<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0034</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Ir-rwol tad-diplomazija preventiva fl-indirizzar tal-kunflitti ffriżati madwar id-dinja - opportunità mitlufa jew bidla għall-futur?</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0404/2023 - Rapporteur: Željana Zovko)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar ir-rwol tad-diplomazija preventiva fl-indirizzar tal-kunflitti ffriżati madwar id-dinja – opportunità mitlufa jew bidla għall-futur? (2023/2050(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2011 dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar l-Approċċ Integrat għall-Kunflitti u l-Kriżijiet Esterni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ġunju 2016,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet u l-Kunċett tal-Kunsill dwar il-Medjazzjoni għall-Paċi tal-UE tas-7 ta’ Diċembru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni “Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, approvat mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal konġunt tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-1 ta’ Settembru 2023 bit-titolu “Updated toolset for EU Conflict Analysis and Conflict Early Warning – Objectives, processes and guidance” (Sett ta’ għodod aġġornat għall-Analiżi tal-Kunflitti u t-Twissija Bikrija tal-UE għall-Kunflitti – Objettivi, proċessi u gwida) (SWD(2023)0295),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ Korp Ewropew għall-Paċi Ċivili<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 150, 28.5.1999, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra L-Aġenda Ġdida għall-Paċi tan-NU tal-20 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-31 ta’ Ottubru 2000,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 23, 21.1.2021, p. 16.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-PSDK ċivili u ta’ forom oħra ta’ assistenza tal-UE fir-rigward tas-sigurtà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar id-Diplomazija tal-UE dwar il-Klima tas-6 ta’ Ottubru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2018 dwar it-territorji okkupati Georgjani għaxar snin wara l-invażjoni Russa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 28, 27.1.2020, p. 97.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0404/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-preżervazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali huma fost l-objettivi ewlenin tal-azzjoni esterna tal-UE, kif stipulat fl-Artikolu 21(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi kuntest ġeopolitiku li qed jinbidel li jirriżulta minn setgħat emerġenti li jiffaċċjaw atturi dominanti fit-tul, attakki fuq is-sistema multilaterali, id-demokrazija u l-ordni bbażata fuq ir-regoli, vjolenza li qed terġa’ titfaċċa f’kunflitti li kienu ilhom għaddejjin, teknoloġiji emerġenti, theddid ċibernetiku, indħil malizzjuż minn partijiet terzi, kriżijiet klimatiċi u tal-bijodiversità, livelli globali bla preċedent ta’ inugwaljanza ekonomika, it-treġġigħ lura tad-drittijiet, b’mod partikolari għan-nisa, l-esklużjoni persistenti u sistematika ta’ gruppi soċjali sħaħ u d-diskriminazzjoni kontrihom, ir-rigress globali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, il-kwistjonijiet tas-sigurtà tal-ikel u l-migrazzjoni huma fost il-fatturi li jikkontribwixxu għall-kunflitti u l-instabbiltà madwar id-dinja, b’mod speċjali meta titqies il-gwerra illegali ta’ aggressjoni mir-Russja kontra l-Ukrajna u t-tensjonijiet dejjem akbar fil-Lvant Nofsani;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi n-NU jiddefinixxu d-“diplomazija preventiva” bħala “diplomatic action taken to prevent disputes from escalating into conflicts and to limit the spread of conflicts when they occur” (azzjoni diplomatika li tittieħed biex jiġi pprevenut li t-tilwim jeskala f’kunflitti u biex jiġi limitat it-tixrid tal-kunflitti meta jseħħu);
