<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0032</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Dinjiet virtwali – opportunitajiet, riskji u implikazzjonijiet politiċi għas-suq uniku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0397/2023 - Rapporteur: Pablo Arias Echeverría)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar id-dinjiet virtwali – opportunitajiet, riskji u implikazzjonijiet politiċi għas-suq uniku (2022/2198(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal kif elaborati fil-Kumment Ġenerali Nru 25 tagħha dwar id-drittijiet tat-tfal fir-rigward tal-ambjent diġitali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A9-0397/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi d-dinja tinsab għaddejja minn trasformazzjoni bla preċedent ikkaratterizzata mid-diġitalizzazzjoni, li qed tħalli bidliet profondi fl-isferi kollha tal-ħajja ekonomika, politika u soċjali tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi d-diġitalizzazzjoni ġġib magħha abbundanza ta’ opportunitajiet f’oqsma bħall-mediċina, il-kultura, l-edukazzjoni, l-ekonomija, is-sigurtà u l-infurzar tal-liġi, u għandha l-potenzjal li tikkontribwixxi biex jissolvew problemi globali relatati mal-faqar u l-inugwaljanza, is-sostenibbiltà kif ukoll li tiddemokratizza l-proċessi u l-aċċess għall-edukazzjoni u l-għarfien; billi toffri wkoll possibbiltajiet ġodda biex tavvanza l-proċess ta’ tranżizzjoni lejn soċjetajiet aktar sostenibbli u ġusti, jekk tkun iggwidata fid-direzzjoni t-tajba minn politiki xierqa; billi l-indirizzar tad-distakk diġitali, li bħalissa jaffettwa 46 % tal-Ewropej, għadu jirrikjedi investiment sinifikanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi t-trasformazzjoni diġitali tinvolvi wkoll sfidi sinifikanti li jaf iwassluna nirrieżaminaw ħafna mill-kunċetti u n-normi li s’issa sostnew il-progress ekonomiku u soċjali tagħna filwaqt li nżommu intatti l-prinċipji u l-valuri fundamentali ewlenin tagħna, bħal pereżempju l-politiki kulturali u l-liġi dwar id-drittijiet tal-awtur; billi ġiet osservata konċentrazzjoni eċċessiva tas-suq fl-ekonomija diġitali; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitnaqqsu d-dipendenzi teknoloġiċi fuq pajjiżi mhux tal-UE billi nimxu lejn approċċ Ewropew għad-dinjiet virtwali Ewropej, li jinkludi kemm lil operaturi ikbar kif ukoll dawk iżgħar f’diversi livelli tal-katina tal-valur;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-UE, is-sensibilizzazzjoni kemm dwar il-potenzjal ta’ teknoloġiji emerġenti kif ukoll dwar l-isfidi ppreżentati mill-akkumulazzjoni tal-poter minn ġganti diġitali skattat il-ħtieġa li jiġu stabbiliti mill-ġdid kundizzjonijiet ekwi fis-suq diġitali, li jwasslu għal azzjoni politika u leġiżlattiva; billi l-istituzzjonijiet tal-UE għamlu t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali bħala qasam ta’ prijorità tal-azzjoni u tat-tfassil tal-politiki, u stabbilew regoli f’konformità mal-valuri tal-UE, il-prinċipji tal-ekwità u tal-kompetizzjoni ġusta, u d-drittijiet fundamentali, filwaqt li żguraw awtonomija u indipendenza strateġiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi t-tranżizzjoni għall-Web 4.0 u l-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali jistgħu jkunu parti sinifikattiva mill-futur tad-diġitalizzazzjoni u jistgħu jkunu wieħed mill-elementi kostruttivi sinifikattivi potenzjali għat-tlestija tas-suq uniku diġitali; iqis li d-diġitalizzazzjoni, li hija integrali għall-Web 4.0, għandha tiġi integrata b’mod armonjuż fis-Suq Uniku Diġitali mingħajr ma jinħolqu ostakli; jirrikonoxxi li filwaqt li d-dinjiet virtwali jistgħu