<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0026</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0400/2023 - Rapporteur: Javier Moreno Sánchez)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn l-UE u l-Kanada (2023/2001(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 11, 14.1.2017, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrument Interpretattiv Konġunt dwar il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 11, 14.1.2017, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika dwar il-Materja Prima Kritika bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, li ġiet miftiehma u mnedija fis-Summit UE-Kanada tal-14 u l-15 ta’ Ġunju 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru X/2023 tal-Kumitat Konġunt CETA dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti termini fl-Artikolu 8.10, l-Anness 8-A u l-Artikolu 8.39,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tal-15 ta’ Frar 2017 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 252, 18.7.2018, p. 348.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni 2/15 tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Mejju 2017 skont l-Artikolu 218(11) tat-TFUE dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore<FOOTNOTE><FIELD> Opinjoni tal-Qorti tas-16 ta’ Mejju 2017 skont l-Artikolu 218(11) TFUE dwar il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Singapore, ECLI:EU:C:2017:376.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjonijiet Konġunti tal-UE u tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi tal-Kanada (DAGs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “L-Implimentazzjoni u t-Tisħiħ tal-Ftehimiet Kummerċjali tal-UE” (COM(2022)0730),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Is-saħħa tas-sħubiji tal-kummerċ: flimkien għal tkabbir ekonomiku ekoloġiku u ġust” (COM(2022)0409),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Konġunt CETA tal-31 ta’ Marzu 2023 wara t-tielet laqgħa tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ġunju 2022 dwar il-futur tal-politika ta’ investiment internazzjonali tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 32, 27.1.2023, p. 96.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat Konġunt CETA tas-26 ta’ Settembru 2018 dwar il-kummerċ, l-azzjoni klimatika u l-Ftehim ta’ Pariġi, dwar il-Kummerċ u l-Ġeneru u dwar l-Intrapriżi Żgħar u ta’ Daqs Medju (SMEs),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-kumitati speċjalizzati differenti, tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili u tal-forum ta’ Kooperazzjoni Regolatorja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sitt Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), ippubblikat fl-20 ta’ Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-awditi suċċessivi mwettqa fl-2014, fl-2019 u fl-2022 mid-Direttorat Ġenerali għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari tal-Kummissjoni dwar it-traċċabbiltà u l-kwalità tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ li jirregolaw il-produzzjoni taċ-ċanga u tal-majjal maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) u l-Anness 3 tad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0400/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi s-CETA kien fost l-ewwel ftehimiet kummerċjali li l-UE lestiet ma’ ekonomija stabbilita ewlenija oħra tal-OECD wara l-Korea t’Isfel; billi dak iż-żmien kien ukoll l-aktar ftehim ambizzjuż u komprensiv li kemm l-UE jew il-Kanada kienu kkonkludew, inkluż aċċess bla preċedent għall-akkwist pubbliku fil-livell subfederali u f’dak federali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-CETA ilu jiġi applikat b’mod proviżorju mill-21 ta’ Settembru 2017, jiġifieri għal aktar minn sitt snin;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi dispożizzjonijiet