<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0016</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Oġġezzjoni skont l-Artikolu 112(2) u (3), u (4)(c): livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0057/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom (COM(2023)0739 – 2023/3005(RPS))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda l-Annessi II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għat-tijakloprid f’ċerti prodotti jew fuqhom (COM(2023)0739),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta’ residwu ta’ pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1)(a) u l-Artikolu 49(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu (4)(1) u l-Artikolu 4(2), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a) u l-punt 3.6.4 tal-Anness II,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 13, 168 u 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni motivata adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-9 ta’ Frar 2023, u ppubblikata fil-15 ta’ Marzu 2023<FOOTNOTE><FIELD> Id-Dikjarazzjoni tal-EFSA dwar il-valutazzjoni tar-riskju dijetetiku (akut) fuq terminu qasir u l-evalwazzjoni ta’ data ta’ konferma għal ċerti livelli massimi ta’ residwu (MRL) għat-tijakloprid, il-Ġurnal tal-EFSA 2023;21(3):7888, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2023.7888.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjoni dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-pestiċidi approvata mill-EFSA fis-17 ta’ Jannar 2019, u ppubblikata fl-14 ta’ Marzu 2019<FOOTNOTE><FIELD> Il-konklużjoni tal-EFSA dwar ir-rieżami bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva tijakloprid, il-Ġurnal tal-EFSA 2019;17(3):5595, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2019.5595.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fit-12 ta’ Marzu 2015<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni tal-RAC li tipproponi klassifikazzjoni u tikkettar armonizzati fil-livell tal-UE tat-Tijakloprid (ISO); {(2Z)-3-[(6-kloropiridin-3-il)metil]-1,3-tijaz olidina-2-iliden}ċjanammid, https://echa.europa.eu/registry-of-clh-intentions-until-outcome/-/dislist/details/0b0236e180638ff8.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(4), il-punt (e) u l-Artikolu 5a(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 112(2), (3) u (4)(c) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi t-tijakloprid huwa ingredjent attiv fl-insettiċidi li jintużaw l-aktar fuq il-qoton, il-frott taż-żerriegħa, il-ħaxix, u l-patata;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijakloprid skadiet fit-3 ta’ Frar 2020, u ma ġietx imġedda skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/23 tat-13 ta’ Jannar 2020 li jikkonċerna n-nuqqas ta’ tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva thiacloprid, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (ĠU L 8, 14.1.2020, p. 8).</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-perjodu ta’ grazzja għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom it-tijakloprid skada fit-3 ta’ Frar 2021;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-approvazzjoni tas-sustanza attiva tijakloprid ma ġietx imġedda peress li ma setax jiġi stabbiliy fir-rigward ta’ użu rappreżentattiv wieħed jew aktar ta’ mill-inqas prodott wieħed għall-protezzjoni tal-pjanti li ġew issodisfati l-kriterji għall-approvazzjoni previsti fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009; billi, b’mod partikolari, l-EFSA identifikat żewġ oqsma kritiċi ta’ tħassib; billi l-ewwel qasam kritiku ta’ tħassib kien relatat mal-indikazzjoni tal-kontaminazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art b’diversi metaboliti rilevanti ta’ tijakloprid li l-potenzjal karċinoġenu tagħhom ma setax jiġi eskluż (M30, M34 u M46) ’il fuq mil-limitu parametriku tal-ilma tax-xorb ta’ 0,1 µg/l għall-użi rappreżentattivi kollha<FOOTNOTE><FIELD> Il-konklużjoni tal-EFSA tas-17 ta’ Jannar 2019.