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi d-diplomazija preventiva fl-UE tinkludi appoġġ politiku u finanzjarju għas-sistema multilaterali, il-kummerċ, l-iżvilupp, l-assistenza umanitarja u d-drittijiet tal-bniedem, b’enfasi fuq l-identifikazzjoni ta’ opportunitajiet biex jiġu indirizzati l-kawżi tal-kunflitt u l-ħolqien ta’ spazji għad-djalogu, spiss bi sħubija ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali kif ukoll ma’ partijiet ikkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kunflitti ffriżati jżidu u jinnormalizzaw narrattivi u sentimenti nazzjonali, u jipperpetwaw il-qawmien tal-lemin estrem;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi s-setgħat emerġenti qed jiffaċċjaw atturi tradizzjonali u, flimkien ma’ teknoloġiji ġodda u aktar globalizzazzjoni, qed iwasslu għal kompetizzjoni internazzjonali akbar, li, flimkien mat-tibdil fil-klima, is-sigurtà tal-ikel u l-migrazzjoni, tikkawża tensjonijiet dejjem akbar u twassal għal kunflitti madwar id-dinja li jippreżentaw ukoll sfida għall-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-ordni multilaterali u bbażata fuq ir-regoli bħalissa tinsab mhedda u qed tiġi sfidata fis-sitwazzjoni ġeopolitika volatili, li tagħmilha essenzjali li l-UE tirreaġixxi għal sitwazzjonijiet ta’ kunflitt internazzjonali f’konformità mal-valuri ddikjarati tagħha tad-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza, il-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-dinjità tal-bniedem, sabiex ma jibqax jiddgħajjef l-appoġġ għall-multilateraliżmu; billi xi alleanzi preċedenti bbażati fuq l-interess komuni li tixxekkel din is-sistema qed jibdew jerġgħu jitfaċċaw, bħall-Brażil, ir-Russja, l-Indja, iċ-Ċina u l-Afrika t’Isfel (BRICS); billi l-azzjonijiet unilaterali tar-Russja kellhom impatt sinifikanti fuq il-formazzjoni ta’ alleanzi u l-istabbiliment tal-oqsma ta’ influwenza tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi huwa urġenti, fl-interess u għall-avvanz tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, li jiġu rrispettati u difiżi l-multilateraliżmu u ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-atturi awtokratiċi jisfidaw l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u jimminaw l-istandards demokratiċi madwar id-dinja; billi dinja ta’ demokraziji b’saħħithom, mifhuma bħala dinja ta’ sistemi demokratiċi b’saħħithom, hija dinja aktar sikura, peress li għandhom sistema ta’ kontrokontrolli sinifikanti li tipprevjeni n-nuqqas ta’ prevedibbiltà tal-awtokraziji;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kunflitti ewlenin jiġu minn atturi statali u mhux statali permezz ta’ strateġiji ibridi, attakki ċibernetiċi, kampanji ta’ diżinformazzjoni u indħil dirett fl-elezzjonijiet u fil-proċessi politiċi, koerċizzjoni ekonomika u l-istrumentalizzazzjoni tal-flussi ta’ migrazzjoni irregolari;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-UE jeħtieġ li żżid l-għodod preventivi tagħha u tirrikonoxxi r-rwol vitali li għandha fil-preżervazzjoni tal-paċi, tal-istabbiltà u tas-sigurtà kemm fl-UE kif ukoll barra mill-fruntieri tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-UE hija l-akbar donatur ta’ għajnuna internazzjonali fid-dinja, u tipprovdi għajnuna biex jingħeleb il-faqar u jsir progress fl-iżvilupp globali; billi hija ma kisbitx l-istess impatt fl-isfera tad-diplomazija pubblika u għalhekk għandha ttejjeb l-ambizzjoni u l-viżibbiltà tagħha fil-qasam tad-diplomazija preventiva madwar id-dinja, primarjament billi tikkomunika l-kisbiet u s-suċċess tagħha fl-attivitajiet diplomatiċi tagħha li saru s’issa, u fl-eżiti tal-appoġġ finanzjarju tagħha; billi l-UE qed twettaq evalwazzjoni bir-reqqa tal-istrumenti li jiffinanzjaw il-kooperazzjoni internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-approċċ tal-UE għad-diplomazija preventiva għandu l-għan li jippreżerva l-paċi, jipprevjeni l-kunflitti u jsaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, u jinvolvi azzjonijiet multidimensjonali, f’diversi livelli u b’diversi atturi, filwaqt li, fl-istess ħin, jindirizza diversi aspetti u stadji tal-kunflitti u jiffaċilita l-ispazji