<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0015</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-isfidi attwali u futuri rigward il-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi tal-viċinat</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0415/2023 - Rapporteur: Daniel Buda)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Jannar 2024 dwar l-isfidi attwali u futuri rigward il-koooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi tal-viċinat (2023/2076(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 4, 162, 174 sa 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1058 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 60.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġjata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/562 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 223/2014 fir-rigward tal-Azzjoni ta’ Koeżjoni għar-Refuġjati fl-Ewropa (CARE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 109, 8.4.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu sabiex jiġu solvuti ostakli legali u amministrattivi f’kuntest transfruntier (COM(2018)0373),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Settembru 2017 bit-titolu “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ April 2020 bit-titolu “Linji gwida dwar l-Assistenza ta’ Emerġenza tal-UE fil-Kooperazzjoni Transkonfinali fil-Kura tas-Saħħa relatata mal-kriżi tal-COVID-19”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 111 I, 3.4.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Settembru 2020 dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (COM(2020)0625),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fl-UE: it-8 Rapport dwar il-Koeżjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 100.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar ir-rwol tal-politika ta’ koeżjoni fl-indirizzar tal-isfidi ambjentali multidimensjonali fil-baċir tal-Mediterran<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0133.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2018 dwar ir-reġjuni li għadhom lura fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 162, 10.5.2019, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “EU lagging regions: state of play and future challenges” (Reġjuni Ewropej li għadhom lura: l-istat attwali u l-isfidi futuri)”, ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari fis-26 ta’ Ottubru 2020<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “European lagging regions: state of play and future challenges” (Reġjuni Ewropej li għadhom lura: l-istat attwali u l-isfidi futuri), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, Settembru 2020.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Settembru 2018 dwar spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 433, 23.12.2019, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima bit-titolu “Climate Change 2022: Mitigation of Climate Change. Contribution of Working Group III to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change” (It-Tibdil fil-Klima 2022: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima)<FOOTNOTE><FIELD> Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), “Climate Change 2022: Mitigation of Climate Change. Contribution of Working Group III to the Sixth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change” (It-Tibdil fil-Klima 2022: Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima. Kontribut tal-Grupp ta’ Ħidma III għas-Sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima) (Shukla, P.R. et al., eds), Cambridge University Press, Cambridge, UK and New York, NY, USA, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ April 2021 dwar Sħubija mġedda mal-Viċinat tan-Nofsinhar – aġenda ġdida għall-Mediterran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-1 ta’ Lulju 2021 dwar viżjoni għall-Ewropa: il-futur tal-kooperazzjoni transfruntiera<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 440, 29.10.2021, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tat-8 ta’ Frar 2017 bit-titolu “Il-konnessjonijiet neqsin fit-trasport fir-reġjuni tal- fruntiera”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 207, 30.6.2017, p. 19.