jikkomplementaw id-dinja reali bħala għodda addizzjonali, huma m’għandhomx jeħdulha postha u m’għandhomx iwasslu għall-esklużjoni tal-konsumaturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi d-dinjiet virtwali jippreżentaw riskji sinifikanti f’diversi oqsma, bħas-saħħa mentali, il-kompetizzjoni, il-protezzjoni tad-data, u l-protezzjoni tal-konsumatur, inkluż għal gruppi vulnerabbli bħall-minorenni, l-anzjani, u l-persuni b’diżabbiltà; billi hija meħtieġa wkoll aktar riċerka f’dan il-qasam; billi d-dinjiet virtwali jippreżentaw ukoll sfidi multidimensjonali li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: il-kontenut iġġenerat mill-utenti, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, miżuri taċ-ċibersigurtà u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem; billi l-esperjenza tad-dinjiet virtwali tista’ tippreżenta sfidi għan-nisa; skont l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), mara minn kull għaxra esperjenzat xi forma ta’ vjolenza ċibernetika mill-età ta’ 15-il sena; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-Vjolenza kontra n-Nisa ddikjarat li t-teknoloġiji l-ġodda inevitabbilment se jwasslu għal manifestazzjonijiet differenti u ġodda ta’ vjolenza online kontra n-nisa; iqis li l-iżbilanċ bejn il-konsumatur u n-negozjant online jista’ jiġi aggravat fid-dinjiet virtwali; jissottolinja li t-teknoloġiji ma jridux jitfasslu biex jimmanipulaw l-imġiba tal-konsumaturi; jinnota l-għadd u l-varjetà dejjem jikbru ta’ prodotti, inklużi prodotti finanzjarji, marbuta ma’ dinjiet virtwali, bħal pereżempju x-xiri ta’ assi virtwali, avatars u oħrajn; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm studji mmirati u konsultazzjoni estiża mal-esperti f’oqsma differenti, mill-ekonomija sal-psikoloġija san-newrospeċjalisti, sabiex jiġi żviluppat qafas leġiżlattiv adattat għal dan l-iskop; jilqa’ l-ħidma tal-industrija f’dan ir-rigward filwaqt li jissottolinja li jista’ jsir aktar;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Prinċipji ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Inizjattiva tal-UE dwar il-Web 4.0 u d-dinjiet virtwali: vantaġġ inizjali fit-tranżizzjoni teknoloġika li jmiss” (COM(2023)0442); jissottolinja li kwalunkwe strateġija trid tkun sostenibbli u ċċentrata fuq il-bniedem, filwaqt li tipproteġi l-valuri tal-Unjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota l-isfidi assoċjati man-nuqqas ta’ definizzjoni rikonoxxuta jew maqbula b’mod universali ta’ dinjiet virtwali, li jwasslu wkoll għal nuqqas ta’ koordinazzjoni tal-politiki fil-livell nazzjonali u ogħla; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiddefinixxi d-dinjiet virtwali b’mod li jkun allinjat ma’ karatteristiċi konsenswali bħall-immersività, is-sinkroniċità u l-persistenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li ssir differenza ċara bejn l-istrumenti diġitali eżistenti u teknoloġiji emerġenti possibbli oħra, abbażi tar-riċerka, studji xjentifiċi u speċifiċitajiet tekniċi sodi, filwaqt li tiġi esplorata l-ħtieġa għal standardizzazzjoni tas-settur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-suq intern u l-ħarsien tal-konsumatur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Josserva li, għalkemm il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għadha ma tindikax il-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva preċiża, huwa madankollu importanti li ssir valutazzjoni bir-reqqa tal-kwistjonijiet kollha relatati mal-iżvilupp tad-dinjiet virtwali u l-kopertura effettiva tagħhom mil-leġiżlazzjoni eżistenti; jissottolinja li suq uniku diġitali reali jista’ jikkontribwixxi b’mod deċiżiv