<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0013</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tad-diplomazija parlamentari tiegħu fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0405/2023 - Rapporteur: Jordi Solé)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar ir-rwol tal-Parlament Ewropew u tad-diplomazija parlamentari tiegħu fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE (2023/2105(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 14(1), 21 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-20 ta’ Lulju 2010 tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-Responsabbiltà Politika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2016 li jadottaw ir-rapport intitolat “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b’Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Marzu 2020 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024” (JOIN(2020)0005),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża - Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, adottata fil-21 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – Aġenda ambizzjuża għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2020)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-paragrafu 34 tad-Dikjarazzjoni tas-Summit tal-2023 bejn l-UE u l-Komunità ta’ Stati tal-Amerka Latina u tal-Karibew tat-18 ta’ Lulju 2023 li tirrikonoxxi d-diplomazija parlamentari bħala dimensjoni importanti tar-relazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-15 ta’ Marzu 2023 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà li tinkludi rendikont tal-funzjonament tas-SEAE u favur UE aktar b’saħħitha fid-dinja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/410, 23.11.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/HTML/?uri=OJ:C_202300410.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 26.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament bl-għan li jissaħħu l-integrità, l-indipendenza u r-responsabbiltà<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0316.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0405/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-rwol tal-Parlament bħala koleġiżlatur u awtorità kobaġitarja jkopri mhux biss il-politiki interni tal-UE, iżda wkoll, fil-biċċa l-kbira, l-azzjoni esterna tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 36 tat-TUE jirrikjedi li l-VP/RGħ jikkonsulta regolarment dwar l-aspetti prinċipali u l-għażliet li jsiru fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u jinforma lill-Parlament bl-evoluzzjoni ta’ din il-politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-approvazzjoni tal-Parlament hija meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-parti l-kbira tal-ftehimiet internazzjonali; billi l-Artikolu 218(10) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi li l-Parlament Ewropew “għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċeduri” għan-negozjati ta’ tali ftehimiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Parlament jagħmel skrutinju u jiddiskuti t-tmexxija tal-affarijiet esterni tal-UE, b’mod partikolari permezz tal-ħidma tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu u taż-żewġ sottokumitati tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem u għas-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll permezz tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Iżvilupp tiegħu; billi dan ir-rwol ta’ skrutinju jinkludi kwistjonijiet li jappartjenu għall-adozzjoni, l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-istrateġiji tematiċi, reġjonali u tal-pajjiżi tal-UE u dokumenti oħra ta’ politika, bħall-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi, kif ukoll assistenza finanzjarja u ħatriet għal pożizzjonijiet għolja fi ħdan ir-rappreżentanza esterna tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Parlament, bħala l-unika istituzzjoni tal-UE eletta direttament miċ-ċittadini tal-UE, jorganizza dibattiti pubbliċi fil-plenarja u fil-kumitati u jadotta