<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0019</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-merkurju: l-amalgama dentali u prodotti oħra miżjudin bil-merkurju soġġetti għal restrizzjonijiet fuq ilmanifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0002/2024 - Rapporteur: Marlene Mortler)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar il-merkurju fir-rigward tal-amalgama dentali u prodotti oħra miżjudin bil-merkurju soġġetti għal restrizzjonijiet fuq il-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni (COM(2023)0395 – C9-0309/2023 – 2023/0272(COD))</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A9-0002/2024).</FIELD></FOOTNOTE></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION/></ACTLST></DISPOSITIF><AMDLST><HD><HEAD.OLD><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></HEAD.OLD><HEAD.NEW><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></HEAD.NEW></HD><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		1</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 1a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-merkurju huwa sustanza kimika ta’ tħassib globali għall-ambjent, minħabba t-trasport atmosferiku fuq distanza twila tiegħu, il-persistenza tiegħu wara l-introduzzjoni antropoġenika tiegħu fl-ambjent u l-ħila tiegħu li jakkumula fl-ekosistemi. Il-merkurju għandu wkoll effetti negattivi sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem u jgħaddi mill-ommijiet lit-tfal permezz tal-plaċenta jew permezz tat-treddigħ. It-tniġġis tal-ambjent bil-merkurju jista’ jirriżulta minn attivitajiet antropoġeniċi, inkluż ġestjoni insuffiċjenti tal-iskart tal-merkurju, il-kremazzjoni jew implimentazzjoni mhux korretta tas-separaturi obbligatorji fil-kliniċi dentali.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		2</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 4</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(4)</NO.P>Meta titqies id-disponibbiltà ta’ alternattivi ħielsa mill-merkurju, huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu tal-amalgama dentali għat-trattament dentali tal-membri kollha tal-popolazzjoni, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li tintuża l-amalgama dentali għal pazjenti bi bżonnijiet mediċi speċifiċi. Sabiex jiġi evitat li l-amalgama dentali, li hija pprojbita fis-suq tal-Unjoni, tiġi manifatturata għall-esportazzjoni mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-manifattura u l-esportazzjoni tal-amalgama dentali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/852 jiġi emendat skont dan.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(4)</NO.P>Meta titqies id-disponibbiltà ta’ alternattivi ħielsa mill-merkurju, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-affordabbiltà ta’ materjali alternattivi u t-tranżizzjoni attwali għal mili dentali ħielsa mill-merkurju f’ħafna Stati Membri, </STRING></STRING>huwa xieraq li jiġi pprojbit l-użu tal-amalgama dentali għat-trattament dentali tal-membri kollha tal-popolazzjoni, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li tintuża l-amalgama dentali għal pazjenti bi bżonnijiet mediċi speċifiċi<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">. It-tranżizzjoni għal alternattivi ħielsa mill-merkurju għall-mili dentali diġà avvanzat f’ħafna Stati Membri, u b’hekk enfasizzat il-fattibbiltà u l-ħtieġa ta’ dik il-projbizzjoni bħala mod kosteffettiv kif jiġi prevenut aktar tniġġis tal-merkurju</STRING></STRING>. Sabiex jiġi evitat li l-amalgama dentali, li hija pprojbita fis-suq tal-Unjoni, tiġi manifatturata għall-esportazzjoni mill-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu pprojbiti l-manifattura u l-esportazzjoni tal-amalgama dentali. Għalhekk, jenħtieġ li l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2017/852 jiġi emendat skont dan.</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		3</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 4a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(4a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-krematorji huma sors sinifikanti ta’ rilaxx ta’ merkurju fl-atmosfera u anke bi tneħħija gradwali tal-amalgama dentali, il-krematorji se jkomplu jikkontribwixxu għat-tniġġis tal-merkurju fl-arja, fl-ilma u fil-ħamrija. Jeħtieġ li tinġabar informazzjoni dwar il-miżuri implimentati fl-Istati Membri, u li jiġu żviluppati linji gwida għall-krematorji, sabiex tinkiseb prevenzjoni xierqa tat-tniġġis u jittaffa l-impatt fuq l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		16</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 4b (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(4b)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Biex jiġi limitat l-impatt soċjoekonomiku ta’ qlib għal mili ħieles mill-merkurju fuq il-kostijiet tal-kura dentali għall-pazjenti u għad-dentisti, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jiżguraw li jsir disponibbli rimborż xieraq għal alternattivi ħielsa mill-merkurju. It-tneħħija gradwali tal-amalgama dentali jenħtieġ li, meta jkun xieraq, tkun akkumpanjata minn taħriġ professjonali għad-dentisti bil-għan li jaġġustaw għal tekniki ġodda.