għall-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali u jsaħħaħ il-ħila tal-UE li tikkompeti fil-livell dinji; iqis li qafas regolatorju ċar u komprensiv hu ta’ importanza vitali, b’mod partikolari meta t-teknoloġija tilħaq il-maturità, biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi li jisfruttaw il-potenzjal sħiħ tad-dinjiet virtwali u jippermettu t-tkabbir ekonomiku tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-aħħar żviluppi regolatorji f’dan ir-rigward, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (ir-Regolament (UE) 2022/2065<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) (ĠU L 277, 27.10.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>), l-Att dwar is-Swieq Diġitali (ir-Regolament (UE) 2022/1925<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) (ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>), u l-Att dwar id-Data (2022/0047(COD) li daqt se jiġi approvat mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew); jinnota wkoll il-proposta għal att dwar l-intelliġenza artifiċjali, u l-att dwar ir-reżiljenza ċibernetika u n-negozjati li jinsabu għaddejjin dwaru; iqis li l-Kummissjoni għandha twettaq kontrolli regolari dwar l-adegwatezza u l-konsistenza tal-qafas leġiżlattiv tas-suq uniku diġitali, biex tindirizza l-opportunitajiet ġodda, ir-riskji u kwistjonijiet oħra li jistgħu jinqalgħu mad-dinjiet virtwali u, fejn meħtieġ, tressaq proposti leġiżlattivi; jemmen li l-eżitu ta’ tali kontrolli għandu jsir pubbliku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li timmonitorja l-iżvilupp tad-dinjiet virtwali; jistieden lill-Kummissjoni tabbozza rapport dwar dan is-suġġett kull sentejn u tgħaddih lill-Parlament u lill-Kunsill; jitlob lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni lill-emerġenza potenzjali ta’ problemi fil-Web 4.0 li diġà jeżistu fil-Web 3.0, bħall-proliferazzjoni tad-diżinformazzjoni, it-tixrid ta’ kontenut illegali, is-serq tal-identità diġitali, iċ-ċiberkriminalità, il-ksur tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, iċ-ċiberterroriżmu, l-użu ħażin tad-data personali, imġiba manipulattiva jew disinn li joħloq dipendenza tas-servizzi diġitali, il-frodi, il-kontenut terroristiku online, l-abbuż sesswali tal-minorenni u l-bullying ċibernetiku, fost l-oħrajn, u tqis il-leġazzjoni rilevanti eżistenti, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali, u l-leġiżlazzjoni futura li għandha l-għan li tindirizza dawn il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jindika l-potenzjal ekonomiku sinifikattiv tad-dinjiet virtwali, u l-ħtiġijiet dejjem jikbru għal investiment fl-infrastruttura meħtieġa u fir-riċerka, l-innovazzjoni u t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet relatati; jisħaq li l-kostijiet globali ta’ tali investimenti għandhom jimmiraw li jkollhom impatt newtrali fuq il-prezzijiet finali għall-konsumaturi; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiżdiedu r-riżorsi disponibbli fil-livell tal-UE biex jintlaħqu dawn l-objettivi; jenfasizza r-rwol tar-realtà virtwali (VR), ir-realtà awmentata (AR) u r-realtà mħallta (XR) bħala teknoloġiji kruċjali għall-iżvilupp u t-tkabbir tad-dinjiet virtwali, li jipprovdu lill-utenti b’esperjenzi immersivi u interattivi, filwaqt li jinnota wkoll li l-applikazzjonijiet industrijali l-użu mill-konsumaturi jippreżentaw sfidi differenti u jeħtieġu approċċi differenzjati; jinnota wkoll li l-iżvilupp ta’ xi mudelli tal-intelliġenza artifiċjali, bħall-intelliġenza artifiċjali ġenerattiva, jista’ jkollu rwol kruċjali fil-ħolqien u t-tisħiħ tal-ambjenti virtwali; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib anke l-iżvilupp rapidu ta’ din it-teknoloġija u l-impatt tagħha fl-ekosistema diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jindika wkoll l-impatt pożittiv potenzjali li dawn l-iżviluppi jista’ jkollhom fuq l-impjiegi, inkluż il-ħolqien ta’ impjiegi ġodda f’oqsma bħall-arkitettura tad-dinjiet virtwali jew il-ħolqien tal-kontenut; jisħaq fuq il-ħtieġa li jsir investiment f’inizjattivi ta’ taħriġ mill-ġdid biex tiġi edukata l-forza tax-xogħol eżistenti fl-UE, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika lill-gruppi sottorappreżentati f’dan is-settur; jenfasizza l-importanza li jsir investiment fl-iżvilupp ta’ ħiliet xierqa u li dan jiġi promoss biex tiġi żgurata l-provvista ta’ ħaddiema li jkollhom talenti u ħiliet adatti għal dawn l-impjiegi fl-UE, kif ukoll li jinħolqu kundizzjonijiet attraenti biex it-talent tal-UE jinżamm, jiġi attirat talent barrani u jiġu promossi l-intraprenditorija u l-innovazzjoni fit-territorju tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jindika l-impatt potenzjali pożittiv kif ukoll negattiv tat-teknoloġiji u l-prodotti l-ġodda fuq il-konsumaturi, fuq saħħithom, u fuq il-ħajja soċjali u ekonomika tagħhom; Jenfasizza l-potenzjal tad-dinjiet virtwali f’ambjenti industrijali u professjonali, b’mod partikolari għat-taħriġ u l-ħolqien ta’ prototipi, filwaqt li jenfasizza l-impatti usa’ fuq il-ħaddiema; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mad-drittijiet tal-ħaddiema u livell għoli ta’ protezzjoni tal-ħaddiema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-kumpaniji li qed imexxu l-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali huma stabbiliti barra mill-UE, teżisti ekosistema vibranti u li qed tevolvi fl-UE; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tkun minn ta’ quddiem fit-tfassil ta’ dinjiet virtwali bħala ekosistemi li jirrispettaw u jippromwovu l-valuri tal-UE, id-drittijiet fundamentali, u l-ogħla livell ta’ protezzjoni tal-konsumatur; jindika l-importanza li jitrawmu kundizzjonijiet ekwi li jippromwovu l-espansjoni tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju Ewropej u l-emerġenza ta’ kumpaniji Ewropej kompetittivi, kif ukoll ekosistemi deċentralizzati u interoperabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jinħoloq qafas ta’ politika xieraq u li jkun hemm parteċipazzjoni fi djalogi internazzjonali, b’mod partikolari ma’ pajjiżi mhux tal-UE iżda huma tal-istess fehma, għal approċċi kkoordinati għad-dinjiet virtwali; jisħaq fuq l-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini Ewropej dwar l-użu responsabbli ta’ dawn id-dominji diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jirrikonoxxi li ġew żviluppati dinjiet virtwali multipli minn impriżi differenti fl-assenza ta’ standards, regolamenti u pjattaformi interoperabbli miftuħa u komuni; jissottolinja li dawn id-dinjiet virtwali bħalissa qed jiġu żviluppati minn għadd limitat ta’ impriżi li għandhom ir-riżorsi u l-fondi meħtieġa biex jiżviluppawhom; iqis li l-interoperabbiltà u l-istandards miftuħa jistgħu jikkontribwixxu għall-prevenzjoni ta’ kważimonopolji jew ta’ abbużi ta’ pożizzjoni dominanti għad-detriment tal-konsumaturi u tan-negozji Ewropej, b’mod speċjali l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tinvolvi ruħha mal-istituzzjonijiet eżistenti ta’ governanza tal-internet b’diversi partijiet ikkonċernati biex jiġu żviluppati standards u regoli ta’ governanza komuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tappoġġja l-inizjattivi li għaddejjin ta’ diversi partijiet ikkonċernati li bħalissa qed jiżviluppaw standards, inklużi dawk