rapporti u riżoluzzjonijiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE u mas-sitwazzjoni f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, u b’hekk jikkontribwixxi għas-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u jixpruna d-diskussjoni kemm fi ħdan l-UE, kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati; billi dawn ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet jikkontribwixxu għall-iżviluppi normattivi madwar id-dinja u huma skrutinizzati mill-qrib minn atturi minn pajjiżi terzi, inklużi gvernijiet, parlamenti, u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tal-media u jistgħu jwasslu għal reazzjonijiet u riperkussjonijiet f’dawn il-pajjiżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Parlament għandu network uniku ta’ 45 delegazzjoni permanenti li jibnu u japprofondixxu r-relazzjonijiet ma’ parlamenti oħra minn pajjiżi, reġjuni u organizzazzjonijiet terzi; billi korpi bħal dawn spiss jikkostitwixxu d-dimensjoni parlamentari tal-ftehimiet bilaterali tal-UE ma’ pajjiżi bħal dawn;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rwol tal-Parlament fl-istabbiliment tal-baġit annwali tal-Unjoni huwa kruċjali fl-appoġġ għall-pajjiżi l-aktar fil-bżonn biex jegħlbu l-isfidi tal-iżvilupp fit-tul permezz tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, kif ukoll fl-indirizzar ta’ diżastri u emerġenzi umanitarji kbar, b’mod partikolari billi tiżdied l-għajnuna umanitarja;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija objettiv tal-politika esterna tal-UE; billi l-Istati Membri kollha tal-UE u l-Parlament Ewropew impenjaw ruħhom li jimplimentaw ir-Riżoluzzjoni 1325 (2000) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa u l-paċi u s-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew sar wieħed mill-aktar parlamenti attivi f’termini tal-attività diplomatika parlamentari tiegħu u r-riżorsi ddedikati għal dan il-għan; billi d-diplomazija parlamentari tikkontribwixxi biex jinkisbu l-objettivi tal-UE u biex jiġu promossi l-valuri, l-interessi u l-politiki tal-UE, inkluż fil-livell multilaterali, u b’hekk iġġib magħha valur miżjud permezz tal-promozzjoni ta’ azzjoni esterna tal-UE b’aktar koerenza u koeżjoni; billi d-diplomazija parlamentari tista’ ssaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u l-viżibbiltà u l-effikaċja tad-deċiżjonijiet u tal-miżuri ta’ implimentazzjoni kemm taħt il-PESK tal-UE kif ukoll taħt il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK);
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, permezz tad-diplomazija parlamentari, il-Parlament iżomm djalogu ma’ mexxejja globali, uffiċjali eletti, rappreżentanti tal-gvernijiet u membri tal-korp diplomatiku, istituzzjonijiet pubbliċi, organizzazzjonijiet u rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, inkluż minn popolazzjonijiet vulnerabbli u dawk f’riskju, u ma’ partijiet ikkonċernati oħra minn pajjiżi terzi u istituzzjonijiet multilaterali fuq bażi kontinwa, b’mod partikolari permezz tal-ħidma tad-delegazzjonijiet u tal-kumitati tiegħu, inkluż billi jorganizza seduti ta’ smigħ, jadotta rapporti u riżoluzzjonijiet u jwettaq żjarat fil-pajjiżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Artikolu 36 tat-TUE jagħti l-mandat lill-VP/RGħ biex jidher quddiem il-Parlament tal-inqas darbtejn fis-sena biex jirrapporta dwar is-sitwazzjoni attwali relatata mal-PESK/PSDK u jwieġeb mistoqsijiet; billi l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> irid jiġi aġġornat,
