<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0025</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tfassil ta’ strateġija portwarja Ewropea komprensiva</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0443/2023 - Rapporteur: Tom Berendsen)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar it-tfassil ta’ strateġija portwarja Ewropea komprensiva (2023/2059(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari t-Titolu XVIII tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Is-sikurezza marittima: fil-qalba tat-tbaħħir nadif u modern” (COM(2023)0268),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Marzu 2023 dwar l-aġġornament tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha bit-titolu “Strateġija mtejba għas-Sigurtà Marittima kontra theddidiet marittimi li qegħdin jevolvu (JOIN(2023)0008),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima adottat mill-Kunsill Ewropew fl-24 ta’ Ġunju 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-reviżjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE adottat mill-Kunsill Ewropew fis-26 ta’ Ġunju 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “The Global Gateway” (Il-Gateway Globali) (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-12 ta’ Marzu 2019 bit-titolu “UE-Ċina – Perspettiva strateġika” (JOIN(2019)0005),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” tal-20 ta’ Ġunju 2023 (JOIN(2023)0020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pakkett tal-Kummissjoni “Lesti għall-mira ta’ 55 %” tal-14 ta’ Lulju 2021 għat-twettiq tal-Patt Ekoloġiku Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015 (il-Ftehim ta’ Pariġi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/60/KE tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar il-valutazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji tal-għargħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Mejju 2013 bit-titolu “Portijiet: magna għat-tkabbir” (COM(2013)0295),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar il-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-ġlieda kontra t-Traffikar tad-Droga u l-Kriminalità Organizzata,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: “Lejn Tniġġis Żero għall-Arja, l-Ilma u l-Ħamrija”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja Ambjentali (2022/0347(COD) [għadha qed tiġi nnegozjata],
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar il-varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 234, 22.9.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1153 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) Nru 283/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 249, 14.7.2021, p. 38.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/352 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2017 li jistabbilixxi qafas għall-forniment tas-servizzi portwarji u regoli komuni dwar it-trasparenza finanzjarja tal-portijiet<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 3.3.2017, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 906/2009 tat-28 ta’ Settembru 2009 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji, deċiżjonijiet u prattiċi miftiehma bejn il-kumpaniji marittimi tal-linja (konsorzji), u l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iskadenza tal-25 ta’ April 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-network trans-Ewropew tat-trasport, li jemenda r-Regolament (UE) 2021/1153 u r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u li jħassar ir-Regolament (UE) 1315/2013 (COM(2021)0812),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar strateġija UE-Ċina ġdida<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta’ April 2021 dwar miżuri tekniċi u operattivi għal trasport marittimu aktar effiċjenti u aktar nadif<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 506, 15.12.2021, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar it-theddid għas-sigurtà marbut mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex jitnaqqas<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju ta’ Settembru 2023 intitolat “Investimenti Ċiniżi fl-Infrastruttura Ewropea Marittima”, mitlub mill-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu<FOOTNOTE><FIELD> Mercator Institute for Chinese Studies, The Vienna Institute for International Economic Studies, Institute of International Economic Relations, Investimenti Ċiniżi fl-Infrastruttura Ewropea Marittima, Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A9-0443/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-portijiet tagħna huma l-gateways tal-UE għad-dinja u b’hekk għandhom rwol kruċjali fl-ekonomija tagħha, jipprovdu l-ġid u l-impjiegi billi jiffaċilitaw