tal-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi u organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili; jirrakkomanda studju komprensiv dwar dinjiet virtwali interoperabbli; jenfasizza l-potenzjal li jirrappreżenta l-ħolqien tal-spazji Ewropej tad-data għall-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li d-dinjiet virtwali jkunu miftuħa, inklużivi u aċċessibbli, li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni akbar ta’ persuni b’diżabbiltà fl-ambjent diġitali l-ġdid; jindika l-potenzjal tad-dinjiet virtwali biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà f’attivitajiet differenti bħat-turiżmu virtwali; iwissi dwar l-isfidi potenzjali li l-utenti b’diżabbiltà se jiffaċċjaw meta jinteraġixxu ma’ dinjiet virtwali, li jirriżultaw minn karatteristiki jew disinji ta’ aċċessibbiltà inadegwati li ma jissodisfawx il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-idoneità tal-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/882 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 dwar ir-rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (ĠU L 151, 7.6.2019, p. 70).</FIELD></FOOTNOTE> u d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà għall-Web<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> għall-iżgurar tal-aċċessibbiltà f’dinjiet virtwali; jisħaq ukoll fuq il-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet u d-drittijiet speċifiċi tat-tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jemmen li d-dibattitu dwar il-ħtieġa għall-identifikazzjoni tal-utenti f’dinjiet virtwali għandu jkun qasam ta’ prijorità fl-iżvilupp ta’ dinjiet virtwali u li għandu jkun hemm riflessjoni profonda dwar il-konfigurazzjoni possibbli ta’ dan l-ambjent diġitali, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li, f’xi każijiet, l-anonimità taf tkun preferibbli; jirrimarka li l-anonimità fl-ambjent diġitali hija dejjem possibbli permezz ta’ isem l-utent (psewdonimu), u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-użu potenzjali tal-Identità Diġitali Ewropea (eID) u tal-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali fid-dinjiet virtwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-importanza li d-data personali u l-privatezza tal-utenti jiġu protetti; jirrimarka li r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> jaf mhuwiex biżżejjed biex jindirizza l-isfidi kollha għall-protezzjoni tad-data f’dinjiet virtwali; jitlob, filwaqt li jiġi żgurat ambjent favorevoli għall-innovazzjoni, li tingħata attenzjoni speċjali lill-implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-data ta’ kontenut iġġenerat mill-utenti, kif ukoll lill-ipproċessar ta’ data sensittiva bħal data bijometrika u data dwar l-imġiba, reazzjonijiet emozzjonali u informazzjoni tattili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jissottolinja li l-parteċipazzjoni fid-dinja virtwali hija volontarja u jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra li tinstalla d-dritt għal tħassir permanenti sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jitolbu li d-data u l-profil tagħhom jitħassru minn kwalunkwe applikazzjoni, logħob online u ambjent virtwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-disinn li joħloq dipendenza u lill-elementi qarrieqa (dark patterns) f’dawn l-ambjenti virtwali; iwissi dwar il-problemi potenzjali għas-saħħa li jistgħu jirriżultaw mill-interazzjoni mad-dinjiet virtwali, bħal dipendenza, mard ċibernetiku jew disturbi fiċ-ċikli tal-irqad; jenfasizza l-vulnerabbiltà speċjali tal-minorenni u ż-żgħażagħ għal dawn il-problemi tas-saħħa, inkluż l-impatti potenzjali fuq