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet tal-Parlament, li huwa mmexxi mill-presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp u jinkludi l-Membri tal-PE mill-ispettru politiku kollu, jissorvelja l-isforzi tal-Parlament biex jappoġġja d-demokrazija lil hinn mill-UE, inkluż fir-rigward tal-osservazzjoni elettorali, il-medjazzjoni u d-djalogu; billi permezz tad-Djalogu Jean-Monnet għall-Paċi u d-Demokrazija, il-Parlament ilaqqa’ flimkien il-mexxejja politiċi mhux tal-UE sabiex tiġi promossa l-komunikazzjoni bejn il-partiti u l-bini ta’ kunsens; billi l-Membri tal-PE jistgħu jaġixxu bħala mibgħuta u medjaturi speċjali għall-prevenzjoni tal-kunflitti f’ċerti sitwazzjonijiet ta’ tensjoni għolja madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Parlament Ewropew jassisti lill-parlamenti nazzjonali u lill-assemblej reġjonali internazzjonali lil hinn mill-fruntieri tal-UE sabiex itejjeb il-kapaċità istituzzjonali tagħhom; billi hu stabbilixxa djalogu kontinwu ma’ dawn il-leġiżlaturi u regolarment jiskambja l-aħjar prattiki;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Parlament huwa osservatur elettorali rikonoxxut internazzjonalment; billi d-delegazzjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-Parlament huma involuti jew f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE jew f’missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-gruppi politiċi u l-membri individwali tal-Parlament igawdu minn network dens u wiesa’ ta’ kuntatti ma’ partiti politiċi, deputati parlamentari, uffiċjali tal-gvern u partijiet ikkonċernati mis-settur privat u s-soċjetà ċivili f’pajjiżi terzi, b’mod partikolari fil-pajjiżi ta’ adeżjoni mal-UE u l-viċinat tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, minbarra l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew barra mill-UE f’Londra u f’Washington, il-Parlament għandu uffiċċji antenna għan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, għall-Unjoni Afrikana f’Addis Ababa u għall-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja f’Jakarta, li għandhom l-objettiv li jsaħħu l-kooperazzjoni parlamentari ma’ dawn l-organizzazzjonijiet multilaterali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Artikolu 5(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE jiddikjara li “d-delegazzjonijiet tal-Unjoni għandu jkollhom il-kapaċità li jirrispondu għall-ħtiġijiet tal-istituzzjonijiet l-oħrajn tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Parlament Ewropew, fil-kuntatti tagħhom mal-organizzazzjonijiet internazzjonali jew il-pajjiżi terzi li għalihom huma akkreditati d-delegazzjonijiet”;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tad-diplomazija parlamentari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ r-rwol dejjem akbar tal-Parlament fl-azzjoni esterna tal-UE, li qiegħed bil-mod il-mod jevolvi għal wieħed sostanzjali, billi jgħaqqad is-setgħat leġiżlattivi, baġitarji u ta’ skrutinju tiegħu ma’ bosta forom ta’ impenn pubbliku u bir-reqqa mal-organizzazzjonijiet internazzjonali, u l-pajjiżi, is-soċjetajiet u l-individwi minn barra l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza r-rwol distint u l-valur tad-diplomazija parlamentari tal-UE biex jiġu komplementati u msaħħa l-viżibbiltà u l-impatt tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, flimkien mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Kummissjoni u s-servizzi diplomatiċi u l-parlamenti tal-Istati Membri, filwaqt li tippreserva l-awtonomija tal-Parlament stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tad-diplomazija parlamentari bħala mezz biex jintlaħqu partijiet ikkonċernati aktar diversi f’pajjiżi sħab u terzi biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-leġiżlazzjoni u l-pożizzjonijiet tal-UE, biex jinftiehmu aħjar il-perċezzjonijiet, l-impatti u l-konsegwenzi ta’ tali leġiżlazzjoni u pożizzjonijiet f’dawn il-pajjiżi u biex jinħolqu alleanzi bejn il-pari u sħubijiet solidi f’kuntest internazzjonali dejjem aktar kumpless u multipolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li, minkejja l-kontribut distint li jagħti biex jinkisbu l-għanijiet tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE, kif ukoll il-valur miżjud u l-komplementarità tad-diplomazija parlamentari, il-Kummissjoni, il-Kunsill u s-SEAE għadhom ma rrikonoxxewx bis-sħiħ il-Parlament bħala attur integrali fi ħdan l-approċċ “Tim Ewropa”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jemmen li l-Parlament għandu potenzjal kbir mhux sfruttat biex ikompli jiżviluppa r-rwol diplomatiku