</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-tieni qasam kritiku ta’ tħassib kien relatat mal-klassifikazzjoni armonizzata mill-ECHA tat-tijakloprid peress li ġie preżunt li jagħmel ħsara lill-fertilità u lit-tarbija li għadha fil-ġuf (tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B) f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> li tagħmel it-tijakloprid “sustanza ta’ limitu” f’konformità mal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-EFSA kkonkludiet ukoll li l-valutazzjoni tar-riskji għan-naħal u għall-pjanti terrestri mhux fil-mira ma setgħetx tiġi ffinalizzata;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tijakloprid huwa kklassifikat ukoll f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008 peress li ġie suspettat li jikkawża l-kanċer (kategorija karċinoġenika 2), tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika (akut akkwatiku 1), u tossiku ħafna għall-ħajja akkwatika b’effett fit-tul (kroniku akkwatiku 1);
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf (il-Kumitat PAFF) ma tax opinjoni dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill; billi, matul il-laqgħa tal-Kumitat tal-PAFF li saret bejn it-18 u d-19 ta’ Settembru 2023, “tmien Membri ma appoġġjawx l-abbozz tar-Regolament. Sitta minnhom semmew l-ewwel u qabel kollox it-tħassib tagħhom dwar iż-żamma tas-CXL u t-tolleranzi tal-importazzjoni għal sustanza mhux approvata li tissodisfa wieħed mill-kriterji ta’ limitu skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (tossiku għar-riproduzzjoni). Barra minn hekk, Stat Membru wieħed li ma appoġġjax l-abbozz tar-Regolament kellu tħassib li l-EFSA kienet indikat qabżiet tad-doża ta’ referenza akuta għal xi prodotti f’ċerti ċirkostanzi mhux standard, ieħor semma d-diskriminazzjoni fil-konfront tal-bdiewa tal-UE li ma jistgħux jibqgħu jużaw prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom din is-sustanza attiva, filwaqt li l-bdiewa f’pajjiżi terzi xorta jistgħu jagħmlu dan, u b’hekk dan iwassal għal kompetizzjoni inġusta”<FOOTNOTE><FIELD> Rapport fil-qosor tal-laqgħa tal-Kumitat tal-PAFF bejn it-18 u d-19 ta’ Settembru 2023, https://ec.europa.eu/transparency/comitology-register/screen/documents/092486/1/consult?lang=mt.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Ġermanja talbet li d-dikjarazzjoni li ġejja tiġi inkluża fir-rapport sommarju tal-laqgħa tal-Kumitat tal-PAFF li saret bejn it-18u d-19 ta’ Settembru 2023: “It-tijakloprid huwa sustanza attiva ta’ limitu skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009. Matul il-proċedura ta’ approvazzjoni mill-ġdid tas-sustanza attiva, ġie ddeterminat li din tissodisfa l-kriterji ta’ limitu peress li għandha klassifikazzjoni bħala tossika għar-riproduzzjoni 1B. Għaldaqstant, is-sustanza attiva ma ġietx approvata mill-ġdid. B’mod ġenerali, il-Ġermanja ma tappoġġjax l-istabbiliment ta’ [limiti massimi ta’ residwi (MRLs)] għal sustanzi attivi li mhumiex approvati fl-UE minħabba tħassib dwar is-saħħa. Il-fattur deċiżiv hawnhekk huwa li l-kriterji ta’ limitu ġew stabbiliti fil-qafas tal-proċedura ta’ approvazzjoni (mill-ġdid) ta’ sustanza attiva skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009”<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi għalhekk huwa xieraq li jitħassru l-MRLs eżistenti stabbiliti għat-tijakloprid fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 f’konformità mal-Artikolu 17 ta’ dak ir-Regolament flimkien mal-Artikolu 14(1), il-punt (a), tiegħu.
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, fil-proposta għal regolament tal-Kunsill, madankollu, il-Kummissjoni qed tipproponi li żżomm l-MRLs għat-tijakloprid ’il fuq mil-limitu ta’ determinazzjoni għall-użu fuq aktar minn 30 prodott għal finijiet ta’ importazzjoni abbażi tal-opinjoni motivata tal-EFSA<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni motivata tal-EFSA tad-9 ta’ Frar 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-użi li għalihom l-MRLs ‘il fuq mil-limitu ta’ determinazzjoni jitqiesu bħala sikuri jinkludu l-użi tat-tijakloprid fil-papaja, it-tè, il-ġewż tas-siġar, l-isfarġel, in-naspli/naspli tal-Ġappun, il-berquq, iċ-ċiras (ħelu), l-għanbaqar, il-frawli, it-tut, it-tut salvaġġ, frott żgħir ieħor u l-frott artab, il-kiwi, il-patata, it-tadam, il-brunġiel, il-bettieħ, id-dulliegħ, ir-ross, il-qamħ, il-prodotti tal-annimali (il-ħnieżer, l-annimali bovini, in-nagħaġ, iż-żwiemel, il-pollam, u annimali terrestri mrobbijin oħrajn) mit-tessuti (il-muskoli, il-fwied, il-kliewi u l-ġewwieni li jittiekel), il-ħalib u l-bajd, il-lampun, il-ħjar, iz-zukkini, il-lift/iż-żerriegħa tal-kanola, iż-żerriegħa tal-mustarda u ż-żerriegħa tal-qoton; billi l-MRLs proposti għal dawk l-użi jvarjaw minn darbtejn il-limitu ta’ determinazzjoni sa elf darba l-limitu ta’ determinazzjoni (għall-użu fuq tejiet);
