<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0033</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-relazzjonijiet UE-Indja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0435/2023 - Rapporteur: Alviina Alametsä)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà rigward ir-relazzjonijiet UE-Indja (2023/2128(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Sħubija Strateġika UE-Indja stabbilita fl-2004,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-15-il Summit UE-Indja tal-15 ta’ Lulju 2020, kif ukoll id-dokument intitolat “Sħubija Strateġika UE-Indja: Pjan Direzzjonali għall-2025” adottat fis-summit, u d-dikjarazzjonijiet konġunti l-oħra ffirmati reċentement mill-UE u l-Indja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Indja dwar is-sħubija u l-iżvilupp tal-1994<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 223, 27.8.1994, p. 24.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) u l-Kummissjoni tal-20 ta’ Novembru 2018 intitolata “Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Indja” (JOIN(2018)0028), u l-konklużjonijiet relatati tal-Kunsill dwar l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-10 ta’ Diċembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Settembru 2021 intitolata “L-Istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku” (JOIN(2021)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-aġġornament tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha “Strateġija mtejba għas-Sigurtà Marittima kontra theddidiet marittimi li qegħdin jevolvu” tal-10 ta’ Marzu 2023 (JOIN(2023)0008),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra “L-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea – Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b’Saħħitha” ta’ Ġunju 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja b’rabta mal-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2023 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż dawk dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem u dwar il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-aggressjoni kontra l-Ukrajna, adottata fit-2 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima u l-Ftehim ta’ Pariġi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Eżami Perjodiku Universali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-2022 dwar l-Indja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar il-konnettività u r-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Asja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 117.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar il-kooperazzjoni futura UE-Indja fil-qasam tal-kummerċ u l-investiment<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 23.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-UE u l-isfidi tas-sigurtà fl-Indo-Paċifiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 32.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 337, 20.9.2018, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar l-Indja, is-sitwazzjoni fil-Manipur<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0289.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta’ April 2021 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar ir-relazzjonijiet UE-Indja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 506, 15.12.2021, p. 109.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni għall-istampa tad-Delegazzjoni għall-Indja u l-Bhutan fl-għaxar ċiklu tad-Djalogu UE-Indja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem li sar fil-15 ta’ Lulju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tas-Summit tal-G20 li sar fi New Delhi fid-9 u l-10 ta’ Settembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-Summit UE-Indja li se jsir fi New Delhi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0435/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE u l-Indja biħsiebhom jiltaqgħu f’laqgħa tal-mexxejja fi New Delhi fil-bidu tal-2024, b’mod partikolari biex jaffermaw mill-ġdid l-impenji taż-żewġ naħat lejn is-sħubija strateġika tagħhom u biex jagħmlu rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali UE-Indja 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Indja mistennija torganizza elezzjonijiet parlamentari f’Mejju u Ġunju 2024 u l-Parlament Ewropew se jorganizza l-elezzjonijiet tiegħu f’Ġunju 2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fl-2022, l-UE u l-Indja ċċelebraw is-60 anniversarju tas-sħubija bilaterali tagħhom; billi din is-sħubija kisbet momentum f’dawn l-aħħar snin, u dan jirrifletti r-rabtiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali sodi u rieda politika mġedda biex isaħħu s-sħubija tagħhom f’għadd ta’ setturi u ta’ oqsma ta’ politika; billi din is-sħubija, madankollu, għadha ma laħqitx il-potenzjal sħiħ tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi r-relazzjonijiet bilaterali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-Indja dwar kwistjonijiet bħall-konnettività u l-klima jikkontribwixxu għas-sħubija UE-Indja; Jinnota li l-isfidi ġeopolitiċi saħħew l-interess kondiviż tal-UE u l-Indja li jkunu żgurati s-sigurtà, il-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali mal-Indja hija partikolarment