il-kummerċ estern, jikkonnettjaw maż-żoni interni, jiżguraw it-tkabbir fl-ekonomija blu u l-produzzjoni industrijali, it-tranżizzjoni tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvisti tal-enerġija, kif ukoll l-awtonomija strateġika tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-portijiet jipprovdu servizz pubbliku vitali, li għalih għandhom jiġu rikonoxxuti u vvalutati;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, filwaqt li l-kompetizzjoni bejn il-portijiet hija ta’ benefiċċju, għandha tiġi evitata ġirja lejn l-aktar livell baxx bejniethom għad-detriment tas-sigurtà jew influwenza politika akbar jew kontroll barrani permezz ta’ investimenti minn entitajiet mhux tal-UE, b’mod partikolari intrapriżi kkontrollati jew influwenzati mill-istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-intrapriżi tal-istat mhux tal-UE, jew l-intrapriżi kkontrollati direttament jew indirettament minn stati barranin żiedu b’mod strateġiku l-ishma finanzjarji u operazzjonali tagħhom fil-portijiet, fit-terminals, fil-kumpaniji u fl-infrastruttura tal-portijiet Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Unjoni Ewropea enfasizzat ix-xewqa tagħha li tkun aktar awtonoma fis-setturi strateġiċi, iżda għamlet ftit biex twieġeb għat-tkabbir taċ-Ċina fis-settur marittimu u r-riperkussjonijiet tiegħu għas-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-portijiet huma ambjenti tassew kumplessi b’bosta partijiet ikkonċernati u interessi differenti, u dan jagħmel l-għarfien u l-valutazzjoni tar-riskji ta’ influwenza barranija eżerċizzju diffiċli iżda kruċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi i l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna wriet ir-riskji inaċċettabbli li wieħed ikun dipendenti fuq pajjiżi uniċi mhux tal-UE f’setturi strateġiċi kif ukoll il-ħtieġa kruċjali li jissaħħu s-sigurtà u r-reżiljenza tal-infrastruttura u l-ktajjen ta’ valur marittimi, biex jiġi żgurat il-fluss tal-merkanzija vitali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-portijiet ġeddew l-importanza mill-aspett militari u ta’ difiża, inkluż l-użu doppju tal-infrastrutturi tal-portijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-portijiet Ewropej spiss jikkompetu ma’ portijiet ta’ pajjiżi terzi li fihom l-investimenti barranin ta’ pajjiżi terzi qegħdin ikomplu jaggravaw in-nuqqas ta’ kundizzjonijiet ekwi fir-rigward tal-kompetittività u r-rispett għall-istandards ta’ sostenibbiltà, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-piżijiet fiskali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-effetti negattivi tal-imġiba evażiva permezz tar-rilokazzjoni tal-attivitajiet ta’ trażbord lejn portijiet barra mill-UE, kemm f’termini ta’ mminar tal-kompetittività tal-portijiet tal-UE kif ukoll ta’ żieda fl-emissjonijiet tal-karbonju;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-portijiet kellhom rwol indispensabbli fil-ġestjoni tal-kriżijiet tal-UE billi żguraw il-kontinwità tal-ktajjen tal-provvista u ppermettew li jiġu stabbiliti rotot alternattivi, inkluż billi stabbilew rotot alternattivi għall-forniment tal-gass naturali likwifikat (LNG) fi żmien qasir u billi żiedu l-ħażna tal-gass tal-Ewropa;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer il-portijiet spiss jipprovdu għajnuna vitali billi jservu bħala l-konnessjoni soċjali u ekonomika ewlenija mal-bqija tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-portijiet huma essenzjali għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport fuq l-ilma, filwaqt li jitqiesu l-għanijiet tal-Patt Ekoloġiku u tat-tnaqqis tat-tniġġis u r-rwol essenzjali tal-enerġija rinnovabbli offshore; billi huwa importanti li jitnaqqas it-tniġġis tal-arja mill-bastimenti fiż-żoni tal-portijiet, inklużi l-emissjonijiet tal-karbonju iswed;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi ż-żoni portwarji u l-operazzjonijiet portwarji madwar l-UE se jkunu vulnerabbli għaż-żieda fil-livell tal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-portijiet jikkombinaw u jissalvagwardjaw varjetà ta’ attivitajiet kostali differenti għall-benefiċċju taċ-ċittadini, tal-komunitajiet kostali u tal-ambjent tal-baħar billi jgħinu biex jinżammu l-ħabitats kostali u tittejjeb il-kwalità tal-arja fil-konurbazzjonijiet madwar il-portijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi ppjanar aħjar tal-loġistika bejn il-portijiet u l-klijenti, inklużi l-linji tat-tbaħħir, jista’ jevita trasport bit-triq bla bżonn madwar l-Ewropa; billi aktar kooperazzjoni bejn il-portijiet, bl-għan li r-rabtiet intrareġjonali jsiru aktar stretti u jitnaqqsu l-konnessjonijiet, tista’ twassal għal investimenti aktar effiċjenti fl-infrastruttura tal-portijiet, rotot ta’ importazzjoni/esportazzjoni aktar reżiljenti u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi, ta’ flus pubbliċi u privati, u ta’ kapaċitajiet li mhumiex utilizzati biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-portijiet huma parti minn ekosistema fuq l-ilma usa’ li tinkludi firxa wiesgħa ta’ attivitajiet, inkluż it-trasport marittimu, il-bini ta’ vapuri, il-manifattura ta’ tagħmir marittimu, in-navigazzjoni interna u l-loġistika;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-ħtieġa apparenti għal approċċ multidixxiplinari u olistiku għall-portijiet Ewropej ma ssarrfitx f’miżuri konkreti mill-Kummissjoni, u dan irriżulta f’taħlita ta’ regolamenti relatati mal-portijiet akkumulati maż-żmien;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Influwenza barranija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jevidenzja t-twissijiet ripetuti mill-aġenziji tal-intelligence dwar ir-riskji ta’ dipendenza ekonomika, spjunaġġ u sabotaġġ ikkawżati mill-preżenza ekonomika u l-involviment operattiv ta’ entitajiet minn pajjiżi mhux tal-UE fl-infrastruttura kritika u s-setturi strateġiċi tagħna, bħall-portijiet<FOOTNOTE><FIELD> AIVD, MIVD and NCTV, Dreigingsbeeld Statelijke Actoren 2, Novembru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>, inkluż l-attivitajiet ta’ bastimenti barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tippreżenta qafas ta’ politika strateġika tal-UE biex tnaqqas u tillimita l-influwenza u l-kontroll finanzjarju u operattiv eżerċitat fuq il-portijiet tal-UE u fil-proċessi u l-operazzjonijiet interni tagħhom minn pajjiżi mhux tal-UE, inklużi każijiet ta’ parteċipazzjoni u kontroll fil-ġestjoni ta’ awtorità portwarja, fl-ispirtu li jinstab bilanċ bejn li l-ambjent ta’ investiment jibqa’ miftuħ u l-mitigazzjoni tar-riskji; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw ukoll l-involviment ta’ pajjiżi terzi fil-portijiet ta’ pajjiżi ġirien fl-ambitu tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-Politika tat-Tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tipproponi qafas għall-monitoraġġ u għar-rapportar fuq bażi kontinwa, b’mod konġunt mal-Istati Membri, dwar l-influwenza tal-pajjiżi mhux tal-UE fil-portijiet tal-UE, b’mod partikolari fil-portijiet TEN-T, fil-ġestjoni tat-terminals tal-UE u fit-tbaħħir globali tal-kontejners u tivvaluta r-rabtiet potenzjali bejn l-azzjonijiet ta’ pajjiż mhux tal-UE partikolari f’dawn is-setturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li l-limitazzjoni tal-investimenti barranin, b’mod partikolari minn intrapriżi fejn l-istat huwa s-sid jew għandu kontroll jew influwenza, f’port individwali fi Stat Membru wieħed tista’ taffettwa b’mod negattiv il-pożizzjoni kompetittiva ta’ dak il-port meta mqabbla ma’ portijiet ġirien li ma għandhomx dawn il-limitazzjonijiet, u dan jissottolinja l-ħtieġa ta’ strateġija Ewropea konġunta għall-portijiet; iqis li t-tixrid asimmetriku tal-investimenti barranin bejn il-pajjiżi tal-UE jista’ jhedded l-unità, il-kapaċitajiet ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u r-reżiljenza tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt potenzjali fuq l-impjiegi u l-kummerċ fil-livell lokali u tal-UE li jista’ jirriżulta mil-limitazzjoni tal-investimenti mhux tal-UE fil-portijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet portwarji nazzjonali, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiżviluppaw format adegwat għall-kooperazzjoni strateġika bejn il-portijiet Ewropej sabiex jitnaqqas ir-riskju li atturi esterni jilagħbuhom kontra xulxin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li minkejja l-eżistenza ta’ mekkaniżmi protettivi fil-livell tal-UE, bħall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin u r-regoli tal-kompetizzjoni, dawn l-istrumenti mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw is-saħħa ekonomika dejjem akbar tas-setgħat esterni permezz ta’ kumpaniji individwali, inklużi intrapriżi kkontrollati jew influwenzati mill-istat, u jiddependu ħafna fuq l-implimentazzjoni minn Stati Membri individwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li tiżdied il-kooperazzjoni tal-UE fl-iskrinjar u l-imblokkar ta’ investimenti deħlin f’infrastruttura kritika fejn ma jistgħux jiġu esklużi impatti negattivi kbar fuq Stati Membri oħra jew fuq l-UE fl-intier tagħha, u li din il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar it-theddid u l-opportunitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kummissjoni biex issaħħaħ ir-rwol tal-miżuri protettivi għall-portijiet permezz ta’ reviżjoni ambizzjuża tar-Regolament dwar l-Investimenti Diretti Barranin<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79I, 21.3.