<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0024</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar iċ-ċittadinanza tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0436/2023 - Rapporteur: Maite Pagazaurtundúa)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar iċ-ċittadinanza tal-UE (2023/2085(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 9, 10, 11, 12, 21 u 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 20, 21, 22, 24, 26, 45, 46, 47, 48, 153 u 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2019/1149 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi Awtorità Ewropea tax-Xogħol, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 883/2004, (UE) Nru 492/2011, u (UE) 2016/589 u li jħassar id-Deċiżjoni (UE) 2016/344<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 186, 11.7.2019, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/957 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 li temenda d-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonar ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 173, 9.7.2018, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ April 2016 dwar network Ewropew ta’ servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta’ mobbiltà u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/55/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 li temenda d-Direttiva 2005/36/KE dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 132.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/637 tal-20 ta’ April 2015 dwar il-miżuri ta’ koordinazzjoni u kooperazzjoni biex tiġi ffaċilitata l-protezzjoni konsulari għal ċittadini mhux rappreżentati tal-Unjoni f’pajjiżi terzi u li tħassar id-Deċiżjoni 95/553/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 106, 24.4.2015, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/997 tat-18 ta’ Ġunju 2019 li tistabbilixxi Dokument Provviżorju tal-Ivvjaġġar tal-UE u li tħassar id-Deċiżjoni 96/409/PESK<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 163, 20.6.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Lulju 2009 bit-titolu “Gwida għal traspożizzjoni u applikazzjoni aħjar tad-Direttiva 2004/38/KE dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri” (COM(2009)0313),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/788 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 130, 17.5.2019, p. 55.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2020/1042 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jistabbilixxi miżuri temporanji dwar il-limiti ta’ żmien għall-istadji tal-ġbir, tal-verifika u tal-eżami previsti fir-Regolament (UE) 2019/788 dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 17.7.2020, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Strateġija biex tissaħħaħ l-applikazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fl-UE” (COM(2020)0711),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-Demokrazija” (COM(2020)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Novembru 2021 bit-titolu “Il-protezzjoni tal-integrità elettorali u l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika” (COM(2021)0730),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2020 bit-titolu “Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2020 – Responsabbilizzazzjoni taċ-ċittadini u protezzjoni tad-drittijiet tagħhom” (COM(2020)0730),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Diċembru 2020 skont l-Artikolu 25 tat-TFUE dwar il-progress lejn ċittadinanza tal-UE effettiva 2016-2020 (COM(2020)0731),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-istipular ta’ arranġamenti dettaljati għall-<STRING BOLD="on">e</STRING>żerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew għaċ-ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 283, 11.8.2023, p. 76.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta’ Frar 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistipula arranġamenti dettaljati għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot u tal-kandidatura fl-elezzjonijiet muniċipali minn ċittadini tal-Unjoni li joqogħdu fi Stat Membru li tiegħu ma jkunux ċittadini<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 283, 11.8.2023, p. 100.