ġustifikata fil-kuntest attwali ta’ polikriżi, inklużi sfidi ġeopolitiċi, rigress demokratiku madwar id-dinja kollha, kriżi klimatika li qed tikber b’rata mgħaġġla, żieda fl-inugwaljanzi u żieda fil-kompetizzjoni bejn il-potenzi l-kbar; billi l-UE tfittex sħubija bbażata fuq kundizzjonijiet ekwi mal-Indja peress li din is-sħubija għandha l-potenzjal li tippermetti d-diversifikazzjoni tal-ktajjen tal-provvista tagħha u li tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-prosperità u l-istabbiltà globali u reġjonali u għaż-żamma ta’ viżjoni kondiviża ta’ multilateraliżmu effettiv u ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-importanza u r-rilevanza reġjonali u globali tal-Indja qed jikbru peress li qabżet iċ-Ċina bħala l-pajjiż bl-akbar popolazzjoni fl-2023 u peress li qed tpoġġi lilha nnifisha bħala setgħa ekonomika u militari reġjonali u qed issaħħaħ is-sħubijiet u tagħti spinta lir-rabtiet ekonomiċi u tad-difiża, b’mod partikolari fix-Xlokk tal-Asja; billi l-UE hija l-akbar sieħeb kummerċjali tal-Indja u huwa fl-interess reċiproku taż-żewġ naħat li jitrawmu rabtiet ekonomiċi aktar mill-qrib;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi permezz tal-qafas strateġiku tagħha integrat fl-Istrateġija Globali tagħha, l-Istrateġija dwar l-Indja tagħha, l-Istrateġija għall-Konnettività bejn l-UE u l-Asja tagħha u l-Istrateġija Indo-Paċifika tal-UE, l-UE tirrikonoxxi l-importanza ġeostrateġika tal-Indja, li kulma jmur qed tkompli tikber, u tissottolinja l-ħtieġa li jikkooperaw fl-arena dinjija u li jaqblu fuq aġenda komuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi s-sinifikat reġjonali u globali tal-Indja, li kulma jmur qed jikber, huwa rifless fil-Presidenza tagħha tal-G20 fl-2023, li bdiet fl-1 ta’ Diċembru, u fis-sħubija tagħha fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU fl-2021-2022, kif ukoll fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-2019-2022 u fl-2022-2024;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Oċean Indjan sar ċentru globali ta’ interess b’importanza strateġika għall-kummerċ globali u ta’ interess ekonomiku u strateġiku vitali kemm għall-UE kif ukoll għall-Indja; billi wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandu reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi u territorji extra-Ewropej fl-Indo-Paċifiku; billi l-UE u l-Indja jikkondividu interess komuni li jneħħu r-riskji mir-relazzjoni maċ-Ċina u jippożizzjonaw lilhom infushom b’mod konġunt fir-rigward tal-influwenza dejjem tikber taċ-Ċina fl-Indo-Paċifiku u fid-dinja; billi l-Istrateġija tal-UE għall-Kooperazzjoni fl-Indo-Paċifiku tal-2021 enfasizzat is-sħubijiet u l-kooperazzjoni bħala modi ta’ rispons għall-kompetizzjoni ġeopolitika fl-Indo-Paċifiku u identifikat il-kooperazzjoni mal-Indja bħala waħda mill-prijoritajiet tal-UE fir-reġjun; billi l-UE u l-Indja għandhom interess konverġenti li jżommu r-reġjun Indo-Paċifiku miftuħ, ħieles u sikur, b’enfasi fuq is-sostenn tar-reġjun bħala żona ta’ kompetizzjoni ġusta, linji marittimi ta’ komunikazzjoni (SLOC) bla xkiel, stabbiltà u sigurtà; billi fil-5 ta’ Ottubru 2023, l-UE u l-Indja kellhom it-tielet Djalogu dwar is-Sigurtà Marittima Indja-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi aktar minn terz tal-esportazzjonijiet Ewropej kollha jmorru lejn ir-reġjun Indo-Paċifiku, filwaqt li ħafna minnhom jgħaddu mill-korsiji tal-baħar fl-Oċean Indjan u Paċifiku; billi l-UE hija dipendenti fuq awtostradi tal-baħar mhux imxekkla li jgħaddu mill-Indo-Paċifiku u għalhekk għandha interess ċar li tinżamm l-istabbiltà fir-reġjun tal-Oċean Indjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Indja fittxet li tiddiversifika s-sħubijiet u saħħet ir-relazzjonijiet fost l-oħrajn mal-Ġappun, l-Awstralja u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) fl-oqsma ekonomiċi, tas-sigurtà, marittimi u diplomatiċi, filwaqt li fittxet aktar integrazzjoni max-Xlokk tal-Asja u approfondiet il-kooperazzjoni strateġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi hija meħtieġa tmexxija tal-UE u Indjana biex tkun promossa diplomazija klimatika effettiva, impenn globali għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi u l-protezzjoni globali tal-klima, l-ambjent u l-bijodiversità;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi osservaturi lokali u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jirrapportaw li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti fl-Indja huma soġġetti għal attakki minħabba l-ħidma tagħhom, inkluż fastidju, detenzjoni arbitrarja, akkużi kriminali serji bl-użu ta’ leġiżlazzjoni repressiva (inkluż il-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu); billi, minkejja li hija pprojbita, id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti għadha problema sistemika fl-Indja;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija Indja-UE ġie stabbilit fis-6 ta’ Frar 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi n-negozjati mal-Indja dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) għadhom għaddejjin; billi għaddejjin ukoll negozjati separati dwar Ftehim ta’ Protezzjoni tal-Investiment u Ftehim dwar l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (IĠ) bl-għan