<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0014</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-avjazzjoni elettrika – soluzzjoni għal titjiriet fuq meded qosra u medji</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0438/2023 - Rapporteur: Erik Bergkvist)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2024 dwar l-avjazzjoni elettrika – soluzzjoni għal titjiriet fuq meded qosra u medji (2023/2060(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 90 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0559),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2021 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013 (COM(2021)0812), b’mod partikolari t-Taqsima 5 tiegħu dwar l-infrastruttura tat-trasport bl-ajru,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ġunju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni fih u t-tixrid tiegħu (COM(2018)0435),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-Ajru Uniku Ewropew (COM(2013)0410),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Strateġija 2.0 tad-Droni għal Ekosistema Intelliġenti u Sostenibbli tal-Inġenji tal-Ajru Mingħajr Bdot Abbord fl-Ewropa” (COM(2022)0652),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Strateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti – inqiegħdu t-trasport Ewropew fit-triq it-tajba għall-futur” (COM(2020)0789),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, li tittrasforma l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew f’liġi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 598/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-istabbiliment ta’ regoli u proċeduri fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ restrizzjonijiet operattivi relatati mal-istorbju f’ajruporti tal-Unjoni fi ħdan Approċċ Bilanċjat u li jħassar id-Direttiva 2002/30/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 173, 12.6.2014, p. 65.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikulari l-istabbiliment tal-Fond għall-Innovazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Ekoloġiku Ewropew, li għandu l-għan li jpoġġi lill-UE fit-triq għal tranżizzjoni ekoloġika, bil-għan aħħari li tintlaħaq in-newtralità klimatika sal-2050,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-proposti inklużi fih, b’mod partikolari l-proposta biex tiżdied il-produzzjoni u l-użu ta’ fjuwils tal-avjazzjoni sostenibbli (SAF), magħrufa wkoll bħala l-inizjattiva ReFuelEU Aviation, u l-proposta biex jiġu riveduti s-sistemi għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS) fir-rigward tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> mill-avjazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar il-qafas il-ġdid tal-UE għall-mobilità urbana<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0130.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2015 dwar l-avjazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 366, 27.10.2017, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2012 dwar il-futur tal-ajruporti reġjonali u s-servizzi tal-ajru fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 261 E, 10.9.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Frar 2017 dwar Strateġija tal-Avjazzjoni għall-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 252, 18.7.2018, p. 284.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kundizzjonijiet speċjali taċ-ċertifikazzjoni SC E-19 tal-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (EASA) għas-sistemi ta’ propulsjoni elettriċi/ibridi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0438/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi sal-2019, l-emissjonijiet mill-avjazzjoni internazzjonali kienu żdiedu b’146 % meta mqabbla mal-1990<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, L-emissjonijiet mill-ajruplani u l-vapuri: fatti u ċifri (infografika), aġġornat fil-15 ta’ Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; billi dan is-sehem huwa mistenni li jikber hekk kif id-domanda għall-ivvjaġġar bl-ajru tiżdied;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi 50-55 % tal-emissjonijiet jistgħu jitnaqqsu billi jaqilbu għal SAF, 30-35 % billi jintużaw teknoloġiji ġodda, 5-10 % billi jiġu ottimizzati l-operazzjoni u l-infrastruttura tal-inġenji tal-ajru, u 5 % billi jintgħażlu miżuri ġodda bbażati fuq is-suq<FOOTNOTE><FIELD> Waypoint 2050, “Aviation: Benefits Beyond Borders” (L-Avjazzjoni: Benefiċċji Lil Hinn mill-Fruntieri), Figura 2.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi sabiex jinkiseb it-tnaqqis meħtieġ fl-emissjonijiet sal-2050, 75 % tal-flotta ċivili globali se jkollha tiġi sostitwita mill-2035 ’il quddiem;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-każ għal avjazzjoni tassew nadifa jirrikjedi kollaborazzjonijiet aktar profondi fir-riċerka, il-manifatturi, il-linji tal-ajru, il-gvernijiet u partijiet ikkonċernati oħra; billi subsett tal-industrija tal-avjazzjoni diġà huwa attiv fl-iżvilupp ta’ kunċetti avvanzati ta’ inġenji tal-ajru<FOOTNOTE><FIELD> ATR, Avinor, Deutsche Aircraft (f’kooperazzjoni ma’ Private Wings), Heart Aerospace (f’kooperazzjoni ma’ Finnair u Icelandair), Pipistrel, SAS (f’kooperazzjoni ma’ Airbus), Tecnam, eċċ.</FIELD></FOOTNOTE> bħall-inġenji tal-ajru elettriċi bit-tlugħ u l-inżul vertikali (eVTOL);