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-ċittadinanza tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 449, 23.12.2020, p. 6.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022 bi proposti lill-Kummissjoni dwar iċ-ċittadinanza u r-residenza permezz ta’ skemi ta’ investiment<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 97.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar ir-Rapport 2020 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: it-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-protezzjoni ta’ drittijiethom<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Ġunju 2023 dwar l-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0230.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-Parlamentariżmu, iċ-Ċittadinanza Ewropea u d-Demokrazija<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0330.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2021 dwar id-djalogi taċ-ċittadini u l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-proċess deċiżjonali tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 96.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-involviment maċ-ċittadini: id-dritt ta’ petizzjoni, id-dritt ta’ referenza għall-Ombudsman Ewropew u l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 110.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar l-ostakli għal-libertà taċ-ċittadini tal-UE li jiċċaqilqu u jaħdmu fis-Suq Intern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 263, 25.7.2018, p. 98.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-2023, tal-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali, dwar id-Drittijiet Fundamentali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżultati tal-Ewrobarometru Flash 485/2020 u l-Ewrobarometru standard 99/2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 25 tat-TFUE tas-6 ta’ Diċembru 2023 dwar il-progress lejn ċittadinanza tal-UE effettiva 2020-2023 (COM(2023)0931) (ir-Rapport tal-2023 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni għat-tfassil ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A9-0436/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi ċ-ċittadinanza tal-UE ġiet stabbilita bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Maastricht fl-1993 u kompliet tissaħħaħ bit-Trattat ta’ Liżbona fl-2009; billi għaddew tletin sena minn mindu ġiet stabbilita u seħħew bidliet soċjali, diġitali, ekonomiċi u politiċi kbar ħafna;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>	billi, skont l-Artikolu 20(1) tat-TFUE, iċ-ċittadinanza tal-UE hija addizzjonali għaċ-ċittadinanza nazzjonali u ma tissostitwihiex; billi ċ-ċittadinanza tal-UE għadha ma tinvolvi l-ebda dmir għaċ-ċittadini tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi ċ-ċittadinanza tal-UE hija kostruzzjoni unika li tirrifletti l-identità demokratika komuni u l-valuri kondiviżi taċ-ċittadini tal-UE, u kkontribwiet għall-ħolqien ta’ konnessjonijiet, il-promozzjoni tal-ugwaljanza u r-rifjut tal-forom kollha ta’ razziżmu u diskriminazzjoni; billi ċ-ċittadinanza tal-UE għadha ma laħqitx il-potenzjal sħiħ tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>	billi l-libertà ta’ moviment ippermettiet lil aktar minn 15-il miljun ċittadin tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, “Arkivju: Ċittadini tal-UE li jgħixu fi Stat Membru ieħor - ħarsa ġenerali lejn l-istatistika’.