitwazzjoni makroekonomika li qed tiddeterjora; jirrimarka li l-banek tal-UE għandhom iħejju għal deterjorament potenzjali fil-kwalità tal-assi; għalhekk jenfasizza l-importanza ta’ ġestjoni tar-riskju prudenti u proviżjonament xieraq; jistieden lill-Kummissjoni kif ukoll lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u tal-UE jħejju għal deterjorament potenzjali fil-kwalità tal-assi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-aħħar ċiklu ta’ fallimenti tal-banek fl-Istati Uniti u fl-Iżvizzera wera l-vulnerabbiltajiet tas-sistema finanzjarja, b’mod partikolari f’dawk il-pajjiżi; jenfasizza li, f’dan l-isfond, is-sitwazzjoni tal-kapital u tal-likwidità tal-banek tal-UE baqgħet soda u b’hekk uriet ir-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE; jissottolinja li s-superviżuri tal-UE u dawk nazzjonali indirizzaw dawk ir-riskji u jilqa’ r-riżultati tal-istress test tal-2023 fl-UE kollha u l-fatt li l-banek tal-UE jistgħu jifilħu għal tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lis-superviżuri jkomplu jivvalutaw l-esponimenti tal-banek għar-riskji tar-rati tal-imgħax li jirriżultaw minn bidliet ulterjuri fil-livelli tar-rati tal-imgħax; jinnota li l-esponiment tal-banek għar-riskju tar-rata tal-imgħax tiddependi fuq l-istruttura tal-assi u l-mudell kummerċjali tagħhom, u jistenna l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-qafas regolatorju għall-banek; jinsab imħasseb dwar il-livell sinifikanti ta’ dejn sovran fuq il-karti bilanċjali tal-banek fl-Unjoni Bankarja; jenfasizza li l-kwistjoni tat-trattament regolatorju tal-esponimenti sovrani teħtieġ eżami fil-fond fi ħdan fora internazzjonali u għandha tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali; ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li r-“Rieżami tal-Istabbiltà Finanzjarja 2023” tal-BĊE jenfasizza l-importanza li jitqies id-deterjorament tal-karti bilanċjali tal-banek assoċjati ma’ rati tal-imgħax li qed jogħlew u jenfasizza li l-awtoritajiet makroprudenzjali se jkollhom bżonn isaħħu gradwalment il-miżuri relatati mal-mutwatarju u/jew il-kapital;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jitlob l-armonizzazzjoni ulterjuri tal-qafas regolatorju tal-UE, meta dan ikun xieraq, filwaqt li tiġi promossa l-konverġenza bejn l-awtoritajiet nazzjonali u filwaqt li jintuża d-djalogu superviżorju biex tiġi vvalutata l-evoluzzjoni tat-theddid għas-settur bankarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-ftehim milħuq fil-livell interistituzzjonali biex jiġu implimentati l-istandards ta’ Basel III fl-UE; jissottolinja li l-qafas se jwassal għal livelli differenti ta’ żieda fir-rekwiżiti prudenzjali skont id-dipendenza tal-banek fuq l-użu ta’ mudelli interni biex jikkalkulaw il-piżijiet tar-riskju tagħhom; jenfasizza li r-regoli l-ġodda saħħew u speċifikaw aħjar il-proporzjonalità fis-superviżjoni bankarja u se jkomplu jżidu l-istabbiltà finanzjarja fl-UE; jissottolinja l-importanza ta’ kundizzjonijiet ekwi fost il-ġuriżdizzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jieħu nota tal-fehmiet espressi mill-EBA u l-BĊE rigward id-devjazzjonijiet mill-ftehim internazzjonali introdotti fir-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq li l-kriptoassi joħolqu opportunitajiet u sfidi ġodda għall-banek; jinnota li l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ Basel għall-kriptoassi għadha pendenti; jilqa’ r-reġim tranżitorju diġà inkluż fir-rieżami attwali tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2013/36/UE tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital; jistenna l-proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju 2025 biex jiġi introdott trattament prudenzjali ddedikat għall-esponimenti għall-kriptoassi, filwaqt li jitqiesu l-istandards ta’ Basel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinnota li s-settur tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji qed ikompli jikber; jisħaq fuq il-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji u li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwi mas-settur bankarju, inkluż billi jitfasslu għodod regolatorji u superviżorji speċifiċi biex tiġi evitata kriżi ta’ likwidità; jilqa’ r-Rapport dwar l-Istabbiltà Finanzjarja Dinjija tal-FMI, ippubblikat f’April 2023, li jidentifika sorsi possibbli ta’ riskju għas-settur finanzjarju; iwissi li l-interkonnessjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji mhux bankarji (NBFI) mal-banek iżżid ir-riskju ta’ trasferiment ta’ diffikultajiet minn wieħed għall-ieħor;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-integrazzjoni ulterjuri tiġi kkombinata ma’ salvagwardji xierqa li jindirizzaw il-kwistjoni tal-pajjiż ta’ oriġini u ospitanti b’mod proporzjonat u kredibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jieħu