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Impriża Konġunta Avjazzjoni Nadifa (CAJU) hija l-programm ewlieni ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE għat-trasformazzjoni tal-avjazzjoni lejn futur sostenibbli; billi s-CAJU u l-EASA qed jikkooperaw fl-adattament ta’ reġim ta’ ċertifikazzjoni standard għal ġenerazzjoni ġdida ta’ inġenji tal-ajru;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi inġenji tal-ajru żgħar tat-test elettriċi ta’ sa disa’ postijiet diġà qed itiru f’diversi reġjuni tal-UE; billi inġenji tal-ajru elettriċi sa 30 post huma ppjanati għall-aħħar tas-snin 2020, u inġenji tal-ajru reġjonali għas-snin 2030<FOOTNOTE><FIELD> Skeda tal-fatti, “Net zero 2050: new aircraft technology” (Emissjonijiet żero netti 2050: teknoloġija ġdida tal-inġenji tal-ajru), IATA, Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-ewwel flotta ta’ inġenji tal-ajru elettriċi ċċertifikati mill-EASA<FOOTNOTE><FIELD> Pipistrel Velis Electro.</FIELD></FOOTNOTE> diġà hija involuta f’attivitajiet ta’ taħriġ tal-bdoti f’ambjent sikur u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent; billi diversi mudelli eVTOL diġà applikaw għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip mal-EASA;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-EASA pproponiet regoli għat-tħaddim sikur ta’ inġenji tal-ajru VTOL, li jinkludu t-taxis tal-ajru, u sett komprensiv ta’ rekwiżiti operazzjonali għat-taxis tal-ajru elettriċi ppilotati, li jkopru l-oqsma tal-operazzjonijiet, il-liċenzjar tal-ekwipaġġ tat-titjira u r-regoli dwar l-ajru u l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-avjazzjoni elettrika u ibrida elettrika tista’ ssaħħaħ il-mobbiltà tal-ajru u l-konnettività urbani u reġjonali, billi toffri firxa sħiħa ta’ soluzzjonijiet innovattivi tat-trasport pubbliku; billi sadanittant qed jissawru wkoll pjanijiet għall-bini ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu sabiex dawn jintużaw fuq skala kbira sal-2035;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-avjazzjoni elettrika u ibrida elettrika se ttejjeb il-kompetittività tal-ħinijiet tal-ivvjaġġar fuq distanzi iqsar permezz ta’ trasferiment aktar veloċi; billi l-inġenji tal-ajru elettriċi se jġorru inqas passiġġieri f’ajruplani żgħar, li jfisser inqas ħin imqatta’ għall-imbarkazzjoni u s-servizzi fuq l-art;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE qed tara żvilupp mgħaġġel fit-teknoloġija tal-batteriji kemm f’termini ta’ volumi ta’ produzzjoni kif ukoll ta’ nefqa għall-iżvilupp;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi s-suċċess ta’ proġetti ta’ riċerka u żvilupp kumplessi ħafna fil-qasam tal-avjazzjoni nadifa jiddependi direttament fuq appoġġ finanzjarju u politiku, inkluż dak tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri; billi ġew iffurmati diversi alleanzi dwar avjazzjoni nadifa, bħall-Alleanza dwar l-Avjazzjoni b’Emissjonijiet Żero (AZEA), li bħalissa qed jaħdmu fuq riżerva ta’ proġetti iżda jeħtieġu appoġġ effettiv mill-UE; billi l-inċentiv pubbliku għal dawk il-proġetti huwa kruċjali biex jiġi attirat l-investiment privat;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fis-snin li ġejjin se jkunu meħtieġa investimenti tal-Istati Membri fil-provvista tal-elettriku ta’ inġenji tal-ajru wieqfa sabiex jikkonformaw mal-miri stabbiliti fir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, li jista’ jkun pass ’il quddiem lejn il-varar futur ta’ infrastruttura tal-iċċarġjar għall-inġenji tal-ajru elettriċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-kalkolu tal-impronta tal-karbonju tal-avjazzjoni elettrika u li taħdem bl-idroġenu jeħtieġ li jkun ibbażat fuq iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħha, inkluż is-sors tal-produzzjoni tal-enerġija u l-manifattura tal-batteriji;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi għalkemm is-settur tal-avjazzjoni ġie mfakkar bil-qawwi bil-vulnerabbiltà tiegħu għall-pandemiji, il-ġeopolitika u x-xokkijiet ekonomiċi, wera r-rwol ewlieni tiegħu biex iżomm il-katina tal-provvista mingħajr interruzzjoni, speċjalment għall-oġġetti essenzjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-ħiliet