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-IDB), inkluż billi tagħmel sistema ta’ skrinjar tal-investiment dirett barrani obbligatorja fl-Istati Membri kollha, filwaqt li tiżgura li l-proċessi ta’ skrinjar ikunu ċari u oġġettivi u li d-definizzjonijiet, il-kamp ta’ applikazzjoni u l-aspetti proċedurali jkunu konsistenti fl-Istati Membri kollha, sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jissottolinja wkoll l-importanza kruċjali tal-mekkaniżmu fl-Artikolu [47] tar-Regolament TEN-T rivedut [xxx/2024], li jagħti mandat lill-Istati Membri biex jiskrinjaw l-investimenti ta’ pajjiżi terzi fl-infrastruttura tat-TEN-T għar-riskji potenzjali tagħhom għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku, li jridu jitqiesu bħala komplementari għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar l-IDB, peress li dan il-mekkaniżmu japplika kemm għall-investimenti fl-infrastruttura (pereżempju bl-akkwist ta’ ishma f’terminal) kif ukoll għal xogħlijiet ta’ infrastruttura mwettqa fl-UE minn kumpanija ta’ pajjiż terz (pereżempju f’akkwist pubbliku biex jinbena terminal f’port Ewropew) u jisħaq li l-applikazzjoni effettiva tiegħu għall-infrastruttura tal-port ikkonċernat għandhom ikunu pedament ta’ strateġija portwarja Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2022/2560 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern; jappella lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib is-suq tas-settur portwarju u, jekk meħtieġ, tintervjeni <STRING ITALIC="on">ex officio</STRING> kif previst fl-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tirriċerka u tivvaluta l-impatt tal-integrazzjoni vertikali fil-loġistika marittima, tar-Regolament dwar l-Eżenzjoni ta’ Kategorija għall-Konsorzji, li ser jiskadi fl-2024, u tal-formazzjoni ta’ alleanzi ta’ tbaħħir tal-kontejners fuq l-influwenza tal-pajjiżi mhux tal-UE fil-portijiet tal-UE; jappella lill-Kummissjoni tintervjeni kull meta jkun meħtieġ, sabiex tiżgura kompetizzjoni ġusta, bilanċ ta’ poter ġust u kundizzjonijiet ekwi għall-atturi kollha fl-ekosistema portwarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja li, b’mod partikolari, il-preżenza aggregata ta’ intrapriżi taħt il-kontroll u/jew l-influwenza tal-istat Ċiniż fil-portijiet u n-nodi tan-network ewlieni tan-Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) għandha implikazzjonijiet importanti għar-reżiljenza u s-sigurtà tan-nodi individwali u tan-network kollu kemm hu; ifakkar li l-preżenza ta’ investituri terzi fil-portijiet tista’ xxekkel ir-rwol ta’ użu doppju tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu b’urġenza valutazzjoni tar-riskju tal-involviment taċ-Ċina fl-infrastrutturi marittimi, li tinkludi l-impatt ta’ dan fuq ix-xogħol u l-ambjent, id-dipendenzi u valutazzjoni tal-konġestjonijiet fit-trasport tal-merkanzija miċ-Ċina lejn l-UE u t-trażbord u li l-valutazzjoni għandha tinkludi wkoll pajjiżi oħra mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li s-settur marittimu u s-settur portwarju fl-Ewropa huma kkaratterizzati minn akkumulazzjoni ta’ strutturi ta’ governanza differenti li għandhom mezzi differenti biex jippermettu investimenti, li jvarjaw minn skemi ta’ liċenzjar u konċessjoni, fuq l-għoti ta’ sjieda ta’ infrastruttura tal-portijiet, sa setgħa kompletament operazzjonali fuq l-awtoritajiet portwarji; jevidenzja f’dan ir-rigward l-importanza tal-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-korpi tal-ġestjoni portwarja biex jissalvagwardjaw il-kontroll permezz tal-istabbiliment ta’ diversi kundizzjonijiet (operattivi, soċjali, ambjentali, eċċ.), li skonthom għandu jitħaddem terminal; jissottolinja, madankollu, il-limiti ta’ approċċ ibbażat esklużivament fuq konċessjonijiet portwarji u/jew kuntratti ta’ kiri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-Istati Membri kollha jintroduċu liġijiet u jiżviluppaw pjanijiet ta’ kontinġenza għal xenarju ta’ kunflitt kbir jew stat ieħor ta’ emerġenza, jew għal każijiet ta’ użu ħażin ċar jew użu doppju ta’ infrastruttura kritika b’riperkussjonijiet negattivi għas-sigurtà jew l-ordni pubbliku, sabiex ikunu jistgħu jieħdu kontroll mill-ġdid tal-portijiet, tat-terminals u ta’ infrastrutturi marittimi oħra, inkluż il-kanċellazzjoni tad-drittijiet ta’ konċessjoni u/jew is-sospensjoni tal-kapaċità ta’ dominju f’każijiet ta’ proprjetà u parteċipazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappella biex l-investimenti pubbliċi u privati sinifikanti fil-portijiet li jinsabu fit-territorji ekstra-Ewropej u fir-reġjuni ultraperiferiċi jsiru raggruppamenti strateġiċi għat-trasport multimodali, il-ġenerazzjoni, il-ħżin u d-distribuzzjoni tal-enerġija kif ukoll id-difiża; jappella lill-Kummissjoni biex