importanti, b’mod partikolari dawk relatati mal-protezzjoni tal-investiment, għadhom ma ġewx applikati, peress li mhux l-Istati Membri kollha rratifikaw il-Ftehim;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Kanada u l-UE qed jiffinalizzaw abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt CETA dwar l-interpretazzjoni ta’ ċerti termini fl-Artikolu 8.10, l-Anness 8-A u l-Artikolu 8.39 li tispeċifika l-ambitu tad-dritt ta’ regolamentazzjoni fil-kuntest tal-kapitolu dwar il-protezzjoni tal-investiment u l-iffaċilitar tal-aċċess tal-SMEs għas-sistema ta’ qorti tal-investiment fl-ambitu tas-CETA;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fl-2022, l-UE kienet it-tielet l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Kanada wara l-Istati Uniti u ċ-Ċina, u kienet tirrappreżenta 8,2 % tal-kummerċ tagħha fil-merkanzija mad-dinja; billi l-Kanada kklassifikat fl-14-il post fost is-sħab kummerċjali internazzjonali tal-UE għall-istess sena, u kienet tirrappreżenta kważi 1,4 % tal-kummerċ estern totali tal-UE fil-merkanzija;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wriet il-bżonn li jiġu diversifikati l-ftehimiet kummerċjali u titnaqqas id-dipendenza mill-importazzjonijiet u mill-esportazzjonijiet marbuta ma’ numru limitat ta’ sħab kummerċjali, kif ukoll l-importanza li jiġu konklużi ftehimiet kummerċjali ma’ sħab tal-istess fehma;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-implimentazzjoni effettiva u l-monitoraġġ tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE huma prijorità ewlenija għall-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex jimmonitorjaw, jivvalutaw u jikkalibraw il-politika kummerċjali komuni tal-UE; billi r-rapportar dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim mal-Kanada huwa kontribut f’waqtu u utli għar-riflessjoni dwar il-funzjonament tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-qafas istituzzjonali skont is-CETA issa huwa kompletament fis-seħħ, u jinkludi 19-il kumitat speċjalizzat, forum ta’ kooperazzjoni regolatorja u forum tas-soċjetà ċivili, li l-aġendi u r-rapporti tagħhom huma disponibbli għall-pubbliku;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kanada kienet l-ewwel pajjiż li miegħu l-UE stabbiliet Sħubija Strateġika dwar il-Materja Prima Kritika, li sussegwentement ġiet ikkomplementata minn Inizjattiva ta’ Alleanza Ekoloġika, Sħubija Diġitali bejn l-UE u l-Kanada u Sħubija dwar l-Oċeani;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kanada hija parteċipant attiv fid-Djalogu tad-WTO dwar it-Tniġġis mill-Plastik u l-Kummerċ ta’ Plastik Ambjentalment Sostenibbli u fil-Kumitat tad-WTO għall-Kummerċ u l-Ambjent, iżda mhijiex membru tal-inizjattiva tar-Riforma tas-Sussidji fuq il-Fjuwils Fossili (FFSR);
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi issa nkisbu biżżejjed esperjenza, data u informazzjoni statistika biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni proviżorja tas-CETA;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Kanada hija mexxej dinji fil-kokostruzzjoni tal-politika pubblika għall-ekonomija soċjali u solidali, u billi l-ekonomija soċjali u ta’ solidarjetà tirrappreżenta kważi 10 % tal-Prodott Domestiku Gross (PDG) f’ċerti provinċji, bħal Quebec, jiġifieri madwar 210 000 impjieg;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet prinċipali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li s-CETA jiddependi fuq relazzjoni bbażata fuq ir-regoli u l-valuri li tippromwovi ambjent ekonomiku aktar sigur u stabbli bejn is-sħab kummerċjali, li huwa partikolarment importanti fil-kuntest ta’ inċertezzi ġeopolitiċi akbar, mibni fuq il-prinċipji tal-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards tax-xogħol u ambjentali; iqis li tali prevedibbiltà tista’ trawwem it-tkabbir ekonomiku, l-iskambju ta’ merkanzija, il-forniment ta’ servizzi, il-parteċipazzjoni fl-akkwist pubbliku, l-attraenza tal-investiment, l-impjiegi ta’ kwalità, il-ħolqien ta’ aktar impjiegi u impjiegi b’pagi aħjar, u kundizzjonijiet tax-xogħol u standards tal-għajxien imtejba; jinnota, madankollu, li s-CETA jeħtieġ li jsaħħaħ aktar l-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, u jipproteġi l-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li bejn l-2016 u l-2022, il-kummerċ fil-merkanzija bejn l-UE u l-Kanada żdied b’66 %, filwaqt li l-kummerċ fis-servizzi bejn l-UE u l-Kanada żdied b’46 %, u qabeż il-kummerċ l-ieħor li jsir barra mill-UE; jinnota l-fatt li l-esportazzjonijiet tal-merkanzija tal-UE lejn il-Kanada żdiedu b’47 % matul l-ewwel ħames snin tal-applikazzjoni proviżorja, fejn l-akbar qligħ ġie rreġistrat fil-każijiet ta’ prodotti manifatturati, prodotti kimiċi kif ukoll prodotti tal-ikel u tal-annimali; jinnota li l-biċċa l-kbira tat-tħassib espress qabel l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim rigward l-influss ta’ prodotti agrikoli Kanadiżi fis-suq tal-UE, ma mmaterjalizzax; josserva li l-esportazzjonijiet Kanadiżi lejn l-UE raw żieda ta’ 46,4 %, u l-akbar qligħ ġie rreġistrat fil-minerali, il-ħaġar prezzjuż u l-metalli, u ż-żjut u l-fjuwils minerali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja ż-żieda konsiderevoli fil-kummerċ bilaterali ta’ ikel u prodotti agrikoli bejn l-UE u l-Kanada, b’żieda ta’ 62 % fl-esportazzjonijiet agroalimentari tal-UE lejn il-Kanada u ta’ 52 % fl-importazzjonijiet tal-UE ta’ tali prodotti mill-Kanada mill-bidu tal-applikazzjoni proviżorja tas-CETA; jinnota li dan ħoloq benefiċċji sinifikanti għall-produtturi u l-esportaturi taż-żewġ naħat, u b’hekk ikkontribwixxa wkoll għall-ħolqien tal-impjiegi; jilqa’ ż-żieda sostanzjali fl-għadd ta’ mikroimpriżi u impriżi żgħar u ta’ daqs medju tal-Unjoni li jesportaw lejn il-Kanada, kif ukoll iż-żieda fil-valur tal-prodotti esportati tagħhom, filwaqt li jinnota li l-ftehim għaldaqstant jissodisfa b’mod sinifikanti l-interessi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li, fl-implimentazzjoni tas-CETA, bħal fil-każ ta’ kwalunkwe ftehim kummerċjali ieħor tal-UE, għandhom jitqiesu b’mod xieraq ir-rispett tal-produzzjoni agrikola sostenibbli, tar-reċiproċità u taż-żamma ta’ standards għoljin, b’mod partikolari l-istandards sanitarji, fitosanitarji u veterinarji, kif ukoll ta’ kontrolli adegwati u tal-monitoraġġ tal-konformità reċiproka ma’ dawk l-istandards;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, matul il-pandemija, kif ukoll fis-sitwazzjoni diffiċli maħluqa mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, il-flussi kummerċjali bejn il-partijiet ġeneralment urew li huma reżiljenti, u b’hekk irreżistew il-pressjoni fuq il-ktajjen tal-provvista u kkontribwew għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel; huwa tal-fehma li s-CETA għandu jservi bħala għodda biex jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-azzjoni konġunta fir-rikostruzzjoni tal-Ukrajna ladarba tintemm il-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja li l-esportazzjonijiet tal-UE huma kruċjali għall-impjiegi; jilqa’ l-fatt li s-CETA kkontribwixxa għall-ħolqien ta’ opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda, hekk kif l-ammont ta’ impjiegi appoġġjati mill-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Kanada żdied minn 624 000 fl-2017 għal aktar minn 700 000 fl-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-faċilitazzjoni tal-mobilità tal-forza tax-xogħol mogħtija fl-ambitu tas-CETA, peress li dan jgħin biex jiġi żgurat it-trasferiment adegwat tal-ħiliet bejn l-UE u l-Kanada u jiġu evitati nuqqasijiet ta’ ħaddiema kwalifikati; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-konklużjoni b’suċċess fl-2022 tal-ewwel Ftehim ta’ Rikonoxximent