għad-djalogu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi d-dipendenza waħdanija fuq l-istrateġiji politiċi, diplomatiċi jew militari spiss turi li mhijiex adegwata għall-prevenzjoni tal-kunflitti u, għalhekk, huwa meħtieġ approċċ komprensiv, ambizzjuż, inklużiv, reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, li jinvolvi għajnuna umanitarja, kooperazzjoni għall-iżvilupp, politiki kummerċjali u barranin u ta’ sigurtà, restawr u żamma tal-ordni legali intern, il-ħolqien jew il-ħolqien mill-ġdid ta’ strutturi amministrattivi, djalogu interetniku u interreliġjuż u approċċi oħra għas-soluzzjoni tal-kunflitti, inkluż billi tiġi miġġielda l-impunità; billi l-azzjonijiet tal-UE dwar id-diplomazija preventiva jridu jkunu primarjament immexxija minn impenn sod għall-kooperazzjoni għad-demokrazija u l-iżvilupp u miżuri għall-bini tal-fiduċja bejn partijiet differenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-isforzi internazzjonali tal-UE għall-iżvilupp u l-appoġġ għad-demokrazija huma għodod ewlenin tal-politika barranija tal-UE; billi l-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali għandhom rwol importanti biex isaħħu l-ħidma tal-UE mal-pajjiżi sħab, inkluż fl-appoġġ tal-isforzi tagħhom biex jissodisfaw l-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi, f’konformità mal-kunsens Ewropew il-ġdid dwar l-iżvilupp, l-UE u l-Istati Membri tagħha jirrikonoxxu r-rabta bejn l-iżvilupp sostenibbli, l-azzjoni umanitarja, il-paċi u s-sigurtà fl-ilħuq tal-objettivi tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs), b’mod partikolari l-SDG 16 dwar il-promozzjoni ta’ soċjetajiet paċifiċi u inklużivi;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-Kunsill ħatar disa’ rappreżentanti speċjali tal-UE għal reġjuni differenti instabbli u affettwati mill-kunflitti, filwaqt li xi wħud minnhom jaġixxu bħala medjaturi u faċilitaturi tal-paċi biex jipprevjenu milli t-tilwim jikber u biex jillimitaw it-tixrid tal-kunflitti meta jseħħu, iżda l-inizjattivi tagħhom u l-effetti tal-azzjonijiet tagħhom mhux dejjem ikunu viżibbli jew effettivi biżżejjed; billi huwa importanti li r-rappreżentanti speċjali tal-UE jkollhom mandat wiesa’ u flessibbli, li jkun kapaċi jadatta għaċ-ċirkostanzi ġeopolitiċi li qed jevolvu sabiex jiġu promossi l-politiki u l-interessi tal-UE f’reġjuni u f’pajjiżi speċifiċi u li jkollhom rwol attiv fl-isforzi ta’ diplomazija preventiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-UE ma għandhiex il-fiduċja, il-mezzi, ir-riżorsi jew l-għodod meħtieġa biex tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha ta’ medjazzjoni f’oqsma ta’ importanza strateġika u għandha mnejn ma titqiesx imparzjali minn parti waħda jew aktar involuti fil-kunflitt; billi dan jista’ jwassal għal żieda fin-narrattivi anti-Ewropej fil-viċinat immedjat tal-UE u fil-pajjiżi mhux tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-gwerra illegali, mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, u kontra l-Georgia f’Awwissu 2008, u l-konsegwenzi tagħha madwar id-dinja jenfasizzaw il-bżonn ta’ azzjoni tal-UE aktar b’saħħitha u aktar ambizzjuża, kredibbli, strateġika u unifikata fix-xena dinjija, u taċċentwa l-bżonn li l-UE tistabbilixxi b’mod awtonomu l-objettivi strateġiċi tagħha u tiżviluppa u tuża l-kapaċitajiet neċessarji biex dawn jiġu segwiti sabiex jiġi evitat li jerġgħu jsiru żbalji preċedenti u wieħed jitgħallem minnhom għal sfidi futuri; billi l-UE għandha timpenja r-riżorsi finanzjarji kollha meħtieġa biex tindirizza l-isfidi ġeopolitiċi li qed jiżdiedu malajr u tinvesti aktar fid-diplomazija preventiva u f’miżuri oħra ta’ prevenzjoni tal-kunflitti biex tipprevjeni t-tixrid tal-kunflitti, peress li huma ta’ detriment għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku taż-żoni affettwati;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi s-sigurtà fil-Viċinat tal-Lvant u fil-Balkani tal-Punent, u r-reġjun tas-Saħel, l-Afrika tal-Punent u l-Qarn tal-Afrika tinsab mhedda bil-kbir mill-invażjoni Russa tal-Ukrajna u mill-azzjonijiet ibridi malizzjużi tagħha, u