ekoloġiċi u diġitali fl-edukazzjoni teknika u l-għarfien espert, bħat-teknoloġija tal-avjazzjoni u l-inġinerija, ix-xjenza u l-matematika, huma vitali għall-iżvilupp sostenibbli tal-avjazzjoni, u joħolqu impjiegi attraenti għaż-żgħażagħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi s-sikurezza trid tibqa’ l-ewwel prijorità fl-avjazzjoni;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Benefiċċji tal-elettrifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Josserva l-importanza tal-ajruporti reġjonali fl-Unjoni għal operazzjonijiet ta’ titjiriet elettriċi fuq meded qosra u medji; jenfasizza l-potenzjal tal-ajruporti reġjonali bħala ċentri multimodali ta’ innovazzjoni u ta’ intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) tul il-katina kollha tal-provvista, li jibbenefikaw mir-riċerka u l-kompetizzjoni mhux biss fis-settur tal-avjazzjoni, iżda wkoll f’setturi oħra tat-trasport bħal tat-triq, dawk marittimi u ferrovjarji; jitlob lill-Kummissjoni, għalhekk, tafferma l-appoġġ finanzjarju tagħha għall-ajruporti reġjonali, speċjalment dawk li huma attivi fil-qasam tal-avjazzjoni elettrika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinsab konvint li għażliet ta’ trasport bl-ajru aktar nodfa, aktar veloċi u aktar konvenjenti jżidu l-konnettività u l-aċċessibbiltà f’żoni iżgħar, aktar iżolati u skarsament popolati, inklużi reġjuni insulari u r-reġjuni ultraperiferiċi, u partikolarment f’termini ta’ aċċess għas-servizzi pubbliċi, il-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ xogħol u turiżmu aktar sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li r-reġjuni ultraperiferiċi se jkunu diffiċli biex jiġu konnessi mal-kontinent tal-Ewropa permezz tal-avjazzjoni elettrika minħabba d-distanza tagħhom u l-kapaċità limitata tal-batteriji tal-inġenju tal-ajru; jenfasizza, madankollu, il-potenzjal tal-avjazzjoni elettrika fl-iżgurar tal-konnettività bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi, li tikkontribwixxi għall-iżvilupp tagħhom u ttaffi parzjalment il-konsegwenzi negattivi għall-ekonomija tagħhom li jirriżultaw mit-topografija diffiċli tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ appoġġ finanzjarju, sostantiv u tekniku għar-reġjuni periferiċi sabiex jiġi żgurat li l-infrastruttura meħtieġa għall-iċċarġjar rapidu u affidabbli tal-batteriji, il-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru eVTOL u t-taħriġ ta’ tekniċi u operaturi bi kwalifiki għoljin jiġu żviluppati kif xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li meta wieħed iħabbat wiċċu ma’ ostakli ġeografiċi, il-ħin iffrankat bl-użu ta’ titjiriet elettriċi bħala mezz ġdid ta’ trasport pubbliku li ma jiddependix fuq toroq jew linji ferrovjarji eżistenti jista’ jkun konsiderevoli; jirreferi għall-esperjenza tal-pajjiżi Nordiċi, li jgħaqqdu ġeografiji kkaratterizzati minn fjords, lagi u muntanji, densità baxxa ta’ popolazzjoni u fokus qawwi fuq l-enerġija sostenibbli<FOOTNOTE><FIELD> Accessibility study for electric aviation. Part of the project Electric Aviation and the Effect on Nordic Regions (Studju dwar l-aċċessibbiltà għall-avjazzjoni elettrika. Parti mill-proġett Avjazzjoni Elettrika u l-Effett fuq ir-Reġjuni Nordiċi).</FIELD></FOOTNOTE>, u r-reġjuni ultraperiferiċi, li huma kkaratterizzati mill-insularità, id-distanza, id-daqs żgħir u t-topografija u l-klima diffiċli tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni tesplora dan il-potenzjal f’kooperazzjoni mill-qrib mar-reġjuni u l-Istati Membri rilevanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iqis li l-elettrifikazzjoni tal-avjazzjoni reġjonali tista’ tagħmel dawk ir-rotot li kienu ġew abbandunati ekonomikament vijabbli, ittejjeb il-konnettività, tagħti spinta lill-iżvilupp reġjonali u tattira investiment reġjonali ġdid; jissottolinja l-prospetti kredibbli ta’ ibridizzazzjoni fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-avjazzjoni reġjonali relatati mal-awtonomija u l-għadd ta’ passiġġieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni l-viżjoni tal-Kummissjoni li l-eVTOLs, kif espressa permezz tal-Istrateġija 2.0 tal-Kummissjoni tad-Droni, huma mistennija li jsiru element bażiku tat-trasport tal-passiġġieri sal-2030, jiġu integrati fis-sistemi tat-trasport eżistenti u jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-UE, filwaqt li jimminimizzaw kwalunkwe impatt ambjentali negattiv<FOOTNOTE><FIELD> Idem.