</FIELD></FOOTNOTE> jgħixu u jaħdmu fi Stat Membru ieħor u liċ-ċittadini kollha tal-UE jivvjaġġaw liberament madwar l-UE, u b’hekk liċ-ċittadinanza tal-UE għamlitha aktar importanti minn qatt qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi ċ-ċittadini tal-UE, spiss wisq, huma neqsin minn sensibilizzazzjoni, għarfien u fehim suffiċjenti tad-drittijiet, tad-dmirijiet ċiviċi u tal-libertajiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE; billi għad hemm nuqqasijiet sostanzjali fl-applikazzjoni prattika taċ-ċittadinanza tal-UE u fl-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet u tal-libertajiet li jirriżultaw minna, li wħud minnhom huma kkawżati mill-implimentazzjoni mhux uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-2020 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE żvelaw li aktar minn 60 % ta’ dawk li pparteċipaw ma qisux lilhom infushom infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom b’rabta maċ-ċittadinanza tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, “Iċ-Ċittadinanza tal-UE 2020 – Rapport Finali: Riżultati tal-Konsultazzjoni Pubblika dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadinanza tal-UE 2020”, Diċembru 2020.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-istħarriġ tal-Ewrobarometru Flash tal-2023 dwar iċ-ċittadinanza u d-demokrazija juri li nofs dawk li wieġbu jqisu lilhom infushom infurmati tajjeb dwar id-drittijiet tagħhom bħala ċittadini tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi ċ-ċittadini tal-UE ilhom jiffaċċjaw sfidi bla preċedent b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19, minbarra r-rivoluzzjoni diġitali u t-trasformazzjonijiet soċjali u ekonomiċi marbuta magħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-kumpilazzjoni u l-konsolidazzjoni tad-drittijiet eżistenti u dawk futuri jiffaċilitaw eżerċizzju aħjar u aktar infurmat tad-drittijiet u tal-libertajiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa (CoFE) tirrappreżenta eżempju konkret tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-ħajja demokratika tal-Unjoni; billi l-konklużjonijiet tagħha jinkludu proposti u miżuri li jirriflettu l-ftehim bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u ċ-ċittadini tal-UE biex tissaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-ostakli eżistenti għall-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza tal-UE joħolqu sitwazzjonijiet ta’ inugwaljanza u diskriminazzjoni fost iċ-ċittadini tal-UE, b’mod partikolari ċ-ċittadini mobbli tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom, speċjalment it-tfal, il-persuni li jgħixu fir-reġjuni transfruntiera u fiż-żoni rurali tal-UE, u l-membri ta’ gruppi vulnerabbli u emarġinati, bħall-minoranzi, l-individwi b’introjtu baxx, il-persuni mingħajr dar, l-anzjani, il-persuni b’diżabbiltà kif ukoll il-persuni f’riskju ta’ esklużjoni diġitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi kważi 87 miljun ċittadin tal-UE jgħixu b’xi forma ta’ diżabbiltà<FOOTNOTE><FIELD> Data: Statistika tal-UE dwar l-Introjtu u l-Kundizzjonijiet tal-Għajxien (UE-SILC) u Stħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE (UE-LFS); Grammenos, S. and Priestley, M., ‘Europe 2020 data and people with disabilities – tables’. Eurostat, 2020.</FIELD></FOOTNOTE> u jesperjenzaw diffikultajiet biex jeżerċitaw id-drittijiet taċ-ċittadinanza tagħhom, fejn dawn id-diffikultajiet xi drabi jinvolvu ċaħda diretta tad-drittijiet tagħhom għall-moviment liberu u għar-residenza u restrizzjonijiet fuq it-tgawdija tad-drittijiet politiċi tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>	billi xi Stati Membri għadhom qed joffru l-hekk imsejħa programmi tal-viżi tad-deheb u skemi għall-investituri bħala mezz biex jiksbu n-nazzjonalità u, konsegwentement, iċ-ċittadinanza tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Introduzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iqis li ċ-ċittadinanza tal-UE tinkludi l-identità demokratika Ewropea kondiviża u komuni u d-drittijiet, id-dmirijiet ċiviċi u l-libertajiet speċifiċi marbuta magħha, u li l-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet, kemm online kif ukoll offline, isaħħaħ ir-rabta taċ-ċittadini mal-UE u l-leġittimità demokratika tagħha, kif ukoll joffrilhom drittijiet addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jirrimarka li l-kostruzzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE trid timxi ’l quddiem biex tindirizza l-ħtiġijiet u l-isfidi tal-UE