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0415/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kooperazzjoni transfruntiera tal-UE mal-pajjiżi ġirien, kemm jekk fil-fruntieri tal-art kif ukoll tal-baħar, li tkopri 184 reġjun, 33 pajjiż u 260 miljun abitant, hija kruċjali għall-politiki tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 8 tat-TUE jipprevedi li l-Unjoni għandha tiżviluppa relazzjoni privileġġjata mal-pajjiżi ġirien tagħha, bil-ħsieb li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajbin bejn il-ġirien ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u karatterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-koperazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-kooperazzjoni transfruntiera hija pass importanti fil-proċess ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE tal-pajjiżi kandidati;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kooperazzjoni transfruntiera tikkontribwixxi għall-paċi u l-iżvilupp sostenibbli tul il-fruntieri esterni tal-UE, tappoġġja r-riformi demokratiċi, ir-rispett għall-valuri Ewropej, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali taż-żoni tal-fruntiera, inklużi l-protezzjoni tal-ambjent, is-servizzi tas-saħħa pubblika u l-miżuri ta’ sikurezza u sigurtà, tikkontribwixxi għall-objettivi tal-UE għal UE u Viċinat aktar intelliġenti, aktar ekoloġiċi u aktar konnessi, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet reġjonali rigward il-kooperazzjoni tajba, il-governanza u l-isfidi komuni, tgħin fil-promozzjoni tal-fehim reċiproku u l-fiduċja u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ kunflitti u gwerer futuri permezz ta’ strumenti bħall-programm PEACE+;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi s-sitwazzjoni ġeopolitika attwali tafferma mill-ġdid l-importanza tal-istabbiltà u l-iżvilupp demokratiku fil-pajjiżi u r-reġjuni fil-fruntieri esterni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 u, b’mod partikolari, il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellhom effett profond fuq il-programmi kollha ta’ kooperazzjoni transfruntiera appoġġjati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat (ENI-CBC) li jinkludu r-Russja u l-Belarussja, b’impatt kbir fuq nofs il-programmi proposti għall-perjodu 2021-2027; billi l-politika ta’ koeżjoni tista’ taġevola l-kooperazzjoni transfruntiera dment li jinżamm l-approċċ strateġiku tagħha u jintlaħaq qbil dwar baġit robust;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-eżodu ta’ mħuħ jaffettwa b’mod sproporzjonat xi reġjuni tal-fruntiera inqas żviluppati u, jekk ma jiġix indirizzat, se jkollu effetti negattivi fit-tul fuq il-futur tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tluq tal-massa minn xi reġjuni tal-fruntiera, b’mod partikolari miż-żgħażagħ u l-ħaddiema tas-sengħa, juri n-nuqqas ta’ żvilupp ekonomiku f’reġjuni bħal dawn; billi l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tgħin biex jinħolqu opportunitajiet ġodda ta’ impjieg u żvilupp ekonomiku sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-sitwazzjoni politika, ekonomika u ta’ sigurtà fraġli fl-Afrika ta’ Fuq u l-ġestjoni tal-kriżi tal-migrazzjoni jenfasizzaw il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni fil-baċir tal-Mediterran;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-reġjuni tal-fruntiera spiss huma sensittivi għat-tensjonijiet u l-kunflitti, u l-kooperazzjoni transfruntiera u d-diplomazija reġjonali għandhom impatt pożittiv fuq il-prevenzjoni u s-soluzzjoni tat-tilwim u l-kriżijiet potenzjali.
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kunsiderazzjonijiet ġenerali dwar il-programmi Interreg NEXT</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-allinjament tal-programmi Interreg NEXT mal-programmi Interreg peress li dan għandu l-potenzjal li jissimplifika l-proċeduri, itejjeb is-sinerġiji bejn il-programmi u jżid l-effettività tal-investimenti Ewropej; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa ta’ proċeduri aktar simplifikati kemm fil-fażi ta’ evalwazzjoni kif ukoll fil-fażi ta’ implimentazzjoni tal-proġetti, b’enfasi akbar fuq ir-riżultati kwantifikabbli, meta xieraq, u l-impatt ġenerali fuq l-iżvilupp tar-reġjuni u l-ħajja taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jissottolinja li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jaqdu rwol ewlieni fil-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi ġirien permezz tal-għarfien tagħhom tas-sitwazzjoni ġeografika, kulturali, lingwistika u soċjali, l-opportunitajiet, ir-restrizzjonijiet u l-isfidi kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ proġetti transfruntiera, inklużi proġetti bejn il-persuni, biex ilaqqgħu lin-nies flimkien u, b’dak il-mod, jiftħu potenzjal ġdid għal żvilupp lokali sostenibbli u kooperazzjoni transfruntiera; jisħaq fuq l-importanza ta’ investimenti transfruntiera fit-tisħiħ tal-innovazzjonijiet, it-trasferiment tat-teknoloġija, is-soluzzjonijiet komuni u s-sinerġiji bejn il-programmi differenti u, b’dak il-mod, fiż-żieda tal-koeżjoni territorjali lil hinn mill-fruntieri amministrattivi u fit-tisħiħ tas-solidarjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-allokazzjoni għall-perjodu 2021-2027 għadha ’l bogħod milli