li tissaħħaħ is-sħubija strateġika;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà:</INT.LI>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-Sħubija Strateġika bejn l-UE u l-Indja: il-qafas istituzzjonali </STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>ikomplu jwessgħu u japprofondixxu r-relazzjonijiet UE-Indja bħala sħab strateġiċi u jżommu l-impenn għal djalogi u summits regolari f’diversi livelli; isegwu approċċ “Tim Ewropa” għas-sħubija;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jenfasizzaw li fl-ambjent internazzjonali attwali, kemm l-UE kif ukoll l-Indja qed iħabbtu wiċċhom ma’ sfidi urġenti tas-sigurtà, li jeħtieġu rispons diplomatiku flimkien ma’ deterrenza msaħħa, u kooperazzjoni bejn l-istati demokratiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jagħmlu avvanzi tanġibbli f’oqsma prijoritarji tas-sħubija, b’mod partikolari t-tibdil fil-klima u t-tkabbir ekoloġiku, id-diġitalizzazzjoni u t-teknoloġiji ġodda, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-konnettività, il-kummerċ u l-investiment, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża u d-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jibqgħu jippromwovu u jimplimentaw bis-sħiħ l-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-2018 u l-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025 f’koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet tal-Istati Membri stess biex jikkollaboraw attivament mal-Indja; jistabbilixxu kriterji ċari u disponibbli pubblikament għall-kejl tal-progress fil-pjan direzzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>abbażi tar-rieżami tal-implimentazzjoni tal-Pjan Direzzjonali UE-Indja 2025 u filwaqt li jqisu l-perspettivi u l-ħtiġijiet tal-partijiet kollha, jibdew it-tħejjijiet għal kooperazzjoni u sħubija ambizzjużi, multidimensjonali u mġedda b’reqqa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jiżguraw li kwalunkwe appronfondiment tas-sħubija jkun ibbażat fuq il-valuri tal-libertà, id-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali, l-iżvilupp sostenibbli u impenn favur il-promozzjoni ta’ ordni internazzjonali inklużiv ibbażat fuq ir-regoli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jippermettu s-sorveljanza parlamentari tal-politika tal-UE fir-rigward tal-Indja permezz ta’ skambji regolari mal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament, is-Sottokumitati tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem u għas-Sigurtà u d-Difiża u kumitati rilevanti oħra;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jistabbilixxu djalogu interparlamentari aktar strutturat u f’diversi livelli bejn il-Parlament Ewropew u l-kontropartijiet Indjani tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>jiżguraw il-konsultazzjoni trasparenti attiva u regolari, miftuħa u inklużiva u l-involviment tar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili tal-UE u Indjani, inkluż it-trade unions, l-organizzazzjonijiet ambjentali u tad-drittijiet tan-nisa u rappreżentanti tal-minoranzi, fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tar-relazzjonijiet UE-Indja; jiżguraw, bħala kwistjoni ta’ prijorità, l-istabbiliment ta’ Pjattaforma tas-Soċjetà Ċivili UE-Indja għal dan l-għan u ta’ Summit taż-Żgħażagħ UE-Indja bħala avveniment parallel f’summits futuri UE-Indja, sabiex jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-ġenerazzjonijiet iż-żgħar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>iżidu l-isforzi tad-diplomazija pubblika tal-UE biex jindirizzaw id-defiċit fl-għarfien fuq iż-żewġ naħat u jtejbu l-komprensjoni reċiproka u jsaħħu b’mod sostanzjali l-qafas għal skambji bejn il-persuni, inkluż ukoll l-akkademja u l-gruppi ta’ riflessjoni;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-kooperazzjoni UE-Indja fil-politika estera u ta’ sigurtà</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>ikomplu jiżviluppaw il-kooperazzjoni dejjem akbar taż-żewġ partijiet fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà u jippromwovu sinerġiji akbar f’dan il-qasam permezz tal-mekkaniżmi ta’ djalogu eżistenti u fora oħra stabbiliti fl-ambitu tal-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025, b’mod partikolari fl-interess u għall-avvanz tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt u fid-difiża tal-multilateraliżmu u ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>jirrikonoxxu li l-ewwel konsultazzjoni dwar is-sigurtà u d-difiża bejn l-UE u l-Indja, li saret f’Ġunju 2022, hija sinjal tal-importanza dejjem tiżdied tal-kooperazzjoni dwar is-sigurtà fis-sħubija; jużaw l-istazzjonar tal-ewwel attaché militari fid-delegazzjoni tal-UE fi New Delhi biex jiffaċilitaw kooperazzjoni u skambji aktar mill-qrib bejn il-forzi militari; jorganizzaw djalogi bilaterali dwar is-sigurtà fuq bażi annwali u b’involviment akbar tal-Istati Membri tal-UE sabiex jissaħħaħ id-djalogu politiku u jkun hemm riżultati tanġibbli permezz tal-adeżjoni effettiva tal-Istati Membri; jiżguraw, barra minn hekk, li dan l-element tas-sħubija, li kulma jmur qed isir aktar prominenti, jippromwovi b’mod effettiv is-sigurtà, l-istabbiltà u l-iżvilupp paċifiku kondiviżi fir-reġjun Indo-Paċifiku f’konformità mal-impenn