Reċiproku fl-ambitu tas-CETA għall-kwalifiki tal-arkitetti; huwa tal-fehma li l-Karta Blu tal-UE tista’ tiffaċilita l-iskambji ulterjuri bejn żewġ ekonomiji kompetittivi li għandhom popolazzjoni b’livell għoli ta’ edukazzjoni; jissottolinja li l-programmi ta’ skambju bejn l-istituzzjonijiet akkademiċi tal-UE u dawk Kanadiżi jistgħu jikkontribwixxu aktar għall-mobilità tal-forza tax-xogħol meħtieġa fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinnota li l-aktar żewġ kategoriji ta’ prodotti importanti li l-UE u l-Kanada jesportaw lejn xulxin huma l-makkinarju u t-tagħmir tat-trasport, li jammontaw għal madwar 34 % kemm tal-esportazzjonijiet kif ukoll tal-importazzjonijiet, u l-prodotti kimiċi, farmaċewtiċi u tal-plastik, li jammontaw għal madwar 20 % tal-esportazzjonijiet u l-importazzjonijiet totali; jinnota, madanakollu, li s-settur tal-estrazzjoni minerarja, b’mod partikolari l-fertilizzanti, in-nikil, l-uranju u r-ramel bituminuż, huwa sinifikanti ħafna fl-importazzjonijiet mill-Kanada, meta mqabbel ma’ sħab kummerċjali oħra, u jammonta għal kważi 20 % tal-importazzjonijiet totali tal-UE mill-Kanada; jenfasizza li l-aċċess għal materja prima kritika minn sħab kummerċjali affidabbli, inkluża l-Kanada, huwa element ewlieni tal-Istrateġija tal-UE dwar il-Materja Prima Kritika u huwa vitali biex titwettaq tranżizzjoni ekoloġika sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-kooperazzjoni dwar l-aċċess għall-materja prima kritika hija essenzjali fix-xenarju ġeopolitiku attwali, kif ukoll għal tranżizzjonijiet ekoloġiċi u ġusti, u jilqa’ l-iffirmar f’Lulju 2021 tas-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Kanada dwar il-Materja Prima Kritika fil-qafas tas-CETA, li għandu jgħin biex jiġu integrati l-ktajjen tal-valur tal-materja prima bejn l-UE u l-Kanada u titrawwem kollaborazzjoni fix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni; jinnota li dan jikkostitwixxi komponent importanti tal-istrateġija Ewropea ta’ sigurtà ekonomika; huwa konvint li l-estrazzjoni tal-materja prima jeħtieġ li sseħħ b’rispett tal-istandards ambjentali u d-drittijiet tax-xogħol u tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-popli indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-kumpaniji Ewropej u dawk Kanadiżi qed jagħmlu użu dejjem akbar u kontinwu tal-preferenzi mogħtija mis-CETA, b’rati tal-utilizzazzjoni tal-preferenzi ta’ 60 % fl-2022 kemm għall-UE kif ukoll għall-Kanada meta mqabbla ma’ 40 % u 52 % rispettivament fl-2018; jinnota b’interess li l-kumpaniji ż-żgħar qed jużaw il-preferenzi aktar mill-kumpaniji l-kbar u li r-rati tal-utilizzazzjoni huma ogħla b’mod sinifikanti għall-industriji agroalimentari meta mqabbla mal-industriji tal-manifattura; jisħaq li r-rati baxxi tal-utilizzazzjoni f’setturi ewlenin minn diversi membri tal-UE jindikaw telf ta’ ffrankar tal-ispejjeż u gwadanji soċjali mnaqqsa mill-Ftehim; jinkoraġġixxi liż-żewġt sħab ikomplu jippromwovu azzjoni għas-sensibilizzazzjoni tas-CETA fost il-partijiet ikkonċernati fiż-żewġ reġjuni, inkluż permezz tal-pjattaforma tal-UE “Access2Markets”; jissottolinja l-importanza li jiġu ffaċilitati opportunitajiet ġodda għan-negozji u l-konsumaturi permezz tal-kummerċ diġitali f’konformità mal-istandards tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li r-rata tal-utilizzazzjoni tal-kwota tariffarja għall-importazzjonijiet taċ-ċanga u tal-vitella lejn l-UE, fl-2021 kienet biss 3 %, u li l-esportaturi tal-UE kabbru s-sehem mis-suq tagħhom fil-Kanada, b’tali mod li l-UE tesporta aktar ċanga ffriżata lejn il-Kanada milli timporta minnha; jinnota, madankollu, li r-rata tal-utilizzazzjoni ta’ din il-kwota tariffarja tista’ tinbidel maż-żmien bħala riżultat ta’ varjazzjonijiet fis-swieq tal-esportazzjoni l-oħra tal-Kanada, b’mod partikolari l-Istati Uniti u ċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza li skont ir-rapport tal-awditjar tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Saħħa u s-Sikurezza Alimentari, il-Kanada għad trid timplimenta b’mod sodisfaċenti r-rakkomandazzjonijiet li saru fl-awditu tad-Direttorat Ġenerali dwar it-traċċabbiltà u l-kwalità tas-sistemi ta’ kontroll fis-seħħ li jirregolaw il-produzzjoni taċ-ċanga u tal-majjal maħsuba għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-introduzzjoni ta’ ċertifikat ta’ esportazzjoni armonizzat tal-UE għall-esportazzjoni ta’ pollam frisk minn Stati Membri awtorizzati, li sar operattiv fl-2021; jistieden lill-Kummissjoni tirsisti favur progress ulterjuri f’ċertifikati simili għal-laħam ipproċessat u l-laħam tan-nagħaġ u tal-mogħoż, filwaqt li żżid l-isforzi biex tiżgura sistemi ta’ traċċabbiltà aktar sodi għall-prodotti tal-laħam; jistieden lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-Kumitat ta’ Ġestjoni u f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet Kanadiżi u mal-Istati Membri, tagħmel progress fir-rikonoxximent tas-sistemi ta’ spezzjoni li fadal tal-laħam sabiex l-Istati Membri li baqa’ jkunu jistgħu jesportaw il-laħam lejn il-Kanada;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota, b’dispjaċir, li s-CETA ma japplikax b’mod ġenerali l-prinċipju ta’ reġjonalizzazzjoni, u lill-UE jqisha spazju uniku fir-rigward tat-trobbija tal-bhejjem biss, iżda mhux fir-rigward tas-settur tal-frott u l-ħxejjex, u dan ifisser li kull Stat Membru jkollu, b’mod individwali, jinnegozja r-rekwiżiti tal-esportazzjoni għal kull prodott u jaqbel ma’ dawn ir-rekwiżiti; jitlob li din il-lakuna timtela mill-aktar fis possibbli fil-qafas tal-Kumitat Konġunt ta’ Ġestjoni UE-Kanada;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taġevola l-kooperazzjoni li għaddejja mal-awtoritajiet Kanadiżi mmirata biex tagħti aktar attenzjoni lill-garanziji għall-istandards fil-qasam tat-trattament xierqa tal-annimali fl-ambitu tas-CETA u tevalwa l-fattibbiltà li ddaħħal, fil-futur, klawżoli mera f’dan l-ambitu biex tiggarantixxi l-ekwivalenza tal-istandards dwar it-trattament xieraq tal-annimali u b’hekk kundizzjonijiet ta’ parità bejn il-prodotti li joriġinaw mill-annimali tal-UE u dawk importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-politika kummerċjali tal-UE, u b’mod partikolari s-CETA, għandhom impatt ekonomiku qawwi fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi u jisħaq għalhekk fuq il-bżonn li jitħarsu l-interessi ta’ tali reġjuni fl-ambitu ta’ negozjati futuri jew ta’ reviżjoni possibbli tal-Ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Isostni li parti mid-dazji u mill-kwoti tariffarji applikati fuq il-prodotti tal-UE għandha tiġi allokata lill-operaturi rreġistrati fir-reġjuni ultraperiferiċi, fid-dawl tal-qagħda ekonomika tagħhom; jisħaq fuq il-fatt li t-trattament differenzjat għall-operaturi tar-reġjuni ultraperiferiċi huwa kruċjali biex jiġu żgurati l-kompetittività tal-impriżi u d-distribuzzjoni ġusta tad-dazji u l-kwoti tariffarji bejn l-aġenti kummerċjali billi jiġi evitat li l-benefiċċji jiġu limitati għal għadd żgħir ta’ operaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li r-rata medja ta’ utilizzazzjoni tal-kwota tariffarja għall-esportazzjonijiet tal-ġobon tal-UE hija 98 %; jitlob, madanakollu, sistema Kanadiża ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji aktar trasparenti u flessibbli għall-prodotti tal-ħalib, b’mod partikolari l-kwota tal-ġobon, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Kanadiżi jmexxu malajr kemm jista’ jkun bir-rieżami potenzjali tas-sistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li s-sistema tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tiġi rikonoxxuta bħala komponent kruċjali tal-Ftehim; jissottolinja l-ħtieġa tal-infurzar effettiv ulterjuri