u l-kontribut tiegħu biex jinkisbu l-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għodod, mezzi u valuri tad-diplomazija parlamentari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jenfasizza l-kontribut speċifiku, dinamiku u pubbliku tal-Parlament għall-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE u għall-indirizzar tal-isfidi globali permezz tal-ħidma tal-kumitati tiegħu impenjati fl-affarijiet esterni, inklużi s-sottokumitati dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u għas-Sigurtà u d-Difiża, li jikkontribwixxu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u s-soċjetà ċivili madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li d-delegazzjonijiet permanenti jagħmlu ħidma importanti u komplementarja ma’ dik tal-kumitati billi jistabbilixxu forum regolari u sostnut għad-djalogu politiku mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluż permezz ta’ korpi parlamentari konġunti u assemblej multilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li d-delegazzjonijiet permanenti jiżvolġu rwol ewlieni bħala ħolqa bejn il-Parlament u sħabu madwar id-dinja, jiffaċilitaw l-interazzjoni, jipprovdu informazzjoni b’mod konsistenti lill-kumitati u lil korpi oħra tal-Parlamenti, jiddibattu l-pożizzjonijiet u l-politiki ta’ interess komuni kif ukoll jisimgħu lis-sħab differenti u lill-partijiet ikkonċernati u jwasslulhom fehmiethom lill-korpi kompetenti fi ħdan il-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iqis li l-missjonijiet uffiċjali tal-Parlament barra mill-UE jiffurmaw parti integrali tal-politika esterna tal-UE u jridu għalhekk igawdu mill-appoġġ sħiħ tad-delegazzjonijiet tal-UE, kif ukoll mill-ogħla livell ta’ informazzjoni u sigurtà mis-SEAE f’dan ir-rigward; jappella biex iċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE jingħata r-riżorsi kollha meħtieġa; iqis li koordinazzjoni, ippjanar u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet aħjar għall-missjonijiet bejn il-korpi differenti tal-Parlament iżidu l-konsistenza, il-kredibbiltà u l-impatt tar-rwol diplomatiku tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-korpi rilevanti tal-Parlament jistabbilixxu koordinazzjoni interna billi, fost azzjonijiet oħra, jabbozzaw perjodikament lista ta’ pajjiżi prijoritarji li magħhom għandhom jinvolvu ruħhom, abbażi ta’ fajls leġiżlattivi u prijoritajiet ġeopolitiċi jew strateġiċi li ġejjin, billi jorganizzaw skambji konġunti ta’ fehmiet ma’ dawn il-pajjiżi prijoritarji dwar ir-relazzjonijiet tal-UE jew dwar kwistjonijiet orizzontali ġeopolitiċi jew ta’ kunflitt, u billi jrawmu sinerġiji bejn il-missjonijiet tal-Parlament barra mill-pajjiż biex tiġi evitata duplikazzjoni bla bżonn, jiġu ssimplifikati r-riżorsi u tittejjeb il-konsistenza fil-messaġġi tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li l-parlamentari għandhom ikunu ppreparati bis-sħiħ dwar id-dimensjonijiet tar-relazzjonijiet kulturali u internazzjonali ta’ pajjiż terz meta jkunu qed iwettqu missjoni uffiċjali, sabiex ikunu jistgħu jrawmu kultura ta’ djalogu fil-kuntest ta’ djalogu ta’ kulturi; jappella, f’dan ir-rigward, biex is-SEAE, u b’mod partikolari d-diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tiegħu, jappoġġja bis-sħiħ il-missjonijiet uffiċjali tal-Parlament lejn pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jemmen li d-djalogu politiku li l-Parlament u l-Membri tal-PE jagħmlu mal-atturi governattivi, parlamentari u tas-soċjetà ċivili fid-dinja kollha jikkontribwixxi biex jippromwovi l-prijoritajiet, il-fehmiet u l-valuri tal-UE rigward standards globali f’oqsma bħad-drittijiet universali tal-bniedem u d-demokrazija, id-drittijiet tal-LGBTI, id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-diplomazija dwar il-klima u l-enerġija, il-konnettività, l-intelliġenza artifiċjali u l-politiki diġitali u teknoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq fuq id-dedikazzjoni konsistenti tal-Parlament biex iqiegħed lid-drittijiet tal-bniedem u lid-demokrazija fil-qalba tal-azzjoni esterna