<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0028</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Implikazzjonijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-influwenza taċ-Ċina fuq l-infrastruttura kritika fl-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0401/2023 - Rapporteur: Klemen Grošelj)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2024 dwar l-implikazzjonijiet għas-sigurtà u d-difiża tal-influwenza taċ-Ċina fuq l-infrastruttura kritika fl-Unjoni Ewropea (2023/2072(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, tiegħu rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles adottata fil-laqgħa informali tal-Kapijiet ta’ Stat jew ta’ Gvern fil-11 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummisjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar “Strateġija Ewropea ta’ Sigurtà Ekonomika” (JOIN(2023)0020),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2022/2560 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar sussidji barranin li joħolqu distorsjoni fis-suq intern<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 330, 23.12.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti orizzontali taċ-ċibersigurtà għall-prodotti b’elementi diġitali u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 (COM(2022)0454),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1781 tat-13 ta’ Settembru 2023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tas-semikondutturi (l-Att dwar iċ-Ċipep)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 229, 18.9.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-ewwel qari dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika (l-Att Ewropew dwar il-Materja Prima Kritika) fit-TA adottata bil-verżjoni mhux finalizzata<FOOTNOTE><FIELD> Proposta għal regolament li jistabbilixxi qafas biex tiġi żgurata provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2675 tat-22 ta’ Novembru 2023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi<FOOTNOTE><FIELD> Proposta għal Regolament dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi (COM(2021)0775) (ĠU L, 2023/2675, 7.12.2023).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar strateġija UE-Ċina ġdida (2021/2037(INI))<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>, li fost l-oħrajn għandha l-għan li ssaħħaħ is-“sett ta’ għodod kummerċjali” tal-UE biex tgħin timmitiga l-iżbilanċ attwali fir-relazzjonijiet ekonomiċi u kummerċjali bilaterali bejn iċ-Ċina u l-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0219.</FIELD></FOOTNOTE> u tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0219.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment tal-1 ta’ Diċembru 2021 intitolata “Il-Portal Globali” (Global Gateway) (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar oqsma teknoloġiċi kritiċi għas-sigurtà ekonomika tal-UE għal valutazzjoni tar-riskju ulterjuri mal-Istati Membri (C(2023)6689),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022 dwar approċċ ikkoordinat mal-Unjoni kollha biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 20, 20.1.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikat tas-Summit ta’ Vilnius, maħruġ mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tan-NATO li pparteċipaw fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f’Vilnius fil-11 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport ta’ Valutazzjoni Finali tat-Task Force NATO-UE tad-29 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-Reżiljenza tal-Infrastruttura Kritika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-Kooperazzjoni UE-NATO tal-10 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikat tal-mexxejja tal-G7 f’Hiroshima tal-20 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istrateġija Riveduta dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE (EUMSS) u l-Pjan ta’ Azzjoni tagħha tal-24 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0401/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-komunikazzjoni konġunta reċenti dwar strateġija Ewropea għas-sigurtà ekonomika tiffoka fuq il-minimizzazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji li jirriżultaw minn ċerti flussi ekonomiċi u d-dipendenza tal-UE fuq reġimi awtoritarji u totalitarji bħar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) fil-kuntest ta’ tensjonijiet ġeopolitiċi akbar u l-aċċellerazzjoni tal-bidliet teknoloġiċi, filwaqt li tipproteġi l-prinċipji tas-suq ħieles mid-distorsjoni minn reġimi bħal dawn u, b’hekk, tippreserva l-ftuħ u d-dinamiżmu ekonomiċi massimi;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi t-tfixkil fl-infrastruttura kritika jista’ jkollu konsegwenzi negattivi sinifikanti għall-funzjonijiet vitali tal-gvern, is-servizzi essenzjali għall-popolazzjoni, l-attività ekonomika kif ukoll is-sigurtà u d-difiża tal-UE; billi huwa kruċjali li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu viġilanti fir-rigward tal-investimenti finanzjarji li qed isiru minn pajjiżi barranin fl-operat ta’ entitajiet kritiċi fl-UE u l-konsegwenzi li tali investimenti jista’ jkollhom fuq il-kapaċità li jipprevjenu tfixkil sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi d-Direttiva dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2557 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2008/114/KE (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 164).