<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0031</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE b’appoġġ tal-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0441/2023 - Rapporteur: Caroline Roose)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta' Jannar 2024 dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE b’appoġġ tal-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (2023/2073(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b’mod partikolari l-SDG 1 dwar il-qerda tal-faqar, l-SDG 7 dwar l-iżgurar tal-aċċess għal enerġija affordabbli, affidabbli, sostenibbli u moderna għal kulħadd, l-SDG 9 dwar l-industrija u l-infrastruttura, l-SDG 13 dwar l-azzjoni dwar il-klima, u l-SDG 5 dwar il-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet kollha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li għandu bħala objettiv primarju tal-politika tal-iżvilupp tal-UE t-tnaqqis tal-faqar u, fit-tul, il-qerda tal-faqar, u li jirrikjedi li “l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x’aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw’’,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3(5) u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddeskrivu l-impenn tal-Unjoni għal approċċ ibbażat fuq il-valuri għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp biex tiġi żgurata l-konsistenza tal-azzjoni esterna tagħha, filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji tal-Karta tan-NU u jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u r-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill, il-Parlament u l-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2017 dwar il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp – “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna”<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2022 dwar il-finanzjament għall-klima fid-dawl tas-27 Konferenza tal-Partijiet (COP27) tal-UNFCCC f’Sharm El-Sheikh fis-6-18 ta’ Novembru 2022, tal-25 ta’ Jannar 2021 dwar id-diplomazija dwar il-klima u l-enerġija – it-twettiq tad-dimensjoni esterna tal-Patt Ekoloġiku Ewropew, u tat-28 ta’ Novembru 2016 dwar l-enerġija u l-iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2023/1184 tal-10 ta’ Frar 2023 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi metodoloġija tal-Unjoni li tistipula regoli dettaljati għall-produzzjoni ta’ karburanti għat-trasport rinnovabbli likwidi u gassużi ta’ oriġini mhux bijoloġika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 157, 20.6.2023, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar il-Bank Ewropew tal-Idroġenu (COM(2023)0156),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Lulju 2020 bit-titolu “Strateġija għall-idroġenu għal Ewropa newtrali għall-klima” (COM(2020)0301),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Impenn estern tal-UE dwar l-enerġija f’dinja li qed tinbidel” (JOIN(2022)0023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tad-9 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Lejn strateġija komprensiva mal-Afrika” (JOIN(2020)0004),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-5 ta’ Jannar 2023 tar-Rapporteur Speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU dwar il-kwistjoni tal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem relatati mat-tgawdija ta’ ambjent sikur, nadif, san u sostenibbli bit-titolu “Women, girls and the right to a clean, healthy and sustainable environment” (In-nisa, il-bniet u d-dritt għal ambjent nadif, san u sostenibbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim ta’ sħubija ġdid bejn l-Unjoni Ewropea u l-membri tal-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku (OSAKP) (il-Ftehim ta’ Samoa), li se jidħol fis-seħħ ladarba l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu u jiġi ratifikat mill-Partijiet,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) tal-1992 u l-Protokoll ta’ Kjoto tagħha, il-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) tal-UNFCCC f’Pariġi, f’Diċembru 2015, l-adozzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi, l-ewwel ftehim universali u legalment vinkolanti li qatt sar dwar il-klima globali, u l-Ħames Rapport ta’ Valutazzjoni dwar it-Tibdil fil-Klima tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar l-Oċeani u l-Krijosfera fi Klima li qed tinbidel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-13 ta’ Settembru 2007,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-2022 dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet tal-Programm Ambjentali tan-NU, u t-tieni rapport ta’ sinteżi tiegħu dwar il-produzzjoni tal-fjuwils fossili (ir-Rapport tal-2021 dwar id-Diskrepanza fil-Produzzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut tal-Ambjent ta’ Stokkolma, l-Istitut Internazzjonali għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Istitut għall-Iżvilupp Barrani, l-E3G, u l-Programm tan-NU għall-Ambjent, “2021 Report – The Production Gap: Governments’ planned fossil fuel production remains dangerously out of sync with Paris Agreement limits” (Ir-Rapport tal-2021 – Id-Diskrepanza fil-Produzzjoni: Il-produzzjoni ppjanata mill-gvernijiet tal-fjuwils fossili għadha, b’mod perikoluż, mhux sinkronizzata mal-limiti tal-Ftehim ta’ Pariġi), 2021.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, approvati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fis-16 ta’ Ġunju 2011,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mandat ta’ politika tal-2018 tad-Dipartiment tal-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali tan-NU bit-titolu “Policy Brief #12: Global Progress of SDG7 – Energy and Gender” (Dokument ta’ Sintesi #12: Il-Progress Globali tal-SDG7 – Enerġija u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2022 tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli bit-titolu “World Energy Transitions Outlook 2022: 1.5 °C Pathway” (Prospettivi tat-Tranżizzjonijiet tal-Enerġija Globali għall-2022: l-objettiv ta’ 1,5 °C)<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli, “World Energy Transitions Outlook 2022: 1.5 °C Pathway, International Renewable Energy Agency” (Prospettivi tat-Tranżizzjonijiet tal-Enerġija Globali għall-2022: l-objettiv ta’ 1,5 °C, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli), Abu Dhabi, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport konġunt tal-2023 mill-Bank Dinji, l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli, in-NU u l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa bit-titolu “Tracking SDG 7: The Energy Progress Report, 2023” (It-Traċċar tal-SDG 7: ir-Rapport dwar il-Progress tal-Enerġija, 2023)<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, “Tracking SDG 7: The Energy Progress Report, 2023” (It-Traċċar tal-SDG 7: ir-Rapport dwar il-Progress tal-Enerġija, 2023), L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, Pariġi, Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-Unjoni Afrikana għall-Irkupru Ekoloġiku 2021-2027, li jipprovdi strateġija komprensiva mfassla biex tippromwovi inizjattivi ekoloġiċi, tnaqqas l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, tipproteġi l-ambjent u ssaħħaħ ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">L-Unjoni Afrikana, “The African Union green recovery action plan” (Il-pjan ta’ azzjoni tal-Unjoni Afrikana għall-irkupru ekoloġiku), L-Unjoni Afrikana, Addis Ababa, 2021.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Nairobi dwar it-Tibdil fil-Klima tal-Mexxejja Afrikani u s-Sejħa għal Azzjoni tas-6 ta’ Settembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar il-Klima u l-Iżvilupp tal-Poplu Afrikan tal-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/398, 23.11.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2023/398/oj?locale=mt.</FIELD></FOOTNOTE>, tal-25 ta’ Marzu 2021 dwar Strateġija ġdida UE-Afrika – sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU C 494, 8.12.2021, p. 80.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, tal-15 ta’ Jannar 2020 dwar il-Patt Ekoloġiku Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU C 270, 7.7.2021, p. 2.