nota tal-inklużjoni tar-riskji finanzjarji relatati mal-klima u man-natura fil-prijoritajiet superviżorji tal-BĊE għas-snin li ġejjin; jilqa’, fost affarijiet oħra, it-tieni stress test klimatiku għall-ekonomija kollha tal-BĊE f’Settembru 2023; jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-Occasional Paper Series tal-BĊE Nru 328 dwar “The Road to Paris: stress testing the transition towards a net-zero economy” (It-triq lejn Pariġi: stress testing tat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima), peress li skontu l-aħjar mod biex tinkiseb ekonomija b’emissjonijiet żero netti għad-ditti, l-unitajiet domestiċi u l-banek fiż-żona tal-euro huwa li titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika għal rata li tkun aktar rapida milli taħt il-politiki attwali; jinnota li l-BĊE jqis ir-riskji finanzjarji relatati mal-klima u man-natura fil-prattiki superviżorji tiegħu u jimmonitorja mill-qrib ir-riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni li qed jikbru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni dwar it-trasparenza, il-komparabbiltà u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ESG; jinnota li l-EBA tirrakkomanda li l-valutazzjonijiet tal-kreditu esterni jintegraw fatturi ambjentali u/jew soċjali bħala xprunaturi tar-riskju ta’ kreditu kull meta jkun rilevanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżoluzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-approċċi tal-SRB għall-approfondiment tal-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà billi jiżviluppa miżuri ta’ kontroll tal-kwalità għall-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni u billi jivvaluta jekk dawn il-pjanijiet jistgħux jiġu implimentati fi żmien qasir; jirrimarka li, biex il-pjanijiet ta’ riżoluzzjoni jkunu kompletament konformi mar-rekwiżiti legali, dawn iridu jinkludu valutazzjoni komprensiva tar-riżolvibbiltà ta’ kull bank, inkluż dwar jekk jeżistux impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà u kif dawk l-impedimenti jistgħu jitneħħew, inklużi bidliet fl-istruttura u l-organizzazzjoni ta’ bank meta dan ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, b’mod ġenerali, il-banek taħt il-mandat tal-SRB għamlu progress tajjeb lejn ir-riżolvibbiltà u fil-bini tal-kapaċità tagħhom li jassorbu t-telf; jistenna li din ix-xejra pożittiva tkompli tfakkar li l-kisba tar-riżolvibbiltà għall-istituzzjonijiet kollha m’għandhiex tkun “mira li tiċċaqlaq” u li l-banek kollha għandhom ikunu riżolvibbli bis-sħiħ sa tmiem l-2023; jinnota li hu meħtieġ aktar progress għall-banek kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-President il-ġdid tal-SRB li jwettaq rieżami strateġiku komprensiv u jwettaq pjan ta’ azzjoni ġdid; jitlob lill-SRB ikompli jtejjeb it-trasparenza tad-deċiżjonijiet tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-protezzjoni tal-ġerarkija tal-kredituri fil-proċeduri ta’ insolvenza u riżoluzzjoni bankarja; jilqa’ d-dikjarazzjoni tas-superviżjoni bankarja tal-BĊE, l-SRB u l-EBA li tenfasizza li fl-UE, l-istrumenti ta’ ekwità komuni għandhom jassorbu t-telf u l-Grad 1 Addizzjonali jista’ jitniżżel fil-valur biss jekk dawn tal-ewwel ikunu ntużaw bis-sħiħ; ifakkar fil-ħtieġa, kif espressa mill-President tal-SRB, li tiġi rispettata bis-sħiħ u kompletament il-ġerarkija tat-tniżżil fil-valur fil-każ ta’ falliment ta’ bank;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-fjuwils fossili huma l-kontributur ewlieni għall-aċċellerazzjoni tat-tibdil fil-klima, u li ħafna assi tal-fjuwils fossili se jkollhom jiġu abbandunati qabel it-tmiem tal-ħajja ekonomika tagħhom, filwaqt li jitilfu l-valur kollu tagħhom u jsiru assi mhux rekuperabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota l-proposta għal riforma tal-qafas tas-CMDI wara talbiet mill-Parlament; jitlob li l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Riżoluzzjoni jiġi estiż, li tiġi ċċarata l-valutazzjoni tal-interess pubbliku, li l-kontribwenti jiġu iżolati mill-ispiża tal-fallimenti bankarji, li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna mill-Istat jiġi limitat, kif ukoll li tiġi mmitigata kwalunkwe miżura li tista’ toħloq periklu morali eċċessiv; jitlob adozzjoni malajr u effettiva tar-rieżami tas-CMDI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li bank li qed ifalli jintbagħat biss f’riżoluzzjoni meta ma jkunx jista’ jgħaddi minn proċedimenti normali ta’ insolvenza mingħajr ma jagħmel ħsara lill-interess pubbliku jew jikkawża instabbiltà finanzjarja; jinnota wkoll li l-proposti għal riforma futura jinkludu li l-banek iż-żgħar u ta’ daqs medju b’valutazzjoni pożittiva ta’ interess pubbliku jingħataw aċċess għall-qafas ta’ riżoluzzjoni fil-livell tal-UE dment li jikkonformaw mal-kundizzjonijiet