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva NIS 2<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2022/2555 tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha, li temenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 u d-Direttiva (UE) 2018/1972, u li tħassar id-Direttiva (UE) 2016/1148 (Direttiva NIS 2) (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 80).</FIELD></FOOTNOTE> jipprevedu qafas ġuridiku komprensiv biex tissaħħaħ ir-reżiljenza fiżika u diġitali tal-infrastrutturi kritiċi, inklużi dawk relatati mal-enerġija, mat-trasport, mas-saħħa, mal-infrastrutturi diġitali, mal-ilma u mal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, minn mindu nħarġet ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Diċembru 2022, diġà saru azzjonijiet immirati biex tiġi żgurata risposta komuni tal-UE għall-inċidenti, anki billi jissaħħaħ il-koordinament man-NATO permezz tat-Task Force UE-NATO dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika fil-qafas tad-Djalogu Strutturat UE-NATO dwar ir-Reżiljenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-portijiet Ewropej li fihom l-intrapriżi statali Ċiniżi għandhom ishma jimmaniġġjaw aktar minn 10 % tal-kapaċità totali tal-kontejners marittimi tal-Ewropa; billi l-akbar tliet azzjonisti Ċiniżi fil-portijiet Ewropej għandhom assi fi kważi nofs il-portijiet (14-il port minn total ta’ 29 port) li jinsabu qrib il-bażijiet navali jew jipprovdu appoġġ loġistiku lill-forzi tan-NATO, u dan iżid ħafna r-riskju ta’ spjunaġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-politiki koerċittivi u l-assertività dejjem akbar tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ), inkluża l-pożizzjoni dejjem aktar aggressiva tagħha fil-konfront tat-Tajwan u l-pożizzjoni aggressiva li ħadet fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar, kif ukoll il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-pandemija tal-COVID-19 u tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kixfu l-vulnerabbiltajiet tal-UE u affermaw mill-ġdid il-bżonn ta’ “tnaqqis tar-riskji” fir-relazzjoniijiet tagħha mar-RPĊ u ma’ pajjiżi terzi mhux demokratiċi oħra;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-gvern Ċiniż wera li huwa lest li jistrumentalizza l-kontroll enormi tiegħu tal-provvisti globali ta’ materjali tal-art rari ħal finijiet politiċi u li jikseb konċessjonijiet u vantaġġi ekonomiċi inġusti;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi ċ-Ċina qed iżżomm lill-kumpaniji mhux Ċiniżi milli jipparteċipaw fi proġetti infrastrutturali minħabba r-riskji għas-sigurtà u qed tressaq leġiżlazzjoni fir-rigward tal-infrastruttura kritika, bħar-Regolamenti dwar il-Protezzjoni tas-Sigurtà tal-Infrastruttura Kritika ta’ Informazzjoni; billi ċ-Ċina hija involuta fil-bini ta’ infrastruttura ffinanzjata mill-UE f’diversi Stati Membri tal-UE; billi skont l-impenji internazzjonali, huwa possibbli għall-UE u għall-Istati Membri li jadottaw miżuri restrittivi relatati mal-investiment dirett barrani (IDB) għal raġunijiet ta’ sigurtà jew ordni pubbliku, soġġett għal ċerti rekwiżiti; billi bejn l-2021 u l-2022, iċ-Ċina impenjat ruħha f’imblokk ekonomiku kontra l-Litwanja b’reazzjoni għad-deċiżjoni tal-Litwanja li tirtira mill-Inizjattiva “Belt and Road” u li tiftaħ Uffiċċju Rappreżentattiv Tajwaniż fil-Litwanja, li rriżulta fit-talba tal-Kummissjoni li tistabbilixxi bord fi ħdan l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ biex jeżamina l-legalità tar-restrizzjonijiet kummerċjali taċ-Ċina kontra l-esportazzjonijiet Litwani u tal-UE li fihom kontenut Litwan, u billi dan juri l-assertività taċ-Ċina li timmira pajjiżi speċifiċi tal-UE, mhux biss permezz ta’ koerċizzjoni ekonomika diretta, iżda wkoll permezz tat-theddida ta’ sanzjonijiet sekondarji;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi t-tixrid tal-awtoritarjaniżmu diġitali taċ-Ċina u s-sorveljanza tal-massa qed ikompli jintensifika kemm fiċ-Ċina kif ukoll lil hinn minnha, filwaqt li jimmira lejn l-istituzzjonijiet u s-soċjetajiet demokratiċi, u jirriskja li jistabbilixxi ordni internazzjonali ġdid li jipperikola l-libertà u d-demokrazija madwar id-dinja; billi għadd kbir ta’ studenti Ċiniżi jistudjaw fl-universitajiet tal-Istati Membri, speċjalment fil-qasam tat-teknoloġiji b’użu doppju, li potenzjalment iwassal f’xi każijiet għal riskju għoli ta’ spjunaġġ; billi l-eks piloti tal-ġlied Ewropej ġew impjegati mill-armata Ċiniża u dan ir-reklutaġġ joħloq riskju serju ta’ trasferiment ta’ informazzjoni kritika li tpoġġi f’riskju l-interessi militari-strateġiċi tal-pajjiżi kkonċernati li jinsabu f’riskju; billi l-ambizzjonijiet Ċiniżi qed jikbru f’oqsma strateġiċi bħall-IA, il-cloud computing, is-semikondutturi, jew l-hardware; billi dawn l-istrumenti, b’mod partikolari l-IA, jistgħu jiġu żviluppati għal skopijiet militari, u dan jixpruna r-rivoluzzjoni li jmiss fl-affarijiet militari;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-akkwist ta’ infrastruttura kritika taċ-Ċina, b’mod partikolari fi ħdan l-UE u l-viċinat tagħha, inkluż fil-Balkani tal-Punent u l-Afrika, jirrappreżenta riskju multidimensjonali dejjem akbar għas-sigurtà tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-leġiżlazzjoni taċ-Ċina relatata mas-sigurtà nazzjonali, bħal-Liġi tal-2015 dwar is-Sigurtà Nazzjonali tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, tirrikjedi li ċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet jipprovdu appoġġ u assistenza lill-korpi tas-sigurtà pubblika, tas-sigurtà tal-istat