imġedded tal-UE għad-diversifikazzjoni tar-relazzjonijiet fir-reġjun Indo-Paċifiku; jenfasizzaw l-importanza tad-Djalogu UE-Indja dwar il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>jinkoraġġixxu lill-Indja ssaħħaħ il-kooperazzjoni tas-sigurtà reġjonali filwaqt li tirrikonoxxi l-kuntest volatili tal-proliferazzjoni, il-modernizzazzjoni militari, u t-tilwim territorjali; jippromwovu l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-kooperazzjoni ekonomika billi jappoġġjaw inizjattivi ta’ integrazzjoni reġjonali fl-Asja tan-Nofsinhar, inkluż fi ħdan l-Assoċjazzjoni tal-Asja tan-Nofsinhar għall-Kooperazzjoni Reġjonali (SAARC);</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jagħmlu progress fil-pjanijiet biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tal-pulizija, filwaqt li jitqies li tali kooperazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn salvagwardji ta’ livell għoli għall-protezzjoni tad-data u garanziji li t-trasferimenti tad-data jkunu legali, inkluż permezz ta’ deċiżjoni ta’ adegwatezza meħuda mill-Kummissjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni dwar it-theddid ibridu, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-kampanji ta’ diżinformazzjoni, permezz ta’ mekkaniżmi li għandhom l-għan li jikkondividu l-evidenza u l-intelligence;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>jirrikonoxxu l-kontributi tal-Indja għal-libertà tan-navigazzjoni madwar id-dinja, b’mod partikolari fl-Istrett tat-Tajwan, iżda wkoll l-iskjerament reċenti tagħha ta’ bastimenti navali biex tipproteġi l-bastimenti merkantili fil-Baħar l-Aħmar li kienu qed jiffaċċjaw fastidju kontinwu mir-ribelli Houthi; jespandu u jwessgħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja dwar is-sigurtà marittima mħeġġa wkoll minn interessi kondiviżi, b’mod partikolari fid-dawl tal-azzjonijiet ekonomiċi u militari dejjem aktar predatorji taċ-Ċina fl-Indo-Paċifiku; jiżguraw ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli ħieles u miftuħ li jkopri l-libertà tan-navigazzjoni, linji marittimi ta’ komunikazzjoni miftuħa u sikuri, sigurtà mtejba tat-tbaħħir u sistemi ta’ rispons aktar robusti għad-diżastri naturali u t-theddid mhux tradizzjonali għas-sigurtà u għall-ġlieda kontra l-piraterija u s-sajd illegali; jibnu fuq l-esperjenzi ta’ kooperazzjoni kostruttiva, b’mod partikolari l-appoġġ tal-Indja għall-Operazzjoni Navali Atalanta tal-UE (EUNAVFOR) billi tipproteġi l-bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel meta tintalab tagħmel dan, kif ukoll il-parteċipazzjoni tagħha f’eżerċizzji ta’ mogħdija (PASSEX) konġunti; jagħtu segwitu għall-ewwel eżerċizzji navali UE-Indja ta’ Ġunju 2021 fil-Golf ta’ Aden; jinkoraġġixxu aktar komprensjoni kondiviża tal-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar; iwieġbu b’mod pożittiv għall-proposta Indjana li l-UE tingħaqad mal-Inizjattiva għall-Oċeani tar-reġjun Indo-Paċifiku; jikkunsidraw l-iżvilupp ta’ programm reġjonali konġunt bejn l-UE u l-Indja għall-bini tal-kapaċità marittima għall-istati gżejjer u kostali iżgħar fl-Oċean Indjan;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja dwar id-diżarm u n-nonproliferazzjoni u jinkoraġġixxu lill-Indja biex tingħaqad mal-isforzi tal-UE għall-promozzjoni tas-sikurezza nukleari u n-nonproliferazzjoni tal-armi nukleari, kimiċi u bijoloġiċi fir-reġjun;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jibnu fuq l-ewwel strateġija spazjali tal-UE għas-sigurtà u d-difiża, u fuq l-enfasi dejjem akbar tal-Indja fuq is-sigurtà spazjali billi jieħdu inizjattiva konġunta biex iħeġġu lis-sħab jippromwovu soluzzjonijiet multilaterali għall-użu paċifiku tal-ispazju u aċċess sikur, sigur u sostenibbli għall-ispazju, u biex jiġġieldu r-riskji tal-militarizzazzjoni dejjem akbar tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>jikkoordinaw il-pożizzjonijiet u l-inizjattivi fil-fora multilaterali billi jaħdmu favur objettivi konġunti msejsa fuq valuri u standards internazzjonali kondiviżi, b’mod partikolari fin-NU, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) u l-G20, filwaqt li jallinjaw b’mod effettiv il-pożizzjonijiet fid-difiża tal-multilateraliżmu, id-drittijiet tal-bniedem u ordni internazzjonali inklużiv ibbażat fuq ir-regoli; jipparteċipaw ruħhom f’diskussjonijiet dwar riforma tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tal-metodi ta’ ħidma u jappoġġjaw it-talba tal-Indja għal sħubija permanenti f’Kunsill tas-Sigurtà tan-NU riformat; jirrimarkaw li l-UE u l-Indja huma tnejn mill-akbar kontributuri għaż-żamma tal-paċi fi ħdan in-NU u promoturi impenjati tal-paċi sostenibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>jippromwovu azzjoni konġunta u koordinazzjoni għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja, konnettività msaħħa, l-iżvilupp tal-infrastruttura u appoġġ għall-proċessi demokratiċi fin-Nofsinhar Globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>djalogu mal-Indja dwar il-kwistjoni tad-dipendenza militari qawwija tagħha fuq ir-Russja u dwar il-politika ta’ sanzjonijiet tal-UE fil-konfront tar-Russja; iħeġġu lill-Indja tingħaqad mal-kundanna internazzjonali tal-gwerra illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, filwaqt