l-iżvilupp konjittiv tagħhom, u jissottolinja l-ħtieġa ta’ disinn adattat għall-età u miżuri ta’ kontroll mill-ġenituri biex jiġu ssalvagwardjati l-minorenni u ż-żgħażagħ; iqis ukoll li hija meħtieġa riċerka dwar l-impatt tat-teknoloġiji li jimplikaw modifiki diretti u permanenti għall-ġisem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fil-potenzjal tad-dinjiet virtwali u l-edukazzjoni immersiva li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal online fir-rigward tal-edukazzjoni, l-awtonomizzazzjoni, il-parteċipazzjoni u l-logħob tagħhom, u li jistgħu joffru esperjenzi uniċi li jistgħu jgħinu lill-minorenni jiżviluppaw il-ħajra tagħhom għat-tagħlim permezz ta’, pereżempju, it-tagħlim permezz tal-logħob; jinnota li dan l-impenn jista’ jgħinhom jiżviluppaw ħiliet fil-kollaborazzjoni, il-komunikazzjoni, il-ħsieb kritiku, l-innovazzjoni u l-fiduċja fihom infushom; jisħaq fuq l-opportunità li tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-ħiliet fl-UE u li jitħarreġ it-talent futur; jissottolinja l-ħtieġa ta’ programmi edukattivi biex jgħinu lit-tfal u liż-żgħażagħ jadattaw għall-bidliet teknoloġiċi u jadottaw approċċ tajjeb u bbilanċjat li jikkombina l-interazzjoni soċjali tradizzjonali mal-ħin imqatta’ fl-ambjent virtwali, filwaqt li jagħtu wkoll lill-ġenituri l-għodod meħtieġa biex jissorveljaw u jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jippermettu jew jinvolvu lit-tfal tagħhom fl-ambjent virtwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa ta’ riċerka dwar l-impatt tar-realtà virtwali u teknoloġiji oħra fuq l-iżvilupp konjittiv u tal-imġiba; jissottolinja r-riskji inerenti possibbli tal-esponiment bikri għall-iskrins u l-użu eċċessiv tagħhom, li jistgħu jaffettwaw il-benesseri tagħhom u l-iżvilupp konjittiv, fiżiku, mentali u soċjali tajjeb tagħhom; jinsisti fuq l-implimentazzjoni ta’ kampanji ta’ informazzjoni dwar l-użu responsabbli tal-iskrin; jenfasizza l-ħtieġa li l-edukaturi jitħarrġu b’mod xieraq biex jiżguraw li jkollhom il-ħiliet u l-litteriżmu diġitali meħtieġa; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi inizjattivi fejn l-universitajiet, l-iskejjel tal-inġinerija u l-atturi tal-industrija jissieħbu biex jivvalutaw id-diskrepanzi fil-ħiliet, ifasslu pjanijiet direzzjonali b’mod konġunt u jsaħħu l-kooperazzjoni pubblika-privata għall-benefiċċju taż-żgħażagħ tal-UE; jissottolinja l-importanza li l-ogħla livell ta’ protezzjoni mogħti lill-minorenni f’ambjenti oħra offline u online jiġi estiż għad-dinjiet virtwali kontra diversi riskji, inkluż iżda mhux limitat għal: abbuż, fastidju, bullying u esponiment għal kontenut vjolenti, sessist, razzist jew pornografiku; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu rikonoxxuti l-ħtiġijiet speċifiċi, il-vulnerabbiltajiet u d-drittijiet tat-tfal fid-dinjiet virtwali; jissottolinja l-importanza tat-tfassil u t-tħaddim ta’ servizzi u prodotti online aċċessati l-aktar minn tfal li jkunu sikuri għat-tfal, mid-disinn u b’mod awtomatiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li d-dinjiet virtwali se jiġġeneraw immaġnijiet, grafika u vidjos b’riżoluzzjoni għolja biex jippermettu esperjenzi immersivi għall-utenti, u dawn se jirrikjedu infrastruttura bi prestazzjoni għolja; jinnota li, b’mod partikolari, in-networks mobbli tal-ġenerazzjoni li jmiss, kifi ukoll konnessjonijiet effiċjenti tal-Wifi, bħall-Wifi 6, b’latenza baxxa u b’ħafna wisa’ tal-banda, se jkunu kruċjali, bħalma se jkunu wkoll it-teknoloġiji bħall-edge computing; ifakkar fir-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri ta’ Jannar 2022 li jistma li l-ispiża totali tal-implimentazzjoni