mill-possibbiltà li din l-aggressjoni tinxtered fil-pajjiżi ġirien; billi d-destabbilizzazzjoni tal-viċinat immedjat tagħna thedded l-istabbiltà, il-paċi u s-sigurtà tal-fruntieri esterni tal-UE u b’hekk tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; billi l-UE jeħtieġ li żżid l-effettività tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tal-UE, b’mod partikolari fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna tirrappreżenta twissija għall-UE, peress li tikkostitwixxi theddida immedjata għall-ordni ta’ sigurtà Ewropea u globali u għas-sigurtà tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, kif ukoll il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali tagħha; billi l-invażjoni fuq skala sħiħa tal-Ukrajna mir-Russja u l-konsegwenzi tagħha madwar id-dinja stimulaw il-momentum biex il-politika barranija tal-UE tikseb definizzjoni ġeopolitika mill-ġdid, inkluża rikunsiderazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ rispons tagħha, inkluż is-sett ta’ għodod għad-diplomazija preventiva tagħha, kif ukoll l-iskattar ta’ sejħiet pubbliċi biex l-UE taġixxi b’mod konsistenti b’rispons għall-kunflitti internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-UE għandha ssegwi b’mod attiv id-diplomazija preventiva f’reġjuni ta’ kunflitt iffriżat biex tipprevjeni l-eskalazzjoni u tippromwovi l-istabbilizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-UE dejjem għamlet ħilitha biex tiffaċilita t-taħditiet diretti u tnaqqas ir-riskju ta’ eskalazzjoni f’reġjuni differenti tad-dinja, u toffri appoġġ għall-proċessi tal-paċi, inizjattivi għall-bini tal-paċi u sistemi reġjonali ta’ twissija bikrija f’kuntest ġeopolitiku kumpless;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi n-nuqqas ta’ rieda min-naħa tal-Istati Membri li jitbiegħdu mill-interessi individwali, politiċi jew ekonomiċi tagħhom fir-relazzjonijiet esterni sabiex flimkien jibnu kapaċità konġunta u jiżviluppaw bis-sħiħ l-awtonomija strateġika huma wieħed mill-ostakli ewlenin għat-tmexxija globali tal-UE fid-diplomazija preventiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi l-UE għandha tkompli timxi ’l quddiem biex tiżviluppa bis-sħiħ l-istrumenti awtonomi u permanenti tagħha stess fl-azzjoni esterna, fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK) u fil-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK) tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-immaniġġjar tal-kriżijiet ċivili huwa komponent fundamentali tal-PESK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi hemm bżonn li terġa’ tiġi vvalutata u msaħħa l-koordinazzjoni bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), il-Parlament u l-Istati Membri sabiex jinbnew kapaċitajiet konġunti u jiġu mmodernizzati l-approċċi attwali biex jinkisbu riżultati tanġibbli u jiġu varati inizjattivi sinifikattivi fid-diplomazija preventiva, il-bini tal-paċi u l-istabbiliment tal-paċi; billi l-UE jeħtieġ li titkellem b’vuċi waħda u l-azzjoni tagħha fil-prattika għandha tkun allinjata ma’ dik tal-Istati Membri tagħha, f’termini ta’ twissija bikrija, prevenzjoni tal-kunflitti u ġestjoni tal-kriżijiet; billi l-prevenzjoni tal-kunflitti hija objettiv komuni tal-Istati Membri kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-kredibbiltà tal-UE hija rekwiżit ewlieni għall-implimentazzjoni korretta tal-azzjonijiet ta’ diplomazija preventiva tagħha peress li ssaħħaħ il-fiduċja fil-konfront tal-UE fost l-atturi differenti involuti f’kunflitt; billi, f’dan ir-rigward, huwa meħtieġ li jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ koordinazzjoni u koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE, b’mod partikolari billi jiġi żgurat ir-rwol ewlieni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) bħala medjatur bejn il-PESK u r-relazzjonijiet esterni tal-UE; billi l-Kummissjoni jeħtieġ li ssaħħaħ il-koordinazzjoni tagħha mas-SEAE, inkluż fl-inizjattivi u l-azzjonijiet ta’ diplomazija preventiva tal-UE, billi tiggarantixxi konformità sħiħa mal-Artikoli 3(2) u 9 tad-Deċiżjoni