tal-UE u jipprovdi forum kruċjali li fih tinstema’ u tinxtered il-vuċi tas-soċjetà ċivili u tal-partijiet ikkonċernati demokratiċi mid-dinja kollha; jenfasizza, f’dan ir-rigward, l-azzjonijiet tiegħu b’appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB), id-deputati parlamentari f’riskju u l-mexxejja politiċi żgħażagħ, kif ukoll b’appoġġ għall-parteċipazzjoni tan-nisa fil-ħajja politika u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni; jappella biex l-azzjonijiet tal-Parlament jiġu żviluppati aktar u li tingħata vuċi lil dawk li d-drittijiet tagħhom huma f’riskju fil-leġiżlatura li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza r-rilevanza ewlenija tad-dibattiti u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt bħala waħda mill-għodod tiegħu bl-akbar impatt barra mill-UE meta jindirizza s-sitwazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi; jappella, għalhekk, għal viżibbiltà aħjar għal dawn id-dibattiti u r-riżoluzzjonijiet, inkluż fir-rigward tal-aġendi tas-sessjonijiet plenarji u f’konformità mal-ħidma tal-kumitati u ta’ korpi parlamentari permanenti oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-importanza u n-natura unika tar-rwol tal-Parlament fil-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali u b’mod aktar wiesa’ fil-programmi ta’ appoġġ għad-demokrazija, bħat-tisħiħ tad-demokrazija parlamentari tiegħu f’pajjiżi terzi u f’inizjattivi li jinvolvu l-medjazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-bini tal-kapaċità, il-prevenzjoni tal-kunflitti, it-trawwim ta’ kultura parlamentari kunsenswali u demokratika u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jappella biex is-sejbiet mill-attivitajiet tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet dwar pajjiżi speċifiċi, kif ukoll dawk derivati minn missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE, jiġu integrati aħjar fil-ħidma rilevanti tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet, kif ukoll fis-sessjonijiet plenarji meta ssir enfasi fuq dawk l-istess pajjiżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni msaħħa mal-Kummissjoni, inkluż mad-Direttorat Ġenerali għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir u d-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali, fl-appoġġ tad-demokrazija parlamentari madwar id-dinja u fit-tisħiħ tal-appoġġ istituzzjonali għall-parlamenti; jissuġġerixxi li n-network mal-parlamenti nazzjonali dwar l-appoġġ għad-demokrazija, stabbilit mill-Parlament, jista’ jsir post istituzzjonali regolari biex jikkoordina l-attivitajiet u jisfrutta l-għarfien espert;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jinkiseb bilanċ bejn il-ġeneri fl-attivitajiet u l-missjonijiet kollha, inkluż fir-rappreżentanzi tal-Parlament, meta jivvjaġġaw barra mill-UE, u li jiġi estiż l-għarfien espert dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri billi jiġu mibgħuta esperti dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri bħala parti minn azzjonijiet u programmi ta’ assistenza parlamentari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kontribut tal-Parlament għall-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jemmen li l-leġiżlatura li jmiss u t-twaqqif tal-Kummissjoni li ġejja għandhom ikunu opportunità biex jissaħħaħ il-qafas tar-relazzjonijiet interistituzzjonali bejn il-Parlament, is-SEAE u l-Kummissjoni, inklużi d-delegazzjonijiet tal-UE, bil-għan li titqawwa d-diplomazija parlamentari u jissaħħaħ is-sett ta’ għodod tal-UE għall-azzjoni esterna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob, b’mod partikolari, li tissaħħaħ is-superviżjoni tal-Parlament fuq il-ħidma li ssir fl-ambitu tal-attivitajiet tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE billi jiżdiedu l-livell ta’ responsabbiltà u trasparenza tas-SEAE u tas-servizzi esterni tal-Kummissjoni; jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-ħtieġa li tiġi aġġornata d-Dikjarazzjoni tal-2010 dwar ir-Responsabbiltà Politika biex jiġu definiti mill-ġdid ir-relazzjonijiet