li tinżamm il-linja politika tagħha li timmira li ttemm l-ostilitajiet u terġa’ tibda d-diplomazija u d-djalogu; djalogu mal-Indja dwar ix-xiri kontinwi taż-żejt mhux maħdum mingħand ir-Russja bi prezzijiet baxxi u l-bejgħ sussegwenti tal-Indja ta’ prodotti taż-żejt raffinat fis-swieq internazzjonali, kif ukoll l-involviment tagħha fil-kummerċ fid-djamanti Russi, inkluż fl-UE; jagħtu attenzjoni għad-dipendenza tal-Indja fuq ir-Russja fis-settur tal-enerġija nukleari, b’mod partikolari għall-iżvilupp ulterjuri tal-impjanti tal-enerġija nukleari tagħha; jinsistu li l-Indja tkompli twaqqaf l-eżerċizzji militari konġunti ma’ dan l-istat aggressur; jinkoraġġixxu lill-Indja twaqqaf il-produzzjoni konġunta tat-tagħmir militari u tnaqqas il-grad tal-kooperazzjoni fil-qasam tad-difiża mar-Russja; jiżguraw monitoraġġ xieraq tal-implimentazzjoni ta’ miżuri restrittivi u jissanzjonaw kwalunkwe tentattiv biex dawn jiġu evitati, b’mod partikolari minn negozji bbażati fl-UE li jeħtieġ li jieqfu jixtru dawn prodotti, li essenzjalment jikkostitwixxu ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja; iqisu t-tħassib dwar il-ftehimiet u l-proġetti, bħall-Kuritur Internazzjonali tat-Trasport Tramuntana-Nofsinhar, u oqfsa ġodda għall-investimenti u l-kummerċ ħieles bejn ir-Russja u l-Indja, li se jżidu b’mod sinifikanti l-kapaċità tar-Russja li tevita s-sanzjonijiet, iżidu l-impronta tagħha fir-reġjun, ikunu ta’ detriment għar-reżiljenza ekonomika u finanzjarja tal-Indja u jippreġudikaw il-prospetti għal sħubija politika u ekonomika aktar b’saħħitha bejn l-UE u l-Indja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>ikomplu jissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni inkwetanti fil-Kashmir amministrat mill-Indja, b’mod partikolari r-rispett għal-libertajiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tal-poplu Kashmiri; impenn kontinwu biex jiġu appoġġjati l-istabbiltà, it-tnaqqis tat-tensjoni u t-tqarrib permezz ta’ relazzjonijiet ta’ viċinat tajba bejn l-Indja u l-Pakistan abbażi tal-prinċipji tad-dritt internazzjonali u permezz ta’ djalogu komprensiv u approċċ gradwali; tiġi promossa l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-Kashmir;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>jissorveljaw mill-qrib it-tilwima mhux solvuta dwar il-fruntieri bejn l-Indja u ċ-Ċina, li t-tnejn huma potenzi nukleari, peress li f’dan ir-reġjun tal-fruntiera s-sitwazzjoni hija fraġli u l-militarizzazzjoni kulma jmur qed tiżdied, bil-potenzjal li tintensifika u tolqot ix-xenarju usa’ tas-sigurtà fl-Asja t’Isfel u s-sigurtà globali; jinnotaw bi tħassib it-tensjoni permanenti fir-relazzjonijiet bejn l-Indja u ċ-Ċina, minħabba tilwim mhux solvut dwar il-fruntieri u jikkundannaw kwalunkwe tentattiv biex jinbidel unilateralment l-istatus quo tal-fruntiera, bħal pereżempju miċ-Ċina fl-2020; jissottolinjaw liż-żewġ partijiet l-importanza kritika li l-kwistjoni tiġi solvuta b’mod paċifiku permezz tad-djalogu u f’konformità man-normi tad-dritt internazzjonali; f’dan ir-rigward, jilqgħu t-taħditiet reċenti bejn il-mexxejja u l-ftehim biex jiġu intensifikati l-isforzi biex jiġu diżimpenjati u jitnaqqsu t-tensjonijiet tul il-fruntiera; jilqgħu l-isforzi tal-Indja biex tikkontribwixxi għall-istabbiltà reġjonali billi tinvolvi ruħha mar-reġjun;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija: minn appendiċi għall-qalba tar-relazzjonijet UE-Indja</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>jintegraw b’mod effettiv id-drittijiet tal-bniedem u l-valuri demokratiċi fil-qalba tal-kollaborazzjoni tal-UE mal-Indja bl-għan ta’ djalogu kostruttiv u bbażat fuq ir-riżultati; jiżviluppaw strateġija u pjan ta’ azzjoni biex jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet, u jintegrawhom fis-sħubija usa’ bejn l-UE u l-Indja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>jikkundannaw l-atti ta’ vjolenza, ir-retorika nazzjonalistika u l-politiki diviżivi li qed jiżdiedu u jappellaw lill-mexxejja biex ma jkomplux jagħmlu dikjarazzjonijiet xewwiexa sabiex jissolvew il-kunflitti soċjali, inklużi dawk f’Manipur; ikomplu jesprimu tħassib serju, inkluż pubblikament, dwar l-Att Emendatorju dwar iċ-Ċittadinanza u liġijiet oħra Indjani li jiddiskriminaw abbażi tar-reliġjon u li huma diviżivi b’mod perikoluż; jinkoraġġixxu lill-Indja tiggarantixxi d-dritt li wieħed jipprattika b’mod liberu r-reliġjon tal-għażla tiegħu, kif minqux fl-Artikolu 25 tal-Kostituzzjoni tagħha; jiġġieldu u jikkundannaw id-diskors ta’ mibegħda li jinċita d-diskriminazzjoni jew il-vjolenza kontra kwalunkwe minoranza reliġjuża, bħall-Musulmani u l-Insara; iħeġġu lill-awtoritajiet Indjani jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa u jagħmlu l-akbar sforz biex iwaqqfu l-vjolenza li għaddejja, inkluż id-diskors ta’ mibegħda, kontra l-minoranzi etniċi u reliġjużi u ċerti organizzazzjonijiet ibbażati fuq it-twemmin fil-pajjiż u biex iżommu lill-awturi responsabbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>jinsistu li l-Indja, bħala membru fundatur tan-Nazzjonijiet Uniti u membru attwali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, taġixxi fuq ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali tagħha, inkluż billi taċċetta