tas-SEAE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-finanzjament globali għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi jinsab f’livell li qatt ma kien daqshekk baxx f’dawn l-aħħar 15-il sena<FOOTNOTE><FIELD> Kumitat tal-OECD ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp, “Peace and Official Development Assistance” (Assistenza għall-Paċi u l-Iżvilupp Uffiċjali), Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi, fl-istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Ewropa Globali), hemm programm tematiku dwar il-paċi, l-istabbiltà u l-prevenzjoni tal-kunflitti; billi l-Kummissjoni ppubblikat programm indikattiv pluriennali li jalloka EUR 870 970 044 għall-perjodu 2021-2027 għal dan il-qasam tematiku, li minnhom bejn 13 % u 18 % biss se jiġu allokati għall-prevenzjoni tal-kunflitti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-UE għandhom mandat għall-prevenzjoni tal-kunflitti, iż-żamma tal-paċi u l-immaniġġjar tal-kriżijiet; billi l-kapaċità tas-sett ta’ għodod preventivi tagħhom għandha tiġi estiża u għandu jiġi pprovdut taħriġ addizzjonali lill-persunal;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi, b’dispjaċir, l-UE wriet f’okkażjonijiet differenti nuqqas ta’ ċarezza fir-rappreżentanza esterna tagħha, li jaffettwa b’mod ċar il-koerenza tagħha u, għalhekk, il-kredibbiltà tagħha madwar id-dinja; billi huwa meħtieġ li jiġu ddefiniti b’mod ċar il-kompetenzi tal-VP / RGħ, tal-President tal-Kummissjoni u tal-President tal-Kunsill Ewropew dwar l-azzjoni esterna u r-rappreżentanza tal-UE, peress li l-qafas regolatorju attwali mhuwiex ċar fir-rigward tal-kompetenzi ta’ kull figura istituzzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi r-riċerka turi li n-nisa u l-irġiel jesperjenzaw, jinvolvu ruħhom u huma affettwati minn kunflitti armati vjolenti b’mod differenti u għandhom fehim differenti tal-paċi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Liġi u l-Politika Umanitarji, “Gendered impacts of armed conflict and implications for the application of IHL” (L-impatti abbażi tal-ġeneru tal-kunflitt armat u l-implikazzjonijiet għall-applikazzjoni tal-IHL), 30 ta’ Ġunju 2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tirrappreżenta għodda essenzjali biex jiġi kkonfermat li rwol sinifikattiv u ekwu fit-teħid ta’ deċiżjonijiet huwa żgurat għan-nisa ta’ kull età matul l-istadji kollha tal-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istabbiliment tal-paċi, il-bini tal-paċi u tar-riabilitazzjoni wara l-kunflitti; billi, fil-Boxxla Strateġika tal-UE, in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà jiffurmaw parti integrali mid-dokument;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-monumenti tal-wirt emblematiku u kulturali f’żoni affettwati mill-gwerra jikkontribwixxu għall-bini tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni fost il-komunitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-appoġġ għall-kultura u r-riżorsi mmirati b’mod ċar għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali jsaħħaħ ħafna l-kapaċità tal-UE li tiżviluppa u tappoġġja bis-sħiħ ir-relazzjonijiet interkulturali tagħha mas-sħab bħala komponent siewi tas-sett ta’ għodod għad-diplomazija preventiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi d-diplomazija kulturali tal-UE u l-protezzjoni tal-wirt kulturali u storiku huma importanti għall-koeżistenza, il-paċi, id-demokrazija u l-iżvilupp sostenibbli billi jippromwovu s-solidarjetà, it-tolleranza u r-rikonċiljazzjoni permezz tad-delegazzjonijiet u l-atturi tagħha fil-prattika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi r-ritorn tal-Istati Uniti fl-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huwa importanti għall-kooperazzjoni globali dwar l-isfidi tranżnazzjonali, inklużi l-isforzi ta’ diplomazija preventiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-assi dejjem akbar bejn ir-Russja, iċ-Ċina u l-Iran qed jistrumentalizza l-organizzazzjonijiet internazzjonali, b’mod partikolari l-korpi tan-NU, biex idgħajjef id-dritt internazzjonali