jew militari tar-RPĊ;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-sħubija strateġika bejn iċ-Ċina u r-Russja fformalizzata permezz tad-Dikjarazzjoni Konġunta “dwar ir-relazzjonijiet internazzjonali deħlin f’era ġdida u l-iżvilupp sostenibbli globali” tal-4 ta’ Frar 2022 qed tkompli tikber, inkluż fl-oqsma tat-teknoloġija u l-għarfien espert militari u t-trasferimenti tal-kapaċitajiet, li qed joħolqu theddida dejjem akbar għas-sigurtà Ewropea;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-qalba tal-problema: nifhmu l-istrateġija ta’ fużjoni militari-ċivili taċ-Ċina</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li l-istrateġija ta’ fużjoni militari-ċivili (MCF) taċ-Ċina hija programm immexxi mill-Istat li għandu l-pjan li jistrumentalizza l-lievi kollha tas-setgħa statali u kummerċjali biex jissaħħaħ u jiġi appoġġat il-Partit Komunista Ċiniż (CCP) u l-fergħa tal-armata tiegħu, l-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu (PLA), b’mod partikolari billi jinkisbu u jiġu ddevjati t-teknoloġiji l-aktar avvanzati tad-dinja, bl-objettiv li jissaħħaħ ir-reġim totalitarju u tinkiseb dominanza militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Iqis li s-sistema politika u l-ekonomija taċ-Ċina, immexxija minn partit, spiss jeħtieġu lill-kumpaniji privati jallinjaw l-interessi kummerċjali tagħhom mal-Partit Komunista Ċiniż, inklużi l-attivitajiet militari, ta’ repressjoni, ta’ influwenza u ta’ ndħil politiku tal-Partit; jinnota li ċ-ċelloli tal-partit tas-Partit Komunista Ċiniż f’kumpaniji privati jintużaw b’mod komuni bħala għodod ta’ kontroll dirett tal-partit; jenfasizza li, konsegwentement, l-attivitajiet internazzjonali tal-kumpaniji Ċiniżi jappoġġjaw l-għanijiet tal-Partit Komunista Ċiniż li jespandi l-influwenza tiegħu f’pajjiżi terzi, u b’hekk jimminaw ir-rivali ġeopolitiċi u jżidu l-influwenza taċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jemmen li l-fużjoni militari-ċivili trid tinftiehem f’kuntest ġeopolitiku, ekonomiku u strateġiku akbar, filwaqt li jitqiesu l-interkonnessjonijiet tagħha ma’ inizjattivi oħra, bħall-Inizjattiva “Belt and Road”, l-inizjattiva Digital Silk Road (inklużi Made in China 2025, China Standards 2035), l-Inizjattiva tas-Sigurtà Globali, l-istrateġija taċ-Ċirkolazzjoni Doppja) u l-assertività u l-pożizzjonament aggressiv dejjem jikbru taċ-Ċina barra mill-pajjiż; jemmen li l-għan aħħari tal-fużjoni militari-ċivili huwa li tavvanza l-għan strateġiku fit-tul tal-istat partit li jsir il-poter ewlieni tad-dinja f’termini ta’ influwenza politika, kapaċitajiet ekonomiċi, dominanza teknoloġika u militari, u li timmina l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li l-kisba tal-primat fix-xjenza u t-teknoloġija kienet waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Partit Komunista Ċiniż f’dawn l-aħħar snin u li l-istrateġija tal-fużjoni militari-ċivili tal-Partit Komunista Ċiniż tinċentiva l-kondiviżjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp bejn l-industriji tad-difiża orjentati lejn is-suq u dawk Ċiniżi; jisħaq fuq it-twissijiet ripetuti mill-aġenziji tal-intelligence kontra r-riskji ta’ dipendenza ekonomika, spjunaġġ u sabotaġġ ikkawżati mill-preżenza ekonomika ta’ entitajiet minn pajjiżi terzi fl-infrastruttura kritika u s-setturi strateġiċi tagħna madwar l-UE; jinsab imħasseb, f’dan ir-rigward, dwar il-pressjoni politika asserita fl-approvazzjoni ta’ investimenti Ċiniżi speċifiċi fl-infrastruttura kritika, bħal fil-każ tad-deċiżjoni tal-gvern Ġermaniż li jaqbel mal-akkwist ta’ sehem fil-port ta’ Hamburg mill-COSCO, għall-kuntrarju tal-parir tal-istituzzjonijiet kompetenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konsegwenzi tal-istrateġija ta’ fużjoni ċivili-militari tar-RPĊ</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iwissi bir-riskju li l-kumpaniji Ċiniżi jkunu involuti b’xi mod jew ieħor fl-assi strateġiċi tal-UE, b’mod partikolari dawk b’rabtiet diretti jew indiretti mas-sistemi politiċi-militari jew tal-intelligence taċ-Ċina; jissottolinja, f’dan ir-rigward, it-tħassib tiegħu li t-teknoloġija u l-għarfien espert teknoloġiku, użat fl-attivitajiet ċivili, b’mod partikolari fl-isfera ekonomika, għadhom qed jiġu trasferiti lill-forzi militari Ċiniżi, u b’hekk tiżdied il-kapaċità tal-Armata Popolari ta’ Liberazzjoni li tiżviluppa l-ġenerazzjoni li jmiss ta’ teknoloġija militari, li tkun tista’ tintuża għal skopijiet koerċittivi fuq is-sħab fl-Asja u fid-dinja kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jżidu s-sorveljanza regolatorja u jintroduċu kontrolli speċifiċi tal-isfond fuq individwi u entitajiet ġuridiċi b’rabtiet diretti mal-gvern Ċiniż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jinsab imħasseb li 98 % tad-domanda tal-UE għall-materjali tal-art rari qed tiġi ssodisfata mir-RPĊ; jenfasizza li ċ-Ċina tipproduċi 70 % tal-batteriji fuq livell dinji (hekk kif tospita tlieta mill-ħames ġganti ewlenin tal-produzjoni ta’ batteriji), tirrappreżenta 60 % tal-produzzjoni dinjija ta’ aluminju u 75 % tal-produzzjoni ta’ siliċju, kif ukoll 94 % tal-produzzjoni globali tal-gallju u madwar 60% tal-produzzjoni tal-ġermanju, u hija r-raffinatur mexxej ta’ 60 % tal-litju u ta’ 70 % tal-ipproċessar tar-ram u tipproduċi 84 % tan-nikil f’livell dinji, kif ukoll 85 % tal-kobalt; jissottolinja li l-kumpaniji minerarji Ċiniżi huma attivi fis-Serbja (ram u deheb), fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (kobalt), fl-Indoneżja (nikil), fiċ-Ċilì