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>, tal-1 ta’ Diċembru 2016 dwar l-aċċess għall-enerġija fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU C 224, 27.6.2018, p. 167.</STRING></FIELD></FOOTNOTE> u tat-2 ta’ Frar 2012 dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE b’appoġġ għall-objettiv ta’ aċċess universali għall-enerġija sal-2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 239 E, 20.8.2013, p. 83.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna 2021-2025 (GAP III),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ Mejju 2022 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Amerka Latina u l-Karibew bit-titolu “Energy in Latin America and the Caribbean: access, renewability and efficiency” (L-Enerġija fl-Amerka Latina u l-Karibew: l-aċċess, ir-rinnovabbiltà u l-effiċjenza),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tas-16 ta’ Novembru 2000 bit-titolu “A new framework for decision-making” (Qafas ġdid għat-teħid ta’ deċiżjonijiet),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0441/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-enerġija hija fil-qalba tal-SDGs kollha, iżda r-Rapport dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli għall-2023<FOOTNOTE><FIELD> Id-Dipartiment tan-NU għall-Affarijiet Ekonomiċi u Soċjali, “The Sustainable Development Goals Report 2023: Special Edition – July 2023” (Ir-Rapport tal-2023 dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli: Edizzjoni Speċjali – Lulju 2023), New York, l-Istati Uniti, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> jikkonkludi li d-dinja għadha mhijiex fit-triq it-tajba biex jinkiseb aċċess universali għall-enerġija; billi l-enerġija hija fattur abilitanti fl-iżvilupp, b’mod partikolari l-iżvilupp tal-agrikoltura, tan-negozju, tal-komunikazzjoni, tal-edukazzjoni, tal-kura tas-saħħa u tat-trasport, u fil-funzjonament tal-istat;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-SDG 7 jistipula l-għan li jinkiseb aċċess sostenibbli għal enerġija affordabbli u nadifa sal-2030, b’mod partikolari billi jappella għal kooperazzjoni internazzjonali akbar biex jiġi aġevolat l-aċċess għar-riċerka, l-infrastruttura u t-teknoloġija dwar l-enerġija nadifa u rinnovabbli u biex jiġi promoss l-investiment għal dawn il-finijiet; billi huwa essenzjali li jissaħħu l-isforzi diplomatiċi biex titrawwem ambizzjoni politika akbar sabiex il-faqar enerġetiku jiġi indirizzat u jintemm b’mod effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, skont in-NU, minn nofs l-2023, madwar 733 miljun persuna madwar id-dinja, li 80 % minnhom jgħixu fl-Afrika sub-Saħarjana, għad ma għandhomx aċċess għal enerġija affordabbli, affidabbli, nadifa u ta’ kwalità għolja<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli, “Basic Energy Access Lags Amid Renewable Opportunities New Report Shows” (Skont rapport ġdid, hemm nuqqas ta’ aċċess bażiku għall-enerġija minkejja l-opportunitajiet fir-rigward tal-enerġija rinnovabbli), 6 ta’ Ġunju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-aċċess għall-enerġija jvarja ħafna bejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; billi 52 % tal-popolazzjoni tal-Afrika sub-Saħarjana tgħix mingħajr aċċess għall-elettriku u hija l-uniku reġjun fid-dinja fejn il-proporzjon ta’ persuni mingħajr elettriku qed jiżdied; billi din iċ-ċifra taħbi disparitajiet kbar, bi 30,4 % biss tal-popolazzjoni rurali tar-reġjun, meta mqabbla ma’ 80,7 % tal-popolazzjoni urbana tiegħu, li għandha aċċess regolari għall-enerġija; billi l-edukazzjoni hija rikonoxxuta bħala wieħed mill-aktar komponenti essenzjali tat-tnaqqis tal-faqar; billi l-aċċess għall-elettriku jappoġġja wkoll edukazzjoni ta’ kwalità, iżda 47 % biss tal-iskejjel fl-Afrika sub-Saħarjana għandhom l-elettriku;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ aċċess għall-elettriku f’ambjenti urbani jew periurbani jaffettwa l-popolazzjonijiet ta’ insedjamenti irregolari kbar, kif ukoll persuni spostati b’mod furzat u rifuġjati; billi anke meta jkun hemm aċċess għall-elettriku, il-kwalità tas-servizzi spiss tkun batuta;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-aċċess għal enerġija affordabbli, affidabbli, nadifa u ta’ kwalità għolja huwa saħansitra aktar diffiċli f’pajjiżi affettwati minn kunflitti u minn diżastri naturali; billi anke f’reġjuni li għandhom aċċess aħjar għall-enerġija, bħall-Asja u l-Paċifiku jew l-Amerka Latina u l-Karibew, hemm inugwaljanzi kbar bejn il-pajjiżi u fost il-popolazzjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-kriżi tal-enerġija kkawżata mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna għadha qed tħalli impatt kbir, bi prezzijiet għoljin tal-enerġija li jolqtu l-aktar lil dawk l-aktar vulnerabbli, b’mod partikolari fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-aċċess għall-enerġija huwa essenzjali għall-organizzazzjonijiet umanitarji u tal-iżvilupp biex jipprovdu għajnuna umanitarja effiċjenti, b’mod partikolari kura medika u ta’ emerġenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-projezzjonijiet attwali jissuġġerixxu li fl-2030, madwar 660 miljun persuna madwar id-dinja mhux se jkollhom aċċess għall-elettriku u madwar biljun mhux se jkollhom aċċess għal tisjir nadif sakemm ma titteħidx azzjoni xierqa;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi aċċess aħjar għal enerġija affordabbli u nadifa se jiftaħ tkabbir ekonomiku sostenibbli, jattira n-negozji u l-intraprenditorija u jtejjeb is-saħħa tal-bniedem, il-benesseri u s-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-faqar enerġetiku, definit bħala n-nuqqas ta’ sorsi ta’ enerġija sostenibbli, nodfa u sikuri, huwa, fost affarijiet oħra, kwistjoni dwar il-ġeneru, fejn in-nisa u l-bniet iqattgħu, bħala medja, sa 18-il siegħa fil-ġimgħa jiġbru l-fjuwils għat-tisjir<FOOTNOTE><FIELD> Programm ta’ Żvilupp tan-NU, “Energy and Gender Equality” (Enerġija u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi n-nisa huma sottorappreżentati ħafna fil-forza tax-xogħol tas-settur tal-enerġija madwar id-dinja, b’mod partikolari fir-rwoli maniġerjali; billi l-involviment tan-nisa bħala aġenti attivi f’soluzzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli, f’konformità ma’ GAP III tal-UE, se jtejjeb is-sostenibbiltà u jżid l-eżiti pożittivi tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-fjuwils tradizzjonali għat-tisjir (bijomassa solida, pitrolju u faħam) huma l-kontributuri ewlenin għall-emissjonijiet tal-karbonju, id-deforestazzjoni u t-tibdil fil-klima u jirrappreżentaw theddida għal saħħet in-nies; billi 2,4 biljun persuna madwar id-dinja jibbażaw fuq dawn il-fjuwils, u dan jirriżulta f’madwar 3,7 miljun mewta prematura fis-sena, bin-nisa u t-tfal ikunu l-aktar affettwati; billi fl-2019, l-Afrika waħedha rreġistrat 700 000 mewta mit-tniġġis tal-arja tal-unitajiet domestiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-finanzjament tal-UE għal fjuwils nodfa għat-tisjir huwa marġinali; billi anke meta jkunu jeżistu strateġiji ta’ tisjir nadif, l-implimentazzjoni hija batuta u ftit li xejn hemm finanzjament disponibbli, u għalhekk anke biex jinkiseb titjib żgħir huwa diffiċli, u l-livell ta’ adozzjoni u użu sostnut ta’ stufi tat-tisjir imtejba għadu baxx; billi anqas minn 10 % tan-nies li ma jkollhomx aċċess għal tisjir nadif jgħixu f’pajjiżi li għandhom politiki effettivi u biżżejjed finanzjament biex jinkiseb aċċess universali sal-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19 u ż-żieda fil-prezz tal-enerġija naqqsu l-progress fl-espansjoni tal-aċċess għal tisjir nadif; billi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jibbażaw ħafna fuq il-bijomassa għat-tisjir, l-UE għandha tappoġġja alternattivi għall-konsum tal-injam u tippromwovi soluzzjonijiet bħall-kukers solari;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ aċċess għal tisjir nadif iżid il-ħin li n-nisa u l-bniet iqattgħu jsajru; billi dan isaħħaħ id-distribuzzjoni inugwali tax-xogħol domestiku bejn l-irġiel u n-nisa; billi huwa stmat li l-aċċess għal tisjir nadif jagħti lin-nisa u lill-bniet medja ta’ siegħa u nofs oħra kuljum, li jistgħu jiddedikaw għad-divertiment u/jew