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, għall-kuntrarju, it-talba għat-tolleranzi tal-importazzjoni ġiet miċħuda biss għal żewġ użi (fuq il-ħawħ u l-bżar ħelu) peress li ma jistax jiġi eskluż il-qbiż tad-doża akuta ta’ referenza u għalhekk il-Kummissjoni pproponiet li l-MRLs għat-tijakloprid jitnaqqsu għal-limitu ta’ determinazzjoni biss għal dawk l-użi;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-premessa (5) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tistipula li r-residwi ma għandhomx ikunu preżenti f’livelli li joħolqu riskju inaċċettabbli għall-bnedmin u, fejn rilevanti, għall-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Artikolu 4(2), il-punt (a), tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jistipula li r-residwi tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti ma għandu jkollhom l-ebda effett ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem, inkluż dak ta’ gruppi vulnerabbli, jew fuq is-saħħa tal-annimali, filwaqt li jitqiesu l-effetti kumulattivi u sinerġetiċi magħrufa; billi l-punt 3.6.4 tal-Anness II ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li sustanza attiva klassifikata, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1272/2008, bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1A jew 1B, ma għandhiex tiġi approvata sakemm ir-“residwi tas-sustanza attiva [...] ikkonċernati fuq ikel u għalf ma jeċċedux il-valur prestabbilit f’konformità mal-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”; billi l-Artikolu 18(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistabbilixxi valur prestabbilit ta’ 0,01 mg/kg;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Artikolu 3(2), il-punt (g), tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 jistipula li t-tolleranza fuq l-importazzjoni hija MRL stabbilit għall-prodotti importati meta “l-użu tas-sustanza attiva fi prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fuq xi prodott speċifiku mhuwiex awtorizzat fil-Komunità għal raġunijiet minbarra raġunijiet ta’ saħħa pubblika għall-prodott speċifiku u l-użu speċifiku”; billi t-tijakloprid ma jissodisfax dawk il-kriterji peress li ġie pprojbita għal raġunijiet ta’ saħħa, minħabba li huwa kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jistipula li l-liġi dwar l-ikel għandha ssegwi wieħed jew aktar mill-objettivi ġenerali ta’ livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħajja u s-saħħa tal-bniedem u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumaturi, inklużi prattiki ġusti fil-kummerċ tal-ikel, b’kunsiderazzjoni, fejn xieraq, tal-protezzjoni tas-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, is-saħħa tal-pjanti u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-kriżi attwali tad-dakkara hija waħda mit-theddidiet ewlenin għall-bijodiversità u għas-sigurtà tal-ikel globali u lokali; billi dik il-kriżi tista’ taggrava l-problemi tal-ġuħ moħbi, iddgħajjef ir-reżiljenza tal-ekosistema, u tista’ tiddestabbilizza l-ekosistemi li jiffurmaw is-sistema li tagħtina l-ħajja<FOOTNOTE><FIELD> van der Sluijs, J.P., Vaage, N.S., “Pollinators and Global Food Security: the Need for Holistic Global Stewardship” (Id-Dakkara u s-Sigurtà Globali tal-Ikel: il-Ħtieġa ta’ Tmexxija Globali Olistika), L-etika tal-ikel 1, 75–91 (2016), https://doi.org/10.1007/s41055-016-0003-z.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-20 ta’ Mejju 2020 dwar “Strateġija Mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent”<FOOTNOTE><FIELD> COM(2020)0381.