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		4</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 5</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>(5)</NO.P>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<STRING SUPERSCRIPT="on">44</STRING> jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu tagħmir elettriku u elettroniku li fih il-merkurju. L-Anness III ta’ dik id-Direttiva jelenka, fost affarijiet oħrajn, ċerti lampi miżjudin bil-merkurju eżentati mill-projbizzjoni msemmija sad-dati speċifikati fih. Dik l-eżenzjoni diġà skadiet fit-13 ta’ April 2016 għal lampi mhux lineari tal-alofosfati, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u se tiskadi </STRING></STRING>fl-24 ta’ Frar 2023 <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">jew fl-24 ta’ Frar 2027</STRING></STRING> għal ċerti lampi fluworexxenti kompatti, lampi fluworexxenti lineari <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u lampi</STRING></STRING> tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali, kif ukoll għal lampi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fluworexxenti mhux lineari trifosforiċi</STRING></STRING>. Barra minn hekk, ċerti lampi fluworexxenti lineari għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali huma elenkati għal projbizzjoni futura fid-Deċiżjoni MC-4/3 adottata fir-raba’ laqgħa, li saret mill-21 sal-25 ta’ Marzu 2022, tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju<STRING SUPERSCRIPT="on">45</STRING>. Dik id-Deċiżjoni kienet appoġġata mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549<STRING SUPERSCRIPT="on">46</STRING>. Peress li xi wħud minn dawk il-lampi bħalissa ma humiex koperti mill-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/852, jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ koerenza, jiġu inklużi fih biex tiġi pprojbita l-manifattura u l-esportazzjoni tagħhom mid-dati <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">f’konformità mal-Anness</STRING></STRING> III tad-Direttiva 2011/65/UE u l-aktar dati ambizzjużi inklużi fid-Deċiżjoni MC-4/3.</P></OLD><NEW><P><NO.P>(5)</NO.P>L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill<STRING SUPERSCRIPT="on">44</STRING> jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċertu tagħmir elettriku u elettroniku li fih il-merkurju. L-Anness III ta’ dik id-Direttiva jelenka, fost affarijiet oħrajn, ċerti lampi miżjudin bil-merkurju eżentati mill-projbizzjoni msemmija sad-dati speċifikati fih. Dik l-eżenzjoni diġà skadiet fit-13 ta’ April 2016 għal lampi mhux lineari tal-alofosfati, fl-24 ta’ Frar 2023 għal ċerti lampi fluworexxenti kompatti, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">u</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fl-24 ta’ Awwissu 2023 għal</STRING></STRING> lampi fluworexxenti lineari <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali. Għal lampi fluworexxenti trifosforiċi mhux lineari, l-eżenzjoni tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025. L-eżenzjoni għall-biċċa l-kbira tal-lampi</STRING></STRING> tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> b’indiċi tal-kulur imtejjeb skadiet fl-24 ta’ Frar 2023</STRING></STRING>, <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">filwaqt li għal dawk li jifdal </STRING></STRING>kif ukoll għal lampi <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali oħra, l-eżenzjoni se tiskadi fl-24 ta’ Frar 2025</STRING></STRING>. Barra minn hekk, ċerti lampi fluworexxenti lineari għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali huma elenkati għal projbizzjoni futura fid-Deċiżjoni MC-4/3 adottata fir-raba’ laqgħa, li saret mill-21 sal-25 ta’ Marzu 2022, tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju<STRING SUPERSCRIPT="on">45</STRING>. Dik id-Deċiżjoni kienet appoġġata mill-Unjoni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549<STRING SUPERSCRIPT="on">46</STRING>. Peress li <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">huwa xieraq li tkun projbita mill-aktar fis possibbli l-esportazzjoni mill-Unjoni tal-lampi miżjudin bil-merkurju li fadal, u li </STRING></STRING>xi wħud minn dawk il-lampi bħalissa ma humiex koperti mill-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/852, jenħtieġ li, għal raġunijiet ta’ koerenza, jiġu inklużi fih biex tiġi pprojbita l-manifattura u l-esportazzjoni tagħhom mid-dati <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">speċifikati fl-Anness</STRING></STRING> III tad-Direttiva 2011/65/UE u l-aktar dati ambizzjużi inklużi fid-Deċiżjoni MC-4/3. <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Barra minn hekk, jistgħu jinkisbu kobenefiċċji sinifikanti bit-tneħħija gradwali tal-esportazzjoni ta’ lampi miżjudin bil-merkurju mill-aktar fis possibbli, peress li l-alternattivi mingħajr merkurju huma aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija u għalhekk jipprevjenu r-rilaxx ta’ tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO</STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">.</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P>__________________</P></OLD><NEW><P>__________________</P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">44</STRING> Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011).</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">44</STRING> Id-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011).</P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">45</STRING> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 78).</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">45</STRING> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 78).</P></NEW><OLD><P><STRING SUPERSCRIPT="on">46</STRING> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata</P></OLD><NEW><P><STRING SUPERSCRIPT="on">46</STRING> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/549 tas-17 ta’ Marzu 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fit-tieni segment tar-raba’ laqgħa tal-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni ta’ Minamata<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> dwar il-Merkurju fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Deċiżjoni li temenda l-Annessi A u B ta’ dik il-Konvenzjoni (ĠU L 107, 6.4.2022, p. 78).