u tiffaċilita ż-żjarat tal-proċeduri speċjali tan-NU u tikkoopera mill-qrib magħhom, li l-biċċa l-kbira minnhom sal-lum ma tħallewx iżuru l-pajjiż mill-1999;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>jindirizzaw fil-livelli kollha tad-djalogu tagħha mal-awtoritajiet Indjani t-tħassib imqajjem mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u r-rapporteurs speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u l-gruppi vulnerabbli u emarġinati, bħan-nisa, it-tfal, il-migranti u l-persuni LGBTQI, b’referenza għall-obbligi reċiproċi tat-trattati fl-ambitu ta’ diversi strumenti tad-dritt internazzjonali:</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>jenfasizzaw l-importanza li l-Indja turi l-impenn tagħha li tirrispetta, tipproteġi u tinforza bis-sħiħ id-drittijiet iggarantiti kostituzzjonalment għal-libertà tal-espressjoni għal kulħadd, inklużi l-libertà tal-media online u d-dritt għal għaqda paċifika u assoċjazzjoni u l-indipendenza tal-ġudikatura; jinkoraġġixxu lill-Indja toħloq ambjent li jwassal għal ġurnaliżmu divers u indipendenti u tipproteġi lill-professjonisti kollha tal-media kif previst mill-Kostituzzjoni tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>jaħdmu flimkien mal-Indja sabiex jiżguraw ambjent sikur u demokratiku għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u ambjentali, id-difensuri tad-drittijiet tad-Dalit u tal-popli indiġeni, il-membri tal-oppożizzjoni politika u l-attivisti tat-trade unions, il-ġurnalisti u atturi oħra tas-soċjetà ċivili; biex ma jibqgħux jinvokaw liġijiet kontra s-sedizzjoni, biex il-finanzjament barrani u t-terroriżmu bħala mezz biex jirrestrinġu l-attivitajiet leġittimi tagħhom; biex jinħelsu lill-priġunieri politiċi; biex jitwaqqfu r-restrizzjonijiet ġenerali fuq l-aċċess għall-internet; biex jirrieżaminaw il-liġijiet sabiex jevitaw l-abbuż possibbli tagħhom biex isikktu l-ilħna ta’ kritika; biex jemendaw il-liġijiet li jrawmu d-diskriminazzjoni u jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja u jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; u biex jindirizzaw l-effetti dannużi tal-Att dwar ir-Regolamentazzjoni tal-Kontribuzzjonijiet Barranin u tal-Att dwar (il-Prevenzjoni ta’) Attivitajiet Illegali fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; iżidu l-appoġġ tal-UE u l-Istati Membri lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż billi jiffaċilitaw opportunitajiet ta’ finanzjament;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>jilqgħu l-adozzjoni tal-Abbozz ta’ Liġi dwar ir-Riżervazzjoni tan-Nisa, li se jirriżerva terz tas-siġġijiet fil-parlament nazzjonali u f’dawk tal-istati għan-nisa u huwa pass notevoli ’l quddiem favur id-dritt tan-nisa għall-parteċipazzjoni u favur l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-Indja; jikkollaboraw mal-Indja fl-isforzi tagħha biex tinvestiga u tipprevjeni l-vjolenza u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru, u tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ae)</SYMBOL>jagħmlu pressjoni fuq l-awtoritajiet Indjani biex itemmu d-diskriminazzjoni persistenti bbażata fuq il-kasti fl-Indja u biex jagħtu drittijiet lill-komunitajiet Adivasi f’ambitu tal-Att dwar id-Drittijiet tal-Foresti; jaqsmu l-esperjenza tal-UE fl-indirizzar tal-isfidi domestiċi tar-reati ta’ mibegħda; jadottaw b’mod partikolari strateġija tal-pajjiż biex tgħin fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasti u biex tintegra l-perspettivi relatati mal-kasti fis-sħubija tal-UE u tal-Istati Membri mal-Indja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(af)</SYMBOL>ifakkru fir-rifjut bi prinċipju u fit-tul tal-UE tal-piena tal-mewt u jtennu t-talba tagħhom lill-Indja għal moratorju fuq il-piena tal-mewt bil-ħsieb tal-abolizzjoni permanenti tal-piena kapitali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ag)</SYMBOL>jilqgħu l-adozzjoni mill-Indja ta’ pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem f’konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; japprofondixxu l-kooperazzjoni mal-Indja dwar dan, inkluż dwar l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU u l-konvenzjonijiet tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; ifakkru fir-responsabbiltajiet tal-kumpaniji kollha li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-valur tagħhom, jinkoraġġixxu lill-Indja tipparteċipa b’mod attiv fin-negozjati li għaddejjin dwar trattat vinkolanti tan-NU li jirregola l-intrapriżi kummerċjali fl-ambitu tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ah)</SYMBOL>jiżguraw li l-operazzjonijiet fl-Indja jew mal-Indja ta’ kumpaniji bbażati fl-UE jkunu strettament konformi mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE, inkluż id-direttiva futura dwar is-sostenibbiltà korporattiva u d-diliġenza dovuta u r-regolament futur dwar ix-xogħol furzat; jieħdu passi biex jiżguraw li l-attivitajiet kummerċjali kollha relatati mal-UE li jinvolvu l-industriji estrattivi jinkludu qafas konsultattiv robust u ġust li jikkonforma mad-dritt għal kunsens liberu, minn qabel u infurmat ta’ kwalunkwe poplu indiġenu milquta; iħeġġu lill-Indja tirratifika l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u l-Protokoll Fakultattiv