tkun ottimali u konsegwentement jissottolinja l-importanza li jissaħħaħ il-finanzjament ta’ dawn il-programmi; jilqa’ l-obbligu ta’ rendikont akbar tal-pajjiżi terzi għall-irkupri minn benefiċjarji tas-settur privat; jenfasizza l-importanza tal-istat tad-dritt u kundizzjonijiet ekwi għall-benefiċjarji kollha, kemm pubbliċi kif ukoll privati, u jissottolinja l-ħtieġa li jitħeġġeġ l-involviment ta’ investituri privati, flimkien mal-investiment pubbliku, fl-iżvilupp sostenibbli tar-reġjuni tal-fruntiera u tal-pajjiżi terzi, billi jsiru disponibbli aktar fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-possibbiltà li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jittrażmettu d-data lill-Kummissjoni b’mod elettroniku, iżda fl-istess ħin jirrimarka li trażmissjoni tad-data aktar frekwenti ma għandhiex twassal għal burokrazija akbar; jisħaq għalhekk fuq l-importanza ta’ sistemi interoperabbli li jistgħu awtomatikament jissottomettu data lil bażi tad-data komuni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa aktar il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu li proġetti infrastrutturali kbar mhux se jibqgħu soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ t-tneħħija tal-limitu fuq il-finanzjament tal-UE għal proġetti infrastrutturali kbar u jemmen li l-iżvilupp tal-infrastruttura sostenibbli jikkontribwixxi għat-tkabbir soċjoekonomiku fir-reġjuni transfruntiera; jissottolinja, fl-istess ħin, il-ħtieġa li jiġu involuti s-setturi pubbliċi u privati, li jista’ jwassal għal aktar innovazzjoni u żvilupp ta’ infrastruttura relatata mas-settur tal-enerġija, it-trasport, il-komunikazzjoni u d-diġitalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqajjem il-punt li l-isfidi ewlenin li qed tiffaċċja l-UE jistgħu jiġu indirizzati wkoll billi titħeġġeġ il-kooperazzjoni transfruntiera bejn ir-reġjuni ġirien (eż. ġejjieni sostenibbli għall-Mediterran, il-Baħar l-Iswed, il-Baħar Baltiku u baċiri marittimi oħra; futur sostenibbli għall-Alpi, il-Pirinej, il-Karpazji u firxiet oħra ta’ muntanji; futur sostenibbli għall-baċiri tax-xmajjar il-kbar tar-Renu, id-Danubju, il-Meuse, u postijiet simili).
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-kooperazzjoni transfruntiera hija pass importanti fil-proċessi ta’ qabel l-adeżjoni tal-UE u tħeġġeġ lill-pajjiżi kandidati jaqsmu l-esperjenzi u jitgħallmu dwar kif tiffunzjona internament l-UE; jenfasizza li dan jgħin biex l-inizjattivi u l-objettivi tal-UE jitqarrbu lejn il-pajjiżi kandidati, biex jiġu kondiviżi l-esperjenzi u biex jinbeda l-proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali; jisħaq li l-pajjiżi kandidati li pparteċipaw fil-kooperazzjoni transfruntiera, fil-mument tal-adeżjoni mal-UE, diġà se jkunu familjari mal-programmi u l-proġetti tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza r-rwol kruċjali tal-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u l-isfidi tat-tibdil fil-klima, inklużi d-diżastri naturali, l-ambjent, il-bijodiversità u s-sigurtà tal-ikel, kif ukoll l-ekosistemi fiż-żoni tal-fruntiera; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza tal-prevenzjoni u tal-iżvilupp ta’ pjanijiet lokali u reġjonali għal miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima bejn il-fruntieri; jenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u tissaħħaħ il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima f’dawn ir-reġjuni b’mod partikolari sabiex ikun hemm allinjament mal-miri klimatiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal tal-kooperazzjoni transfruntiera, b’mod partikolari f’żoni transfruntiera aktar skarsament popolati, f’oqsma bħall-enerġija rinnovabbli u l-ekonomija ċirkolari, u jappella għal użu aħjar mill-opportunitajiet eżistenti biex jiġu żviluppati l-ekonomija sostenibbli u l-impjiegi ta’ kwalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni transfruntiera mal-Viċinat tal-Lvant</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ s-sospensjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera mar-Russja u l-Belarussja bħala konsegwenza tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll ir-ridirezzjonar tal-fondi lejn l-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova, li biddlet b’mod fundamentali l-arkitettura tas-sigurtà Ewropea; jenfasizza, konsegwentement, il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni dwar il-politika ta’ sigurtà sabiex jintlaħqu l-għanijiet komuni ta’ deterrenza u ta’ difiża kollettiva affidabbli fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għas-sitwazzjoni diffiċli tar-reġjuni li jaqsmu fruntiera mar-Russja u l-Belarussja wara s-sospensjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera ma’ dawn il-pajjiżi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem mill-qrib mal-Istati Membri affettwati biex jinstabu soluzzjonijiet sostenibbli ħalli jiġu indirizzati l-isfidi soċjali u ekonomiċi f’dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jitlob li jintużaw fondi minn programmi transfruntiera għall-iżvilupp ta’ infrastruttura tat-trasport sostenibbli, inkluż il-bini ta’ konnessjonijiet ferrovjarji u faċilitajiet ta’ ħżin qrib il-fruntieri tal-UE mal-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova, sabiex jiġi ssimplifikat il-fluss tal-merkanzija u l-qamħ biex tiġi żgurata s-sigurtà globali tal-ikel, jingħata kontribut għat-trawwim tal-iżvilupp ta’ ekonomija sostenibbli għaż-żewġ pajjiżi u jiġu megħjuna l-Istati Membri l-aktar esposti, kif ukoll il-Moldova u l-Ukrajna, biex jindirizzaw dawn l-isfidi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tal-promozzjoni tal-kultura lokali u reġjonali u l-konservazzjoni tal-patrimonju u l-iskambji edukattivi u ekonomiċi bejn ir-reġjuni tal-fruntiera sabiex jissaħħaħ il-fehim reċiproku tad-dwana tal-ġirien u jinħolqu inċentivi kbar għall-edukazzjoni multilingwi; jissottolinja l-importanza ta’ edukazzjoni inklużiva fir-rigward tal-valuri demokratiċi u l-ħtieġa li tiġi appoġġjata kwalità akbar f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella għal appoġġ għal proġetti ta’ infrastruttura aktar sostenibbli li jikkontribwixxu għat-titjib tal-konnettività tar-reġjuni transfruntiera, jagħtu spinta lill-mobbiltà f’dawn ir-reġjuni, u bejniethom, u jtejbu l-kwalità tal-ħajja u l-opportunitajiet għar-residenti tar-reġjuni, flimkien ma’ proġetti li jindirizzaw il-ħtieġa ta’ infrastruttura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforzi enormi li saru mill-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u s-soċjetà ċivili fl-Istati Membri tal-UE li jinsabu madwar l-Ukrajna, kif ukoll l-isforzi tar-Repubblika tal-Moldova, biex tospita lill-Ukreni spostati u tindirizza l-isfidi kollha li jirriżultaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, inkluża l-kwistjoni tal-qamħ mill-Ukrajna u n-nuqqas ta’ infrastruttura tat-trasport; jitlob, f’dan ir-rigward, li jingħata appoġġ xieraq, inkluż permezz ta’ programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera, biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jissottolinja li għalkemm mhijiex fi gwerra miftuħa mar-Russja, ir-Repubblika tal-Moldova għandha wkoll żoni ta’ kunflitt appoġġjati mir-Russja u laqgħet għadd kbir ta’ rifuġjati Ukreni, u li s-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tal-Moldova kienet affettwata ħafna mill-waqfien tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha mar-Russja; jisħaq, għalhekk, li investimenti solidi u suq miftuħ huma meħtieġa ħafna u li proġetti komuni huma milqugħa tajjeb fl-oqsma ekonomiċi u soċjali kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jinsab irrabjat ħafna bit-telf ta’ ħajja umana u l-qerda tad-djar u l-infrastruttura fl-Ukrajna; jisħaq fuq ir-rwol attiv li l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera u l-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għandu jkollhom fir-rikostruzzjoni sostenibbli ta’ wara l-gwerra u jissottolinja l-ħtieġa urġenti li jiġu appoġġjati l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Ukrajna filwaqt li jkomplu jiġu megħjuna r-reġjuni ġirien u tiġi mħeġġa aktar kooperazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva għall-inklużjoni tal-Ukrajna fil-programm ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea URBACT u l-adeżjoni tal-Ukrajna u r-Repubblika tal-Moldova bħala membri osservaturi tan-Network Ewropew għall-Osservazzjoni tal-Iżvilupp u l-Koeżjoni Territorjali (ESPON);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jiddeplora l-użu min-naħa tar-Russja tas-sorsi tal-enerġija bħala mezz ta’ pressjoni politika u ekonomika; jitlob li jsiru inkjesti malajr dwar il-kooperazzjoni ekonomika mar-Russja fis-setturi tal-enerġija ta’ xi Stati Membri, flimkien ma’ aktar azzjoni biex jissaħħu s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u tissaħħaħ l-effiċjenza enerġetika sabiex titnaqqas id-dipendenza fuq ir-Russja f’dawk l-Istati Membri li naqqsu drastikament il-kooperazzjoni tagħhom mal-aggressur u ġew affettwati mis-sanzjonijiet, inklużi l-pajjiżi ġirien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddeplora ż-żieda fl-influwenza tar-Russja fil-pajjiżi ġirien, b’mod partikolari permezz tal-użu ta’ manipulazzjoni u diżinformazzjoni kemm fuq il-media tradizzjonali kif ukoll fuq il-media soċjali online, u jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi, b’mod partikolari fis-settur tal-edukazzjoni u s-settur kulturali, sabiex iċ-ċittadini tagħhom jinżammu infurmati u