ta’ aċċess għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-SRB u tax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija fil-protezzjoni tal-kontribwenti milli jħallsu għas-salvataġġi finanzjarji; jemmen li l-kontribuzzjonijiet għax-xbieki ta’ sikurezza ffinanzjati mill-industrija jridu dejjem jiġu kkalkulati b’mod proporzjonat għar-riskju li tirrappreżenta l-istituzzjoni; jiddispjaċih li minkejja l-ftehim politiku f’Novembru 2020 dwar introduzzjoni bikrija, il-garanzija ta’ kontinġenza għall-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRF), li tikkonsisti f’linja ta’ kreditu mill-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), għadha ma daħlitx fis-seħħ minħabba d-dewmien fil-proċess ta’ ratifika tal-Ftehim Emendatorju għat-Trattat dwar il-MES; jisħaq fuq l-importanza tal-SRF biex jiġi żgurat qafas robust u kredibbli għall-ġestjoni tal-kriżijiet; jappella għar-ratifika sħiħa tal-Ftehim Emendatorju għat-Trattat dwar il-MES mill-Istati Membri kollha inkluż l-istabbiliment ta’ garanzija ta’ kontinġenza komuni għall-SRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar li l-banek jeħtieġ ikomplu jissodisfaw l-obbligi tagħhom u jwettqu l-funzjonijiet ewlenin tagħhom wara li tiġi implimentata deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni; jinsab imħasseb li l-banek jistgħu jiffaċċjaw stress ta’ likwidità f’riżoluzzjoni immedjatament wara li jerġgħu jiksbu aċċess għas-suq; jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaqblu dwar soluzzjoni li tipprovdi fiduċja u ttejjeb il-prevedibbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Assigurazzjoni ta’ depożitu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jappoġġja t-talbiet mit-tim tan-negozjati dwar EDIS tal-Parlament Ewropew, flimkien mal-koordinaturi u l-President tal-Kumitat ECON fid-dikjarazzjoni tas-7 ta’ Diċembru 2022 għal rieżami ambizzjuż tal-qafas tas-CMDI li jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS u biex jitkomplew in-negozjati dwar EDIS; jaqbel mat-talba tal-BĊE biex titkompla l-ħidma ħalli tiġi stabbilita EDIS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-ħidma leġiżlattiva fil-livell parlamentari dwar il-proposta tal-EDIS li twettqet mid-dikjarazzjoni ta’ Diċembru 2022 tat-tim tan-negozjati dwar EDIS tal-Parlament; itenni l-impenn tal-Parlament li jaħdem favur ftehim dwar EDIS; jitlob lill-koleġiżlaturi jaħdmu favur l-istabbiliment ta’ EDIS li tkun realistika, kredibbli u solida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiċċara l-ambitu tal-protezzjoni tad-depożitanti u żżid il-konverġenza permezz ta’ riforma tad-Direttiva 2014/49/UE dwar l-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti bħala parti mir-rieżami tas-CMDI<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149.</FIELD></FOOTNOTE>; jissottolinja li għalkemm ir-rieżami tas-CMDI ma jistax jitqies bħala sostitut għal EDIS, qafas aktar armonizzat jista’ jgħin biex jingħelbu l-ostakli għall-istabbiliment ta’ EDIS; jisħaq fuq l-importanza tal-proporzjonalità tar-riskju tal-kontribuzzjonijiet għall-iskemi ta’ garanzija tad-depożiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa ta’ EDIS kompluta b’kontribuzzjonijiet ibbażati fuq ir-riskju li tippermetti l-kondiviżjoni tat-telf; jitlob valutazzjoni mmirata tal-kwalità tal-assi bankarji; jirrakkomanda li dan jinbeda bl-akkomunament tal-likwidità u gradwalment jinbena fond tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jitlob li l-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali jitqiesu fl-ambitu ta’ kwalunkwe EDIS, b’mod partikolari l-effett tagħhom ta’ mitigazzjoni tar-riskju, filwaqt li jiġu ppreżervati l-kundizzjonijiet ekwi fis-Suq Uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifakkar li wieħed mill-għanijiet ewlenin tal-Unjoni Bankarja huwa li tikser ir-rabta bejn ir-riskji sovrani u dawk bankarji; jinnota li l-esponimenti tal-banek għad-dejn sovran domestiku għadhom għoljin fl-Unjoni Bankarja; jikkondividi t-tħassib tal-EBA li l-esponimenti sovrani huma materjali għall-banek tal-UE u jistgħu jsiru sors ta’ vulnerabbiltà potenzjali; jenfasizza li l-kwistjoni tat-trattament regolatorju tal-esponimenti sovrani trid tkun konsistenti mal-istandards internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tqis dan meta tindirizza kwalunkwe proposta futura dwar din il-kwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-progress sinifikanti fit-tnaqqis tar-riskju li sar mill-2015 ’l hawn; jinnota, min-naħa l-oħra, il-progress limitat dwar il-kondiviżjoni tar-riskju; jinnota, madankollu, li huwa meħtieġ tnaqqis xieraq u effettiv tar-riskju għas-suċċess tal-Unjoni Bankarja;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Awtorità Bankarja Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>