tagħha, u l-Konvenzjoni tan-NU għall-Ħarsien tal-Persuni Kollha mill-Għajbien Sfurzat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ai)</SYMBOL>jinkoraġġixxu lill-Indja tkompli tappoġġja l-isforzi tal-ġustizzja internazzjonali billi taderixxi mal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aj)</SYMBOL>jikkonvertu d-Djalogu UE-Indja dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fi djalogu biannwali u fil-livell tal-kwartieri ġenerali, u jistinkaw biex jagħmluh sinifikattiv permezz ta’ parteċipazzjoni ta’ livell għoli, filwaqt li jistabbilixxu impenji u parametri referenzjarji konkreti għall-progress u jindirizzaw il-każijiet individwali skont il-linji gwida tal-UE dwar id-djalogi tad-drittijiet tal-bniedem; jiffaċilitaw iż-żamma ta’ djalogu tas-soċjetà ċivili UE-Indja qabel id-djalogu intergovernattiv; isaħħu r-rabtiet bejn id-djalogu u l-kooperazzjoni fil-fora multilaterali; jiżguraw li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jirrapporta regolarment lill-Parlament dwar ir-riżultati miksuba;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ak)</SYMBOL>itennu li kwalunkwe FTA mal-Indja għandu jkun ibbażat fuq valutazzjonijiet tal-impatt bir-reqqa, effettivi u komprensivi minn qabel fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq is-sostenibbiltà mwettqa miż-żewġ naħat, b’kunsiderazzjoni partikolari għall-impatt potenzjali fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli; jinkludu u jikkonsultaw b’mod sinifikattiv lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż it-trade unions u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, matul in-negozjati għal kwalunkwe ftehim bilaterali ewlieni; itennu l-ħtieġa li tittieħed azzjoni fuq il-pożizzjoni fit-tul tal-Parlament dwar l-importanza ta’ kapitolu infurzabbli u robust dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli allinjat mal-Ftehim ta’ Pariġi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(al)</SYMBOL>jaħdmu lejn il-kisba ta’ objettivi komuni u ta’ benefiċċju reċiproku dwar il-kummerċ u l-investiment li jistgħu jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku u l-innovazzjoni filwaqt li jikkonformaw mad-drittijiet tal-bniedem u jikkontribwixxu għalihom, inkluż id-drittijiet tal-ħaddiema; jippromwovu l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tal-Aġenda 2030;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(am)</SYMBOL>jagħmlu l-aħjar użu mill-impenn tal-Indja favur il-multilateraliżmu u ordni kummerċjali internazzjonali bbażat fuq ir-regoli; jippromwovu r-rwol deċiżiv tal-Indja fl-isforzi kontinwi għar-riforma tad-WTO;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konnettività fuq il-klima, l-enerġija u kwistjonijiet diġitali </STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(an)</SYMBOL>jilqgħu s-Sħubija dwar il-Konnettività UE-Indja u l-impenn li tinkludi favur l-appoġġ għan-networks diġitali, tat-trasport u tal-enerġija sostenibbli, għall-fluss tal-oġġetti, tas-servizzi, tad-data u tal-kapital u l-iskambju ta’ persuni, b’kontribut favur l-istrateġija usa’ tal-UE dwar il-Global Gateway; li jinnotaw li s-Sħubija dwar il-Konnettività saret wieħed mill-aktar aspetti importanti tas-sħubija UE-Indja; jieħdu nota tal-impenn tal-UE għas-Sħubija għall-Infrastruttura u l-Investiment Globali mnedija fil-G20 fi New Delhi u jenfasizzaw li din għandha tiġi kkoordinata kif xieraq mal-Global Gateway kif ukoll mas-Sħubija tal-G7 għall-Investiment fl-Infrastruttura Globali; jinsistu fuq valutazzjoni rigoruża tal-impatt fuq is-sostenibbiltà u fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-proġetti ffinanzjati permezz tas-sħubija, inkluż il-vijabbiltà kummerċjali u t-trasparenza tagħhom, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għan-negozji u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-ħaddiema u l-istandards ambjentali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ao)</SYMBOL>isaħħu l-kooperazzjoni dwar il-kwistjonijiet relatati mal-klima u l-enerġija mal-Indja bħala sieħba ewlenija fil-ġlieda globali kontra t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni tal-bijodiversità u fi tranżizzjoni ekoloġika lejn l-enerġija rinnovabbli u n-newtralità klimatika, b’qies xieraq għall-impatt tagħhom fuq dawk l-aktar vulnerabbli; jirrikonoxxu li l-Indja qed tipprovdi eżempju importanti għad-dinja billi turi li hu possibbli li jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima u fl-istess ħin tiġi mwettqa l-aġenda għall-iżvilupp;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ap)</SYMBOL>imexxu bl-eżempju dwar kif l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tal-komunitajiet indiġeni jingħataw prijorità meta jiġu implimentati l-miri tal-bijodiversità; jinkoraġġixxu sħubija konġunta fil-promozzjoni ta’ aġenda komuni ambizzjuża u azzjoni globali dwar il-bijodiversità; jaħdmu mal-Indja dwar l-isfidi tal-impenji globali relatati mad-deforestazzjoni, l-urbanizzazzjoni rapida u l-iżvilupp industrijali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aq)</SYMBOL>jilqgħu t-tmexxija tal-Indja u l-espansjoni tal-Koalizzjoni għal Infrastruttura Reżiljenti għad-Diżastri, filwaqt li jħeġġu l-investiment globali u l-politika koordinata dwar il-klima