edukati dwar il-valuri demokratiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni relatata mal-baċiri tal-baħar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Baċir tal-Baħar l-Iswed</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jingħata aktar appoġġ finanzjarju lill-programm, minħabba l-isfidi marbuta mas-sigurtà fil-Baħar l-Iswed li jirriżultaw mill-attakki Russi u mill-imblokk fuq il-portijiet tal-baħar u tad-Danubju, li għandhom l-għan li jipprevjenu kunsinni ta’ qamħ li huma essenzjali għall-ekonomija tal-Ukrajna; jenfasizza r-riskju għas-sigurtà li dawn l-attakki joħolqu għall-Istati Membri li għandhom fruntieri mal-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal tas-sorsi tal-enerġija tal-Baħar l-Iswed, li huma kapaċi jikkontribwixxu għal futur tal-enerġija sostenibbli fl-UE wkoll; jisħaq li, minkejja l-potenzjal tagħhom, ir-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli għadhom fil-biċċa l-kbira mhux sfruttati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis li l-programm Interreg NEXT tal-baċir tal-Baħar l-Iswed għandu jaġevola l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġi żviluppat turiżmu sostenibbli fir-reġjuni kostali tal-Baħar l-Iswed u jirrakkomanda li l-atturi kollha involuti jieħdu approċċ responsabbli għall-protezzjoni tal-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella għal enfasi qawwija fuq il-Baħar l-Iswed, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali biex jiġu indirizzati kwistjonijiet ta’ sigurtà, inklużi dawk relatati mal-kunflitti reġjonali u s-sigurtà tal-enerġija, u l-inkoraġġiment ta’ proġetti biex itejbu l-portijiet u l-infrastruttura relatata u jżidu l-konnessjonijiet tagħhom maċ-ċentri tat-trasport eżistenti; jappella b’mod partikolari, għalhekk, għall-konnessjoni tagħhom mal-kurituri tat-TEN-T;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jinsisti li għandha tiġi adottata strateġija koeżiva għaż-żona tal-Baħar l-Iswed u li għandhom jiġu żviluppati sinerġiji mal-Programm tad-Danubju 2021-2027;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-baċir tal-Mediterran</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jissottolinja l-importanza ta’ sħubijiet ekonomiċi u soċjali b’saħħithom ma’ pajjiżi terzi mill-baċir tal-Mediterran; jilqa’ l-fatt li l-għadd ta’ pajjiżi parteċipanti fil-programmi Interreg Euro-MED 2021-2027 qed jiżdied;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jitlob użu aktar koordinat u effiċjenti tal-fondi eżistenti, fil-qafas tar-regoli soċjali, klimatiċi u ambjentali attwali, biex tiżdied il-kompetittività tal-baċir tal-Mediterran filwaqt li jitrawwem il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli fuq l-art u lil hinn mill-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Iqis li l-programmi transfruntiera jrid ikollhom rwol attiv fl-indirizzar tal-isfidi komuni tas-sigurtà u jimmiraw għall-istabbiltà reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob li l-flussi migratorji jiġu ġestiti u li jiġu miġġielda l-migrazzjoni irregolari u t-traffikar tal-bnedmin, inkluż billi jiġu ffinanzjati proġetti li għandhom l-għan li jirċievu, jieħdu ħsieb u jipprovdu taħriġ għall-migranti biex jgħinuhom jiffaċċjaw l-isfidi ta’ ambjent ekonomiku kompetittiv u jifhmu u jirrispettaw aħjar il-valuri Ewropej, filwaqt li titrawwem l-inklużività fuq iż-żewġ naħat tal-Mediterran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tar-riċerka u l-innovazzjoni fil-prevenzjoni tar-riskju ta’ diżastri naturali, il-ġestjoni sostenibbli tal-ilma u t-tnaqqis tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u jissottolinja l-ħtieġa li tingħata prijorità lil proġetti li għandhom objettivi kwantifikabbli f’termini ta’ impatt ekonomiku, soċjali u ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li, minkejja l-potenzjal tagħhom, ir-riżorsi tal-enerġija rinnovabbli għadhom fil-biċċa l-kbira mhux sfruttati u li dan il-potenzjal għandu jiġi stimulat, inkluż billi jiġu involuti l-SMEs u l-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-istrateġija tal-baċir tal-baħar WestMed fil-Mediterran tal-Punent u l-programmi Interreg bħall-MARITTIMO bħala eżempji tajbin ta’ kooperazzjoni diretta u diversifikata, inkluż fil-livell reġjonali, b’objettivi kondiviżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ l-progress tal-istrateġija makroreġjonali għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju (EUSAIR), li mmobilizzat il-pajjiżi membri u r-reġjuni tagħhom, il-pajjiżi terzi u l-awtoritajiet lokali tagħhom; jikkunsidra l-EUSAIR bħala eżempju ta’ suċċess li fih l-Unjoni tat prova li kienet kapaċi tmexxi u ħaddnet sens ta’ ftuħ; jistqarr li dawn l-istess prinċipji u approċċ simili komuni jridu jiġu