fis-seklu 21, filwaqt li tirrikonoxxi l-potenzjal tal-innovazzjoni diġitali u l-ħtieġa għal approċċ bilanċjat biex tiġi indirizzata l-kumplessità ġġenerata mill-globalizzazzjoni u t-teknoloġiji ġodda; jisħaq li d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi demokratiċi, flimkien ma’ litteriżmu diġitali insuffiċjenti u aċċess għat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, tirriskja li tikkontribwixxi għal distakk diġitali dejjem akbar fl-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza, u tħalli parti mill-pubbliku aljenat mill-proġett Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-multilingwiżmu fi ħdan l-istituzzjonijiet tal-UE u fl-interazzjoni tagħhom maċ-ċittadini huwa aspett essenzjali biex jissaħħaħ il-kunċett ta’ ċittadinanza tal-UE; jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-konklużjoni tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2005 pprevediet li l-lingwi mhux uffiċjali tal-UE rikonoxxuti fi Stat Membru jew f’parti mit-territorju tiegħu jistgħu jintużaw miċ-ċittadini tal-UE fl-interazzjoni tagħhom mal-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll jintużaw uffiċjalment fl-istituzzjonijiet jew fil-korpi tal-UE, inkluż il-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jirrimarka li l-Parlament appella għall-ħolqien ta’ statut taċ-ċittadinanza tal-UE fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Frar 2019 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat relatati maċ-ċittadinanza tal-UE u fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar ir-Rapport 2020 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE: it-tisħiħ tal-pożizzjoni taċ-ċittadini u l-protezzjoni ta’ drittijiethom; ifakkar li l-CoFE ssottolinjat l-importanza li tissaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE billi semmiet fil-konklużjonijiet tagħha li tali statut ikun għodda utli biex il-prinċipji u l-valuri tal-UE jsiru aktar tanġibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni, fil-komunikazzjoni tagħha ta’ segwitu dwar il-CoFE<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa – Naqilbu l-Viżjoni f’Azzjoni Konkreta” (COM(2022)0404).</FIELD></FOOTNOTE>, ma semmietx speċifikament it-tisħiħ taċ-ċittadinanza tal-UE u modi potenzjali biex dan jintlaħaq; ifakkar li l-Kunsill wera r-rieda li jsaħħaħ iċ-ċittadinanza fil-valutazzjoni teknika li ppubblika fir-rigward tal-CoFE, iżda la għadu ppropona, la ħa u lanqas wettaq miżuri sabiex jintlaħaq dan il-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-Kummissjoni se tippubblika r-Rapport tagħha tal-2023 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE qabel tmiem is-sena u jistenna li tipproponi inizjattivi ġodda biex issaħħaħ iċ-ċittadinanza tal-UE u tindirizza n-nuqqasijiet tal-implimentazzjoni tagħha; jiddispjaċih għall-fatt li din id-darba, il-Kummissjoni għażlet li tippubblika sejħa għall-evidenza u mhux konsultazzjoni pubblika kif għamlet fis-snin preċedenti; ifakkar li r-riżultati tas-sejħa għal evidenza ma fihomx ħarsa ġenerali komprensiva tal-aħħar żviluppi u tal-lakuni fl-implimentazzjoni; jisħaq li r-rapport għandu jitħejja abbażi ta’ data aġġornata;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Problemi b’rabta maċ-ċittadinanza tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar diffikultajiet speċifiċi li jimpedixxu l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet u tal-libertajiet li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Drittijiet politiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li ċ-ċittadini mobbli aktarx li jeżerċitaw anqas id-dritt tagħhom li jivvutaw u jikkontestaw għal kariga fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali fl-Istati Membri tar-residenza tagħhom, u r-raġunijiet għal dan jinkludu informazzjoni insuffiċjenti, ostakli lingwistiċi, diffikultajiet fir-reġistrazzjoni għall-vot u r-rata baxxa ta’ suċċess ta’ kandidati barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-prattika ta’ ċerti Stati Membri li jċaħħdu liċ-ċittadini tagħhom