l-edukazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw għandhom abbundanza ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, iżda spiss ma jkollhomx qafas politiku u regolatorju abilitanti u l-kundizzjonijiet industrijali u teknoloġiċi meħtieġa għall-iżvilupp u l-użu tal-enerġija sostenibbli; billi dawn jiffaċċjaw ukoll diversi sfidi, bħat-tibdil fil-klima, id-dejn eċċessiv u t-tkabbir demografiku malajr, li kollha jaffettwaw id-domanda u l-konsum tal-enerġija; billi pajjiżi bħan-Namibja u l-Angola huma involuti fi proġetti ambizzjużi tal-enerġija rinnovabbli; billi xi pajjiżi li qed jiżviluppaw għamlu progress notevoli fil-qasam tal-aċċess għall-enerġija, bħas-Senegal, ir-Rwanda u l-Kenja; billi jeħtieġ li jitqiesu l-kuntesti differenti f’kull pajjiż sabiex jinkisbu skoperti dwar l-aċċess għall-enerġija, b’livelli xierqa ta’ rieda politika u appoġġ tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-UE għandha tradizzjoni twila ta’ kooperazzjoni fl-enerġija fl-Afrika; billi l-UE flimkien mal-Istati Membri tagħha pprovdew il-maġġoranza l-kbira tal-finanzjament tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp għall-proġetti tal-SDG 7 fl-Afrika li ammontaw għal EUR 13,8-il biljun bejn l-2014 u l-2020; billi dan għadu mhux biżżejjed u jeħtieġ li jsir aktar sforz; billi huwa stmat li 53 % tal-iżborżi kienu fil-forma ta’ self, iżda dan id-dejn addizzjonali jnaqqas il-kapaċità ta’ dawn il-pajjiżi li jinvestu fl-SDGs, inkluż l-SDG 7; billi fl-2023, 21 pajjiż b’introjtu baxx fl-Afrika jinsabu f’sitwazzjoni ta’ dejn moruż jew f’riskju tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-flussi finanzjarji għall-enerġija għadhom ikkonċentrati fi grupp żgħir ta’ pajjiżi, u spiss iħallu l-pajjiżi l-anqas żviluppati lura; billi f’termini ta’ mmirar ġeografiku, tlieta biss mill-aqwa għaxar benefiċjarji huma pajjiżi l-anqas żviluppati, li juri li r-riżorsi għall-espansjoni tal-aċċess għall-enerġija u l-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku ma ġewx allokati skont l-ordni ta’ prijorità;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi t-tranżizzjoni tal-enerġija hija sottofinanzjata b’mod sever u persistenti fir-reġjuni li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati; billi l-Istitut tal-Governanza tar-Riżorsi Naturali jiddefinixxi l-limitu tar-riżorsi bħala l-falliment ta’ ħafna pajjiżi għonja fir-riżorsi li jibbenefikaw bis-sħiħ mill-ġid tagħhom fir-riżorsi naturali, u għall-gvernijiet f’dawn il-pajjiżi biex jirrispondu b’mod effettiv għall-ħtiġijiet tal-benesseri pubbliku<FOOTNOTE><FIELD> L-Istitut tal-Governanza tar-Riżorsi naturali, “The Resources Curse – the Political and Economic Challenges of Natural Resources Wind” (Is-Saħta tar-Riżorsi – L-Isfidi Politiċi u Ekonomiċi tal-Ġid tar-Riżorsi Naturali), NRGI Reader, Marzu 2015.</FIELD></FOOTNOTE>; billi d-dipendenza eċċessiva mill-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili tinvolvi riskju ta’ diversifikazzjoni ekonomika baxxa;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-UE għandha żżid il-finanzjament tal-enerġiji rinnovabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari fil-kuntest ġeopolitiku l-ġdid maħluq mill-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, filwaqt li tindirizza l-korruzzjoni u l-istituzzjonijiet dgħajfa, li jaggravaw il-problemi ta’ nuqqas ta’ finanzjament, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-biċċa l-kbira tal-proġetti ffinanzjati mill-UE għandhom l-għan li jippromwovu l-ġenerazzjoni tal-elettriku, iżda s-segment tad-distribuzzjoni huwa l-aktar dgħajjef, minkejja li huwa essenzjali biex jintlaħaq l-SDG 7; billi ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw għadhom jibbażaw fuq il-faħam bħala s-sors primarju tal-enerġija għall-ġenerazzjoni tal-elettriku;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-pajjiżi l-aktar affettwati mill-konsegwenzi negattivi tat-tibdil fil-klima għandhom l-anqas responsabbiltà għall-emissjonijiet; billi l-Afrika tospita kważi 18 % tal-popolazzjoni tad-dinja iżda tirrappreżenta anqas minn 6 % tal-użu globali tal-enerġija; billi l-Afrika hija responsabbli għal 3 % biss tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> relatati mal-enerġija fid-dinja; billi l-pajjiżi li jiffurmaw il-G20 jirrappreżentaw 80 % tal-emissjonijiet globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi s-Sħubija dwar l-Enerġija bejn l-Afrika u l-UE ġġeddet fi Frar 2022 biex tirrifletti l-Aġenda 2063 tal-Unjoni Afrikana u l-prijoritajiet tal-UE dwar it-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-enerġija, ir-REPowerEU u l-Portal Globali, li għandhom bħala objettiv tagħhom il-promozzjoni tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, inkluż għall-esportazzjoni lejn l-Ewropa; billi tħabbar pakkett ta’ investiment ta’ madwar EUR 150 biljun biex jappoġġja l-ambizzjonijiet komuni tal-kontinenti, kif stabbilit fl-Aġenda 2030 u fl-Aġenda 2063 tal-Unjoni Afrikana, bil-għan, fost l-oħrajn, li tiġi żgurata tranżizzjoni tal-enerġija li tkun kosteffettiva, moderna, effiċjenti, affidabbli, ekwa u ġusta;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi s-sħubija tal-UE għal tranżizzjoni tal-enerġija ġusta mal-Afrika t’Isfel hija eżempju tar-rieda tal-UE li tpoġġi lilha nnifisha bħala protagonist globali fit-tranżizzjoni tal-enerġija ġusta, u b’hekk tikkontribwixxi għad-dimensjoni esterna tal-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija u l-klima u tippromwovi l-ambizzjoni tal-Patt Ekoloġiku Ewropew madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-awtonomija tal-enerġija tal-Istati Gżejjer Żgħar li Qed Jiżviluppaw, li tibni fuq il-potenzjal kbir tagħhom ta’ enerġija rinnovabbli, għandha tibqa’ objettiv ċar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi dak li huwa ttikkettat bħala “idroġenu b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju” jista’ jinkludi wkoll idroġenu prodott bl-użu tal-enerġija nukleari u tal-gass naturali, li jfisser li mhux neċessarjament huwa mingħajr emissjonijiet; billi l-idroġenu ekoloġiku minn sorsi rinnovabbli huwa l-uniku tip ta’ idroġenu li jista’ verament jikkontribwixxi għan-newtralità klimatika fit-tul;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi r-REPowerEU tistabbilixxi mira ta’ importazzjoni ta’ 10 miljun tunnellata ta’ idroġenu ekoloġiku kull sena sal-2030; billi għal dan il-għan, fost inizjattivi oħra, f’Novembru 2022, il-Kummissjoni ffirmat memoranda ta’ qbil għal sħubijiet strateġiċi dwar l-idroġenu rinnovabbli man-Namibja u l-Eġittu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi skont ir-Rieżami Globali dwar l-Idroġenu tal-2023 tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, “Global Hydrogen Review 2023” (Rieżami Globali dwar l-Idroġenu tal-2023), 2023, u Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, “Hydrogen” (Idroġenu), 2023.</FIELD></FOOTNOTE>, 99 % tal-idroġenu prodott madwar id-dinja jsir mill-fjuwils fossili;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-idroġenu ekoloġiku għandu l-potenzjal li jaċċellera l-passaġġ għad-dekarbonizzazzjoni tal-produzzjoni industrijali fil-pajjiżi sħab, dment li dan ma jnaqqasx ir-ritmu tat-tranżizzjoni tal-enerġija lokali u jkun parti minn strateġija usa’ biex jitnaqqas il-konsum ġenerali tal-enerġija fil-pajjiżi żviluppati sabiex jiġu rispettati l-limiti planetarji; billi fl-istess ħin, madankollu, irid jitqies il-fatt li l-infrastruttura meħtieġa għall-idroġenu ekoloġiku hija intensiva fil-kapital u fit-teknoloġija, li t-trasport u l-ħżin tal-idroġenu fuq distanzi twal huma intensivi fl-enerġija u għaljin, u li l-produzzjoni fuq skala kbira tal-idroġenu ekoloġiku tirrikjedi ammonti kbar ta’ art u ilma;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-objettivi klimatiċi tal-2030 u l-2050 mhux se jintlaħqu mingħajr id-dekarbonizzazzjoni tas-setturi ewlenin diffiċli biex jitrażżnu; billi l-importazzjoni tal-idroġenu ekoloġiku minn pajjiżi terzi hija parti importanti mis-sħubijiet strateġiċi ġodda tal-UE; billi skont ir-Rieżami Globali dwar l-Idroġenu tal-2023 tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, l-isfidi tal-kostijiet qed jheddu