fil-proposta tagħha tinkludi dispożizzjonijiet biex tillimita l-influwenza u l-kontroll operazzjonali minn pajjiżi mhux tal-UE f’dawk il-portijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sigurtà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod speċifiku l-ħtieġa li jipprevjenu u jnaqqsu r-riskji ta’ spjunaġġ u sabotaġġ fil-portijiet b’użu doppju jew funzjoni militari, bħall-portijiet li jintużaw min-NATO, inkluż permezz ta’ bastimenti barranin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw l-użu ta’ teknoloġija affidabbli fil-loġistika marittima u fil-funzjonament tat-terminals tal-kontejners; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-dipendenza dejjem akbar fuq produtturi mhux tal-UE għal tagħmir ta’ sigurtà (fil-fruntieri) fil-portijiet, inklużi l-krejnijiet ship-to-shore li jistgħu jiġbru data dwar l-oriġini u d-destinazzjoni tal-kontejners; iħeġġeġ investimenti fir-riċerka u fl-iżvilupp f’dawk l-oqsma sabiex il-kumpaniji tal-UE jkunu minn tal-ewwel fil-produzzjoni u fil-bejgħ ta’ dawn it-teknoloġiji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iqis li operazzjonijiet loġistiċi kumplessi u diġitali ħafna jwasslu għal vulnerabbiltà akbar fl-interruzzjonijiet ta’ ktajjen loġistiċi sħaħ; jitlob, għaldaqstant, li l-aċċess li entitajiet barranin ikkontrollati jew influwenzati mill-istat għandhom għal operazzjonijiet u informazzjoni tal-port jiġi limitat u mmonitorjat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari għat-theddida li jistgħu joħolqu l-investimenti barranin għall-proprjetà intellettwali, b’mod partikolari permezz ta’ trasferimenti ta’ teknoloġija furzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jenfasizza li livell għoli ta’ ċibersigurtà u reżiljenza ċibernetika tal-atturi kollha fil-portijiet tagħna huwa kruċjali biex jiġu evitati l-ispjunaġġ u t-tfixkil serju tas-sistemi u l-operazzjonijiet portwarji, filwaqt li r-riskju ta’ theddid ċibernetiku żdied b’mod sinifikanti fl-aħħar ftit snin; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel aktar riċerka u tiġbor data dwar il-kopertura u r-riskji tal-involviment tal-kumpaniji mhux tal-UE fiċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tad-data fl-infrastruttura kritika u tappoġġja l-iżvilupp ta’ pjanijiet ta’ kontinġenza komprensivi għall-portijiet bl-appoġġ tekniku u operattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima; iqis li r-riskju ta’ effetti kollaterali negattivi minn nuqqas ta’ ċibersigurtà minn port għal ieħor huwa kbir u li għalhekk għandhom jinżammu standards għoljin mill-Istati Membri kollha u li hija rakkomandata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u esperjenzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jevidenzja l-importanza li qed tikber tal-protezzjoni tal-infrastruttura kritika fuq il-baħar u taħt l-ilma (inklużi l-pipelines tal-enerġija, in-networks tal-komunikazzjoni u l-faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta) għas-sikurezza u għas-sigurtà tal-ilmijiet tal-UE u tal-operazzjonijiet fihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li filwaqt li l-kondiviżjoni tad-data fil-loġistika tikkontribwixxi għall-effiċjenza, l-aġilità u r-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista, l-użu ta’ pjattaformi mhux tal-UE fejn l-istat huwa s-sid jew għandu kontroll jew influwenza fil-portijiet joħloq riskji ekonomiċi u strateġiċi għall-UE u għandu jiġi evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-portijiet tal-UE jintużaw b’mod ħażin mill-organizzazzjonijiet kriminali bħala punti ta’ dħul ewlenin għad-drogi illeċiti, li għandu effett fuq is-soċjetà kollha kemm hi u jimmina s-sikurezza tal-portijiet, tal-bliet fil-viċinat u tar-residenti tagħhom; jappella lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri għal kooperazzjoni Ewropea effettiva fil-ġlieda kontra t-traffikar tad-drogi, l-estrazzjoni u s-sovverżjoni kriminali; jilqa’ f’dan ir-rigward il-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Ottubru 2023 għall-ġlieda kontra t-Traffikar tad-Droga u l-Kriminalità Organizzata u jissottolinja l-ħtieġa ta’ approċċ ikkoordinat tal-UE għall-ġlieda kontra kull tip ta’ kriminalità organizzata transnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li l-portijiet Ewropej huma partikolarment esposti għat-traffikar ta’ prodotti illeċiti oħra, bħal armi jew prodotti foloz, kif ukoll għal frodi doganali u tal-VAT u li huwa wkoll meħtieġ li tissaħħaħ il-ġlieda kontra dawn l-attivitajiet; jissottolinja f’dan ir-rigward l-importanza tal-kooperazzjoni bejn il-korpi tal-ġestjoni tal-portijiet u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż fl-użu ta’ għodod u data diġitali biex jiġu żgurati operazzjonijiet