mid-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet parlamentari nazzjonali meta jgħixu barra minn pajjiżhom b’mod permanenti jew temporanju, u dan iwassal għall-esklużjoni tagħhom mill-ħajja politika kemm fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom kif ukoll fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Libertà ta’ moviment u residenza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>	Jenfasizza li ż-żona Schengen hija waħda mill-akbar kisbiet tal-UE; jisħaq li l-ostakli kollha għal-libertà ta’ moviment fi ħdan l-UE għandhom jitneħħew biex jinkisbu drittijiet ugwali ta’ ċittadinanza tal-UE għaċ-ċittadini Ewropej kollha; jappella għall-adeżjoni tar-Rumanija u tal-Bulgarija maż-żona Schengen, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li ċ-ċittadini mobbli tal-UE, speċjalment dawk minn gruppi vulnerabbli, jiġu trattati mill-Istati Membri ta’ residenza tagħhom b’mod differenti minn kif jiġu trattati n-nazzjonali fir-rigward tal-aċċess għall-benefiċċji; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw kif xieraq il-każistika tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE (QĠUE) li tipprojbixxi tali diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>	Jinsab imħasseb dwar id-diffikultajiet u l-isfidi li jiffaċċjaw iċ-ċittadini li jgħixu fir-reġjuni transfruntiera tal-UE, speċjalment fil-każ ta’ għeluq tal-fruntieri b’riżultat ta’ kriżijiet madwar l-UE jew reġjonali; jistieden, f’każijiet bħal dawn, lill-Istati Membri jżommu kooperazzjoni transfruntiera u, meta xieraq, interazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Protezzjoni konsulari</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-eżistenza ta’ nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Konsulari u ta’ nuqqasijiet fil-funzjonament tan-networks konsulari tal-Istati Membri, filwaqt li jinnota li dawn żdiedu wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE; jiddeplora, f’dan ir-rigward, il-fatt li ċ-ċittadini tal-UE għandhom aċċess limitat għall-protezzjoni u l-assistenza konsulari f’xi pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrimarka li kien hemm każijiet fejn żewġ persuni li huma nazzjonali ta’ żewġ Stati Membri differenti ma setgħux iwettqu ċerti formalitajiet, pereżempju, jiżżewġu, fir-rappreżentanza konsulari ta’ wieħed mill-Istati Membri, avolja l-Istat Membru l-ieħor ma għandux rappreżentanza konsulari aċċessibbli f’dak il-pajjiż;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diskriminazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li n-nuqqas ta’ uniformità fir-regoli tal-Istati Membri dwar l-akkwist u t-telf taċ-ċittadinanza nazzjonali wassal għal differenzi fir-rigward tal-akkwist u t-telf taċ-ċittadinanza tal-UE, u li dawn id-differenzi rriżultaw, f’xi każijiet, fi ksur tal-prinċipji u tal-valuri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li għad hemm diversi każijiet fejn l-akkwist ta’ dritt ta’ residenza derivat għal nazzjonali mhux tal-UE li d-dipendenti minuri tagħhom huma ċittadini tal-UE jiġi rrifjutat, minkejja l-iżviluppi fil-każistika tal-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>	Itenni t-tħassib tiegħu dwar id-diskriminazzjoni mġarrba minn koppji tal-istess sess u mit-tfal tagħhom meta jeżerċitaw id-dritt fundamentali għal-libertà ta’ moviment fi ħdan l-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jimplimentaw bis-sħiħ id-direttivi eżistenti dwar id-drittijiet taċ-ċittadini mobbli u minnufih jindirizzaw in-nuqqasijiet eżistenti differenti fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin; jappella għall-ħolqien ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni mmirati fil-pajjiż ta’ residenza biex iċ-ċittadini mobbli tal-UE jiġu infurmati dwar id-dritt tagħhom li jivvutaw u li jikkontestaw għal kariga fl-elezzjonijiet Ewropej u muniċipali f’dak il-pajjiż; itenni t-talba tiegħu biex id-drittijiet taċ-ċittadini mobbli jiġu estiżi għall-elezzjonijiet nazzjonali u reġjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiggarantixxu d-dritt tan-nazzjonali