l-profittabbiltà fit-tul tal-użu tal-produzzjoni tal-idroġenu; billi l-varar tal-produzzjoni tal-idroġenu jista’ jinvolvi r-riskju li jiġu estiżi l-prattiki tal-użu tal-fjuwils fossili u tal-estrattivi, inkluża l-approprjazzjoni possibbli fuq skala kbira tal-art, tal-ilma u tal-enerġija fil-pajjiżi produtturi li qed jiżviluppaw;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-materja prima kritika għandha rwol ċentrali fl-iżgurar tal-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tat-teknoloġiji tal-enerġija nadifa għal kulħadd, filwaqt li l-UE tinsab fil-proċess li tistabbilixxi qafas koerenti biex tiżgura l-provvista kontinwa, sikura u responsabbli tagħhom, filwaqt li żżomm id-drittijiet tal-bniedem u tappoġġja l-iżvilupp lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-enerġija rinnovabbli deċentralizzata fi grilji żgħar ħafna u mhux kollegata mal-grilja toffri soluzzjonijiet tajbin għall-komunitajiet remoti, b’mod partikolari f’termini ta’ ħolqien ta’ impjiegi, edukazzjoni u saħħa, iżda jeħtieġ li tkun akkumpanjata minn appoġġ pubbliku biex jinħoloq mudell ta’ negozju vijabbli u responsabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-espansjoni tal-enerġija rinnovabbli bbażata fuq l-enerġija solari u eolika, il-produzzjoni tal-idroġenu rinnovabbli u l-kostruzzjoni ta’ digi idroelettriċi joħolqu wkoll sfidi peress li jirrikjedu żoni kbar ta’ art, u b’hekk possibbilment jinterferixxu mal-użu eżistenti tal-art u mal-ħtiġijiet lokali, b’mod partikolari fir-rigward tal-aċċess għall-ilma, u jistgħu jikkawżaw l-ispostament tal-komunitajiet lokali u indiġeni, kif ukoll jagħmlu ħsara lill-ekosistemi u lill-ħabitats naturali; billi ż-żoni tal-art u tal-baħar li jistgħu jintużaw għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jeħtieġ li jiġu identifikati filwaqt li jitqies ir-rispett għall-bijodiversità, għall-ekonomija lokali u għall-kunsens tal-popolazzjonijiet indiġeni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi t-tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli hija mistennija li toħloq aktar impjiegi fis-settur tal-enerġija rinnovabbli; billi t-teknoloġiji rinnovabbli ġodda għandhom il-potenzjal li jiġġeneraw opportunitajiet ekonomiċi, li min-naħa tagħhom għandhom il-kapaċità li jappoġġjaw l-ilħuq tad-dritt għall-għajxien u x-xogħol deċenti; billi l-Afrika għandha futur promettenti fis-sistemi tal-enerġija rinnovabbli, li għandha 60 % tal-aqwa riżorsi solari fid-dinja iżda 1 % biss tal-kapaċità solari installata; billi l-Amerka Latina hija waħda mir-reġjuni ewlenin tad-dinja għall-użu u l-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, bejn l-2021 u l-2030, il-kapaċità globali tal-enerġija idroelettrika hija mistennija li tiżdied bi 17 %; billi l-akbar potenzjal tal-enerġija idroelettrika mhux sfruttat jinsab fl-ekonomiji li qed jiżviluppaw madwar l-Afrika, l-Asja u l-Amerka Latina; billi, madankollu, il-proġetti tal-enerġija idroelettrika fuq skala kbira huma assoċjati ma’ impatti soċjali u ambjentali negattivi li jvarjaw mill-ispostament ta’ popolazzjonijiet umani vulnerabbli għall-qerda ta’ bijodiversità unika; billi l-enerġija idroelettrika tqajjem sfidi ġodda fil-kuntest tat-tibdil fil-klima, li se jżidu b’mod drammatiku l-frekwenza tal-għargħar u tan-nixfiet fuq ix-xmajjar fejn joperaw il-proġetti tal-enerġija idroelettrika, u dan iżid ir-riskji kemm għas-sikurezza tal-proġetti kif ukoll għall-kapaċità tagħhom li jiġġeneraw l-elettriku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi l-UE u l-pajjiżi sħab jikkondividu responsabbiltà komuni iżda differenzjata biex jiksbu tranżizzjoni tal-enerġija sostenibbli; billi l-appoġġ tal-UE għall-proġetti tal-enerġija rinnovabbli jrid, l-ewwel nett, jissodisfa l-ħtiġijiet tal-popolazzjoni lokali qabel ma jappoġġja l-esportazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi x-xewqa ddikjarata ta’ ċerti pajjiżi li qed jiżviluppaw li jisfruttaw ir-riżorsi tal-idrokarburi tagħhom għandha tiġi analizzata wkoll fid-dawl tal-isforz tal-UE għal impenn globali fil-COP28 biex jitneħħew gradwalment il-fjuwils fossili; billi l-użu tar-riżorsi naturali għall-ġenerazzjoni tal-enerġija għandu l-potenzjal li joħloq opportunitajiet ekonomiċi, madankollu, billi jagħti prijorità lill-esportazzjoni tal-enerġija rinnovabbli, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jistgħu potenzjalment jipperikolaw it-tranżizzjoni tal-enerġija domestika tagħhom u jżidu s-sehem tal-konsum tal-fjuwils fossili fit-taħlita tal-elettriku tagħhom stess;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi skont l-Istitut Dinji tar-Riżorsi, 25 % tal-popolazzjoni tad-dinja qed tiffaċċja stress idriku kbir ħafna kull sena; billi l-ilmhuwa ċentrali għat-tkabbir tal-għelejjel u għat-trobbija tal-bhejjem, għall-ġenerazzjoni tal-elettriku, għaż-żamma tas-saħħa tal-bniedem, għat-trawwim ta’ soċjetajiet ekwi u għall-ilħuq tal-għanijiet klimatiċi tad-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi s-sistemi agroalimentari jikkunsmaw madwar 30 % tal-enerġija tad-dinja u terz tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tas-settur jiġu mill-użu tal-enerġija; billi t-tranżizzjoni tal-enerġija u t-trasformazzjoni tas-sistemi agroalimentari huma marbutin flimkien;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-promozzjoni tal-aċċess universali għall-enerġija nadifa </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-aċċess għal enerġija universali, affordabbli u sostenibbli huwa dritt bażiku tal-bniedem u prekundizzjoni għall-ilħuq tal-SDGs u tal-objettiv li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura; jirrikonoxxi, għal dan il-għan, ir-rwol tal-finanzjament pubbliku u privat; jisħaq li futur b’emissjonijiet żero netti tal-karbonju u l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jridu jimxu id f’id mad-diversifikazzjoni ekonomika, l-industrijalizzazzjoni ekoloġika, id-dekarbonizzazzjoni, it-tnaqqis tal-faqar u approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-iżgurar ta’ provvista stabbli tal-enerġija mhuwiex biss kwistjoni ekonomika u loġistika, iżda wkoll waħda ġeopolitika; ifakkar li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna kellha impatt serju fuq is-swieq globali tal-enerġija, b’mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li għad hemm bżonn ta’ azzjoni koordinata biex jiġu żgurati provvisti stabbli tal-enerġija u prezzijiet affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-UE trawwem l-aċċess għall-enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw permezz ta’ appoġġ politiku, regolatorju u amministrattiv, inkluż il-bini tal-kapaċitajiet u t-trasferimenti tat-teknoloġija; jinkoraġġixxi sħubijiet li jitbiegħdu mill-isfruttament tar-riżorsi fossili u jiffukaw fuq l-użu tal-enerġija nadifa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-investimenti ekoloġiċi jikkontribwixxu għall-iżvilupp soċjoekonomiku u parteċipazzjoni akbar mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fix-xenarju ġeopolitiku ġdid mingħajr konsum nett ta’ enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati soluzzjonijiet li jgħinu fit-twettiq tal-varar tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, inkluża l-enerġija mill-baħar u mix-xmajjar, filwaqt li tiġi protetta l-bijodiversità; jisħaq fuq il-potenzjal sinifikanti għall-installazzjoni ta’ faċilitajiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza l-ħtieġa ta’ ġestjoni olistika taż-żoni marittimi, li tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u li tirrispetta l-kunsens tal-komunitajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jimpenjaw ruħhom għall-ġustizzja enerġetika permezz tal-oqfsa regolatorji tagħhom, li għandhom jiżguraw aċċettazzjoni lokali, parteċipazzjoni komunitarja, protezzjoni tad-drittijiet tal-art u aderenza ma’ standards rikonoxxuti fuq livell internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, bil-għan li jiżguraw aċċess u enerġija affordabbli għal kulħadd; jissottolinja l-ħtieġa li s-sħubijiet tal-enerġija jintrabtu mal-adozzjoni ta’ oqfsa regolatorji u li tiġi pprovduta assistenza teknika għall-promulgazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jindika