</FIELD></FOOTNOTE>; jenfasizza l-fatt li, minkejja l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi fl-eVTOLs, bħalissa dawn għadhom limitati għal sitt postijiet, filwaqt li l-inġenji tal-ajru elettriċi bi ġwienaħ fissi diġà jistgħu jġorru aktar passiġġieri kemm fuq rotot tal-ajru urbani eżistenti kif ukoll ġodda; jitlob lill-Kummissjoni tiddistingwi bejn iż-żewġ possibbiltajiet peress li dawn jużaw teknoloġiji differenti u jservu swieq differenti; huwa konvint li kemm l-eVTOLs kif ukoll l-inġenji tal-ajru elettriċi bi ġwienaħ fissi jridu jitqiesu bħala forom komplementari ta’ mobbiltà tal-ajru urbana ġdida;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li l-inġenji tal-ajru b’magni elettriċi jikkawżaw kważi żero tniġġis operattiv, u dan ifisser tnaqqis fl-emissjonijiet lokali li jistgħu jaffettwaw ħażin is-saħħa taċ-ċittadini li jgħixu qrib l-ajruporti; iqis, għalhekk, li l-ajruplani b’deċibel baxx, b’mod partikolari, għandhom jibbenefikaw minn proċeduri simplifikati biex jiksbu permessi relatati mal-istorbju jew derogi mir-restrizzjonijiet tat-titjiriet; jisħaq li t-tnaqqis tal-istorbju miksub permezz tal-avjazzjoni elettrika b’deċibel baxx jista’ jtejjeb is-sitwazzjoni ta’ xi ajruporti u żoni residenzjali fil-qrib;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal tal-livelli ta’ storbju ferm aktar baxxi tal-inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi elettriċi; iħeġġeġ lill-industrija tagħmel użu mill-ħidma tal-EASA fid-definizzjoni tal-ewwel Speċifikazzjoni Teknika għall-Protezzjoni Ambjentali<FOOTNOTE><FIELD> https://www.easa.europa.eu/en/newsroom-and-events/press-releases/easa-publishes-worlds-first-proposal-assessment-and-limitation</FIELD></FOOTNOTE> għall-valutazzjoni tal-istorbju ta’ ċerti inġenji tal-ajru eVTOL, li għandha l-għan li tipprovdi livell għoli u uniformi ta’ protezzjoni ambjentali għaċ-ċittadini Ewropej u tiffaċilita l-integrazzjoni tagħhom fl-ekosistema tal-avjazzjoni u fl-ambjent urban;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jemmen bis-sħiħ li l-inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi elettriċi se joffru potenzjal sinifikanti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-avjazzjoni u possibbiltajiet ġodda għall-mobbiltà urbana; jilqa’ l-ħidma li saret s’issa mill-EASA fuq inġenji tal-ajru eVTOL maħsuba biex jintużaw bħala taxis tal-ajru, dwar id-disinn tal-infrastruttura meħtieġa tal-art għal operazzjonijiet sikuri ta’ mobbiltà tal-ajru urbana<FOOTNOTE><FIELD> EASA, “Vertiports. Prototype Technical Specifications for the Design of VFR Vertiports for Operation of with Manned VTOL-Capable Aircraft Certified in the Enhanced Category (PTS-VPT-DSN)” (Vertiports. Speċifikazzjonijiet tekniċi prototipi għad-disinn ta’ vertiports VFR għall-operazzjoni ta’ inġenji tal-ajru VTOL bl-ekwipaġġ iċċertifikati fil-kategorija estiża (PTS-VPT-DSN)), Marzu 2022.</FIELD></FOOTNOTE> u dwar l-adattament tal-qafas regolatorju tal-avjazzjoni biex jiġi ffaċilitat id-dħul fis-suq ta’ inġenji tal-ajru li jużaw propulsjoni elettrika u li taħdem bl-idroġenu; jisħaq fuq ir-rwol ewlieni tal-EASA biex tiċċertifika dawn it-tipi ta’ inġenji tal-ajru peress li tista’ tħaffef l-iżvilupp tagħhom; jappoġġja l-kummerċjalizzazzjoni ta’ inġenji tal-ajru li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ propulsjoni alternattivi biex jikkomplementaw il-miżuri mnedija taħt l-inizjattivi tal-fjuwil tal-avjazzjoni sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni fil-futur biex tiżgura li t-titjiriet elettriċi jaqdu rotot reġjonali qosra għall-finijiet tal-obbligi tas-servizz pubbliku fl-ambitu tar-regoli applikabbli tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ninvestu għall-futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iqis li filwaqt li titjiriet fuq distanzi qosra u medji jammontaw għal frazzjoni tal-emissjonijiet, kull rotta elettrifikata tirrappreżenta tnaqqis fl-impronta klimatika u ambjentali tal-avjazzjoni u hija investiment siewi; jinsisti li l-ġbir flimkien tal-investiment meħtieġ irid jibda issa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iqis li l-miri ta’ emissjonijiet baxxi u żero se jintlaħqu wkoll bl-użu ta’ teknoloġiji ibridi elettriċi żviluppati għal titjiriet reġjonali u internazzjonali fuq distanzi qosra u medji operati għall-finijiet kemm tal-avjazzjoni kummerċjali kif ukoll tal-avjazzjoni għal skopijiet ta’ negozju, u jappella għal investimenti meħtieġa fir-riċerka u l-iżvilupp għad-disinn tal-inġenji tal-ajru u tas-sistemi ta’ propulsjoni, batteriji u soluzzjonijiet ibridi oħra; jinnota li bil-kummerċjalizzazzjoni tal-avjazzjoni elettrika, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw li jirrieżaminaw il-leġiżlazzjoni tagħhom li tipprojbixxi t-titjiriet fuq distanzi qosra u medji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-ħtiġijiet sostanzjali relatati mas-sostituzzjoni tal-flotta ċivili jirrappreżentaw sfida u jirrikjedu strument finanzjarju sostanzjali, filwaqt li huma wkoll opportunità ewlenija tas-suq li tista’ twassal għall-ħolqien ta’ impjiegi u ħiliet ġodda għas-settur kollu tat-trasport fl-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinsisti li l-iżvilupp tal-avjazzjoni elettrika għall-użu kummerċjali jirrikjedi appoġġ finanzjarju u regolatorju effettiv kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE; jisħaq fuq ir-riżultati pożittivi ħafna miksuba bl-għajnuna tal-akkwist pubbliku u jqis li huwa għodda effettiva għall-elettrifikazzjoni tal-industrija mingħajr ma tfixkel is-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jesploraw l-inċentivi u l-benefiċċji tas-suq għall-manifatturi tal-inġenji tal-ajru elettriċi, l-operaturi u l-SMEs ikkonċernati sabiex jippromwovu l-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ din it-teknoloġija ekoloġika; jemmen li dawn l-inċentivi u l-benefiċċji għall-komponenti tal-avjazzjoni elettrika, l-elettriku u l-krediti tal-emissjonijiet jistgħu jixprunaw it-tkabbir tas-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jinnota li hemm ħafna titjiriet fuq distanzi qosra u medji li qed jiġu operati madwar l-Ewropa; jitlob lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Eurocontrol u l-EASA, tidentifika r-rotot tat-titjiriet li huma l-aktar xierqa għall-elettrifikazzjoni sħiħa u li jirriżultaw fi tnaqqis aktar sinifikanti tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>, peress li dan se jgħin lill-ajruporti kkonċernati jibdew l-adattamenti meħtieġa; jisħaq li r-rwol tal-idroġenu jista’ jkun sinifikanti fit-tnaqqis tal-emissjonijiet; jirrimarka li l-kumpaniji jqisu l-ajruplani elettriċi bħala soluzzjonijiet ta’ dimensjonijiet żgħar filwaqt li dawk li jaħdmu bl-idroġenu bħala dawk ta’ dimensjonijiet akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iqis li huwa meħtieġ li tiġi eżaminata l-possibbiltà li jiġu modifikati r-regoli eżistenti tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat biex ikun jista’ jinħoloq qafas ta’ investiment immirat li jibni fuq il-finanzjament pubbliku u privat biex jappoġġja s-settur eVTOL emerġenti u intensiv fir-riżorsi sabiex tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-Ewropa f’dan il-qasam, peress li l-eVTOLs huma mistennija li jsiru parti strateġika mis-settur tat-trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis li l-kumpaniji tal-UE attivi fil-qasam tal-elettrifikazzjoni tas-settur tal-avjazzjoni għandhom jaħdmu f’kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali u tal-UE biex jiżviluppaw pjan direzzjonali tekniku integrat u programmi konġunti ta’ riċerka; jilqa’ l-ħidma mwettqa fl-ambitu tal-AZEA; jisħaq li din il-kooperazzjoni hija essenzjali biex l-UE żżomm it-tmexxija industrijali u l-kompetittività tagħha fix-xena internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li inġenji tal-ajru elettriċi iżgħar jistgħu joperaw minn runways iqsar u aktar sempliċi eżistenti, li jistgħu jnaqqsu l-ħtieġa ta’infrastruttura kbira u għalja fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq li l-ippjanar u t-tħejjija tal-infrastruttura tal-enerġija huma fattur ewlieni biex tiġi ddeterminata l-adozzjoni tal-avjazzjoni elettrika u dik ibbażata fuq l-idroġenu, peress li huwa biss ladarba l-infrastruttura tkun tħejjiet u ttestjata li jkun possibbli l-varar tal-avjazzjoni elettrika; jinnota li, wara l-bidla għal sistemi ta’ propulsjoni alternattivi, l-ajruporti kbar eżistenti jistgħu jikkunsmaw 5-10 darbiet aktar elettriku sal-2050 milli jagħmlu llum<FOOTNOTE><FIELD> <STRING ITALIC="on">Target True Zero: Delivering the Infrastructure for Battery and Hydrogen-Powered Flight</STRING> (Mira ta’ Verament Żero Emissjonijiet: il-Provvista tal-Infrastruttura għal Titjiriet Imħaddma bil-Batterija u bl-Idroġenu), Forum Ekonomiku Dinji, April 2023, pp. 10-15.</FIELD></FOOTNOTE>, u josserva li l-infrastruttura għall-inġenji tal-ajru elettriċi u l-elettrifikazzjoni ta’ siti bħall-ajruporti għadha ma ġietx żviluppata biżżejjed; jirrimarka li, biex tintlaħaq id-domanda mistennija għall-enerġija, l-ewwel elementi tal-infrastruttura fl-ajruporti jridu jkunu fis-seħħ sal-2025, u jappella li jiġi żgurat l-investiment meħtieġ; jisħaq, barra minn hekk, f’dan ir-rigward, li sabiex tiġi żgurata introduzzjoni xierqa tal-inġenji tal-ajru elettriċi, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jimplimentaw kif xieraq ir-Regolament dwar l-Infrastruttura tal-Fjuwils Alternattivi (AFIR)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> biex jippromwovu aktar l-elettrifikazzjoni tas-siti; jenfasizza l-utilità ta’ proġetti ta’ finanzjament infrastrutturali ddedikati, f’dan ir-rigward, bħall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għat-trasport u l-enerġija; ifakkar li, fl-ambitu tal-AFIR, il-Kummissjoni jeħtiġilha tevalwa