espatrijati tagħhom li jivvutaw fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, fejn ikun rikonoxxut, billi joħolqu l-kundizzjonijiet regolatorji li jippermettu l-vot tagħhom u billi jneħħu kwalunkwe ostaklu burokratiku li jxekkel u kultant jipprevjeni l-eżerċizzju ta’ dan id-dritt; jistieden, b’mod partikolari, lill-Istati Membri jiggarantixxu tali drittijiet b’mod ugwali u jeliminaw kwalunkwe tip ta’ trattament differenzjali fost in-nazzjonali espatrijati tagħhom f’dak li għandu x’jaqsam ma’ votazzjoni remota, speċjalment il-vot bil-posta, meta applikabbli; jappella għall-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-vot fl-elezzjonijiet Ewropej għaċ-ċittadini tal-UE residenti barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tadotta komunikazzjoni ġdida li tiċċara ċerti kunċetti ewlenin li jinsabu fid-Direttiva 2004/38/KE dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-UE u tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fl-UE, sabiex tipprovdi lill-Istati Membri b’linji gwida aġġornati li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fil-livell nazzjonali, u b’hekk jibbenefikaw iċ-ċittadini tal-UE u l-membri tal-familja tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jitlob lill-UE tippromwovi l-adozzjoni ta’ Karta Ewropea vinkolanti dwar id-Drittijiet Diġitali, inklużi drittijiet taċ-ċittadinanza diġitali, li tibni fuq id-Dikjarazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Diġitali għad-Deċennju Diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li taġġorna u ttejjeb id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Konsulari sabiex issaħħaħ id-dritt taċ-ċittadini tal-UE għall-protezzjoni konsulari, b’mod partikolari f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, inkluż billi tagħti lid-delegazzjonijiet tal-UE rwol aktar attiv fl-assistenza liċ-ċittadini tal-UE sottorappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jtemmu l-programmi tal-“viżi tad-deheb” u l-iskemi għall-investituri u kwalunkwe skema nazzjonali simili oħra li twassal għall-akkwist taċ-ċittadinanza tagħhom u tinvolvi l-bejgħ dirett jew indirett u l-abbuż taċ-ċittadinanza tal-UE, peress li dawn jikkompromettu l-kunċett proprju ta’ ċittadinanza tal-UE u jiksru l-prinċipji u l-valuri tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jissalvagwardjaw l-integrità u l-valur taċ-ċittadinanza tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tieħu kwalunkwe azzjoni meħtieġa, bħal pereżempju tirreferi lill-Istati Membri rilevanti lill-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>	Jappella, f’dan il-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tat-Trattati, biex il-Parlament u l-Kunsill ikunu jistgħu, f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jadottaw dispożizzjonijiet komuni dwar il-prevenzjoni tal-bejgħ ta’ passaporti, jew abbużi oħra rigward l-akkwist u t-telf taċ-ċittadinanza tal-UE minn nazzjonali ta’ pajjiżi terzi, bl-għan li jiġu approssimati l-kundizzjonijiet li skonthom tista’ tinkiseb tali ċittadinanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet rilevanti jadattaw il-kurrikuli eżistenti tal-iskejjel jew joħolqu oħrajn ġodda biex jgħallmu l-istorja tal-Ewropa u tal-Unjoni Ewropea u tal-funzjonament tagħha sabiex jippromwovu ċ-ċittadinanza attiva u l-valuri komuni Ewropej u tiżdied is-sensibilizzazzjoni dwar il-valur miżjud li tkun ċittadin Ewropew u tal-UE; jisħaq li t-tisħiħ tad-dimensjoni Ewropea tal-edukazzjoni ċivika u l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għal kulħadd, anke bl-użu tal-għodod diġitali kollha għad-dispożizzjoni tagħna, se jippermettu liċ-ċittadini tal-UE jaġixxu bħala ċittadini infurmati u jipparteċipaw bis-sħiħ fil-ħajja ċivika, politika u soċjali kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali; jisħaq li Erasmus+ jista’ jaqdi rwol importanti biex l-edukazzjoni tal-UE tingħata spinta permezz ta’ mobbiltà fit-tagħlim għal kulħadd, irrispettivament mill-età, il-ġeneru, l-impjieg jew il-livell ta’ edukazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa konsultazzjonijiet pubbliċi mfassla għaċ-ċittadini kollha tal-UE, speċjalment għaż-żgħażagħ, sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni taġġorna l-mod li bih jitwettqu l-konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex jissaħħu l-involviment ċiviku u l-parteċipazzjoni minn varjetà usa’ ta’ ċittadini Ewropej, f’konformità mal-eżempju ta’ suċċess tal-CoFE; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, biex tkompli ttejjeb il-portal “Semma’ Leħnek”, filwaqt li tisfrutta t-teknoloġiji ġodda, u tikkomunika dwar kif il-feedback taċ-ċittadini jikkontribwixxi għal inizjattivi differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz għall-għodod parteċipattivi kollha tal-UE, bħall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, il-petizzjonijiet lill-Parlament, l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew, il-konsultazzjonijiet pubbliċi u d-Djalogi maċ-Ċittadini, u biex tissaħħaħ l-effiċjenza ta’ dawn l-għodod, b’mod partikolari billi jiġi żgurat li dawn jikkontribwixxu għat-tfassil tal-aġenda Ewropea, filwaqt li jiġi ggarantit ukoll li d-demokrazija rappreżentattiva tissaħħaħ fil-proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jżidu l-isforzi tagħhom fil-komunikazzjoni lill-pubbliku dwar l-istrumenti parteċipattivi eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni l-proposta tiegħu li jinħoloq mekkaniżmu permanenti ta’ konsultazzjoni maċ-ċittadini li jippermetti liċ-ċittadini, speċjalment liż-żgħażagħ, jiddeliberaw dwar il-prijoritajiet u l-politiki tal-UE, filwaqt li jikkontribwixxi għall-applikazzjoni, fost affarijiet oħra, ta’ “kontroll taż-żgħażagħ” fil-leġiżlazzjoni bl-għan li jikkomplementa u mhux jissostitwixxi d-demokrazija parlamentari rappreżentattiva; jipproponi li r-rappreżentanti tal-Parlament għandhom jiġu infurmati dwar dawn id-deliberazzjonijiet sabiex ikunu jistgħu jivvalutaw jekk għandhomx jipprovdu segwitu, jekk ikun xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jipproponi li tiġi kkunsidrata l-introduzzjoni ta’ karta taċ-ċittadini Ewropej, li tista’, pereżempju, tiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza u l-vot fl-elezzjonijiet Ewropej kif ukoll l-użu ta’ strumenti parteċipattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>	Jissottolinja r-rwol sinifikanti tal-uffiċċji ta’ Europe Direct fiż-żieda tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fil-livell lokali fil-ħajja demokratika tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-entitajiet fil-livell reġjonali u lokali biex iżidu l-kooperazzjoni ma’ dawn l-uffiċċji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>	Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-użu tagħha tal-media soċjali u tal-għodod diġitali, b’enfasi partikolari fuq it-tisħiħ tal-involviment taż-żgħażagħ u ta’ persuni b’diżabbiltà fil-proċess demokratiku, u b’hekk tippromwovi l-involviment tagħhom, filwaqt li tirrikonoxxi wkoll li fl-Istati Membri tbaxxiet l-età għall-eżerċizzju tad-dritt tal-vot għall-elezzjonijiet Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tagħti spinta l-promozzjoni tal-parteċipazzjoni demokratika billi żżid id-djalogu tagħha maċ-ċittadini u s-sensibilizzazzjoni fost iċ-ċittadini dwar l-impatt tal-leġiżlazzjoni tal-UE fuq il-ħajja tagħhom ta’ kuljum;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>	Iqis li, fid-dawl tal-influwenza dejjem akbar tal-isfera diġitali fuq il-ħajja taċ-ċittadini, speċjalment il-media soċjali u l-IA, jibqa’ essenzjali li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej iżommu l-enfasi tagħhom fuq il-ħolqien ta’ politiki pubbliċi ġodda u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi effettivi mmirati lejn is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali online u l-ġlieda kontra l-indħil barrani u d-diżinformazzjoni, peress li jirrappreżentaw theddid eżistenzjali għad-demokrazija u l-eżerċizzju proprju tad-drittijiet taċ-ċittadini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jerġgħu jibdew in-negozjati dwar ir-reviżjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.