</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		5</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 5a (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(5a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fid-dawl tal-effetti detrimentali tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, l-esponiment u l-emissjonijiet jenħtieġ li jkomplu jiġu minimizzati kemm jista’ jkun. Rapporti reċenti juru li kumpaniji Ewropej qed jimmanifatturaw u jesportaw komposti tal-merkurju li jintużaw għal użi mhux permessi, b’mod partikolari fil-kożmetiċi. Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni ta’ Minamata, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju fil-kożmetiċi u fir-rigward tal-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-merkurju u tal-komposti tal-merkurju għal użi mhux permessi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta aktar l-użi li jifdal tal-merkurju, pereżempju fil-porosimetrija, il-fanali tal-portijiet u l-vaċċini, kif ukoll il-ħtieġa li tiġi emendata l-lista ta’ sorsi kbar ta’ skart, u, meta jkun xieraq, tissuġġerixxi miżuri biex dawn l-użi jitneħħew gradwalment u jiġu rregolati l-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni għal tali finijiet.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		6</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Premessa 5b (ġdida)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(5b)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Meta jitqies in-nuqqas ta’ sistemi xierqa għall-ġbir ta’ prodotti miżjudin bil-merkurju fi skart mhux elettroniku u elettroniku, qed ikompli jkun hemm emissjonijiet sekondarji tal-merkurju minn landfills u inċineraturi tal-iskart, li jindika l-ħtieġa li tali prodotti jinġabru separatament u b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		7</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 10 – paragrafu 2a</STRING></STI.AMD><OLD><P><NO.P>2a.</NO.P>Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-amalgama dentali ma għandhiex tintuża għat-trattament dentali ta’ kwalunkwe membru tal-popolazzjoni, ħlief meta titqies strettament meħtieġa mill-prattikant dentali abbażi tal-ħtiġijiet mediċi speċifiċi tal-pazjent.;</P></OLD><NEW><P><NO.P>2a.</NO.P>Mill-1 ta’ Jannar 2025, l-amalgama dentali ma għandhiex tintuża għat-trattament dentali ta’ kwalunkwe membru tal-popolazzjoni, ħlief meta titqies strettament meħtieġa mill-prattikant dentali abbażi tal-ħtiġijiet mediċi speċifiċi tal-pazjent <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">debitament iġġustifikati</STRING></STRING>.;</P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		8</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 11 – paragrafu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1a)</NO.P>	<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 11, jiżdied il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“Il-prodotti miżjudin bil-merkurju li jkunu għadhom fiċ-ċirkolazzjoni u li ma jkunux jistgħu jibqgħu jintużaw għandhom jitqiesu bħala skart u għandhom jinġabru separatament u b’mod li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		9</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1b (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 18 – paragrafu 3a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 18, jiżdied il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“3a.	Sat-30 ta’ Ġunju 2024, u kull sentejn wara dan, l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar miżuri ppjanati u implimentati biex jitnaqqsu l-emissjonijiet u r-rilaxxi tal-merkurju mill-krematorji.</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku d-data dwar il-miżuri rappurtati mill-Istati Membri f’konformità mal-ewwel subparagrafu disponibbli pubblikament.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		10</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1c (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“1a. 	Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet u r-rilaxxi tal-merkurju mill-krematorji abbażi tar-rappurtar imsemmi fl-Artikolu 18(3a) u, meta jkun xieraq, tabbozza linji gwida dwar it-teknoloġiji ta’ tnaqqis għall-kontroll u t-tnaqqis tal-emissjonijiet u r-rilaxxi tal-merkurju mill-krematorji, filwaqt li jitqiesu l-linji gwida eżistenti.”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		11</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1d (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 19 – paragrafu 2a (ġdid)</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1d)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 19, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">“2a.	Sat-30 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jivvaluta l-fattibbiltà tal-irtirar tal-eżenzjonijiet għall-użu tal-amalgama dentali, imsemmija fl-Artikolu 10, sal-2030. Dak ir-rapport għandu jiddeskrivi wkoll l-impatt fuq is-saħħa tal-pazjenti b’mod ġenerali u tal-pazjenti dipendenti fuq il-mili tas-snien b’amalgami.</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tipproponi miżuri, flimkien mar-rapport tagħha msemmi fl-ewwel subparagrafu.</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2026, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar:</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Konvenzjoni inkluż fir-rigward tat-tneħħija gradwali tal-merkurju fil-kożmetiċi sal-2025 mill-Partijiet tal-Konvenzjoni u l-kontroll u l-eliminazzjoni tal-manifattura, l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ komposti tal-merkurju għal prattiki illegali fl-Unjoni u globalment;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-ħtieġa li jiġu eliminati gradwalment l-użi li jifdal tal-merkurju, bħal fil-fanali u l-porosimetrija;</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">il-ħtieġa li tiġi estiża l-lista tas-sorsi ta’ skart tal-merkurju msemmija fl-Artikolu 11.