bejn is-SEAE u l-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri jinvolvu verament lill-Parlament fl-implimentazzjoni u fl-iskrutinju ta’ materji ta’ rilevanza strateġika fl-affarijiet barranin tal-UE inkluż fl-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi, kif ukoll fl-iskrutinju tal-istrumenti ta’ finanzjament estern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinsisti fuq id-dritt tal-Parlament għall-informazzjoni dwar kwistjonijiet tal-PESK skont l-Artikolu 36 tat-TUE, inkluż l-aċċess f’waqtu għar-rapporti, l-istrateġiji tal-pajjiżi u informazzjoni kunfidenzjali oħra li jiggwidaw l-imġiba tal-PESK tal-UE; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq l-importanza li jiġi finalizzat, mill-aktar fis possibbli, l-aġġornament tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess min-naħa tal-Parlament Ewropew għall-informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-funzjoni ta’ skrutinju tal-Parlament u s-setgħa li jissorvelja n-negozjati u l-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali għandhom jagħtuh rwol kruċjali fit-tiswir tal-impenn tal-Unjoni mal-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, u fl-azzjoni ġenerali tiegħu fl-arena internazzjonali, li jippermetti lill-UE tippromwovi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u d-diplomazija dwar il-klima fir-relazzjonijiet internazzjonali; jiddeplora, f’dan ir-rigward, l-hekk imsejħa arranġamenti informali jew <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> li ma jirrikjedux l-approvazzjoni tal-Parlament u li għalhekk jimminaw l-awtorità tal-Parlament bħala koleġiżlatur u r-rwol ta’ sorveljanza tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-ambaxxaturi għall-UE f’pajjiżi strateġiċi u r-rappreżentanti speċjali tal-UE għandhom jiġu kkonfermati biss wara evalwazzjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella għal parteċipazzjoni aktar sistematika tal-presidenti tal-kumitati esterni tal-Parlament f’laqgħat u avvenimenti ta’ livell għoli tal-PESK, inkluż il-Kunsill Affarijiet Barranin; jappella biex ikun hemm delegazzjonijiet konġunti tas-SEAE, tal-Kummissjoni u tal-Parlament għal laqgħat multilaterali u reġjonali ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jinsisti fuq il-fatt li d-dokumenti strateġiċi kruċjali kollha dwar il-politiki adottati mill-Kummissjoni u mill-Kunsill fir-rigward tat-tmexxija tal-politika esterna tal-UE għandhom jiġu abbozzati b’konsultazzjoni mal-Parlament u jintegraw fihom ir-rwol tal-Parlament u l-kontribut tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ fir-relazzjonijiet tal-Parlament mal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri, peress li dawn tal-aħħar jinsabu f’qagħda tajba biex jagħmluha ta’ ħolqa mal-fergħat eżekuttivi tal-Istati Membri; jissottolinja għalhekk li l-Konferenza Interparlamentari dwar il-PESK/PSDK u l-konferenzi interparlamentari li jsiru kull sena mis-sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem jipprovdu forum importanti għall-iskambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew fl-oqsma kkonċernati u għandhom jissaħħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iqis li l-Parlament jista’ jkollu rwol uniku biex iqarreb il-politika barranija tal-UE lejn iċ-ċittadini Ewropej u biex isaħħaħ il-leġittimità demokratika tiegħu, inkluż billi jinvolvi ruħu ma’ entitajiet sottostatali, bħall-gvernijiet u l-parlamenti reġjonali, u b’hekk jippermetti li d-diplomazija f’diversi livelli taħt l-oqfsa legali u istituzzjonali rispettivi għall-politika barranija tal-UE u tal-Istati Membri tikkontribwixxi u tibni fuq azzjoni esterna fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex tiġi żviluppata diplomazija awtonoma tal-UE ddeterminata minn kultura diplomatika komuni minn perspettiva tal-UE u jissottolinja r-rwol tal-Parlament f’dan ir-rigward; iqis li l-implimentazzjoni tal-proġett pilota tal-Parlament dwar il-ħolqien ta’ Akkademja Diplomatika Ewropea, u speċjalment l-istruttura futura u permanenti tagħha, hija