li s-sigurtà tal-enerġija tirrikjedi approċċ speċifiku għall-ġeneru; jisħaq li l-faqar enerġetiku jaffettwa b’mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet; jenfasizza l-involviment tagħhom ta’ kuljum fil-ġbir tal-ħatab għan-nar u tal-faħam ’l bogħod minn djarhom; jappella għall-inklużjoni tan-nisa bħala aġenti attivi fil-proċess ta’ tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż fiż-żoni ta’ konservazzjoni tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jitlob lill-UE żżid l-appoġġ tekniku tagħha fl-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-tranżizzjoni tal-enerġija, inkluż billi tagħti prijorità lil proġetti tal-enerġija reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru li jinvolvu organizzazzjonijiet tal-enerġija u negozji mmexxija min-nisa u tiżgura wkoll sjieda lokali, billi tingħata attenzjoni partikolari lill-pajjiżi l-anqas żviluppati u lill-pajjiżi b’introjtu medju li jbatu minn inugwaljanzi sinifikanti bejn il-pajjiżi f’termini ta’ aċċess għall-enerġija u t-tisjir nadif; jisħaq fuq l-importanza li tinġabar data diżaggregata skont il-ġeneru dwar l-aċċess għall-enerġija biex tiggwida l-azzjoni esterna tal-UE rigward l-enerġija; jindika li l-faqar enerġetiku jaffettwa wkoll lill-minoranzi u lill-komunitajiet emarġinati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-konsegwenzi fuq is-saħħa u l-ambjent tal-emissjonijiet domestiċi mill-injam li jintuża bħala fjuwil, bħall-mard respiratorju u kardjovaskulari u l-kanċer, id-degradazzjoni tal-foresti, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u t-telf tal-bijodiversità; jiġbed l-attenzjoni għar-riskju assoċjat mal-użu dejjem akbar ta’ fjuwils tat-tisjir mhux nodfa biex jaqdu l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-popolazzjoni li qed tikber, b’mod partikolari fl-Afrika sub-Saħarjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li f’ħafna postijiet, in-nies li jgħixu f’faqar estrem ma għadx għandhom aċċess għall-ħatab u li, konsegwentement, huma jsaħħnu u jsajru bl-użu ta’ materjali oħra li jinsabu madwar id-dar jew fil-qrib, bħat-tajers u sustanzi oħra li huma ta’ ħsara għas-saħħa; jenfasizza, f’dan l-isfond, li n-nisa u l-bniet huma affettwati b’mod sproporzjonat mit-tniġġis tal-arja domestika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jindika li l-pass li bih l-aċċess għal fjuwils tat-tisjir nodfa bħalissa qed jiġi estiż f’ħafna pajjiżi li qed jiżviluppaw mhuwiex mgħaġġel biżżejjed biex jintlaħqu l-miri relatati skont l-SDG 7 sal-2030; jirrikonoxxi l-isfidi b’diversi aspetti relatati mal-adozzjoni ta’ tisjir nadif u kukers xierqa li huma konformi mal-istandards tad-WHO; jitlob li titqajjem kuxjenza dwar ir-riskji għas-saħħa marbuta mat-tniġġis tal-arja tal-unitajiet domestiċi minn prattiki tradizzjonali tat-tisjir u dwar il-benefiċċji tal-alternattivi; iħeġġeġ lill-UE tappoġġja finanzjarjament, tippromwovi u tħeġġeġ azzjoni nazzjonali fil-pajjiżi sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob ukoll lill-UE tinkorpora l-aċċess għat-tisjir nadif bħala prijorità fis-sħubijiet tal-enerġija tagħha u l-programmi indikattivi pluriennali tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw u fl-ipprogrammar tal-kooperazzjoni fil-livelli lokali, reġjonali u nazzjonali; jisħaq fuq l-importanza ta’ konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili fil-prattika, b’mod partikolari mal-organizzazzjonijiet immexxija min-nisa, bil-għan li tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġi promossa diviżjoni aktar ugwali ta’ xogħol domestiku u ta’ kura bejn l-irġiel u n-nisa f’konformità mal-kunċett ta’ soċjetà ta’ kura; jindika l-opportunitajiet ippreżentati minn inizjattivi tal-Portal Globali bħall-Faċilità Moderna tat-Tisjir għall-Afrika u t-Tisħiħ tal-Ambjent Intraprenditorjali għal Inizjattivi ta’ Tisjir Nadif;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>jitlob, barra minn hekk, lill-UE tagħti attenzjoni partikolari lill-infrastruttura u lill-utilitajiet, inkluż il-kostruzzjoni ta’ sistemi tad-drenaġġ u l-aċċess għalihom, u l-aċċess tal-unitajiet domestiċi jew tal-komunità għal bjar jew għal sistemi ta’ purifikazzjoni tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-impatt devastanti tan-nuqqas ta’ aċċess għall-elettriku fuq il-ħtiġijiet bażiċi tal-popolazzjonijiet; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-elettrifikazzjoni prijorità fil-kooperazzjoni u s-sħubijiet tagħhom ma’ pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jsir investiment fil-kapaċità tal-ġenerazzjoni, speċjalment fl-Afrika sub-Saħarjana, sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ aċċess universali għall-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-opportunitajiet għall-aċċess għal enerġiji alternattivi, bħal riżorsi tal-enerġija ġeotermali mhux sfruttati; jindika li l-appoġġ għall-affordabbiltà tal-kostijiet tal-enerġija huwa kruċjali għall-espansjoni tal-aċċess għall-elettriku, b’mod partikolari fl-Afrika, fejn 30 % tal-popolazzjoni ma għandhiex il-mezzi biex tħallas għal pakkett essenzjali ta’ servizzi tal-elettriku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-ħtiġijiet dejjem jiżdiedu tal-enerġija fost ir-rifuġjati u l-persuni spostati internament li jgħixu fil-kampijiet; jesprimi dispjaċir għall-fatt li f’żoni iżolati u f’ambjenti umanitarji, in-nuqqas ta’ sigurtà fl-enerġija jipprevjeni lill-kliniċi tas-saħħa u lill-iskejjel lokali milli joperaw bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-linja baġitarja tal-għajnuna umanitarja fil-kuntest tar-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet umanitarji, inkluż billi tiżdied l-assistenza finanzjarja għall-iżgurar tal-provvista tal-enerġija fil-kampijiet, inkluż permezz ta’ proġetti ta’ distribuzzjoni ekoloġika mhux kollegati mal-grilja u fi grilji żgħar ħafna, sabiex jiġi ggarantit li l-organizzazzjonijiet umanitarji jkunu jistgħu jipprovdu għajnuna umanitarja bażika fuq il-post, b’mod partikolari kura medika u urġenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-appoġġ għat-tranżizzjoni tal-enerġija f’konformità mal-prinċipju ta’ koerenza tal-politiki għall-iżvilupp</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw koerenza tal-politiki għall-iżvilupp sostenibbli fl-aġenda esterna tal-enerġija tal-UE, li għandha tkun imfassla għall-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni l-impenn tiegħu favur il-ġustizzja tal-enerġija; jappella lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-implimentazzjoni ta’ reġimi tal-enerġija rinnovabbli bbażati fuq id-drittijiet li jikkontribwixxu b’mod effettiv għall-iżvilupp sostenibbli tagħhom; jemmen li l-prinċipju ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat għall-komunitajiet affettwati huwa prekundizzjoni għal tranżizzjoni tal-enerġija ekoloġika u ġusta ta’ suċċess; jenfasizza l-importanza tal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-enerġija u tal-ħiliet lokali u tal-inkoraġġiment tal-innovazzjoni teknoloġika, tat-trasferiment tat-teknoloġija u tal-kooperazzjoni teknika f’tali proġetti ta’ tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, meta jkun meħtieġ, fl-istabbiliment jew fit-tisħiħ ta’ oqfsa regolatorji li jiggarantixxu d-distribuzzjoni tal-enerġija u s-servizz universali fit-territorji tagħhom, kif ukoll il-kapaċità ta’ governanza tajba u t-trasparenza fi kwalunkwe proġett ta’ tranżizzjoni tal-enerġija; jitlob lill-UE ttejjeb l-assistenza teknika għar-riforma tas-sistemi tal-elettriku; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress miksub fit-titjib tal-aċċess għall-enerġija u r-regolamentazzjoni tas-settur tal-enerġija permezz ta’ proġetti u investimenti apposta tal-UE f’pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jenfasizza r-riskji potenzjali ta’ kunflitti dwar l-użu tal-art u l-użu tal-ilma, b’mod partikolari r-risistemazzjoni furzata u l-esproprjazzjoni għal installazzjonijiet tal-enerġija rinnovabbli fuq skala kbira; iħeġġeġ lill-UE, permezz tas-sħubijiet tagħha, tappoġġja lill-gvernijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>iwettqu mmappjar indipendenti u imparzjali