applikati fiż-żoni l-oħra tal-Mediterran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill Ewropew jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija makroreġjonali dettaljata għall-Mediterran, filwaqt li titqies l-Aġenda l-Ġdida tagħha għall-Mediterran, b’mod partikolari t-taqsima 5 tagħha (“Tranżizzjoni ekoloġika: ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-ambjent”), u biex jadottawha; jiddeplora d-degradazzjoni kontinwa tal-ambjent fil-baċir tal-baħar Mediterran kollu, it-telf tal-bijodiversità u ż-żieda fit-tniġġis tal-arja u tal-baħar, b’mod partikolari l-iskart tal-plastik u dak domestiku, u jitlob li dawn jiġu evitati, limitati u ġestiti billi tiġi promossa l-ekonomija ċirkolari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sfidi fil-qasam tal-kooperazzjoni transfruntiera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota li l-eżistenza ta’ oqfsa legali u istituzzjonali differenti toħloq ostakli addizzjonali għall-implimentazzjoni tal-proġetti u għalhekk huwa kkumplikat li jiġu implimentati l-proġetti; ifakkar li l-proċeduri amministrattivi jistgħu jkunu kumplessi u jieħdu ħafna żmien, li jista’ jiskoraġġixxi lill-awtoritajiet lokali u reġjonali milli jipparteċipaw fil-kooperazzjoni territorjali; jistieden lill-Kummissjoni tgħin biex tissimplifika dawn il-proċeduri billi tagħmilhom aktar aċċessibbli u trasparenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-ostakli lingwistiċi u d-differenzi kulturali jagħmlu l-komunikazzjoni aktar diffiċli u jistgħu jwasslu għal piżijiet amministrattivi, li għandhom jingħelbu permezz ta’ miżuri xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jisħaq li jeżistu differenzi bejn l-Istati fir-rigward tal-kompetenzi tal-awtoritajiet, kif ukoll bidliet fl-awtoritajiet reġjonali, li jistgħu jikkawżaw dewmien; jemmen li għandu jitħeġġeġ id-djalogu bejn l-awtoritajiet lokali u għandha titrawwem il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili fi proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali, bl-involviment ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, intrapriżi soċjali u partijiet ikkonċernati oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu żviluppati skambju fit-tul u programmi ta’ kollaborazzjoni intraprenditorjali bejn l-istituzzjonijiet u n-negozji f’reġjuni transfruntiera biex jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u tissaħħaħ il-koordinazzjoni amministrattiva bejn l-istati parteċipanti billi jiġu żviluppati, riorganizzati jew, meta xieraq, stabbiliti strutturi funzjonali sostenibbli għall-kooperazzjoni u n-networks transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tiġi stabbilita sistema ta’ skambju interkulturali fuq terminu qasir u medju biex jiġi promoss it-tagħlim ta’ lingwi komuni, jitrawwem fehim aktar profond tal-kulturi reġjonali, u li tiġi aġevolata l-kollaborazzjoni bejn il-komunitajiet transfruntiera, filwaqt li jenfasizza li din is-sistema għandha tinkludi wkoll aspetti intraprenditorjali u amministrattivi biex jiġi stimulat l-iżvilupp ekonomiku u amministrattiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jiddikjara l-ħtieġa li l-programmi jiġu adattati għall-ħtiġijiet u l-ispeċifiċitajiet individwali ta’ kull pajjiż/reġjun parteċipanti; jitlob li jsiru aktar sforzi f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinnota li l-pandemija tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq ir-reġjuni tal-fruntiera u affettwat l-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrimarka li n-nuqqas ta’ infrastruttura u networks tat-trasport adegwati, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima u tal-gżejjer, ixekkel il-kummerċ u l-mobbiltà u jikkomplika l-kooperazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jirrimarka l-isfidi speċifiċi tal-fruntieri marittimi u l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti bħala fruntieri speċifiċi bil-ħtiġijiet tagħhom stess, b’mod partikolari fid-dawl tad-differenzi lingwistiċi u kulturali, piżijiet amministrattivi u legali, disparitajiet soċjoekonomiċi u kwistjonijiet ambjentali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Opportunitajiet ta’ kooperazzjoni transfruntiera</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq li fid-dawl ta’ kriżijiet u kunflitti multipli, il-kooperazzjoni transfruntiera mal-pajjiżi ġirien tirrikjedi investiment fir-reżiljenza tal-pajjiżi u s-soċjetajiet u li l-prijoritajiet tas-sħubija għandhom jikkontribwixxu għat-titjib sostanzjali tal-kundizzjonijiet tal-għajxien fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera, inkluż billi jiġu żgurati żvilupp sostenibbli inklużiv, ġustizzja soċjali, opportunitajiet ta’ impjieg u prosperità