tal-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għad-detenturi tad-drittijiet tal-UE fil-Kanada, sabiex tiġi żgurata l-fiduċja fil-funzjonament korrett tal-Ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jieħu nota tal-fatt li matul l-ewwel sitt snin tal-applikazzjoni proviżorja tas-CETA, l-esportazzjonijiet tal-UE lejn il-Kanada u l-importazzjonijiet tagħha mill-Kanada fis-settur tas-servizzi żdiedu b’54 % u 74 %, rispettivament, bl-akbar żidiet fis-servizzi tat-trasport, fis-servizzi kummerċjali u fis-servizzi tal-informazzjoni, tal-informatika u tat-telekomunikazzjonijiet, b’mod partikolari għall-benefiċċju ta’ Stati Membri iżgħar tal-UE fejn is-servizzi għandhom rwol sinifikanti fl-istruttura ekonomika tal-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-isforzi konkreti biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-akkwist pubbliku, bħall-Punt ta’ Aċċess Uniku fil-Kanada; huwa tal-fehma li anke jekk ħafna aktar negozji tal-UE qed jipparteċipaw b’suċċess f’sejħiet għall-offerti Kanadiżi, bħal fil-każ tat-trasport reġjonali tal-passiġġieri bil-ferrovija f’Ontario jew fil-każ tal-pontijiet f’Montreal, il-fornituri tal-UE jistgħu saħansitra jieħdu vantaġġ ulterjuri mill-opportunitajiet offruti, b’mod partikolari rigward proġetti ta’ infrastruttura u offerti għal kuntratti provinċjali u muniċipali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-partijiet jagħmlu disponibbli l-appoġġ u l-għodod legali u amministrattivi kollha li għandhom bżonn l-SMEs biex jinvolvu ruħhom fil-kummerċ u l-investiment fl-ambitu tas-CETA, sabiex titrawwem żieda fl-iskambji u tissaħħaħ il-parteċipazzjoni ħalli jkunu jistgħu jaħsdu l-benefiċċji tas-CETA, inkluż permezz ta’ miżuri attivi li jiffaċilitaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs, jissimplifikaw il-proċeduri u jindirizzaw l-ostakli tekniċi għall-kummerċ li jaffettwaw lill-SMEs b’mod sproporzjonat; jilqa’, f’dan ir-rigward, ir-rakkomandazzjoni dwar l-SMEs adottata mill-Kumitat Konġunt fl-2018, u l-pjanijiet ta’ azzjoni sussegwenti, inklużi azzjonijiet konkreti bħat-tnedija tal-pjattaforma Access2Markets f’Ottubru 2020, li tappoġġja lill-SMEs permezz ta’ informazzjoni prattika dwar il-ftehimiet kummerċjali u l-ostakli għall-kummerċ; jistenna li l-evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tipprovdi data dwar l-evoluzzjoni tas-sehem tal-kummerċ bejn l-UE u l-Kanada mwettaq mill-SMEs; jistieden lill-Partijiet jikkontemplaw il-possibbiltà ta’ kapitolu sħiħ dwar l-SMEs analogu għal dawk fil-ftehimiet ma’ New Zealand u ċ-Ċilì;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Fid-dawl tal-importanza tas-settur tal-ekonomija soċjali u solidali fil-Kanada u l-pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali adottat mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Diċembru 2021<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Bini ta’ ekonomija għas-servizz tan-nies: pjan ta’ azzjoni għall-ekonomija soċjali” (COM(2021)0778).</FIELD></FOOTNOTE>, jistieden lill-Kumitat Konġunt jidentifika liema miżuri konkreti jistgħu jiġu implimentati biex tiġi promossa aktar kooperazzjoni bejn l-atturi tal-ekonomija soċjali u solidali madwar l-Atlantiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Iħeġġeġ liż-żewġ partijiet ikomplu l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni tagħhom, b’attenzjoni partikolari fuq l-SMEs u l-atturi tal-Ekonomija Soċjali u Solidali, biex iqajmu kuxjenza dwar l-opportunitajiet offruti mis-CETA permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni mmirati, filwaqt li jiżguraw li l-benefiċċji tal-Ftehim jiġu kondiviżi b’mod ugwali bejn l-irġiel u n-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tar-rakkomandazzjoni dwar il-Kummerċ u l-Ġeneru mill-Kumitat Konġunt CETA sa mill-2018, li tinkludi l-impenn li jiġu kondiviżi