pass konkret ’il quddiem f’dan ir-rigward; jappella għal garanziji dwar il-parteċipazzjoni permanenti u l-involviment attiv tal-Parlament fil-korpi maniġerjali jew governattivi futuri tal-Akkademja Diplomatika Ewropea, kif ukoll fil-programmi u l-attivitajiet ta’ taħriġ tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Huwa tal-fehma li, fil-kuntest tar-rigress fid-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja, il-Parlament għandu rwol speċifiku fid-difiża tal-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-pluraliżmu politiku, fil-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-indħil barrani f’pajjiżi terzi u fl-għajnuna lill-parlamenti eletti demokratikament globalment biex jikkonsolidaw ir-rwoli istituzzjonali u l-metodi ta’ ħidma interni tagħhom permezz ta’ programmi mmirati; jinnota li l-Membri tal-PE jistgħu jindirizzaw kwistjonijiet aktar sensittivi, bħal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jagħmlu dikjarazzjonijiet pubbliċi, isegwu għażliet pubbliċi jew privati għall-komunikazzjoni jew jinvolvu ruħhom ma’ sħab lokali meta l-ispazju għad-diplomazija tradizzjonali jkun aktar ristrett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza r-rwol speċifiku tal-korpi parlamentari biex jgħinu lill-pajjiżi sħab u, b’mod partikolari, lill-pajjiżi tat-tkabbir u lill-pajjiżi kandidati potenzjali fil-Balkani tal-Punent u fil-viċinat tal-Lvant; jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tagħhom fil-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, minħabba r-rwol speċifiku u ewlieni li għandhom il-parlamenti nazzjonali fil-proċess ta’ riforma meħtieġ permezz, fost affarijiet oħra, tal-approssimazzjoni leġiżlattiva, is-sorveljanza u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini; ifakkar fil-ħtieġa li d-delegazzjonijiet tal-UE jappoġġjaw tali kooperazzjoni interparlamentari fil-pajjiżi kandidati u dawk li huma kandidati potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ approċċi innovattivi bħall-kooperazzjoni bejn il-kumitati mnedija reċentement bejn il-Parlament Ewropew u l-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u jħeġġeġ l-iżvilupp ta’ aktar inizjattivi f’dan il-qasam, minħabba l-importanza politika tal-proċess ta’ tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu biex jissaħħu l-kapaċitajiet istituzzjonali tal-UE għad-demokrazija preventiva, għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-medjazzjoni, u jemmen li l-Parlament jista’ joffri għarfien espert u jagħti kontribut sostanzjali permezz tal-korpi u tal-azzjonijiet tiegħu f’dan il-qasam, inkluż billi jagħmel użu minn mekkaniżmi ta’ twissija bikrija u żjarat fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq li n-network interparlamentari wiesa’ li l-Parlament żviluppa permezz tad-delegazzjonijiet permanenti u l-assemblej multilaterali tiegħu joffri mezz mill-iprem biex jiġu diskussi u koordinati l-pożizzjonijiet mas-sħab internazzjonali fil-fora multilaterali, pereżempju fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet tan-NU, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, id-diplomazija dwar il-klima jew il-pożizzjonijiet tal-G20, kif ukoll biex jiġu ċċarati l-intenzjonijiet tal-UE lis-sħab u jiġu promossi l-azzjonijiet tagħha; jenfasizza l-kontribut sinifikanti tal-Parlament għall-ħidma tal-fora multilaterali permezz tal-involviment tiegħu, fost l-oħrajn, fis-summits parlamentari tal-G7 u tal-G20, u fil-laqgħat tal-Unjoni Interparlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Parlament Ewropew fl-avvanz globali tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, inkluża l-ġlieda kontra l-femminiċidju u l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, u d-drittijiet tal-persuni LGBTI fl-azzjoni esterna tal-UE; jirrimarka l-importanza tal-membri parlamentari fil-promozzjoni tas-sensittività tal-ġeneru fir-relazzjonijiet esterni tal-UE permezz tas-sensibilizzazzjoni, il-bini tal-kapaċità u l-kondiviżjoni ta’ prattiki tajba, inkluż, iżda mhux limitat għall-valur miżjud