portwarji sikuri u siguri; iqis li, meta jkun hemm ġustifikazzjoni legali suffiċjenti, il-portijiet għandhom ikunu jistgħu jaċċessaw l-għodod kollha li jeħtieġu biex jikkontribwixxu għas-sigurtà tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jissottolinja li s-sigurtà tal-portijiet tiddependi mir-reżiljenza tagħhom għat-tibdil fil-klima u fl-ambjent; jappella, għaldaqstant, lill-Kummissjoni twettaq studju biex tanalizza r-riskji klimatiċi għall-portijiet Ewropej u l-infrastruttura tat-trasport relatata, filwaqt li tistabbilixxi kategoriji ta’ riskji (pereżempju livelli tal-baħar li qegħdin jogħlew, għargħar, sħana estrema) biex tanalizza r-riskji skont ir-reġjun u tidentifika l-miżuri biex jiġu indirizzati dawn ir-riskji, inklużi l-ispejjeż ta’ dawn il-miżuri u l-investimenti meħtieġa; jappella lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni tar-riskju ambjentali fit-tul tal-infrastruttura portwarja kritika tagħhom u jieħdu miżuri ta’ adattament f’waqthom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-portijiet fit-tranżizzjoni tal-enerġija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol vitali li għandhom il-portijiet fit-tranżizzjoni tal-enerġija kif stabbilit fil-Patt Ekoloġiku tal-UE, bħala ċentri tal-enerġija għall-konverżjoni, il-kundizzjonament u l-ħżin tat-trasportaturi tal-enerġija, għall-ġenerazzjoni tal-enerġija, għall-importazzjoni ta’ materja prima kritika, bħala ċentri tal-qbid u ħżin tad-diossidu tal-karbonju, bħala stazzjonijiet tas-servizz u ċentri tal-manifattura għall-faċilitajiet tal-enerġija lil hinn mill-kosta u bħala nodi fis-sistemi tat-trasport li jappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li sal-2030, l-UE għandha l-għan li timporta 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu ekoloġiku u li, biex tilħaq dan l-għan, strateġija komprensiva dwar l-importazzjoni, il-koordinament u l-iżvilupp tal-infrastruttura hija essenzjali għall-Istrateġija Ewropea tal-Portijiet u għandha tiġi stabbilita minnufih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-ħtieġa dejjem akbar ta’ investimenti fil-portijiet u fit-terminals u l-infrastruttura tagħhom sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fit-tranżizzjoni tal-enerġija; jappella lill-Kummissjoni tanalizza u tindirizza l-ħtieġa li jitħaffef il-proċess għall-ħruġ tal-permessi tal-espansjonijiet tal-portijiet fil-kuntest tat-tranżizzjoni tal-enerġija, bħall-varar ta’ enerġija eolika, sabiex il-portijiet ma jsirux ostaklu fit-tranżizzjoni tal-enerġija; jevidenzja l-ħtieġa ta’ ġestjoni aktar sostenibbli tal-ispazju marittimu u tal-kosti biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta; iħeġġeġ l-użu ta’ żoni tal-port għall-varar tal-enerġija fotovoltajka u eolika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ żieda fis-sinerġiji bejn in-network tat-trasport trans-Ewropew u n-network tal-enerġija trans-Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-portijiet fl-istrateġija tagħha għal Ekonomija Ċirkolari u tassisti lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet portwarji lokali billi tipprovdi gwida dwar l-implimentazzjoni ta’ proġetti relatati maċ-ċirkolarità; jappella lill-Kummissjoni tindirizza l-problema li dejjem qed tikber ta’ tnixxija taż-żejt fil-portijiet u fil-kanali tat-tbaħħir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tagħti r-riżultati fir-rigward tal-ambizzjoni tagħha ta’ bidla modali kif imressqa fil-Patt Ekoloġiku u tindirizza l-isfidi li jifdal għall-passaġġi fuq l-ilma interni u, speċjalment, biex jissaħħaħ l-użu tal-merkanzija ferrovjarja fil-portijiet u l-konnettività tagħhom mal-art interna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja li tranżizzjoni tal-enerġija fil-portijiet, fl-industrija tal-bini tal-vapuri kif ukoll fis-settur marittimu mhux se tkun possibbli mingħajr forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati u finanzjament pubbliku u privat adegwat; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tipprovdi opportunitajiet ta’ taħriġ, edukazzjoni u tagħlim tul il-ħajja li jibqgħu validi fil-futur, u li jiġi promoss id-djalogu soċjali, biex il-ħaddiema tal-portijiet jitqiegħdu fiċ-ċentru tat-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika, u biex l-industrija ssir aktar attraenti għan-nisa; jisħaq li r-rwol soċjetali importanti tal-portijiet li jipprovdu bosta impjiegi diretti u indiretti u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ssalvagwardjati kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u sikuri għall-ħaddiema kollha tal-portijiet u tas-settur marittimu; jevidenzja li l-kriżijiet reċenti wrew li l-baħħara, il-membri tal-ekwipaġġ, is-sajjieda u l-ħaddiema tal-portijiet huma ħaddiema “tal-ewwel linja” essenzjali u l-benesseri tagħhom huwa vitali biex id-dinja tibqa’ għaddejja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kompetittività tal-portijiet u l-kumpaniji tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li Strateġija Portwarja Ewropea għandu jkollha l-kompetittività tal-portijiet bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li t-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tal-portijiet tal-UE u t-titjib tal-kompetittività tagħhom f’ekonomija globali huma kruċjali biex jiġu limitati l-influwenza barranija u r-riskji għas-sigurtà kif ukoll għas-sovranità tal-katina tal-provvista tal-Ewropa; iqis li l-leġiżlazzjoni Ewropea m’għandhiex timmina l-kompetittività tal-portijiet tal-UE u toħloq rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju u tan-negozju għall-portijiet barra l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jissottolinja r-riskji ta’ delokalizzazzjoni tal-attivitajiet ta’ trażbord tal-kontejners lejn portijiet mhux tal-UE bl-għan li jiġu evitati r-rekwiżiti tad-Direttiva dwar is-sistema tal-UE għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet (ETS)<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi sistema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament FuelEU Maritime<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2023/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE (ĠU L 234, 22.9.2023, p. 48).</FIELD></FOOTNOTE>; jappella għall-applikazzjoni stretta tad-dispożizzjonijiet dwar il-monitoraġġ tat-trażbord ta’ dawn iż-żewġ leġislazzjonijiet biex tiġi identifikata u pprojbita tali mġiba kif ukoll għal valutazzjoni dwar jekk dawn id-dispożizzjonijiet humiex biżżejjed biex jiskoraġġixxu b’mod effettiv l-imġiba evażiva għad-detriment kemm tal-ambjent kif ukoll tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Ewropa u jekk humiex meħtieġa miżuri addizzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tanalizza u tindirizza l-ħtiġijiet ta’ investiment tal-portijiet Ewropej sabiex jibqgħu kompetittivi fil-futur u taħdem lejn klima ta’ investiment aktar stabbli inklużi t-trasparenza u l-prevedibbiltà tal-valutazzjonijiet tal-investimenti, kemm pubbliċi kif ukoll privati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissottolinja li sabiex tinżamm il-kompetittività tal-portijiet tal-UE u l-funzjonament ta’ Strateġija Ewropea tal-Portijiet possibbli, għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi eċċessivi li jistgħu jimminaw il-ħidma ta’ tali strateġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li strateġija Ewropea konsistenti għall-portijiet hija essenzjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta; iħeġġeġ li jkun hemm aktar kooperazzjoni bejn il-portijiet Ewropej u l-eliminazzjoni ta’ prattiki dannużi bħall-ipprezzar aktar baxx milli suppost;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Iqis li unjoni doganali li tiffunzjona tajjeb hija fundamentali għall-kompetittività, għas-sostenibbiltà u għar-reżiljenza tal-UE; jemmen li unjoni doganali riformata u msaħħa b’kodiċi doganali komuni se tippreserva l-integrità tas-suq uniku, filwaqt li tgħin biex tinżamm il-kompetittività tal-UE fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali u tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta bejn il-portijiet Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li d-differenzi fil-politiki tal-proċedura doganali fil-punti tad-dħul tal-UE fl-unjoni doganali spiss ifixklu l-flussi kummerċjali u tipperikola l-integrità tas-suq uniku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jkun hemm fis-seħħ kontrolli doganali armonizzati fil-portijiet Ewropej kollha biex tiġi evitata applikazzjoni differenti ta’ standards sanitarji jew ta’ diliġenza dovuta; jinsisti li l-Kummissjoni tiżgura li l-kontrolli doganali fl-UE kollha jsegwu l-istess standards, permezz ta’ mekkaniżmu dirett unifikat ta’ kontroll doganali, b’koordinazzjoni mal-Istati Membri u b’konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Ifakkar li l-portijiet mhumiex assi awtonomi peress li għandhom posthom f’ekosistema vasta tat-trasport fuq l-ilma ta’ loġistika u industrija marittima u ktajjen tal-provvista xprunati mid-domanda tal-importaturi u l-esportaturi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kumpaniji tat-trasport marittimu tal-UE li qed jiffaċċjaw leġiżlazzjoni restrittiva dwar il-kabotaġġ marittimu fiċ-Ċina, li effettivament ma tħallihomx iwettqu operazzjonijiet ta’ kabotaġġ bejn il-portijiet Ċiniżi, meta l-operazzjonijiet ta’ kabotaġġ jikkostitwixxu element ewlieni tal-mudell kummerċjali tal-kumpaniji tat-trasport marittimu Ċiniżi f’ċerti portijiet tal-UE u bejniethom; jappella lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tintroduċi liġi reċiproka tal-UE dwar il-kabotaġġ marittimu li tista’ tapplika għal ċerti trasportaturi mhux tal-UE, bħaċ-Ċina; ifakkar fil-fatt li n-nuqqas ta’ reċiproċità tal-investiment fil-portijiet tagħmel ħsara lill-interessi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-inizjattiva tal-UE Global Gateway bħala alternattiva strateġika globali għall-Inizjattiva Ċiniża “Belt and Road”; jenfasizza l-potenzjal tal-proġetti tal-Global Gateway fl-industrija marittima (eż. l-infrastruttura tal-portijiet, il-konnessjoni bejn l-art interna u ferrovjarja, l-idroġenu ekoloġiku) biex jinħoloq network ta’ portijiet li jiffaċilitaw il-kummerċ u l-investiment u s-sħubijiet ta’ benefiċċju reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jittejbu s-saħħa, il-kapaċità u r-reżiljenza tal-konnessjonijiet maż-żoni interni tal-portijiet Ewropej, partikolarment dawk li huma parti mit-TEN-T, filwaqt li titqies il-ħtieġa ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet u effiċjenza enerġetika u bl-għan li ssir kemm jista’ jkun bidla mit-trasport intern għal dak ferrovjarju u bil-passaġġi fuq l-ilma interni filwaqt li ssir tħejjija wkoll għall-impatti tat-tibdil fil-klima bħal avvenimenti tat-temp estrem u livelli baxxi tal-ilma f’passaġġi fuq l-ilma interni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tistabbilixxi “atlas” ta’ portijiet Ewropej li jimmappja, fost affarijiet oħra, id-disponibbiltà li l-portijiet kummerċjali Ewropej għandhom ta’ provvista tal-enerġija fuq l-art u l-fjuwils alternattivi, l-infrastruttura interna (b’mod partikolari l-ferroviji) u l-korsiji tat-tbaħħir, li possibbilment jista’ jinbena abbażi tal-mapep interattivi tat-TENtec u l-Osservatorju Ewropew tal-Fjuwils Alternattivi u li iżda għandu jinkludi wkoll portijiet iżgħar u aktar informazzjoni; iqis li tali mmappjar jista’ jgħin biex jifforma bażi fattwali ġenerali għall-iżvilupp kontinwu tal-portijiet tal-UE u l-industriji relatati, bħat-trasport tal-merkanzija u tal-passiġġieri, it-traffiku tal-kruċieri, is-sajd, l-enerġija eolika, il-bunkering tal-fjuwil u l-manifattura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-manifattura marittima, bħall-bini tal-vapuri u l-katina tal-provvista tiegħu, fl-UE bħala pedament għaż-żamma ta’ settur fuq l-ilma prosperuż; jappella lill-Kummissjoni tirriċerka u tivvaluta l-impatt tad-dipendenza tal-Ewropa fuq manifattura marittima barranija, tiddefinixxi b’mod urġenti strateġija ambizzjuża Ewropea dwar l-industrija marittima u tieħu miżuri adegwati biex issaħħaħ il-kompetittività u r-reżiljenza tat-tarzni tal-Ewropa u l-ktajjen tal-provvista kollha tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tintroduċi qafas diġitali abilitanti li jistimula programmi għall-innovazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-portijiet, bħall-programmi dwar portijiet intelliġenti, bl-għan li jittejbu l-effiċjenza, il-produttività u s-sostenibbiltà tal-portijiet; jissottolinja, b’mod partikolari, il-potenzjal tad-diġitalizzazzjoni għall-ottimizzazzjoni tal-waqfiet fil-portijiet (biex jitnaqqsu l-ħinijiet ta’ stennija fl-ilmijiet kostali u fil-portijiet), il-wasliet eżatt fil-ħin, is-sistemi avvanzati ta’ navigazzjoni (għall-iffrankar tal-fjuwil u t-tnaqqis tal-emissjonijiet), is-sistemi ta’ identifikazzjoni awtomatika (għal aktar sikurezza fuq il-baħar u infurzar aħjar tad-dispożizzjonijiet ambjentali) kif ukoll għal droni u soluzzjonijiet ta’ intelliġenza artifiċjali li jwasslu għal deċiżjonijiet aħjar dwar l-infrastruttura tal-portijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza li se jkun meħtieġ li jiġu allokati finanzjament u strumenti ta’ finanzjament adegwati lill-portijiet biex dawn jibqgħu kompetittivi, ikollhom rwol ta’ faċilitaturi fit-tranżizzjoni ekoloġika u jrażżnu r-riskji ta’ influwenza barranija; jitlob biex jiżdied il-finanzjament allokat għall-portijiet taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; jissottolinja l-importanza tal-investimenti privati fil-portijiet u li l-kumpaniji huma dawk li jipprovdu impjieg u innovazzjoni fil-portijiet u madwarhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konklużjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jappella biex isir Summit Portwarju Ewropew fejn ikomplu jiġu żviluppati l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq u jiġu esplorati l-possibbiltajiet għal kooperazzjoni msaħħa bejn il-portijiet Ewropej għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jappella lill-Kummissjoni tippreżenta Strateġija Portwarja Ewropea komprensiva li tindirizza l-kwistjonijiet imsemmija hawn fuq sa tmiem l-2024;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>