metodi u proċeduri għall-ġbir ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru, l-użu ta’ indikaturi, metodoloġiji ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, u l-analiżi ta’ statistika ffukata fuq il-ġeneru marbuta mal-kummerċ; jissottolinja li l-kummerċ għandu jkun ta’ benefiċċju għal kulħadd, u b’mod speċifiku jsaħħaħ l-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Kumitat Konġunt CETA jkompli jimmonitorja l-impatti tal-Ftehim fuq il-ġeneru; huwa tal-fehma li l-ħidma mwettqa taħt il-pjan ta’ azzjoni adottat b’mod konġunt tista’ sservi ta’ eżempju għal ftehimiet kummerċjali oħra, anke meta ma jkun hemm l-ebda kapitolu ddedikat dwar il-kummerċ u l-ġeneru fil-ftehim innifsu; ifakkar fir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III (ĠU C 347, 9.9.2022, p. 150).</FIELD></FOOTNOTE> u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippubblika data diżaggregata skont il-ġeneru aktar faċilment aċċessibbli dwar l-użu tal-Ftehim, b’mod partikolari fir-rigward tal-kapitoli dwar l-akkwist pubbliku u dwar il-kummerċ u x-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tevita li l-prinċipju ta’ prekawzjoni jiddgħajjef bħala prinċipju bażiku tal-Unjoni Ewropea minqux fit-Trattati u garanti tal-ħarsien tal-bdiewa u taċ-ċittadini Ewropej; jenfasizza l-importanza li jiġi promoss il-prinċipju ta’ prekawzjoni fl-aspetti kollha tal-kummerċ u li tiġi żgurata l-applikazzjoni tiegħu, filwaqt li jiġu evitati l-ostakli inġustifikati għall-kummerċ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jissottolinja li s-CETA jipprovdi qafas li jrawwem kemm il-kummerċ kif ukoll l-azzjoni klimatika billi jinkludi impenji għall-kooperazzjoni dwar kwistjonijiet ambjentali ta’ interess komuni marbuta mal-kummerċ, bħat-tibdil fil-klima, kif muri mir-rakkomandazzjoni dwar il-kummerċ, l-azzjoni klimatika u l-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari bil-promozzjoni ta’ teknoloġiji nodfa; jissottolinja l-importanza li l-produzzjoni globali tal-enerġija bbażata l-Kanada taċċellera t-tranżizzjoni lejn l-enerġija nadifa billi tipproduċi enerġija minn riżorsi rinnovabbli; jilqa’ t-tkabbir ta’ 27 % tal-kummerċ tal-merkanzija ambjentali mill-bidu tal-applikazzjoni proviżorja; jinnota, madankollu, li l-Kanada qieset elementi ta’ inizjattivi leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi Ewropej fir-rigward tal-Patt Ekoloġiku Ewropew bħala ostakli tekniċi għall-kummerċ; jistieden lill-Partijiet isibu sinerġiji mal-implimentazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri (CBAM) u inizjattivi oħra fl-UE, u jappoġġaw b’mod konġunt il-ħidma biex jiġu żviluppati metodoloġiji konġunti jew komparabbli tal-emissjonijiet tal-karbonju fil-livell internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ t-tnedija tas-Sħubija Diġitali bejn l-UE u l-Kanada bħala faċilitatur ewlieni tat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali; jistieden liż-żewġ partijiet isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom fil-qafas tal-implimentazzjoni tas-CETA dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku strateġiku bħall-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jilqa’ l-involviment attiv u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-CETA mill-Gruppi Konsultattivi Domestiċi u l-Forum tas-Soċjetà Ċivili, li jiġbru mijiet ta’ rappreżentanti minn madwar l-UE u l-Kanada, inklużi n-negozji, l-organizzazzjonijiet ambjentali u tax-xogħol, is-soċjetà ċivili, l-akkademja kif ukoll rappreżentanti tal-popli indiġeni mill-Kanada, u jikkontribwixxu b’mod attiv għall-ħidma b’mod partikolari tal-Kumitat għall-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli (TSD) permezz tad-dikjarazzjonijiet konġunti tagħhom; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Bord tat-TSD jagħtu segwitu għall-proposti