li jiġu żgurati parlamenti bbilanċjati fir-rigward tal-ġeneru u perspettiva tal-ġeneru fil-funzjonament tal-korpi parlamentari; jappella lill-Parlament ikompli jsaħħaħ din id-dimensjoni rilevanti tad-diplomazija parlamentari tiegħu fl-interazzjonijiet tiegħu mal-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Huwa tal-fehma li, fid-dawl tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 5 (li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tingħata s-setgħa lin-nisa u l-bniet kollha), il-Parlament irid ikollu rwol sinifikanti fil-kisba ta’ parametri referenzjarji strateġiċi ewlenin għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jissottolinja l-ħidma ta’ promozzjoni tal-Parlament għar-ratifika u l-implimentazzjoni ta’ konvenzjonijiet u protokolli fakultattivi rilevanti tan-NU u internazzjonali oħra, bħall-Ftehim ta’ Pariġi u l-Konvenzjoni dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tim Ewropa: il-Parlament bħala sieħeb fil-politika estera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iqis li, filwaqt li l-Parlament għandu jżomm l-awtonomija sħiħa tiegħu fit-twettiq tal-aġenda tiegħu fil-qasam tal-politika esterna, iż-żjarat u d-dikjazzjonijiet konġunti u <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> tal-Parlament flimkien mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill fir-rigward tal-iżviluppi ewlenin fil-pajjiżi terzi joffru qasam promettenti biex jiġi attwat l-approċċ “Tim Ewropa”; jappella, f’dan ir-rigward, li jitnieda programm pilota interistituzzjonali ta’ Tim Ewropa f’għadd magħżul ta’ pajjiżi terzi; jappella biex dan il-programm pilota jiżgura li l-għodod tal-Parlament ikunu integrati bis-sħiħ fi ħdan approċċ interistituzzjonali konġunt lejn il-pajjiżi kkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jiddenunzja d-deċiżjoni ta’ xi pajjiżi, inklużi xi wħud li għandhom ftehimiet mal-UE, li jipprojbixxu lid-delegazzjonijiet tal-Parlament u lill-Membri tal-PE individwali milli jidħlu f’xi wħud mit-territorji tagħhom jew mit-territorji kollha tagħhom; jiddenunzja t-theddid u s-sanzjonijiet kontra l-Membri tal-PE minn pajjiżi terzi; jinsisti li l-Kunsill u l-Istati Membri jieħdu azzjoni immedjata u robusta, inklużi sanzjonijiet jekk jitqiesu meħtieġa, meta l-korpi tal-Parlament jew il-Membri tal-PE individwali jkunu fil-mira ta’ miżuri restrittivi minn pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza l-osservazzjoni elettorali bħala qasam li fih il-kooperazzjoni bejn il-Parlament u s-SEAE huwa l-aktar strutturat, biż-żewġ istituzzjonijiet iwettqu attivitajiet ta’ osservazzjoni elettorali li huma integrati sewwa ma’ ta’ xulxin f’diversi modi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għal koordinament aktar strateġiku bejn l-istituzzjonijiet tal-UE fir-rigward tal-każijiet urġenti li jinvolvu d-DDB, il-ġurnalisti jew membri ta’ gruppi partikolarment vulnerabbli; huwa konvint li d-diplomazija parlamentari tista’ tkun mekkaniżmu effikaċi u komplementari fid-djalogu mal-pajjiżi terzi rigward dawn il-każijiet; jappella għal task force interistituzzjonali dwar id-DDB biex tikkoordina l-isforzi Ewropej dwar każijiet prijoritarji tad-DDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-VP/RGħ, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-Parlament, biex jadotta lista annwali ta’ pajjiżi li fuqhom ikun hemm enfasi minħabba tħassib serju fir-rigward tas-sitwazzjoni mwiegħra tad-DDB u l-attivisti tad-demokrazija, li, fost l-oħrajn, tippermetti rispons prattiku kkoordinat bis-sħiħ ta’ Tim Ewropa fuq il-post; jemmen li l-Parlament jista’ jkollu rwol deċiżiv billi juża l-mezzi istituzzjonali u mezzi oħra tiegħu b’appoġġ għal dan l-approċċ immirat u konġunt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Iħeġġeġ lil kull delegazzjoni tal-UE tippubbliċizza l-ħidma rilevanti tal-Parlament fil-pajjiż ospitanti tiegħu, inkluż fis-sit web tiegħu bil-lingwa tal-post, u ssegwi dan mal-awtoritajiet lokali u mal-gruppi tas-soċjetà ċivili;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>