</FIELD></FOOTNOTE> bl-għan li jiġi żgurat li ċ-ċittadini tal-UE jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ id-dritt tagħhom ta’ aċċess għad-dokumenti u li jiskrutinizzaw l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-UE.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>	Itenni l-ħtieġa li jitfassal statut taċ-ċittadinanza tal-UE, abbażi tal-Artikolu 25 tat-TFUE, li jikkompila d-drittijiet eżistenti u futuri taċ-ċittadinanza sabiex isaħħaħ l-infurzabbiltà tad-drittijiet taċ-ċittadinanza u jiżgura l-ugwaljanza taċ-ċittadini, filwaqt li jtejjeb il-koeżjoni u jirrispondi għall-bidliet soċjali, ekonomiċi, politiċi u diġitali; ifakkar li dan għandu jitwettaq fil-qafas tat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jissuġġerixxi li, fil-qasam tal-parteċipazzjoni u tad-drittijiet politiċi, tal-libertà ta’ moviment u ċ-ċittadinanza diġitali, u f’konformità mal-leġiżlazzjoni eżistenti u futura tal-UE, iċ-ċittadini għandu jkollhom, b’mod partikolari:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>rappreżentanza demokratika fil-listi elettorali li tkun ibbilanċjata bejn il-ġeneri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>pjattaforma diġitali interattiva permanenti li permezz tagħha ċ-ċittadini jkunu jistgħu jressqu l-proposti u l-ideat tagħhom fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>ir-rikonoxximent tal-perjodi ta’ studju, mhux biss il-kwalifiki u l-kompetenzi professjonali, bħala ekwivalenti biex ikunu jistgħu jaħdmu fi Stat Membru ieħor;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>aċċess universali għall-internet biex jiġu żgurati l-inklużjoni u aċċess ugwali taċ-ċittadini għall-ambjent diġitali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-ġestjoni minn individwu tal-identità tiegħu stess, li tmur lil hinn mill-protezzjoni li diġà teżisti fir-rigward tad-data personali fl-ambjent diġitali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-wirt diġitali tad-data diġitali ta’ persuna mejta;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-iżvilupp ta’ sistemi tal-IA li jkunu sikuri, trasparenti, traċċabbli u ssorveljati min-nies u mill-istituzzjonijiet regolatorji;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jappella għall-inklużjoni ta’ klawżola ta’ nondiskriminazzjoni orizzontali fl-istatut taċ-ċittadinanza tal-UE bħala salvagwardja addizzjonali tal-ugwaljanza fl-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadinanza, bil-ħsieb li tiġi żgurata n-nondiskriminazzjoni u jiġu protetti ċ-ċittadini, b’mod partikolari membri ta’ gruppi vulnerabbli u emarġinati u persuni li jgħixu fir-reġjuni transfruntiera tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tmexxi kampanji mmirati ta’ sensibilizzazzjoni b’rabta mad-drittijiet u mad-dmirijiet ċiviċi li jirriżultaw miċ-ċittadinanza tal-UE u mill-istatut, inkluż billi tintroduċi pakkett tal-UE biex tipprovdi informazzjoni dwar iċ-ċittadinanza tal-UE, u tiddedika aktar riżorsi għaċ-ċittadinanza tal-UE; jenfasizza li bir-rivoluzzjoni diġitali u teknoloġika, iċ-ċittadini saru l-veru pilastri tas-sistemi demokratiċi tagħna u se jkunu dawk li jiddefenduhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jieħu nota tal-pakkett dwar iċ-ċittadinanza, b’mod partikolari r-Rapport dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE tal-2023, ippubblikat mill-Kummissjoni fis-6 ta’ Diċembru 2023 li jkompli javvanza ċ-ċittadinanza tal-UE u jagħmilha aktar tanġibbli għaċ-ċittadini tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tqis ir-rakkomandazzjonijiet inklużi f’dan ir-rapport u tieħu l-passi meħtieġa biex timplimentahom skont il-proċedura fl-ambitu tat-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex titlaqqa’ Konvenzjoni għar-reviżjoni tat-Trattati, kif previst fl-Artikolu 48 tat-TUE; jemmen bis-sħiħ li l-Konvenzjoni għandha tivvaluta bir-reqqa kif iċ-ċittadinanza tal-UE tista’ tissaħħaħ aktar;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>