</FIELD></FOOTNOTE> ħabbret li “l-UE se tappoġġa t-tranżizzjoni dinjija lejn sistemi sostenibbli ta’ ikel agrikolu, f’konformità mal-objettivi ta’ din l-istrateġija u mal-SDGs”, u li “l-UE tista’ taqdi rwol ewlieni fl-istabbiliment ta’ standards dinjija b’din l-istrateġija”; billi l-Kummissjoni ddikjarat b’mod espliċitu fl-istrateġija li “sistema tal-ikel tal-UE aktar sostenibbli tirrikjedi wkoll prattiki dejjem aktar sostenibbli mis-sħab kummerċjali tagħna. Sabiex tippromwovi mossa gradwali lejn l-użu ta’ prodotti aktar sikuri għall-protezzjoni tal-pjanti, l-UE se tqis, f’konformità mar-regoli tad-WTO u wara valutazzjoni tar-riskju, li tirrieżamina t-tolleranzi tal-importazzjoni għal sustanzi li jissodisfaw il-“kriterji ta’ limitu” u tippreżenta livell għoli ta’ riskju għas-saħħa tal-bniedem”;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi, fl-2022, il-Kummissjoni baxxiet<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/334 tat-2 ta’ Frar 2023 li jemenda l-Annessi II u V tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-livelli massimi ta’ residwi għall-klotijanidin u t-tijametossam f’ċerti prodotti jew fuqhom (ĠU L 47, 15.2.2023, p. 29).</FIELD></FOOTNOTE> l-MRLs għal żewġ neonikotinojdi li joħolqu riskju għoli għad-dakkara għall-aktar livell baxx li jista’ jitkejjel bl-aħħar teknoloġiji, biex b’hekk il-prodotti importati ma jistax ikun fihom aktar residwi ta’ klotijanidin u tijametossam;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi, f’dak ir-rigward, il-Kummissjoni sostniet li “filwaqt li jitqiesu l-fatturi kollha rilevanti għall-kwistjoni f’konformità mal-Artikolu 14(2), moqri fid-dawl tal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jirrikjedi li “l-ħtiġijiet għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli”, l-MRLs kollha attwali għall-klotijanidin u/jew għat-tijametossam kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 396/2005 jenħtieġ li jitnaqqsu għal-Limitu ta’ Determinazzjoni (LODs)”<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi fil-Kumitat tal-PAFF li sar bejn l-10 u l-11 ta’ Mejju 2023, “il-Kummissjoni fakkret li t-tijakloprid jappartjeni għall-grupp ta’ sustanzi tan-neonikotinini attivi [iżda li] peress li għandu proprjetajiet differenti mill-klotijanidina u t-tijametossam, bħalissa mhuwiex previst li jsegwi l-istess approċċ bħal dak għall-klotijanidina u t-tijametossam li jimplimenta l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt billi jitnaqqsu l-MRLs kollha għal-LOQ”<FOOTNOTE><FIELD> Rapport fil-qosor tal-laqgħa tal-Kumitat tal-PAFF bejn l-10 u l-11 ta’ Mejju 2023, https://ec.europa.eu/transparency/comitology-register/screen/documents/090500/1/consult?lang=mt.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-fatt li t-tijakloprid ikollu proprjetajiet differenti minn neonikotinojdi oħra huwa kkontestat fil-letteratura xjentifika, b’riżultati li juru li “l-immaġni tat-tijakloprid bħala neonikotinojde relattivament benign issa għandha tiġi kkontestata”<FOOTNOTE><FIELD> Ellis, C., Park, K.J., Whitehorn, P., David, A., Goulson, D., “The Neonicotinoid Insecticide Thiacloprid Impacts upon Bumblebee Colony Development under Field Conditions” (L-Insettiċida Neonikotinojde Tijakloprid iħalli Impatt fuq l-Iżvilupp tal-Kolonja tal-Bagħal f’Kundizzjonijiet tal-Għelieqi), Ix-Xjenza u t-Teknoloġija Ambjentali 2017, 51, 3, 1727–1732, https://pubs.acs.org/doi/10.1021/acs.est.6b04791.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi, b’mod partikolari, instab li l-kolonji tal-bagħal esposti għat-tijakloprid huma aktar probabbli li jmutu qabel iż-żmien, u dawk li baqgħu ħajjin huma aktar probabbli li jbatu minn effetti subletali<FOOTNOTE><FIELD> Ibid.</FIELD></FOOTNOTE>; billi nstab ukoll li t-tijakloprid taffettwa l-imġiba u s-sistema immuni tan-naħal tal-għasel bl-istess mod bħall-imidakloprid, il-klotijanidina u t-tijametossam<FOOTNOTE><FIELD> Brandt, A., Gorenflo, A., Siede, R., Meixner, M., Büchler, R., “The neonicotinoids thiacloprid, imidacloprid, and clothianidin affect the immunocompetence of honey bees (<STRING ITALIC="on">Apis mellifera</STRING> L.)” (In-neonikotinojdi tijakloprid, imidakloprid, klotijanidina jaffettwaw l-immunokompetenza tan-naħal tal-għasel (<STRING ITALIC="on">Apis mellifera</STRING> L.)), Il-Ġurnal tal-Fiżjoloġija tal-Insetti, Volum 86, Marzu 2016, Paġni 40-47, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0022191016300014.