tal-użu tradizzjonali tal-art u tal-ilma, inkluż għar-ragħa temporali, għall-wirt kulturali indiġenu u għas-sistemi ta’ bijodiversità ta’ valur għoli, qabel l-iżvilupp ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli, bil-għan li jinkoraġġixxu ppjanar sostenibbli tal-użu tal-art u jivvalutaw l-impatt ambjentali u soċjali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ifittxu kunsens liberu, minn qabel u infurmat mill-komunitajiet lokali, filwaqt li jiggarantixxu d-dritt tagħhom li jgħidu le, u d-drittijiet tagħhom għall-ġustizzja, ir-rimedju u l-kumpens jew ir-remunerazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jiddefinixxu kriterji ambjentali u soċjali u prattiki kummerċjali responsabbli f’konformità mal-oqfsa regolatorji internazzjonali u jiżguraw il-konformità tagħhom permezz ta’ mekkaniżmi ta’ sorveljanza u lmentar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jiżguraw il-protezzjoni tal-attivisti klimatiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jiffaċilitaw il-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-aħjar prattiki bejn il-pajjiżi u r-reġjuni li qed jiżviluppaw li rnexxielhom jimmaniġġjaw kunflitti dwar l-użu tal-art relatati ma’ proġetti tal-enerġija;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li għal xi proġetti tal-enerġija ekoloġika fuq skala kbira (bħall-enerġija mir-riħ u mix-xemx) bħal dawk li qed jiġu stabbiliti f’żoni ta’ art niexfa, pereżempju, hija essenzjali konsultazzjoni adegwata mal-utenti abitwali tal-art (bħar-rgħajja); ifakkar li d-drittijiet komunali tradizzjonali għandhom status legali pjuttost dgħajjef u ħafna drabi ma jiġux implimentati, li potenzjalment jistgħu jżidu r-riskju tal-ħtif tal-art; jitlob, f’dan l-isfond, li l-UE u l-pajjiżi sħab tagħha jirrikonoxxu u jipproteġu d-drittijiet tal-popli indiġeni għas-sjieda u l-kontroll konswetudinarji tal-artijiet u r-riżorsi naturali tagħhom, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni u l-Konvenzjoni 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u jikkonformaw mal-prinċipju ta’ kunsens liberu, minn qabel u infurmat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Istati Membri tal-UE li għadhom ma għamlux dan, għandhom jirratifikaw il-Konvenzjoni 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar popli indiġeni u tribali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi l-impatt li l-prattiki ta’ konverżjoni tal-enerġija b’użu intensiv tal-ilma, bħall-impjanti idroelettriċi u l-produzzjoni tal-idroġenu, jista’ jkollhom fuq il-komunitajiet agrikoli; jenfasizza l-effetti avversi tad-digi tal-enerġija idroelettrika fuq ix-xmajjar u l-bijodiversità, b’mod partikolari fl-estwarji, kif deskritt fir-rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tas-16 ta’ Novembru 2000, fost l-oħrajn; jisħaq, madankollu, fuq il-potenzjal li tiġi żviluppata l-enerġija ożmotika, b’mod partikolari fl-estwarji u fid-deltas, biex jiġu provduti soluzzjonijiet għall-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-proġetti kbar tal-enerġija idroelettrika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw spiss jiffaċċjaw firxa ta’ sfidi, inklużi kostijiet bil-quddiem projbittivi, kostijiet akbar milli ppjanat u dewmien, diffikultajiet biex jattiraw l-impronta finanzjarji, soċjali u ambjentali, vulnerabbiltà għat-tibdil fil-klima u xi rekords ħżiena fir-rigward tat-twassil tal-enerġija mwiegħda; jisħaq fuq l-importanza tal-promozzjoni ta’ proġetti sostenibbli tal-enerġija idroelettrika billi jitwettqu valutazzjonijiet komprensivi tal-impatt ambjentali u soċjali u tiġi żgurata parteċipazzjoni sinifikattiva tal-komunità; huwa tal-fehma li, meta possibbli, għandha tingħata prijorità lil tipi oħra ta’ proġetti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala żgħira u differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jisħaq li skont ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi tas-16 ta’ Novembru 2000, kwalunkwe ppjanar tad-digi għandu jiġi evalwat skont ħames valuri: l-ekwità, l-effiċjenza, it-teħid ta’ deċiżjonijiet parteċipattiv, is-sostenibbiltà u l-obbligu ta’ rendikont; jenfasizza, f’sens aktar wiesa’, li l-proċess għat-teħid tad-deċiżjonijiet fir-rigward tad-digi għandu jqis bis-sħiħ il-kunċett tad-drittijiet tal-bniedem, kif deskritt fid-Dikjarazzjoni Universali tal-1948 tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-ftehimiet relatati li ġew adottati wara, biex b’hekk jinstabu soluzzjonijiet għall-kwistjonijiet kumplessi li jirrigwardaw l-ilma, id-digi u l-iżvilupp; jissottolinja li l-UE għandha taħdem fil-kompetenza tas-sħubijiet tagħha mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex tiżgura li l-komunitajiet affettwati mill-proġetti tad-digi jiġu kkumpensati b’mod adegwat u pprovduti b’miżuri xierqa ta’ restawr għall-għajxien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fraġilità tal-faċilitajiet quddiem avvenimenti estremi tat-temp, kif enfasizzat mill-għargħar reċenti fil-Libja, li qered totalment inħawi sħaħ u wassal għal ħsara f’infrastruttura kritika; jisħaq fuq l-objettivi ewlenin tal-SDG 9, li jfittex li jibni infrastruttura reżiljenti, jippromwovi l-industrijalizzazzjoni sostenibbli u jrawwem l-innovazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, li l-Afrika tospita għadd dejjem akbar ta’ proġetti ta’ fjuwils fossili, u dan jirriskja li jżommha milli tagħmel tranżizzjoni f’waqtha għall-enerġija rinnovabbli; jinnota wkoll li għalkemm l-Afrika għandha 18 % tal-popolazzjoni dinjija, is-sehem tagħha mill-konsum globali tal-enerġija huwa ta’ 6 % biss; ifakkar li parti kbira mill-produzzjoni attwali taż-żejt, tal-gass u tal-faħam fl-Afrika hija destinata għall-esportazzjoni, filwaqt li l-kontinent għadu milqut mill-faqar enerġetiku; jenfasizza li huwa meħtieġ li jingħata prijorità lill-investiment fl-infrastruttura tal-enerġija rinnovabbli sostenibbli fl-Afrika, b’mod partikolari fil-komunitajiet rurali u emarġinati, permezz tal-istabbiliment ta’ sistemi tal-enerġija deċentralizzati u networks tal-grilja żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob lill-UE tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija li ma jinvolvux jew ma jibbażaw fuq l-espansjoni ta’ proġetti eżistenti jew ġodda tal-fjuwils fossili, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija; jisħaq fuq l-importanza ta’ sħubijiet ta’ benefiċċju għal kulħadd li jibbenefikaw minnhom ukoll il-pajjiżi esportaturi u l-popolazzjonijiet tagħhom f’termini ta’ enerġija rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jiddenunzja l-istandards doppji fejn l-istituzzjonijiet finanzjarji privati u pubbliċi fil-pajjiżi żviluppati qed iwegħdu dejjem aktar li jilħqu n-newtralità karbonika sal-2050 filwaqt li jiffinanzjaw l-iżvilupp u l-espansjoni tal-fjuwils fossili; jissottolinja li s-sejħiet għal pajjiżi b’introjtu baxx u medju biex inaqqsu d-dipendenza tagħhom fuq il-faħam mhux se jkunu effettivi sakemm il-pajjiżi żviluppati jkomplu jibbażaw b’mod deċiżiv fuq fjuwils fossili oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li alternattivi bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli jistgħu jipprovdu dejjem aktar sors ta’ enerġija orħos, aktar aċċessibbli, inklużiv u affidabbli; jisħaq fuq ir-rwol tal-enerġija rinnovabbli fiż-żieda tal-adattament u l-effiċjenza tas-sistemi agroalimentari; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jagħmlu l-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fis-sistemi agroalimentari prijorità fil-ftehimiet ta’ sħubija tagħhom ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrakkomanda t-twettiq ta’ eżerċizzju konġunt għall-ippjanar tat-tranżizzjoni tal-enerġija fil-qafas tas-sħubija bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana, li juża l-Assemblea Parlamentari Konġunta tal-Afrika, tal-Karibew u tal-Paċifiku u tal-UE u s-soċjetajiet ċivili Afrikani, filwaqt li jirrispetta s-sovranità tan-nazzjonijiet Afrikani; jirrakkomanda t-tfassil ta’ linji gwida dwar il-kondiviżjoni ġusta tal-investimenti, id-dħul, it-teknoloġiji u l-ħiliet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinkludu programmi ta’ edukazzjoni u taħriġ għall-popolazzjoni lokali fis-sħubijiet tal-enerġija tagħhom ma’ pajjiżi terzi sabiex jappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-enerġija fil-prattika u joħolqu opportunitajiet ta’ impjieg għall-komunitajiet lokali; jitlob bl-istess mod lill-UE żżid il-kooperazzjoni xjentifika mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar l-aċċess għar-riċerka u t-teknoloġiji tal-enerġija rinnovabbli; jemmen li l-matriċi ta’ ġenerazzjoni tal-enerġiji rinnovabbli għandha tinbidel sabiex ma tibqax tintuża minn perspettiva purament estrattivista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Ifakkar li d-Dikjarazzjoni ta’ Glasgow tal-2021 dwar l-Appoġġ Pubbliku Internazzjonali għat-Tranżizzjoni tal-Enerġija Nadifa timpenja lill-firmatarji biex itemmu appoġġ pubbliku dirett ġdid għas-settur tal-enerġija mill-fjuwils fossili; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex imexxu bl-eżempju u jwaqqfu l-finanzjament ta’ proġetti ta’ fjuwils fossili;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-idroġenu ekoloġiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol kruċjali tal-idroġenu ekoloġiku bħala għodda biex tiġi dekarbonizzata s-sistema tal-enerġija, jinkisbu emissjonijiet żero netti madwar id-dinja sal-2050 u jintlaħqu l-għanijiet tal-Ftehim ta’ Pariġi, iżda jfakkar fl-importanza tal-valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja li jqisu l-modi ta’ produzzjoni u trasport użati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iwissi kontra r-riskju potenzjali ta’ “saħta tal-idroġenu ekoloġiku” ġdida li trawwem id-dipendenza tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fuq l-esportazzjonijiet u tista’ teskludi l-investimenti fl-iżvilupp tas-swieq tal-enerġija lokali; jiddikjara li l-industrija tal-idroġenu ekoloġiku jista’ jkollha rwol kruċjali fl-iżvilupp ta’ pajjiżi li qed jiżviluppaw għonja fir-riżorsi jekk ikunu preżenti ċerti fatturi, bħall-governanza tajba, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta’ qafas legali sod, il-prevenzjoni tal-korruzzjoni, l-istat tad-dritt li jiffunzjona, u t-trasparenza fir-rigward tal-flussi finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-infrastruttura globali relatata mal-produzzjoni, il-ħżin, it-trasport, id-distribuzzjoni u l-konsum tal-idroġenu ekoloġiku, il-kostijiet tat-trasport fuq distanzi twal u l-impatt fuq il-klima, l-investimenti limitati u l-kapaċitajiet finanzjarji u r-riskji marbuta ma’ istituzzjonijiet dgħajfa u mal-korruzzjoni f’xi pajjiżi li qed jiżviluppaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jitlob lill-UE tappoġġja, b’mod partikolari permezz tal-inizjattiva tal-Portal Globali, sħubijiet ta’ benefiċċju għal kulħadd li jibbenefikaw minnhom kemm il-pajjiżi importaturi kif ukoll il-pajjiżi esportaturi u l-popolazzjonijiet tagħhom; jitlob, għal dan il-għan, lill-UE tappoġġja l-iżvilupp ta’ katina tal-valur tal-idroġenu ekoloġiku meta ġġib benefiċċji soċjali u ekonomiċi ugwali għall-pajjiżi esportaturi, b’mod partikolari f’termini tat-taħriġ u t-taħriġ mill-ġdid tal-popolazzjoni lokali, il-ħolqien tal-impjiegi, id-dekarbonizzazzjoni ta’ attivitajiet industrijali diffiċli biex jitrażżnu u l-aċċess għal mobilità u enerġija aktar nodfa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jitlob lill-UE tappoġġja d-diversifikazzjoni ekonomika u l-aċċess domestiku għall-elettriku u l-ilma, b’rispett sħiħ għall-ekosistemi u bil-għan li titnaqqas id-dipendenza eċċessiva fuq l-esportazzjonijiet tal-fjuwils fossili; jenfasizza li l-kollaborazzjoni msaħħa bejn in-negozji u l-SMEs tal-UE u tal-pajjiżi sħab, li tgħaqqad l-għarfien espert ta’ sħab differenti tal-istess fehma, tista’ toħloq passaġġ għal intraprenditorija soda fis-settur tal-idroġenu ekoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-espansjoni tal-idroġenu ekoloġiku jista’ jkollha impatti soċjali u ambjentali negattivi fin-Nofsinhar Globali, b’mod partikolari peress li tiddependi mill-estrazzjoni minerarja u l-użu ta’ materja prima u materjali tal-art rari, li jirrikjedu kwantitajiet kbar ta’ ilma ħelu u jiġġeneraw tniġġis tal-ilma; jisħaq fuq l-importanza li tiġi żviluppata sistema globali ta’ governanza tar-riżorsi li tagħti prijorità lis-sostenibbiltà, l-effiċjenza u ċ-ċirkolarità, bl-għan li titnaqqas id-domanda globali għal materjali verġni, filwaqt li jiġu rikonoxxuti wkoll l-isfidi biex jinkiseb dan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ approċċ sistemiku għall-valutazzjoni tal-opportunitajiet u l-konsegwenzi lokali tal-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku għall-ħtiġijiet Ewropej fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jisħaq li l-UE għandha tiżgura s-sostenibbiltà tal-materja prima kritika estratta, ipproċessata u riċiklata li hija fundamentali għall-idroġenu u t-teknoloġiji l-oħra b’emissjonijiet żero netti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota, bi tħassib, l-użu konfliġġenti tal-ilma assoċjat mal-estrazzjoni minerarja u l-iżvilupp ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli fuq skala kbira, bħall-faċilitajiet tal-idroġenu ekoloġiku; jafferma mill-ġdid li l-aċċess għall-ilma huwa dritt fundamentali tal-bniedem; jissottolinja l-ħtieġa li tittejjeb l-infrastruttura tal-ilma f’reġjuni fejn l-impjanti tal-estrazzjoni u tal-enerġija rinnovabbli huma prominenti bl-investiment f’faċilitajiet għat-trattament tal-ilma u f’sistemi ta’ riċiklaġġ tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ilma jiġi regolat bħala riżorsa għall-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku b’mod sostenibbli, b’mod partikolari fir-reġjuni aridi, inkluż permezz ta’ regolamenti ta’ implimentazzjoni li jawtorizzaw tekniki sostenibbli għall-provvista tal-ilma, użu effiċjenti tal-ilma, u l-minimizzazzjoni tar-rimi tal-ilma mormi, sabiex dan ma jipperikolax l-aċċess tal-popolazzjonijiet lokali għall-ilma jew ma jżidx il-kostijiet tal-ilma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota l-proliferazzjoni ta’ impjanti ta’ desalinizzazzjoni biex tiġi indirizzata l-iskarsezza tal-ilma; jirrikonoxxi li l-impjanti ta’ desalinizzazzjoni jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għall-komunitajiet lokali u għall-ekonomija domestika, iżda jindika li d-desalinizzazzjoni tal-ilma baħar jista’ jkollha impatti ambjentali kbar, b’mod partikolari fuq il-bijodiversità tal-baħar; jappella għall-promozzjoni ta’ approċċ sostenibbli għad-desalinizzazzjoni tal-ilma u ta’ soluzzjonijiet li ma għandhom l-ebda impatt fuq iż-żoni kostali, bħad-desalinizzazzjoni tal-baħar fond; jenfasizza li t-tnaqqis fl-użu tal-ilma u r-riċiklaġġ jew l-użu mill-ġdid tal-ilma mormi ttrattat spiss jiswew anqas mid-desalinizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jenfasizza r-riskji potenzjali tal-ħtif tal-ilma u tat-tniġġis tal-ilma assoċjati ma’ investimenti diretti barranin f’akkwiżizzjonijiet fuq skala kbira tal-art għall-enerġija rinnovabbli; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jippromulgaw standards obbligatorji ta’ diliġenza dovuta u ta’ rapportar relatati mal-ilma għall-korporazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinsisti li l-istrateġiji għall-idroġenu ekoloġiku jridu jsegwu standards soċjali u ta’ sostenibbiltà b’saħħithom; jitlob lill-UE tistabbilixxi oqfsa ta’ monitoraġġ xierqa fil-ftehimiet ta’ sħubija tagħha li jippermettu l-valutazzjoni tal-impatt usa’ tagħhom fuq il-prestazzjoni tal-SDGs, b’mod partikolari billi jiġu identifikati indikaturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza u jiġu stabbiliti miri li jistgħu jitkejlu; jitlob li jsiru studji obbligatorji dwar l-impatt ambjentali, inkluż għad-desalinizzazzjoni, u li l-hotspots tal-bijodiversità jiġu esklużi bħala siti għall-faċilitajiet tal-idroġenu ekoloġiku; jemmen li l-produzzjoni tal-idroġenu ekoloġiku għandha turi d-dipendenza fuq materjali miksuba skont standards ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem għall-attivitajiet estrattivi (pereżempju minn pajjiżi li huma firmatarji tal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi qafas ta’ governanza inklużiv għal ftehimiet ta’ sħubija li jinkludi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ “la tagħmilx ħsara” jiġi rispettat fil-konfront tal-komunitajiet lokali u li jintlaħqu l-istandards globali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Iż-żieda fil-finanzjament għal tranżizzjoni tal-enerġija ġusta </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jisħaq li l-finanzjament tal-UE għall-enerġija rinnovabbli għandu jkun konformi mal-prinċipji tal-ekwità, tas-sostenibbiltà u tal-ġustizzja klimatika, li jistgħu jinkludu, fost affarijiet oħra, l-assistenza għad-dejn, l-eżenzjoni u l-kanċellazzjoni tad-dejn, ir-ristrutturar tad-dejn u l-Fond għat-Telf u għall-Ħsara;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq li l-investimenti fl-idroġenu rinnovabbli prodott minn pajjiżi terzi għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji ta’ diliġenza dovuta rikonoxxuti fuq livell internazzjonali, inklużi iżda mhux limitati għall-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Imġiba Responsabbli fin-Negozju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-ammont ta’ Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp iddedikata għas-settur tal-enerġija, speċjalment skont l-Intestatura 6 tal-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, u b’mod partikolari fl-Afrika, filwaqt li jagħtu prijorità lill-għotjiet fuq is-self u jorjentaw mill-ġdid il-finanzjament lejn pajjiżi b’rati aktar baxxi ta’ aċċess għall-elettriku bil-għan li jiġu appoġġjati t-tranżizzjonijiet tagħhom ta’ enerġija nadifa u rinnovabbli f’konformità mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jinkoraġġixxi l-iżvilupp ta’ sħubijiet pubbliċi u privati kif ukoll programmi għall-iffaċilitar tat-trasferiment tal-għarfien u tat-teknoloġiji ekoloġiċi; jenfasizza li s-setturi tal-elettriku ta’ ħafna pajjiżi Afrikani għandhom karatteristiċi speċifiċi (bħal tkabbir qawwi fid-domanda, grilji żgħar, utilitajiet nazzjonali fraġli u l-kapaċità limitata tal-klijenti li jħallsu) li jridu jitqiesu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq li l-aċċess għall-finanzjament għal tranżizzjoni ġusta tal-enerġija jrid jiġi ssimplifikat u mħaffef għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jenfasizza li l-UE tista’ toffri soluzzjonijiet innovattivi biex titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u jiżdied is-sehem globali tal-enerġija rinnovabbli; jitlob, għal dan il-għan, li l-UE u l-Istati Membri tagħha jqisu swaps ta’ dejn għall-klima sabiex il-pajjiżi debituri li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jużaw il-flus dovuti biex jiffinanzjaw proġetti ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u mitigazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob, b’mod aktar wiesa’, li jsir operattiv mekkaniżmu ta’ swaps ta’ dejn għall-klima fit-tul fil-qafas tal-Inizjattiva ta’ Sospensjoni tas-Servizz ta’ Dejn tal-G20 u li jiġu allokati mill-ġdid id-Drittijiet Speċjali ta’ Prelevament tal-FMI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-finanzjament iddedikat biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jadattaw għat-tibdil fil-klima, u b’hekk jagħmlu s-sistemi tal-enerġija aktar reżiljenti kontra r-riskji klimatiċi; jissottolinja r-rilevanza tal-enerġija ekoloġika fil-proġetti tal-agroforestrija u tal-adattament għat-tibdil fil-klima, bħall-Ħajt il-Kbir l-Aħdar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-għadd ta’ programmi fl-ambitu tal-inizjattiva tal-Portal Globali li jagħtu prijorità lill-aċċess bażiku għall-elettriku u t-tisjir nadif, b’mod partikolari fil-pajjiżi l-aktar fil-bżonn; jisħaq fuq l-importanza tas-settur privat biex jiżdied il-finanzjament għall-aċċess bażiku għall-enerġija u t-tisjir nadif filwaqt li jiggarantixxi l-aċċess pubbliku u jsaħħaħ il-fornituri nazzjonali tal-enerġija pubblika; jistieden, għal dan il-għan, lill-Kummissjoni tuża l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli flimkien ma’ strument biex tappoġġja l-investimenti tas-settur privat fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex issaħħaħ l-infrastruttura tal-enerġija u tipprovdi aċċess aħjar għall-enerġija u t-tisjir nadif għall-użu domestiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE tappoġġja lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji għall-fjuwils fossili u tiffoka fuq teknoloġiji tat-tisjir effiċjenti, moderni u affordabbli; iħeġġeġ il-mobilizzazzjoni tal-investimenti u l-ħolqien ta’ ambjenti abilitanti biex jixprunaw it-tkabbir ta’ industrija robusta tat-tisjir nadif;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jitlob lill-UE u lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej għall-iżvilupp:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jidderieġu l-investimenti fis-segment tad-distribuzzjoni, b’mod partikolari l-elettrifikazzjoni rurali, u jagħtu prijorità lil sistemi tal-enerġija rinnovabbli deċentralizzati, fuq skala żgħira u mhux kollegati mal-grilja meta tali soluzzjonijiet ikunu aktar xierqa mill-estensjoni tal-grilja biex il-popolazzjonijiet rurali jkunu jistgħu jaċċessaw l-elettriku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jikkoordinaw l-investimenti fost istituzzjonijiet differenti biex jimmassimizzaw l-impatt u jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jiżguraw li jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem indipendenti u imparzjali u li s-salvagwardji u r-rimedji ta’ governanza, soċjali u ambjentali kollha meħtieġa jiġu implimentati u monitorjati kif xieraq, inklużi l-linji gwida dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-pussess tal-art;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jiżguraw li l-komunitajiet lokali jiġu inklużi u infurmati kif xieraq matul il-fażijiet kollha tal-ippjanar u t-twettiq tal-proġett;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jimplimentaw u japplikaw b’mod strett l-approċċ ibbażat fuq id-drittijiet, jipprovdu mekkaniżmi effettivi ta’ lmentar u rimedju, f’konformità mal-istandards internazzjonali ta’ prattiki kummerċjali responsabbli, u jirrikjedu studji tal-impatt għal proġetti, b’mod partikolari fir-rigward tat-tibdil fil-klima, l-inugwaljanzi u l-ispostament tal-popolazzjonijiet lokali, inkluż fi proġetti fl-ambitu tal-inizjattiva tal-Portal Globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jiżguraw li kwalunkwe proġett ta’ digi b’finanzjament approvat jirrispetta l-linji gwida tal-Kummissjoni Dinjija dwar id-Digi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jappoġġjaw proġetti lokali u reġjonali ta’ interkonnessjoni tal-elettriku;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>joffru appoġġ tekniku u inizjattivi għall-bini tal-kapaċitajiet biex jagħtu s-setgħa lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jimplimentaw proġetti tal-enerġija nadifa b’mod effettiv;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi data diżaggregata dwar l-ammont ta’ investimenti fl-aċċess għall-enerġija sabiex jinżamm rendikont ta’ kemm huwa allokat għall-SDG 7, kif ukoll biex tiġi pprovduta data dwar l-indikatur ewlieni tal-prestazzjoni “Kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli installata (MW) bl-appoġġ tal-Unjoni” identifikat fl-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjonijiet tal-COP28 tal-2023, li għall-ewwel darba fl-istorja jappellaw għal tranżizzjoni li titbiegħed mill-fjuwils fossili u għal impenn ċar rigward il-mira ta’ 1,5 gradi, biex tittieħed azzjoni lejn il-kisba, fuq skala globali, tat-triplikar tal-kapaċità tal-enerġija rinnovabbli u tal-irduppjar tat-titjib fl-effiċjenza enerġetika sal-2030, u biex jiġi promoss fuq livell globali approċċ iċċentrat fuq in-nies għall-finanzjament tal-klima u għall-proġetti tal-infrastruttura tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jitlob lill-UE jkollha rwol ewlieni fin-negozjati dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu miġġielda l-effetti dannużi tal-użu ta’ fjuwils li jniġġsu, filwaqt li jiġi promoss l-iżvilupp ta’ enerġija sostenibbli u nadifa;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna kif ukoll lill-Bank Ewropew tal-Investiment.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>