fi tmiem l-2026, u kull 5 snin wara dan, l-istat attwali u l-iżvilupp futur tas-suq għall-avjazzjoni bil-propulsjoni tal-idroġenu u elettrika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li din l-evalwazzjoni sseħħ, inkluż studju tal-fattibbiltà dwar il-varar tal-infrastruttura rilevanti biex jitħaddmu l-inġenji tal-ajru, segwit minn pjan ta’ varar għall-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi fl-ajruporti, b’mod partikolari għall-punti tal-irriċarġjar elettriku u tar-riforniment tal-idroġenu; iħeġġeġ lill-industriji fuq livell globali jaqblu dwar standards globali għall-istazzjonijiet tal-iċċarġjar fuq l-art għall-inġenji tal-ajru wieqfa mill-aktar fis possibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sfidi u soluzzjonijiet teknoloġiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Minħabba li x-xejriet teknoloġiċi f’diversi setturi tat-trasport qed jimxu fl-istess direzzjoni, jilqa’ s-sħubijiet eżistenti ta’ riċerka u żvilupp transindustrijali<FOOTNOTE><FIELD> Airbus u Renault Group se javvanzaw ir-riċerka dwar l-elettrifikazzjoni.</FIELD></FOOTNOTE> bejn l-industriji tal-ajru u tal-karozzi (dwar l-iżvilupp tal-ġenerazzjoni li jmiss ta’ batteriji u ċelloli tal-fjuwil), l-ajru u t-tbaħħir (dwar l-użu ta’ fjuwils alternattivi) u l-ajru u l-ferroviji (fuq sistemi ta’ distribuzzjoni elettrika);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jirrimarka li filwaqt li l-inġenji tal-ajru elettriċi u ibridi elettriċi huma ferm promettenti għal futur ta’ avjazzjoni aktar sostenibbli, il-ġenerazzjoni attwali ta’ batteriji tagħhom tiffaċċja sfidi sinifikanti, primarjament relatati mal-piż u d-densità tal-enerġija; jinnota li dawn il-limitazzjonijiet għandhom impatt fuq il-medda, il-kapaċità tat-tagħbija, u l-effiċjenza ġenerali tal-inġenji tal-ajru elettriċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar li l-operazzjonijiet tal-inġenji tal-ajru elettriċi jinvolvu rekwiżiti stretti għall-batteriji, filwaqt li jagħtu prijorità lis-sikurezza, iżda jirrikjedu wkoll li jkunu ħfief, kompatti, rikarikabbli malajr u jipprovdu l-potenza għolja meħtieġa għas-setturi tat-tluq u tat-tlugħ; jissottolinja li tali batteriji ta’ prestazzjoni għolja jirrikjedu materja prima kritika, li spiss ma tkunx disponibbli fl-Ewropa; jitlob lill-industrija tal-avjazzjoni tkun parti mill-isforzi tal-industriji biex tipprovdi katina tal-provvista sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li l-kundizzjonijiet ta’ altitudni speċifiċi għat-trasport bl-ajru jimponu restrizzjonijiet tekniċi partikolari fuq il-batteriji, meta mqabbla ma’ modi oħra ta’ trasport;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal tal-avjazzjoni li taħdem bl-idroġenu bbażata fuq iċ-ċelloli tal-fjuwil, li hija forma alternattiva ta’ avjazzjoni elettrika, b’mod partikolari f’termini ta’ awtonomija; jisħaq li t-titjib kontinwu fit-teknoloġiji tal-batteriji u taċ-ċelloli tal-fjuwil, flimkien ma’ disinji ta’ inġenji tal-ajru aktar effiċjenti fl-enerġija, jistgħu jippermettu prestazzjoni ambjentali aħjar; itenni li wħud mill-akbar sfidi teknoloġiċi li qed tiffaċċja l-industrija bħalissa jinkludu il-piż u d-dimensjonijiet tal-batteriji, il-potenza massima tal-output taċ-ċelloli tal-fjuwil, id-distribuzzjoni elettrika u s-sistemi termali, l-integrazzjoni tal-qafas tal-ajru u t-titjib tal-ajrudinamika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li ż-żieda fl-użu tal-batteriji fl-ajrunawtika se tirrikjedi l-istabbiliment immedjat ta’ industrija tar-riċiklaġġ tal-UE kompatibbli mal-ħtiġijiet tas-settur sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta’ dipendenzi ġodda fuq il-pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Azzjoni fil-qafas tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li l-industrija tal-ajrunawtika mhijiex biss faċilitatur importanti tal-attività ekonomika, iżda wkoll waħda mis-setturi ta’ teknoloġija għolja bl-aktar suċċess fl-UE; jitlob lill-Kummissjoni għal politiki proattivi biex tappoġġja u tiżviluppa l-industrija f’kooperazzjoni mill-qrib ma’ fora eżistenti bħall-Kunsill Konsultattiv għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Avjazzjoni (ACARE) u l-AZEA; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li r-regolamenti eżistenti tal-UE fil-qasam ma jikkontrobattux lil xulxin jew ma jħallux lill-industrija tal-ajrunawtika milli tiżviluppa l-proġetti tagħha ta’ dekarbonizzazzjoni u elettrifikazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jemmen li huwa meħtieġ aktar allinjament bejn l-Ekosistema Ajruspazjali u tad-Difiża u l-Ekosistema tal-Enerġija biex jissaħħaħ it-titjir elettriku; jinnota li l-Kummissjoni qed taħdem fuq perkorsi ta’ tranżizzjoni separati għaż-żewġ ekosistemi; jirrikonoxxi