u fl-Awstralja (litju) u li l-kważi monopolju taċ-Ċina fil-produzzjoni u fl-ipproċessar ta’ din il-materja prima kritika joħloq dipendenzi kruċjali u b’hekk jirrappreżenta mhux biss sfida ġeopolitika qawwija għall-UE, iżda wkoll riskju enormi għad-difiża u għal setturi industrijali ewlenin oħra tal-Ewropa kif ukoll għall-awtonomija strateġika miftuħa tagħha u l-istrateġija tas-sigurtà ekonomika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’, f’dan ir-rigward, il-proposta tal-Kummissjoni għall-Att dwar il-Materja Prima Kritika u jappella għall-implimentazzjoni rapida tal-għanijiet tiegħu sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-katina tal-provvista tal-UE; ifakkar li l-materja prima kritika hija essenzjali għas-settur tas-sigurtà u d-difiża kif ukoll għas-suċċess tat-tranżizzjonijiet diġitali u ekoloġiċi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f’koordinament mal-partijiet ikkonċernati tal-industrija, jimplimentaw id-deċiżjoni li gradwalment inaqqsu d-dipendenza fuq iċ-Ċina billi jiddiversifikaw is-sorsi ta’ minerali mhux maħduma kritiċi u elementi tal-materjali tal-art rari, jistabbilixxu sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi terzi affidabbli bl-għan li tiġi żgurata provvista sigura u affidabbli ta’ materja prima kritika; iħeġġeġ lill-UE tassisti lill-Istati Membri fl-iżvilupp ta’ proġetti li se jimmiraw għal indipendenza akbar mill-produzzjoni Ċiniża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrakkomanda bil-qawwa d-diversifikazzjoni tal-fornituri u s-sħab f’inizjattivi ta’ infrastruttura kritika biex titnaqqas il-vulnerabbiltà għall-influwenzi esterni, filwaqt li jiġi żgurat li d-dipendenza fuq kwalunkwe sors uniku tiġi minimizzata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsab imħasseb li kejbils sottomarini privati pprovduti minn kumpaniji Ċiniżi, bħal HMN Technologies, entità affiljata mal-intelligence ċibernetika tal-Armata Popolari ta’ Liberazzjoni, jintużaw biex jappoġġjaw il-komunikazzjonijiet diplomatiċi u militari tal-UE u tal-Istati Membri; jesprimi tħassib kbir għas-sistemi tal-kejbils ta’ data sottomarini operati mill-kumpanija Ċiniża HMN Technologies, li jikkollegaw it-territorji tal-Istati Membri tal-UE u r-reġjun Indo-Paċifiku, inklużi l-bażijiet militari tal-Istati Membri u tan-NATO fir-reġjun, b’hekk jinħolqu vulnerabbiltajiet fil-qasam tas-sigurtà f’dak li għandu x’jaqsam iċ-ċibersigurtà, is-sorveljanza sottomarina, il-ġbir ta’ data u l-ġbir ta’ intelligence; f’dan ir-rigward, huwa mħasseb ukoll dwar il-bejgħ ta’ kumpanija Netherlandiża, is-sinsla tal-infrastruttura tal-internet fl-Estonja, lil kumpanija Ċiniża marbuta mal-Armata Popolari ta’ Liberazzjoni; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sforz konġunt fost l-Istati Membri biex jiġu evitati każijiet simili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa li titwettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-infrastruttura u s-servizzi tas-sigurtà tal-informazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE, b’mod partikolari fir-rigward tal-komunikazzjonijiet klassifikati bejn l-istituzzjonijiet u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet barra mill-pajjiż; ifakkar li l-katina tal-provvista sħiħa għandha titqies biex jiġi żgurat li l-kumpaniji ma jkollhom l-ebda rabta diretta jew indiretta mar-RPĊ; jappella għal dispożizzjonijiet speċifiċi fil-proċeduri ta’ akkwist tal-istituzzjonijiet tal-UE biex jiġi limitat ir-riskju ta’ interferenza, inkluż l-akkwist, il-manutenzjoni jew l-iskrutinju minn parti terza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Iwissi li investimenti kbar fil-portijiet marittimi, il-ferroviji u l-ajruporti jagħtu lil Beijing l-opportunità li tissorvelja u tikkontrolla l-attivitajiet f’nodi loġistiċi ewlenin b’dimensjoni strateġika fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li, fl-2022, iċ-Ċina kienet it-tieni l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE f’termini ta’ merkanzija; jesprimi tħassib dwar ir-relazzjoni dejjem aktar żbilanċjata bejn l-UE u ċ-Ċina fil-qasam tal-kummerċ u tal-investiment, li hija aċċentwata mid-defiċit kummerċjali rekord tal-UE ta’ EUR 396 biljun fl-2022 u d-dipendenza tagħha fuq l-importazzjonijiet u l-investimenti Ċiniżi f’ċerti setturi kritiċi; jenfasizza l-politika kummerċjali internazzjonali żbilanċjata taċ-Ċina fil-kuntest tal-istrateġija ta’ ċirkolazzjoni doppja tagħha; jitlob lill-Kummissjoni tqajjem it-tħassib tal-UE maċ-Ċina dwar il-prattiki kummerċjali ġestiti tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tiftix ta’ risposti: inkabbru s-sett ta’ għodod biex nirreaġixxu għat-tħassib fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jargumenta li qasam ewlieni tal-infrastruttura kritika tal-UE huwa n-network tagħha ta’ istituti ta’ riċerka u faċilitajiet ta’ riċerka u żvilupp, li għandhom rwol importanti fil-kapaċità tal-UE li twettaq l-impenji tagħha fir-rigward tat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tagħha, flimkien ma’ setturi ewlenin bħad-difiża spazjali; ifakkar fil-vulnerabbiltajiet fil-qasam tas-sigurtà marbuta mat-trasferimenti furzati tat-teknoloġija, is-serq tal-proprjetà intellettwali u l-iżvelar tal-għarfien, kemm fl-UE kif ukoll lil hinn minnha; jitlob li jkun hemm aktar viġilanza meta jitqies theddid bħal dan għall-kapaċità tal-UE li tkun innovattiva u li trawwem it-tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota li l-kumpaniji Ċiniżi