u r-reżiljenza għad-diżastri; jilqgħu l-fatt li kemm l-UE kif ukoll il-Bank Ewropew tal-Investiment issa huma membri tal-koalizzjoni, u għalhekk jikkontribwixxu għas-Sħubija ta’ Konnettività UE-Indja u l-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-Global Gateway tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ar)</SYMBOL>jilqgħu u jappellaw għal aktar progress fis-Sħubija UE-Indja għall-Enerġija Nadifa u l-Klima dwar l-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u t-tibdil fil-klima, filwaqt li jżommu f’moħħhom li l-ħtiġijiet tal-enerġija tal-Indja huma mistennija li se jirdoppjaw u aktar fl-20 sena li ġejjin; jinkoraġġixxu aktar investiment fl-Indja sabiex tiġi pprovduta enerġija sikura, affordabbli u sostenibbli, bil-ħsieb li l-Indja tilħaq il-miri ambizzjużi tagħha dwar l-enerġija rinnovabbli; ikomplu l-isforzi biex tiġi żviluppata aktar il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja dwar l-enerġija solari u l-idroġenu; jaħdmu mal-Indja fuq l-iżvilupp sostenibbli u r-riskji ambjentali, b’mod partikolari fir-rigward tal-investimenti ekoloġiċi, it-tniġġis tal-arja u l-kwalità u l-ġestjoni tar-riżorsi tal-ilma; jipprovdu assistenza teknika f’dan ir-rigward; jindirizzaw b’mod konġunt l-impatti tal-Mekkaniżmu ta’ Aġġustament tal-Karbonju fil-Fruntieri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(as)</SYMBOL>iżidu l-involviment mal-Indja dwar l-emerġenzi tas-saħħa, il-farmaċewtiċi u l-innovazzjonijiet tas-saħħa diġitali għal kopertura universali tas-saħħa, peress li hija l-akbar produttur u esportatur tal-mediċina ġenerika u attur attiv fi kwistjonijiet tas-saħħa globali fil-fora multilaterali; jaġixxu dwar l-impenn biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni fil-qasam tas-saħħa; iżidu l-isforzi biex tinstab soluzzjoni rapida, mingħajr ma jiġi kompromess il-kontenut, għall-aċċess universali għal prodotti farmaċewtiċi bi prezz li jintlaħaq;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(at)</SYMBOL>jilqgħu l-ħolqien tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija u jagħmlu użu effettiv minnu; jirrikonoxxu l-potenzjal sostanzjali tal-kwistjonijiet diġitali bħala parti mis-sħubija UE-Indja, u dan jinkludi l-infrastruttura diġitali u l-konnettività, il-politika diġitali, il-protezzjoni u l-flussi tad-data u ċ-ċibersigurtà; iżidu l-kooperazzjoni fil-computing ta’ prestazzjoni għolja u fit-teknoloġiji kwantistiċi, biex b’hekk itejbu s-soluzzjonijiet teknoloġiċi f’għadd kbir ta’ setturi; jirrikonoxxu li bl-appoġġ mill-Indja, l-UE tinsab f’pożizzjoni aħjar biex tavvanza l-istandards globali fis-settur diġitali; jinnotaw il-fehmiet differenti tal-UE u tal-Indja dwar il-protezzjoni tad-data u t-trasferimenti transfruntiera tad-data; jesprimu tħassib li l-Indja torbot il-protezzjoni tad-data mas-sigurtà nazzjonali tagħha, u b’hekk toħloq ostaklu għall-allinjament tar-regolamentazzjoni Indjana u Ewropea fir-rigward tad-data; jinkoraġġixxu, madankollu, il-ħidma fuq l-istabbiliment ta’ standards kondiviżi li jħarsu l-privatezza u l-protezzjoni tad-data, jipprovdu salvagwardji adegwati u jiffaċilitaw relazzjonijiet moderni tal-kummerċ u tas-sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(au)</SYMBOL>jikkooperaw mal-Indja fit-tmexxija tal-konverżazzjoni dinjija dwar l-użu etiku u responsabbli sikur tal-intelliġenza artifiċjali u biex tavvanza l-intelliġenza artifiċjali bbażata fuq id-drittijiet tal-bniedem; jinkoraġġixxu sforzi kollaborattivi biex jiġu stabbiliti standards u linji gwida internazzjonali għall-użu responsabbli tal-intelliġenza artifiċjali li jipprijoritizzaw id-drittijiet tal-bniedem u l-kunsiderazzjonijiet etiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(av)</SYMBOL>javvanzaw fuq impenn kondiviż biex ma jiġux restritti jew ipprojbiti b’mod selettiv pjattaformi tal-midja soċjali, ma tiġix limitata l-libertà tal-espressjoni online u ma jiġux imposti projbizzjonijiet fuq l-aċċess għall-internet u t-telekomunikazzjonijiet, filwaqt li jiġu stabbiliti standards konġunti għall-ekonomija diġitali li għandhom ikunu msejsa fuq id-drittijiet tal-bniedem; jesprimu tħassib dwar rapporti dwar ix-xiri u l-użu mill-gvern Indjan ta’ software ta’ spjunaġġ kif ukoll ta’ mijiet ta’ mezzi tax-xandir foloz u organizzazzjonijiet mhux governattivi organizzati mill-gvern (GONGOs), fost l-oħrajn biex ikollhom fil-mira tagħhom istituzzjonijiet internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aw)</SYMBOL>jinkoraġġixxu aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Indja dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, b’mod partikolari billi jinħolqu rabtiet bejn proġetti Ewropej u inizjattivi Indjani fit-teknoloġiji ekoloġiċi, l-infrastruttura tal-ilma u l-innovazzjoni diġitali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ax)</SYMBOL>jiffaċilitaw aktar mobbiltà bejn l-UE u l-Indja, inkluż għar-riċerkaturi, il-migranti ħaddiema, l-istudenti, il-ħaddiema u l-artisti b’livell għoli ta’ ħiliet, kif ukoll l-iskambji bejn il-persuni fis-setturi kollha rilevanti għas-sħubija UE-Indja;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, kif ukoll lill-korpi leġiżlattivi u lill-Gvern tal-Indja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>