</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Flimkien mar-rapport tagħha msemmi fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-Kummissjoni għandha, meta jkun xieraq, tipproponi miżuri, bħal rieżami tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill</STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> u restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-klorur ażanur tal-merkurju(HgNH2Cl).</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">__________________________________</STRING></STRING></P></NEW><OLD/><NEW><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"><STRING SUPERSCRIPT="on">1a</STRING></STRING></STRING><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on"> Ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		12</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1e (ġdid)</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Artikolu 19 – paragrafu 3</STRING></STI.AMD><OLD/><NEW><P><NO.P>(1e)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fl-Artikolu 19, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:</STRING></STRING></P></NEW><OLD><P><NO.P>3.</NO.P>	Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva flimkien mar-rapporti tagħha msemmija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">fil-paragrafi 1 u 2</STRING></STRING>.</P></OLD><NEW><P>"3. 	Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tippreżenta proposta leġislattiva flimkien mar-rapporti tagħha msemmija <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">f’dan l-Artikolu</STRING></STRING>.<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">”</STRING></STRING></P></NEW></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		13</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness – paragrafu 1 – punt 2</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness II – parti A – entrata 4a</STRING></STI.AMD><TABLE><TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="50*"/><TBODY><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" NAMEEND="C2" NAMEST="C1"><P><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1"><P>“4a. Lampi trifosforiċi għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (a).</P></ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2"><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">31.12.2027</STRING></STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" NAMEEND="C2" NAMEST="C1"><P><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1"><P>“4a. Lampi trifosforiċi għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali li mhumiex inklużi fl-entrata 4, il-punt (a).</P></ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2"><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">31.12.2025</STRING></STRING></P></ENTRY></ROW></TBODY></TGROUP></TABLE></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		14</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness – paragrafu 1 – punt 2</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness II – parti A – entrata 4c</STRING></STI.AMD><TABLE><TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="50*"/><TBODY><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" NAMEEND="C2" NAMEST="C1"><P><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1"><P><NO.P>4c.</NO.P>Lampi mhux lineari trifosforiċi.</P></ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2"><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">31.12.2027</STRING></STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" NAMEEND="C2" NAMEST="C1"><P><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="LEFT" COLNAME="C1"><P><NO.P>4c.</NO.P>Lampi mhux lineari trifosforiċi.</P></ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2"><P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">31.12.2025</STRING></STRING></P></ENTRY></ROW></TBODY></TGROUP></TABLE></AMEND><AMEND><TI.AMD><STRING BOLD="on">Emenda		15</STRING></TI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Proposta għal regolament</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness – paragrafu 1 – punt 3</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Regolament (UE) 2017/852</STRING></STI.AMD><STI.AMD><STRING BOLD="on">Anness II – parti A – entrata 5a</STRING></STI.AMD><TABLE><TGROUP COLS="2"><COLSPEC COLNAME="C1" COLNUM="1" COLWIDTH="50*"/><COLSPEC COLNAME="C2" COLNUM="2" COLWIDTH="50*"/><TBODY><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" NAMEEND="C2" NAMEST="C1"><P><STRING ITALIC="on">Test propost mill-Kummissjoni</STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1"><P><NO.P>5a.</NO.P>Lampi tal-merkurju u tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja (HPS) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali</P></ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2"><P>31.12.2025</P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1" NAMEEND="C2" NAMEST="C1"><P><STRING ITALIC="on">Emenda</STRING></P></ENTRY></ROW><ROW><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C1"><P><NO.P>5a.</NO.P>Lampi tal-merkurju u tas-sodju (gass) taħt pressjoni għolja (HPS) għal skopijiet ta’ tidwil ġenerali <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">li għandhom:</STRING></STRING></P><P><NO.P>(a)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">P ≤ 105 W b’aktar minn 16 mg Hg;</STRING></STRING></P><P><NO.P>(b)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">105 W &lt; P ≤ 155 W b’aktar minn 20 mg Hg;</STRING></STRING></P><P><NO.P>(c)</NO.P><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">P &gt; 155 W b’aktar minn 25 mg Hg.</STRING></STRING></P></ENTRY><ENTRY ALIGN="CENTER" COLNAME="C2"><P>31.12.2025</P></ENTRY></ROW></TBODY></TGROUP></TABLE></AMEND></AMDLST></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>