diġà huma mexxejja f’teknoloġiji ewlenin użati f’setturi bħall-infrastruttura bla fili tal-5G, id-droni, il-batteriji, il-missili ipersoniċi, l-enerġija solari u mir-riħ, kif ukoll il-kriptovaluti; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-użi ta’ dawn it-teknoloġiji u d-dipendenzi li joħolqu; jinnota, f’dan ir-rigward, li 100 % tar-RAN 5G f’Ċipru huwa magħmul minn tagħmir Ċiniż, u 59 % fil-każ tal-Ġermanja; jisħaq li dan imur kontra l-linji gwida tas-“Sett ta’ Għodod għas-Sigurtà tal-5G” tal-UE biex jittaffew ir-riskji għas-sigurtà fin-networks u jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jeskludu l-użu ta’ tagħmir u software minn manifatturi bbażati fir-RPĊ f’funzjonijiet tan-network ewlieni; ifakkar li l-kumpanija Huawei kienet qed tipparteċipa fi 11-il proġett fl-ambitu ta’ Orizzont Ewropa sa Ġunju 2023, u b’hekk irċeviet finanzjament totali ta’ EUR 3,89 miljun; għalhekk, iħeġġeġ lill-UE u lill-istituzzjonijiet Ewropej iwettqu skrinjar sistematiku tal-kumpaniji Ċiniżi li jibbenefika direttament jew indirettament minn programmi Ewropej ta’ importanza strateġika għall-UE u, fejn meħtieġ, itemmu l-parteċipazzjoni tagħhom; barra minn hekk, jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standards ta’ sigurtà addizzjonali għall-fornituri Ċiniżi tal-5G u n-network 6G tal-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-applikazzjoni TikTok, proprjetà tal-konglomerat Ċiniż ByteDance, tikser il-qafas Ewropew għall-privatezza tad-data, u dan jagħmilha riskju potenzjali u sors ta’ diżinformazzjoni sostnut miċ-Ċina; jilqa’ d-deċiżjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-istituzzjonijiet f’diversi Stati Membri tal-UE li jissospendu l-użu tal-applikazzjoni TikTok fuq apparati korporattivi, kif ukoll apparati personali rreġistrati fis-servizzi tal-apparat mobbli tal-istituzzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Iwissi li d-deterjorament tal-klima ta’ sigurtà fl-Ewropa, fil-viċinat tagħha u fid-dinja kollha jirrikjedi riflessjoni urġenti fuq il-mod kif tissaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE u tonqos id-dipendenza tagħha minn pajjiżi bħar-RPĊ u rivali sistemiċi li huma theddida għas-sigurtà tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi evitat li t-teknoloġiji emerġenti sensittivi u l-oġġetti kruċjali b’użu doppju, b’mod partikolari dawk li huma kritiċi għas-sigurtà u d-difiża tal-UE, jiġu trasferiti lejn destinazzjonijiet li jqajmu tħassib, li jwettqu strateġiji ta’ fużjoni militari-ċivili jew jikkollaboraw ma’ dawn l-istrateġiji; iqis li l-istabbiliment ta’ sistemi elettroniċi ta’ liċenzjar doganali u tal-esportazzjoni fl-UE kollha huwa pass kritiku lejn kontrolli tal-esportazzjoni komuni Ewropej effettivi u jħeġġeġ lill-Istati Membri kollha biex jagħmlu dawn is-sistemi operattivi sa tmiem l-2024; jistieden, barra minn hekk, lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni mas-sħab transatlantiċi u sħab oħra tal-istess fehma fil-protezzjoni tal-infrastruttura kritika, u jiddefendu d-demokrazija u jippreservaw il-valuri, is-sigurtà u l-prosperità kondiviżi tagħna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jibqa’ mħasseb bil-fatt li l-infrastruttura kritika Ewropea, min-networks tat-telekomunikazzjoni għall-faċilitajiet tal-portijiet, hija dejjem aktar vulnerabbli għall-influwenzi esterni; ifaħħar, f’dan ir-rigward, il-miżuri leġiżlattivi reċenti maħsuba biex iqawwu r-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi fl-UE; jinnota bi tħassib, madankollu, li inizjattivi bħal dawn huma fil-biċċa l-kbira limitati għall-proċeduri ta’ skrinjar tal-IDB, u jħallu mezzi oħra miftuħa għall-Partit Komunista Ċiniż biex jikseb aċċess għal assi kritiċi u jeżerċita l-influwenza tiegħu fuqhom, inkluż permezz tal-qbid mill-elit, it-trasferimenti tat-teknoloġija u tal-proprjetà intellettwali, kif ukoll id-dipendenzi fuq il-katina tal-provvista u s-suq tal-bejgħ; jinnota li l-istabbiliment ta’ qafas bir-reqqa għall-valutazzjoni u l-immappjar tar-riskju huwa imperattiv biex jiġu identifikati l-assi tal-infrastruttura kritika u s-suxxettibbiltajiet tagħhom; iqis li huwa meħtieġ li jiġi mmappjat, traċċat u vvalutat l-aċċess taċ-Ċina u ta’ pajjiżi terzi oħra għall-infrastruttura kritika fl-UE u li wieħed jipproċedi b’mod konġunt b’miżuri ta’ mitigazzjoni fejn meħtieġ; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni, bl-appoġġ tal-Istati Membri, tiġbor inventarju eżawrjenti tal-assi kritiċi u tevalwa b’mod sistematiku l-vulnerabbiltà tagħhom għal influwenzi esterni; u għalhekk jitlob l-espansjoni tal-inizjattivi leġiżlattivi biex jiġu indirizzati tali riskji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkondividi mal-Parlament, qabel tmiem din il-leġiżlatura, analiżi dettaljata tar-riskji kummerċjali marbuta ma’ teknoloġiji bħas-semikondutturi, il-computing kwantistiku, il-blockchains, l-ispazju, l-intelliġenza artifiċjali u l-bijoteknoloġiji u l-ħtieġa possibbli għal azzjoni tal-UE f’dawn l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li r-Regolament dwar l-iskrinjar tal-IDB<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/452 tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni (ĠU L 79 I, 21.3.