l-importanza kbira tal-perkorsi ta’ tranżizzjoni biex l-industrija tkun tista’ tikkonkrettiza b’mod effettiv l-aspirazzjonijiet klimatiċi f’azzjonijiet klimatiċi tanġibbli, u b’hekk jiġi ppreservat u jinħoloq valur għas-soċjetà tagħna, għall-pjaneta tagħna u għan-negozji bl-istess mod; jinsab imħasseb, madankollu, dwar il-perkorsi ta’ tranżizzjoni diverġenti taż-żewġ ekosistemi, b’mod partikolari fid-dawl tal-imperattiv kondiviż li jiġu stabbiliti grilji tal-elettriku stabbli biżżejjed u li tiġi żgurata l-affordabbiltà tal-elettriku nadif, inkluż għall-elettrifikazzjoni tal-inġenji tal-ajru; jissottolinja, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-importanza ta’ strateġija komuni għall-inġenji tal-ajru elettriċi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi proattivi biex tifformula strateġija bħal din; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tibda djalogu strutturali konġunt bejn id-Direttorati Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport u għall-Enerġija, f’dan ir-rigward, u tlesti l-perkors qabel l-elezzjonijiet Ewropej fl-2024 sabiex ikun jista’ jintuża bħala referenza għal regolamenti futuri mill-Kummissjoni l-ġdida li jmiss fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li l-AZEA inħolqot fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tiġbor is-sħab privati u pubbliċi kollha fl-ekosistema tal-avjazzjoni biex jitħejja d-dħul fis-servizz kummerċjali ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu u elettriċi; jitlob lill-Kummissjoni taħdem mal-AŻEA u tappoġġjaha fl-iżvilupp tal-għarfien dwar l-avjazzjoni elettrika; jinnota li l-akkademji tal-ħiliet tal-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti jistgħu jintużaw f’dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovuhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja n-nuqqas attwali ta’ ħiliet fl-inġinerija elettrika u tas-sistemi; ifakkar li l-Konkors tal-UE għal Xjenzjati Żgħażagħ jista’ jintuża bħala punt ta’ referenza biex jiġi żviluppat konkors tematiku tal-UE għal talenti żgħażagħ għall-ekosistemi industrijali kollha, inkluż għat-titjiriet elettriċi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar l-opportunitajiet f’karrieri ekoloġiċi fl-avjazzjoni u jħeġġu proġetti nazzjonali u tal-UE f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq servizzi kkoordinati ta’ sejħiet fl-ambitu tal-istrumenti eżistenti tal-UE u s-self tal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex tappoġġja l-proġett ewlieni l-ġdid dwar it-teknoloġiji tad-droni; iħeġġeġ lill-BEI jintroduċi u juża strumenti ta’ finanzjament immirati mfassla biex isaħħu s-settur emerġenti Ewropew tal-avjazzjoni elettrika u jappoġġja l-ħtiġijiet tiegħu, filwaqt li jirrikonoxxi n-natura intensiva fil-kapital u r-rekwiżiti uniċi tiegħu, u jirrikonoxxi li l-introduzzjoni tal-eVTOLs se tirrikjedi wkoll investimenti fl-infrastruttura tal-art, inklużi l-vertiports u l-infrastruttura tal-iċċarġjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-baġit previst għas-CAJU fl-ambitu tal-programm Orizzont Ewropa huwa ferm inqas mill-iskala tal-ambizzjoni tiegħu; ifakkar li l-livell ta’ innovazzjoni assoċjat ma’ kull proġett huwa għoli ħafna u li l-appoġġ irid ikun proporzjonat u kontinwu fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid mill-2027 ’il quddiem; iqis li l-CAJU għandha tiġi mħeġġa wkoll timmaniġġja l-avjazzjoni elettrika u tipprijoritizza l-finanzjament ta’ proġetti innovattivi dwar l-avjazzjoni b’emissjonijiet żero bħal inġenji tal-ajru elettriċi u li jaħdmu bl-idroġenu; jirrimarka li huwa meħtieġ finanzjament ġdid biex wieħed imur lil hinn mil-Livell ta’ Tħejjija Teknoloġika 6 sabiex it-teknoloġiji jitqiegħdu fis-suq; jilqa’ t-tħabbira reċenti tar-Renju Unit bħala pajjiż assoċjat ma’ Orizzont Ewropa, li se tagħti spinta lill-isforzi komuni tagħna lejn avjazzjoni nadifa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-isforz u l-impenn sostanzjali mitluba mis-settur tal-avjazzjoni fl-insegwiment tiegħu tad-dekarbonizzazzjoni, ma hemm l-ebda fond tal-avjazzjoni speċifiku tal-UE ddeżinjat b’mod espliċitu biex jappoġġja l-avjazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tniedi sejħiet speċifiċi għall-finanzjament ta’ proġetti li jappoġġjaw l-elettrifikazzjoni u azzjonijiet biex jitnaqqsu l-impatti ġenerali tal-avjazzjoni; ifakkar, madankollu, li l-Fond għall-Innovazzjoni fl-ambitu tal-ETS u l-użu ta’ Kuntratti għad-Differenza għall-Karbonju, huma strumenti importanti biex jiġu varati u introdotti fuq skala industrijali t-teknoloġiji li jistgħu jwittu t-triq għall-avjazzjoni elettrika u li taħdem bl-idroġenu; ifakkar fid-Direttiva (UE) 2023/959<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2023/959 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 dwar l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ riżerva tal-istabbiltà tas-suq għall-iskema ta’ skambju ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni (ĠU L 130, 16.5.2023, p. 134).