</FIELD></FOOTNOTE><STRING SUPERSCRIPT="on">,</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Tison, L., Hahn, M.-L., Holtz, S., Rößner A., Greggers, U., Bischoff, G., and Menzel, R., “Honey Bees’ Behavior Is Impaired by Chronic Exposure to the Neonicotinoid Thiacloprid in the Field” (L-Imġiba tan-Naħal tal-Għasel hija Mxekkla minn Esponiment Kroniku għan-Neonikotinojde Tijakloprid fl-Għelieqi), Ix-Xjenza u t-Teknoloġija Ambjentali 2016, 50, 13, 7218–7227, https://pubs.acs.org/doi/full/10.1021/acs.est.6b02658.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi hemm evidenza dejjem akbar li l-użu tat-tijakloprid għandu impatt devastanti fuq il-bijodiversità u, b’mod partikolari, fuq in-naħal u dakkara oħra<FOOTNOTE><FIELD> Pisa, L., Goulson, D., Yang, E.C., et al., “An update of the Worldwide Integrated Assessment (WIA) on systemic insecticides. Part 2: impacts on organisms and ecosystems”, (Aġġornament tal-Valutazzjoni Integrata Madwar id-Dinja (WIA) fuq l-insettiċidi sistemiċi. Parti 2: l-impatti fuq l-organiżmi u l-ekosistemi), Ix-Xjenza Ambjentali u r-Riċerka dwar it-Tniġġis 28, 11749–11797 (2021), https://doi.org/10.1007/s11356-017-0341-3.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi, fir-rapport tagħha ta’ nuqqas ta’ tiġdid tat-22 ta’ Ottubru 2019<FOOTNOTE><FIELD> https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/start/screen/active-substances/details/841</FIELD></FOOTNOTE>, l-EFSA kkonkludiet li “l-informazzjoni disponibbli mhijiex biżżejjed biex tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009”, u b’mod partikolari li “l-valutazzjoni tar-riskju għan-naħal ma setgħetx tiġi ffinalizzata”;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi għalhekk, it-tijakloprid għandu jkun soġġett għall-istess raġunament u regoli li ġew applikati għall-klotijanidina u għat-tijametossam;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-Kummissjoni jeħtiġilha tipproteġi l-ambjent u ċ-ċittadini Ewropej abbażi tal-informazzjoni xjentifika disponibbli, bl-użu tal-obbligi u l-possibbiltajiet legali li r-Regolament (KE) Nru 396/2005 u r-Regolament (KE) Nru 178/2002 jipprevedu biex jiżguraw livell għoli ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali u tal-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-MRLs proposti ma jipproteġux is-saħħa taċ-ċittadini fl-Unjoni u ma jiżgurawx livell għoli ta’ protezzjoni għan-naħal u għal dakkara oħra, u b’hekk imorru kontra r-Regolamenti (KE) Nru 396/2005 u (KE) Nru 178/2002;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-MRLs ma għandhomx jiġu stabbiliti għal sustanzi attivi li mhumiex approvati fl-Unjoni minħabba tħassib dwar is-saħħa; billi, għalhekk, ma għandha tiġi stabbilita l-ebda tolleranza fuq l-importazzjoni għat-tijakloprid peress li hija kklassifikata bħala tossika għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B; billi, barra minn hekk, il-klassifikazzjoni tat-tijakloprid bħala tossiċi għar-riproduzzjoni tal-kategorija 1B kellha tkun raġuni biżżejjed biex il-Kummissjoni tirrifjuta t-talbiet għal tolleranzi tal-importazzjoni b’referenza għar-riskji għas-saħħa taċ-ċittadini f’pajjiżi terzi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jopponi l-adozzjoni tal-proposta għal regolament tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li l-proposta għal regolament tal-Kunsill mhijiex kompatibbli mal-għan u l-kontenut tar-Regolamenti (KE) Nru 396/2005 u (KE) Nru 178/2002, kif ukoll mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, inkluż il-punt 3.6.4 tal-Anness II tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-proposta għal regolament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat li jnaqqas l-MRLs kollha għat-tijakloprid għal-limitu ta’ determinazzjoni għall-użi kollha u tirrifjuta kwalunkwe talba għal tolleranzi tal-importazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>