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> jindirizza r-riskji għas-sigurtà u għall-ordni pubbliku li jirriżultaw mill-investimenti li jkunu ġejjin minn barra l-UE; itenni l-valur miżjud ewlieni tal-mekkaniżmu ta’ skrinjar bħala għodda pertinenti li tagħti lill-UE u lill-Istati Membri ħarsa ġenerali strateġika aħjar u għarfien aqwa tas-sitwazzjoni tax-xejriet, il-miri, il-mezzi u l-metodi użati minn atturi barranin biex iżidu l-influwenza ekonomika u politika tagħhom; jappella biex l-istrumenti attwali li jindirizzaw l-IDB u s-sussidji barranin jiġu estiżi biex jinkludu proċeduri ġeneralizzati ta’ skrinjar għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti fi proġetti ta’ infrastruttura kritika tal-UE li jinkludu l-modi kollha ta’ parteċipazzjoni fi sforzi ta’ infrastruttura kritika, inklużi impriżi kollaborattivi, sħubijiet u trasferimenti tat-teknoloġija; jissottolinja wkoll li l-evalwazzjonijiet ta’ rutina ta’ proġetti ta’ infrastruttura kritika li jinvolvu partijiet ikkonċernati mhux tal-UE huma essenzjali u jemmen li dan il-proċess għandu jinkludi l-iskrutinju tal-istrutturi tas-sjieda, id-dipendenzi fi ħdan il-ktajjen tal-provvista, u t-trasferiment tat-teknoloġija assoċjata ma’ dawn il-proġetti; iqis ukoll li huwa neċessarju li jiġu stabbiliti standards ta’ diliġenza dovuta biex jiġi identifikat l-ingranaġġ taċ-Ċina fuq l-investituri fl-infrastruttura kritika tal-UE, u jenfasizza li dan l-approċċ għandu japplika b’mod ugwali għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi kandidati potenzjali; jisħaq li l-Istati Membri, fl-aħħar mill-aħħar, huma responsabbli mill-protezzjoni tal-infrastrutturi, iżda ma implimentawx b’mod sistematiku l-linji gwida attwali fil-qasam tal-IDB; jinsab imħasseb ħafna, f’dan ir-rigward, li mhux l-Istati Membri kollha għandhom fis-seħħ jew jużaw mekkaniżmi għall-iskrinjar tal-investiment barrani fl-infrastruttura kritika; jistieden b’mod urġenti lill-Istati Membri jimplimentaw b’mod konsistenti l-leġiżlazzjoni attwali relatata mal-IDB u dwar ir-reżiljenza tal-entitajiet kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jiddispjaċih, f’dan ir-rigward, dwar in-nuqqas ta’ skrinjar adegwat tar-riskji ta’ interferenza fl-akkwist pubbliku relatat mat-tagħmir tas-sigurtà, bħall-każ tal-kuntratt iffirmat mill-ajruport ta’ Strażburgu għall-installazzjoni ta’ skanners tas-sigurtà tal-ajruport u kanċelli fornuti mis-sussidjarja Ewropea tal-kumpanija Ċiniża Nuctech, parzjalment proprjetà tal-gvern Ċiniż u marbuta bil-politika tal- “Front Magħqud”; iwissi li kwalunkwe teknoloġija bħal din tista’ tinkorpora lakuni ta’ sigurtà intrinsiċi jew tiġi aċċessata matul il-manutenzjoni tagħha; min-naħa l-oħra, jilqa’ d-deċiżjoni tal-gvern Rumen li jtemm in-negozjati mal-Korporazzjoni China General Nuclear Power, CGNPC, dwar il-kostruzzjoni ta’ reatturi nukleari 3 u 4 f’Cernavoda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jisħaq, madankollu, li jrid jinstab bilanċ strateġiku bejn, minn naħa waħda, il-karattru miftuħ tas-suq uniku tal-UE u l-attraenza tiegħu għall-investiment, u, min-naħa l-oħra, id-difiża tal-infrastruttura kritika u l-awtonomija tal-UE, filwaqt li jitqiesu l-vulnerabbiltajiet tal-UE fil-qasam tas-sigurtà, speċjalment fir-rigward tal-koerċizzjoni ekonomika jew it-theddid għall-integrità tal-infrastruttura kritika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra modi kif iżżid l-impatt tal-opinjonijiet tagħha dwar l-iskrinjar tal-IDB, sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tas-suq uniku u ġirja lejn l-aktar livell baxx fost l-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jżidu l-armonizzazzjoni, inkluż billi jibnu għarfien espert xieraq, u biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-Regolament ta’ skrinjar tal-IDB; jemmen li hemm lok u ħtieġa li r-Regolament jissaħħaħ fir-rieżami li jmiss tiegħu fi tmiem is-sena; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva ambizzjuża dwar regolament rivedut li tindirizza l-lakuni kollha li ħarġu matul l-implimentazzjoni tiegħu, u tevalwa malajr il-possibbiltà ta’ proposta leġiżlattiva dwar mekkaniżmu ta’ skrinjar għall-investimenti ’il barra; jirrakkomanda l-bini ta’ mekkaniżmu ta’ skrinjar tal-investiment ’il barra propost fuq valutazzjoni tal-impatt li tinkludi konsultazzjoni xierqa man-negozji biex tiġi minimizzata kwalunkwe konsegwenza negattiva potenzjali fuq il-kompetittività Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jilqa’ l-approċċ il-ġdid ta’ “tnaqqis tar-riskji” fl-istrateġija Ewropea għas-sigurtà ekonomika proposta tal-20 ta’ Ġunju 2023, li għandha l-għan li timmassimizza l-benefiċċji tal-ftuħ ekonomiku tal-UE u li tipproteġi, tippromwovi u ssaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE, filwaqt li timminimizza r-riskji li jirriżultaw mid-dipendenzi ekonomiċi u l-istrumentalizzazzjoni possibbli tagħhom, inklużi investimenti u kollaborazzjoni f’riċerka f’teknoloġiji abilitanti ewlenin b’applikazzjonijiet militari, fost l-oħrajn, f’oqsma bħall-computing kwantistiku, semikondutturi avvanzati u l-intelliġenza artifiċjali; jitlob l-adozzjoni rapida tal-proposti tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw bis-sħiħ il-qafas regolatorju estiż tal-UE biex jeskludu entitajiet li jistgħu jikkontribwixxu għall-fużjoni militari-ċivili u jsibu alternattivi għal proġetti ffinanzjati miċ-Ċina fl-UE permezz tal-iżvilupp ta’ approċċ komprensiv għall-identifikazzjoni, il-valutazzjoni u l-ġestjoni komuni tar-riskji għas-sigurtà ekonomika Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon ukoll il-proposta tar-Rappreżentant Għoli u tal-Kummissjoni biex jiġi evitat il-ħrib ta’ teknoloġiji emerġenti sensittivi billi titfassal lista ta’ teknoloġiji b’użu doppju