</FIELD></FOOTNOTE>, li emendat id-Direttiva 2003/87/KE u wessgħet il-firxa ta’ proġetti eliġibbli għall-finanzjament fl-ambitu tal-Fond għall-Innovazzjoni biex tinkludi firxa usa’ ta’ prodotti, proċessi u teknoloġiji b’emissjonijiet żero tal-karbonju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-ġestjoni termali tal-batteriji u l-iċċarġjar u l-ġestjoni tas-sostituzzjoni tal-batteriji kif ukoll li jitħaffef l-iżvilupp tas-settur tar-riċiklaġġ tal-batteriji; jitlob lill-Kummissjoni tinvesti fir-riċerka u l-iżvilupp ta’ batteriji fi stat solidu tal-ġenerazzjoni li jmiss li għandhom enerġija darbtejn aktar minn batteriji tal-joni tal-litju u potenzjal ta’ ħżin madwar tliet darbiet ogħla; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tħeġġeġ, permezz ta’ strumenti bħall-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti u l-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, it-tnaqqis tad-dipendenzi fil-katina tal-provvista tal-batteriji u l-iżgurar ta’ provvista suffiċjenti ta’ materja prima kritika, u b’hekk jitnaqqsu d-dipendenzi esterni tagħna fuq il-batteriji; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw, b’mod parallel, sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi mhux tal-UE tal-istess fehma fil-qasam tal-materja prima għall-ajrunawtika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura konsistenza bejn l-iżvilupp tat-trasport u l-mobbiltà elettriċi, l-infrastruttura meħtieġa u l-politiki tal-UE mmirati biex iżidu l-kapaċità Ewropea tal-produzzjoni tal-batteriji, inkluża l-provvista tal-materja prima u avvanzata meħtieġa għall-produzzjoni tal-batteriji; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tirrevedi l-Pjan ta’ Azzjoni Strateġiku dwar il-Batteriji, li jgħaqqad l-aspetti msemmija hawn fuq u jinkludi speċifikament l-introduzzjoni ta’ miri kwantifikati u marbuta biż-żmien għall-produzzjoni tal-batteriji tal-UE; jitlob lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, f’kooperazzjoni mal-industrija, jidentifikaw sinerġiji potenzjali mas-settur tat-trasport bit-triq sabiex jimmassimizzaw l-investiment pubbliku u privat, speċjalment fil-produzzjoni u r-riċiklaġġ tal-batteriji u ċ-ċelloli tal-fjuwil;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni toħloq qafas ta’ politika li jappoġġja l-użu ta’ teknoloġiji tal-inġenji tal-ajru elettriċi, bħall-allokazzjoni ta’ parti mid-dħul mill-avjazzjoni tal-ETS jew kwalunkwe tassazzjoni fuq l-avjazzjoni lill-CAJU, f’konformità mal-proposta dwar id-Direttiva dwar it-Tassazzjoni fuq l-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE tas-27 ta’ Ottubru 2003 li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU L 283, 31.10.2003, p. 51).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni toħloq strateġija biex tiżgura li l-infrastruttura meħtieġa għall-avjazzjoni elettrika, inklużi l-ġenerazzjoni tal-enerġija, il-konnessjoni mal-grilja u l-infrastruttura tal-iċċarġjar, tiġi varata b’mod proporzjonat mal-użu ta’ inġenji tal-ajru elettriċi; ifakkar li n-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-idroġenu ekoloġiku u n-nuqqas ta’ infrastruttura jista’ jdewwem id-dħul fis-servizz ta’ inġenji tal-ajru li jaħdmu bl-idroġenu; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija mmirata għall-produzzjoni u l-ħżin tal-idroġenu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-EASA tkompli taħdem lejn l-istabbiliment ta’ standards u perkorsi ta’ ċertifikazzjoni biex l-ajruplani elettriċi u ibridi elettriċi jsiru vijabbli u kapaċi jqassru b’mod sinifikanti ż-żmien għat-tqegħid fis-suq ta’ tali ajruplani; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi r-riżorsi meħtieġa, speċjalment il-persunal, f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni toħroġ bi strateġija Ewropea għal approċċ koordinat għall-iżvilupp, iċ-ċertifikazzjoni u l-varar tal-ġenerazzjoni l-ġdida ta’ inġenji tal-ajru, inklużi inġenji tal-ajru eVTOL, sabiex tiżdied is-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini Ewropej dwar il-benefiċċji tagħha u biex tingħata spinta lill-investiment privat u pubbliku, filwaqt li jinżammu l-bażi u t-tmexxija teknoloġiċi fl-Ewropa; jemmen li l-avjazzjoni elettrika hija promettenti għal futur aktar sostenibbli għall-ivvjaġġar bl-ajru u li kampanja ta’ informazzjoni ffukata hija vitali biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni pubblika dwar il-benefiċċji u l-impatt potenzjali tagħha;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>