tagħhom; jisħaq li l-mandat tal-Gruppi Konsultattivi Domestiċi għandu jkun ukoll li jqisu l-impatt għas-sostenibbiltà tal-Ftehim sħiħ; jissottolinja l-valur tal-inklużjoni ta’ kunsiderazzjonijiet dwar l-impatt fuq is-sostenibbiltà u d-drittijiet tal-bniedem tal-kapitolu dwar il-protezzjoni tal-investiment fil-ħidma tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden liż-żewġ partijiet jiżguraw integrazzjoni aħjar tal-bdiewa b’azjenda agrikola żgħira fil-Gruppi Konsultattivi Domestiċi fil-kuntest tat-tiġdid ta’ dawn il-gruppi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinsisti fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-impenji speċifiċi marbuta mad-dispożizzjonijiet dwar it-TSD, inkluż ir-rieżami bikri tat-TSD li dwaru ttieħed impenn fl-Istrument Interpretattiv Konġunt, li għadu ma sarx, bħala partijiet integrali tas-CETA u essenzjali biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; jieħu nota li fl-2024, il-Kummissjoni se twettaq evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tas-CETA, inkluż il-kapitolu tiegħu dwar it-TSD , bl-involviment ta’ esperti indipendenti, u din se tkun opportunità biex tivvalutah kontra l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2022 u biex tikkunsidra li taċċetta l-proposti konkreti mressqa mill-Kanada fl-2020 ħalli jingħata kamp ta’ applikazzjoni aktar vinkolanti lil ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan il-kapitolu; ifakkar li l-Kumitat Konġunt jista’ jipprovdi deċiżjoni vinkolanti li tistabbilixxi pjanijiet direzzjonali ta’ implimentazzjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni f’oqsma fejn l-evalwazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tidentifika n-nuqqasijiet u jistenna azzjoni attiva f’dan ir-rigward; jemmen li l-isforzi mmirati lejn implimentazzjoni aħjar tal-kapitolu dwar it-TSD jew ir-rieżami tiegħu għandhom ikunu preċeduti minn konsultazzjoni sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li r-Renju Unit ma baqax membru tal-Unjoni Ewropea wara l-applikazzjoni proviżorja tas-CETA; jinnota li r-Renju Unit u l-Kanada qablu dwar sensiela ta’ arranġamenti kummerċjali bilaterali biex iqisu dan, inkluż fir-rigward tal-użu u l-akkumulazzjoni tal-kwoti tariffarji; jinnota li xi wħud minn dawn il-ftehimiet se jieqfu japplikaw wara l-2024, u dan jista’ jippreżenta tfixkil minuri fi ktajjen tal-provvista stabbiliti; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà ta’ ftehimiet ġodda fejn dan it-tfixkil jista’ jaffettwa b’mod negattiv lill-operaturi ekonomiċi tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-partijiet jirrieżaminaw is-CETA, ladarba jiġi ratifikat, billi jagħmlu użu mill-klawżola ta’ rieżami, sabiex jintroduċu mekkaniżmu xieraq u effettiv għas-soluzzjoni tat-tilwim għat-TSD, inkluża l-kunsiderazzjoni ta’, fost diversi metodi ta’ infurzar, sanzjonijiet bħala deterrent li għandhom jintużaw, bħala l-aħħar rimedju, fil-każ ta’ ksur serju; jenfasizza x-xewqa tiegħu li tiġi kkontemplata l-istituzzjonalizzazzjoni tal-kooperazzjoni li għaddejja dwar il-kummerċ u l-ġeneru f’dan ir-rieżami; jenfasizza li dan ir-rieżami għandu jikkunsidra l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi b’saħħithom dwar id-drittijiet tal-popli indiġeni, inkluża l-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol u d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Belġju, lill-Bulgarija, lil Ċipru, lil Franza, lill-Greċja, lill-Ungerija, lill-Irlanda, lill-Italja, lill-Polonja u lis-Slovenja jirratifikaw malajr is-CETA, peress li dan se jkun essenzjali anke biex jiġi aġġornat il-Ftehim, u jtenni l-importanza tal-applikazzjoni sħiħa tas-CETA, inklużi d-dispożizzjonijiet tiegħu dwar il-protezzjoni tal-investiment;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tal-Kanada.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>