bbażata fuq kriterji definiti b’mod ristrett u li jħarsu ’l quddiem bħan-natura abilitanti u trasformattiva ta’ teknoloġija, ir-riskju ta’ fużjoni ċivili-militari u r-riskju tal-użu ħażin tat-teknoloġija għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw u jimplimentaw mill-aktar fis possibbli l-miżuri ta’ protezzjoni rilevanti għal dawn it-teknoloġiji b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, tfassal mekkaniżmu ta’ rispons rapidu għall-identifikazzjoni tal-użu doppju, jew l-użu ħażin, ta’ infrastrutturi fl-UE taħt is-sjieda, il-parteċipazzjoni jew il-konċessjoni Ċiniża, li jistgħu jintużaw biex jintemmu d-drittijiet ta’ konċessjoni u/jew tiġi sospiża l-kapaċità tad-dominju fil-każijiet ta’ sjieda u parteċipazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament kull sena dwar:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-identifikazzjoni tal-użu doppju possibbli ta’ infrastrutturi strateġiċi li jipprovdu appoġġ loġistiku u ta’ intelligence liċ-Ċina;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ir-rispett sħiħ tal-leġiżlazzjoni kummerċjali tal-UE, speċjalment fir-rigward tad-diliġenza dovuta, il-ġlieda kontra l-koerċizzjoni u l-oġġetti magħmula b’xogħol furzat li jidħlu fis-suq tal-UE;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ pożittivament l-adozzjoni tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep, li se jżid il-kapaċità tal-UE li tipproduċi semikondutturi u se joħloq mappa strateġika, fost l-oħrajn, tan-nuqqasijiet ta’ kapaċità fil-katina tal-valur tas-semikondutturi fl-UE, u b’hekk jillimita d-dipendenza tal-UE minn pajjiżi terzi bħaċ-Ċina; jappella għal aktar proposti maħsuba biex jassiguraw il-katini tal-produzzjoni u tal-provvista tal-infrastruttura kritika u tal-materjali kritiċi fi ħdan l-UE; jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw inizjattivi addizzjonali mmirati biex jippermettu koordinament u kollaborazzjoni aktar mill-qrib ma’ sħab u alleati tal-istess fehma, u jimmonitorjaw u jiżviluppaw aktar, fejn possibbli u f’konformità mal-għan tal-UE li tnaqqas aktar dipendenzi, kapaċitajiet ta’ produzzjoni globali u ktajjen tal-provvista fl-infrastruttura u l-materjali kritiċi li huma kruċjali għas-sigurtà u d-difiża tal-UE; jiġbed l-attenzjoni b’mod partikolari għat-Tajwan, li għandu rwol sinifikanti fil-ktajjen tal-provvista globali u fl-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; itenni l-appoġġ fit-tul tiegħu għall-Ftehim Bilaterali ta’ Investiment bejn l-UE u t-Tajwan u kwalunkwe arranġament ta’ benefiċċju reċiproku għall-kummerċ u l-investiment bilaterali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas leġiżlattiv ġdid biex jittaffew ir-riskji għas-sigurtà li ġejjin mill-fornituri tas-sistemi tal-kejbils sottomarini, inkluż permezz ta’ monitoraġġ aktar strett u rieżami frekwenti tal-istrutturi ta’ sjieda ta’ tali fornituri, l-investimenti preċedenti tagħhom f’sistemi tal-kejbils sottomarini u l-prossimità tas-sistemi tal-kejbils sottomarini għall-bażijiet militari Ewropej u alleati; jisħaq fuq il-bżonn li lill-fornituri ta’ sistemi tal-kejbils, bħall-kumpaniji Ċiniżi, jiġihom impedit li jaqsmu d-data mas-servizzi tal-intelligence bi skopijiet differenti minn dawk relatati mal-protezzjoni tal-infrastruttura minn intrużjonijiet esterni jew attakki malizzjużi; jappella f’dan ir-rigward għal inizjattivi mmirati lejn l-iżvilupp ulterjuri ta’ kumpaniji li għandhom sjieda Ewropea jew li huma bbażati fl-Ewropa fil-qasam tas-sistemi tal-kejbils sottomarini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja li r-reazzjonijiet tal-UE jridu jinbnew madwar fehim aqwa tas-sitwazzjoni strateġika rilevanti ċċentrata fuq valutazzjonijiet tat-theddid transpolitiċi u transnazzjonali u studji tal-vulnerabbiltà dwar l-infrastruttura kritika; huwa tal-fehma li approċċ deċentralizzat jew b’lakuni, nieqes minn viżibbiltà u skrutinju ċari fuq proġetti b’sinifikat strateġiku għad-difiża u s-sigurtà tal-Ewropa, jista’ jagħmel ħsara kbira lill-interessi ġeopolitiċi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> Id-Dipartiment Tematiku għar-Relazzjonijiet Esterni tad-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Esterni tal-Unjoni, “Security implications of China-owned critical infrastructure in the European Union” (Implikazzjonijiet għas-sigurtà tal-infrastruttura kritika li tappartjeni liċ-Ċina fl-Unjoni Ewropea), Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar fil-vulnerabbiltajiet marbuta mal-indħil barrani, speċifikament fl-ispazju tal-informazzjoni, u l-interazzjoni bejn il-proġetti tal-IDB u l-operazzjonijiet ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni minn atturi barranin malizzjużi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rabta bejn is-sigurtà interna u dik esterna: insaħħu r-reżiljenza tas-sħab l-aktar stretti tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-penetrazzjoni tar-RPĊ fis-suq tal-UE u fil-viċinat tagħha f’sens usa’; jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE quddiem l-influwenza Ċiniża, inkluż it-tnaqqis tar-riskju, id-diversifikazzjoni u t-tnaqqis tad-dipendenzi kritiċi, jiġu estiżi anki għas-sħab l-aktar stretti tal-UE, b’mod partikolari għall-pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni u għal dawk li huma parti mill-politika tal-viċinat tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li l-forzi navali tar-RPĊ għandhom mezzi u strumenti ġuridiċi biex jiżguraw li l-bastimenti u