ekonomika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Iqis li l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti għat-tisħiħ tad-demokrazija lokali u reġjonali u l-kapaċitajiet amministrattivi tal-pajjiżi sħab; jenfasizza l-importanza tar-Raggruppamenti Ewropej ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) fl-aġevolar u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni territorjali, b’mod partikolari dwar il-ġestjoni tas-servizzi tat-trasport transfruntiera jew l-isptarijiet, l-implimentazzjoni jew il-ġestjoni ta’ proġetti ta’ żvilupp transfruntiera u l-iskambju tal-għarfien u tal-aħjar prattiki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-programmi transfruntiera tal-UE biex jinkludu l-kultura bħala indikatur importanti tal-iżvilupp reġjonali, b’mod partikolari f’żoni tal-fruntiera fejn in-nies li jgħixu fuq iż-żewġ naħat tal-fruntiera jaqsmu l-istess sfond kulturali u lingwistiku, sabiex jiġu żgurati reġjuni vivaċi u tiżdied l-attraenza tar-reġjuni, jiżdied l-iskambju kulturali u jiġu promossi d-diversità u s-solidarjetà lil hinn mill-fruntieri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-programmi joffru opportunitajiet għal djalogu dettaljat ma’ firxa ta’ partijiet ikkonċernati inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, awtoritajiet lokali u reġjonali, akkademiċi, ċittadini, NGOs u s-settur privat; jisħaq b’mod partikolari fuq l-importanza ta’ programmi transfruntiera għall-pajjiżi kandidati tal-UE, peress li dawn jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u nazzjonali bl-opportunità li jiffamiljarizzaw ruħhom mal-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinnota li l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tikkontribwixxi aktar għat-tnaqqis tad-disparitajiet reġjonali, il-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri, l-impjiegi, il-kummerċ u l-koeżjoni territorjali, u t-titjib tal-mobbiltà tan-nies u l-konnettività tar-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni transfruntiera dwar id-diġitalizzazzjoni, u jissottolinja l-ħtieġa ta’ proġetti komuni dwar l-infrastruttura diġitali, b’mod partikolari fis-servizzi pubbliċi, sabiex jiġi pprovdut settur pubbliku koerenti u effiċjenti ffukat fuq il-ħtiġijiet ta’ kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq li l-UE u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw aktar mill-qrib mal-pajjiżi ġirien fil-qasam tal-kura tas-saħħa u s-servizzi ta’ emerġenza u għandhom isaħħu l-kapaċità tal-SMEs u tal-kumpaniji b’kapitalizzazzjoni medja li joperaw bejn il-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tan-networking u l-valutazzjoni komparattiva fl-eliminazzjoni tal-ostakli għall-kooperazzjoni transfruntiera u jinnota li dan għandu jippermetti l-użu aħjar ta’ għodod, bħar-REKT, l-għodda ta’ Investiment Territorjali Integrat u l-Istrateġija għall-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-Komunità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali li għandhom l-investimenti f’servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja biex jibnu r-reżiljenza soċjali u jindirizzaw il-kriżijiet ekonomiċi, tas-saħħa u soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jilqa’ l-impenn kontinwu tal-Gvern tar-Renju Unit favur il-programm PEACE, li għandu rwol ewlieni rigward il-kooperazzjoni bejn ir-reġjuni tal-fruntiera tal-Irlanda u tal-Irlanda ta’ Fuq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jissottolinja r-rwol vitali tal-programm PEACE PLUS fiż-żamma ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat fir-reġjuni u jiżgura l-iżvilupp soċjoekonomiku tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet ta’ politika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jirrakkomanda komplementarjetà akbar bejn il-proġetti u jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ sinerġiji ma’ għodod ta’ finanzjament oħra tal-UE li għandhom l-istess kopertura ġeografika u tematika sabiex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju; jenfasizza l-ħtieġa, matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2021-2027, li l-programmi mmirati jidentifikaw b’mod ċar ir-rekwiżiti u l-prijoritajiet li huma komuni għar-reġjuni tul il-fruntieri esterni tal-UE u, minflok jirduppjaw inizjattivi oħra ffinanzjati mill-UE, u mhux jikkoinċidu magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Iqis li r-rwol tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mar-reġjuni tal-fruntiera, għandu jissaħħaħ aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jirrakkomanda, fil-qasam tal-governanza transfruntiera, l-iżvilupp ta’ strateġija ta’ infrastruttura integrata bis-sħiħ (toroq, ferroviji, ilma), filwaqt li jitqies ir-reġjun transfruntier kollu kemm hu; jisħaq fuq