tal-5G fl-Istati Membri kollha tal-UE hija ta’ bejn EUR 281 u EUR 391 biljun sal-2025, inkluż il-bini ta’ infrastruttura ġdida tal-5G u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-użu dejjem jikber tad-dinjiet virtwali jista’ jeskludi wkoll ċerti gruppi ta’ persuni li m’għandhomx ħiliet jew riżorsi bażiċi biex jipparteċipaw f’dan l-ambjent, iżda wkoll persuni li jgħixu f’żoni rurali u remoti, bħal pereżempju r-reġjuni ultraperiferiċi; jenfasizza li t-trawwim tal-litteriżmu diġitali u l-aċċess għal internet ta’ kwalità u affordabbli huwa prekundizzjoni għal kwalunkwe qafas fil-livell tal-UE dwar id-dinjiet virtwali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni msejsa fuq l-evidenza dwar kif jiġi żgurat li l-infrastruttura u l-apparat meħtieġa biex jiġu appoġjati l-iżvilupp u t-tħaddim tad-dinjiet virtwali, u t-tranżizzjoni minn Web 3.0 għal Web 4.0 jiġu offruti lill-konsumaturi, inkluż dawk f’żoni remoti u dawk li jagħmlu parti minn unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx; jenfasizza li suq uniku reali għat-telekomunikazzjoni huwa kruċjali f’dan ir-rigward; iwissi dwar il-perikli tat-tranżazzjonijiet finanzjarji li jinvolvu l-kriptovaluti, b’mod partikolari l-frodi u l-iscams, li jaf ikunu aggravati fid-dinjiet virtwali; ifakkar ukoll li l-irriversibbiltà ta’ ħafna tranżazzjonijiet kriptovalutarji tfisser ukoll kanali ġodda għall-ekonomija parallela, fejn il-vittmi ta’ frodi jkollhom ftit jew l-ebda rikors għall-possibbiltà li jirkupraw il-fondi mitlufa; jilqa’ r-regolament dwar is-Swieq tal-Kriptoassi tal-Unjoni Ewropea (MiCA)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 150, 9.6.2023, p. 40.</FIELD></FOOTNOTE>, li għandu l-għan li jistabbilixxi qafas legali għall-kriptovaluti u l-assi diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrimarka li l-produzzjoni tal-apparati meħtieġa għall-aċċess ta’ dinjiet virtwali tirrikjedi riżorsi bħal elementi tal-materjali tal-art rari u materja prima minerali oħra; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika (COM(2023)0160);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota l-potenzjal li għandhom id-dinjiet virtwali u l-Web 4.0 biex jikkontribwixxu b’mod pożittiv fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u favur is-sostenibbiltà ambjentali, pereżempju billi jiffaċilitaw ix-xogħol mill-bogħod, u b’hekk inaqqsu l-ivvjaġġar u l-emissjonijiet tal-karbonju assoċjati; jinnota li l-infrastrutturi tan-networks li jippermettu soluzzjonijiet diġitali u mudelli ta’ negozju ġodda għandhom rwol kruċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis li l-iżvilupp u l-użu ta’ dinjiet virtwali għandhom iqisu l-impatt fuq l-ambjent; jenfasizza l-importanza li tiżdied is-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi dwar l-impatt ambjentali u s-sostenibbiltà ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda, inkluż l-iskart elettroniku; jinnota li, skont l-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, il-konsum tal-elettriku miċ-ċentri tad-data kbar bħalissa jammonta għal bejn 1% u 1,5 % tal-użu globali tal-elettriku, u jindika li l-konsum tal-elettriku miċ-ċentri tad-data jista’ jiżdied fil-każ ta’ adozzjoni fuq skala kbira ta’ teknoloġiji tad-dinjiet virtwali; ifakkar fil-ħtieġa li jintużaw, jiġu aċċellerati u inċentivizzati l-avvanzi teknoloġiċi biex jitnaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-impronta ambjentali tal-attivitajiet relatati mal-produzzjoni, l-użu u l-iżvilupp tad-dinjiet virtwali, bħal tekniki avvanzati ta’ riċiklaġġ u sors ta’ enerġija rinnovabbli;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>