l-infrastrutturi ċivili Ċiniżi jkunu jistgħu jintużaw għal skopijiet militari u tas-sigurtà; iqis li ċ-Ċina tista’ tuża l-infrastruttura kummerċjali ċivili tagħha biex issostni l-preżenza tal-Armata Popolari ta’ Liberazzjoni fil-pajjiżi terzi; iwissi bil-fatt li l-fużjoni ċivili-militari tagħti lill-Armata Popolari ta’ Liberazzjoni l-aċċess għall-portijiet barranin, u tippermettilha tagħmel prepożizzjonament tal-appoġġ loġistiku biex issostni l-iskjeramenti navali sal-Oċean Indjan, sal-Baħar Mediterran u sal-Oċean Atlantiku; jissottolinja li r-riskji ta’ spjunaġġ huma ogħla meta l-attivitajiet kummerċjali ċivili Ċiniżi jkunu jinsabu f’ċentri loġistiċi qrib il-bażijiet navali tal-UE u tan-NATO jew fl-operaturi portwarji li ffirmaw ftehimiet biex ifornu appoġġ loġistiku lill-kumpaniji Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw b’mod urġenti l-ħtieġa li jitnaqqsu r-riskji ta’ spjunaġġ u sabotaġġ fl-infrastruttura kritika, b’mod partikolari dawk b’funzjoni militari, bħall-portijiet li jintużaw min-NATO; jisħaq, f’dan ir-rigward, li l-UE u n-NATO jridu jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw pjan fit-tul kontra l-istrateġija ta’ fużjoni militari-ċivili taċ-Ċina fl-Ewropa u jistieden l-implimentazzjoni sħiħa tar-rapport ta’ valutazzjoni finali tat-task force UE-NATO<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea, ”EU-NATO Task Force on the resilience of critical infrastructure: Final assessment reportˮ (Task Force UE-NATO dwar ir-reżiljenza tal-infrastruttura kritika: Rapport ta’ valutazzjoni finali), Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jinnota li l-portijiet huma portali għad-dinja u bħala tali jiżvolġu rwol kruċjali fl-ekonomija tal-UE; jinnota bi tħassib li l-entitajiet bi sjieda Ċiniża jew dawk ikkontrollati miċ-Ċina żiedu b’mod strateġiku l-ishma tagħhom fil-portijiet u fl-infrastruttura tal-portijiet Ewropej; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta qafas ta’ politika strateġika tal-UE biex tnaqqas u tillimita l-influwenza u l-kontroll operazzjonali miċ-Ċina u reġimi oħra; ifakkar ukoll li r-RPĊ tipproġetta l-poter tagħha ’il barra mill-pajjiż billi tuża network ta’ portijiet kummerċjali u faċilitajiet b’użu doppju li jipprovdu appoġġ loġistiku u ta’ intelligence lill-flotta navali Ċiniża; jinnota li fl-2022, il-kumpaniji Ċiniżi kienu s-sidien ta’ jew kienu joperaw terminals f’96 port f’53 pajjiż; jinnota barra minn hekk li f’mill-inqas disa’ portijiet, li tnejn minnhom jinsabu fl-Ewropa, il-bastimenti tal-gwerra tal-Flotta Navali tal-Armata għal-Liberazzjoni tal-Poplu (PLAN) għaddew minn tiswijiet jew manutenzjoni sinifikanti għall-bastimenti u t-tagħmir; jirrimarka li ż-żjarat navali jiżvelaw oqsma ta’ influwenza, żoni operattivi prijoritizzati, objettivi ta’ ġbir ta’ intelligence u prijoritajiet ta’ kooperazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>	Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ ġeopolitiku għall-kooperazzjoni globali dwar l-infrastruttura kritika sabiex l-UE tiffaċċja b’suċċess l-isfidi l-ġodda tas-sigurtà; jinnota li terz tal-infrastrutturi Afrikani kollha mibnija mill-2010, inkluż madwar 50 % tan-networks 3G fl-Afrika u 70 % tan-networks 4G tagħha, ġew iffinanzjati u mibnija minn intrapriżi tal-istat Ċiniżi; jissottolinja li, matul l-aħħar 20 sena, iċ-Ċina żiedet l-impenji kummerċjali, ta’ investiment u ta’ self tagħha b’USD 160 biljun mal-Gvernijiet Afrikani u mal-intrapriżi tal-istat tagħhom b’obbligi kuntrattwali skarsi jew opaki, b’mod predominanti fit-trasport, il-ġenerazzjoni tal-enerġija, l-estrazzjoni u t-telekomunikazzjoni; jenfasizza b’mod partikolari l-fatt li kumpanija tat-telekomunikazzjoni Ċiniża waħda bniet sa 70 % tal-infrastruttura tat-teknoloġija tal-informazzjoni fl-Afrika, kif ukoll ir-rwol tal-kumpaniji Ċiniżi fil-finanzjament, il-bini, l-espansjoni u r-rinnovazzjoni ta’ mill-inqas 14-il network tat-telekomunikazzjoni intergovernattiv Afrikan ta’ natura sensittiva; jesprimi tħassib li l-mudell Ċiniż huwa attraenti b’mod ċar għal ħafna pajjiżi li ma jistgħux jew mhumiex lesti li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE għall-aċċess għal livelli ekwivalenti ta’ finanzjament, u b’hekk jespandi l-influwenza Ċiniża għad-detriment tas-sħubijiet tal-UE u jiskatta riskji ta’ dejn mhux sostenibbli għal dawn il-pajjiżi, li jagħmel ħsara lill-iżvilupp fit-tul tagħhom għad-detriment tal-popolazzjoni lokali tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi, inkluż billi jattiraw investimenti mis-settur privat, biex jimplimentaw il-Pakkett ta’ Investiment tal-Global Gateway b’valur totali ta’ EUR 150 biljun, maqbul fis-sitt Summit bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana fi Frar 2022; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jimplimentaw malajr proġetti, speċjalment proġetti fanal, taħt l-inizjattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja bi tħassib l-istrateġija tar-RPĊ maħsuba biex tibni “bażi ta’ kooperazzjoni għall-ekonomija blu” tul il-kosti Afrikani, inkluż permezz tal-bini ta’ laneċ tas-sajd u ta’ faċilitajiet għat-tiswija tal-bastimenti, li jkunu jistgħu jintużaw ukoll għal skopijiet militari; jenfasizza li hemm nuqqas ġenerali ta’ dettalji u ta’ trasparenza rigward dawn il-ftehimiet u dawn il-liċenzji mal-pajjiżi Afrikani; jevidenzja l-konsegwenzi ġeopolitiċi potenzjali għall-UE, speċjalment fil-pajjiżi terzi li fihom l-UE hija impenjata;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>