l-importanza li jiġu żviluppati soluzzjonijiet ta’ mobbiltà aktar sostenibbli fiż-żoni transfruntiera kollha, inkluż permezz tal-politika tat-TEN-T; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu l-mobbiltà intelliġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrakkomanda l-promozzjoni tal-istrumenti finanzjarji tal-UE b’valur soċjali u ekonomiku miżjud sabiex jiżdied il-livell ta’ għarfien dwar il-benefiċċji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas il-piż burokratiku, tissimplifika b’mod konsiderevoli l-proċeduri u tnaqqas l-ostakli relatati ma’ leġiżlazzjoni differenti; jinsisti li dan għandu jagħmilha possibbli li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet reali taż-żoni transfruntiera; jisħaq li l-iżvilupp sostenibbli u inklużiv jirrikjedi azzjoni fil-livelli kollha; jirrikonoxxi b’mod espliċitu l-importanza li tingħata attenzjoni liż-żoni rurali fir-reġjuni transfruntiera, peress li huma partikolarment affettwati mill-isfidi demografiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jappella għal koordinazzjoni aħjar, djalogu u skambju ulterjuri tal-aħjar prattiki bejn ir-reġjuni u l-istati, pereżempju permezz ta’ pjattaforma bħal INTERREG Europe; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni f’dan ir-rigward u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali bl-għodod u r-riżorsi li jeħtieġu biex irawmu kooperazzjoni transfruntiera ambizzjuża; jiddikjara li s-servizzi edukattivi u kulturali pubbliċi għandhom ikunu miftuħa, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għaċ-ċittadini miż-żewġ naħat tal-fruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jisħaq li, f’konformità mal-prinċipju tas-sħubija, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat għandhom ikunu involuti, kemm jista’ jkun, fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-proġetti mill-bidu nett; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tipprovdi appoġġ tekniku lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-pajjiżi ġirien biex tgħinhom jiżviluppaw u jimplimentaw proġetti ta’ kooperazzjoni territorjali; jitlob ukoll li jitfasslu linji gwida f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tintegra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fil-pjanijiet ta’ azzjoni futuri għall-kooperazzjoni transfruntiera sabiex l-ebda post u ħadd ma jitħalla jibqa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera aktar mal-istati sħab biex tippromwovi l-kooperazzjoni transfruntiera, billi tipprovdi, meta meħtieġ, għarfien espert sabiex tgħin lill-awtoritajiet kontroparti fil-pajjiżi sħab u ttejjeb l-informazzjoni pprovduta lilhom fir-rigward tal-proċeduri u l-kundizzjonijiet għall-aċċess tal-finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jitlob li jiżdied il-baġit globali għall-kooperazzjoni territorjali transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iqis li l-ħolqien ta’ kunsilli konġunti tal-gvern lokali transfruntiera, bħal dak stabbilit bejn ir-Rumanija u l-Moldova biex jgħin fl-iżvilupp ta’ proġetti konġunti ta’ interess reċiproku, jista’ jkun eżempju li għandu jiġi segwit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Iħeġġeġ l-isforzi biex il-pajjiżi sħab jitressqu eqreb tal-UE, jiġu stimulati r-riforma interna u l-bini tal-kapaċitajiet fil-livell lokali u reġjonali u jiġu promossi d-demokrazija lokali, il-governanza f’diversi livelli u l-kooperazzjoni deċentralizzata, inkluż permezz tal-kooperazzjoni fil-EuroNest u l-Konferenza tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali għas-Sħubija tal-Lvant (CORLEAP) għall-Viċinat tal-Lvant u l-Assemblea Reġjonali u Lokali Ewro-Mediterranja (ARLEM) u l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (PA-UgħM) għall-Viċinat tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi u jiġu allokati aktar riżorsi fir-rigward ta’ proġetti transfruntiera li għandhom l-għan li jiżviluppaw l-infrastruttura tal-IT u jespandu l-aċċess għan-networks tal-broadband sabiex tiġi appoġġjata l-kooperazzjoni ekonomika u soċjali bejn ir-reġjuni transfruntiera; jenfasizza r-rwol ewlieni li t-teknoloġija u l-innovazzjonijiet miġjuba mill-intelliġenza artifiċjali jista’ jkollhom biex isaħħu r-rabtiet, jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli u jtejbu u jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu identifikati u evitati d-duplikazzjonijiet tal-proġetti u l-infiq bla bżonn bejn programmi u inizjattivi Ewropej differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jirrakkomanda t-twettiq ta’ evalwazzjonijiet perjodiċi ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni transfruntiera biex jiġi żgurat l-użu effiċjenti tar-riżorsi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>