u jissuġġettahom għall-interessi tagħhom, li qed jikkontradixxi dejjem aktar il-Karta tan-NU u l-ordni globali bbażat fuq ir-regoli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi d-diplomazija dwar il-klima tinkorpora t-tibdil fil-klima bħala element tal-politika dwar l-azzjoni esterna u tenfasizza l-ħtieġa li jiġu integrati l-objettivi klimatiċi u li jiġu indirizzati r-riskji klimatiċi fl-ogħla livell diplomatiku u fl-oqsma kollha tal-politika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-kooperazzjoni mal-Istati Membri, mal-istituzzjonijiet, mas-sħab trans-Atlantiċi u ma’ dawk internazzjonali, mal-pajjiżi kandidati tal-UE u ma’ pajjiżi oħra permezz tal-iskambju ta’ għodod, informazzjoni u prattiki jista’ jkollha rwol ewlieni biex ittejjeb l-għodod diplomatiċi preventivi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi ż-żieda reċenti fit-tensjonijiet bejn il-Venezwela u l-Guyana fuq ir-reġjun ta’ Essequibo hija opportunità għall-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, biex tieħu azzjoni diplomatika preventiva urġenti qabel ma l-kwistjoni tkompli teskala;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda li l-Kunsill, il-Kummissjoni u l-VP / RGħ:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jirrikonoxxu r-rabta qawwija bejn il-politika interna u esterna u d-dimensjonijiet tas-sigurtà tal-UE u jirriflettu dan fl-approċċ tagħhom għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u li d-diplomazija preventiva għandha sseħħ kemm fl-UE kif ukoll barra minnha; jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet offruti mit-Trattat ta’ Liżbona biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni eżistenti; jirrikonoxxu l-ħtieġa li tintemm l-interpretazzjoni stretta tas-sigurtà u li d-diskussjoni tibda minn kunċett li ma jwarrabx fatturi bħall-perikli ambjentali, it-theddida tal-mard, il-ġuħ, l-inġustizzja soċjali, id-diżinformazzjoni u l-vjolenza;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>ipoġġu r-rispett għad-drittijiet fundamentali, kostituzzjonali u tal-bniedem, u s-salvagwardja tal-libertajiet ċivili fil-qalba tal-politika tas-sigurtà interna u esterna u l-isforzi ta’ diplomazija preventiva tagħha, peress li l-kapaċità tal-UE li taġixxi bħala attur globali tal-politika barranija, sieħeb internazzjonali affidabbli, sensar onest u attur kredibbli tas-sigurtà u tad-difiża tiddependi mill-kapaċità tagħha li tippromwovi dawn il-valuri, filwaqt li tiddefinixxi, tasserixxi u tiddefendi b’mod proattiv l-interessi Ewropej tagħha fid-dinja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jadattaw u jaġġornaw b’mod regolari l-għodod tal-UE għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti għan-natura li qed tinbidel tal-kunflitti, inkluż bħala riżultat tat-tibdil fil-klima u d-diżastri konsegwenti, l-instabbiltà ġeopolitika, il-perikli ambjentali, it-theddida tal-mard, il-ġuħ, l-inġustizzja soċjali, iż-żieda ta’ teknoloġiji ġodda, it-tellieqa globali għall-materja prima, iż-żieda fl-inugwaljanzi madwar id-dinja u l-iskarsezza tal-ikel, filwaqt li jiġu vvalutati kontinwament l-isfidi globali emerġenti u jiġu promossi b’mod effettiv il-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>itejbu r-rwol u l-involviment sinifikattiv tagħhom fil-proċessi tal-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll il-medjazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied innegozjati mill-UE sabiex jiġi żgurat il-funzjonament effiċjenti tal-istrumenti applikati mill-UE u biex jiġi ffaċilitat il-progress tanġibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jużaw bis-sħiħ il-mezzi għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprevjenu l-kunflitt, jallinjaw il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti tal-UE, ikomplu jiżviluppaw l-għodod f’konformità mal-aġenda ġeopolitika tagħha u l-valuri tal-UE u jaġixxu bħala garanti tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied medjati mill-UE u medjatur ekwidistanti u bbażat fuq il-valuri matul il-kriżijiet u l-kunflitt madwar id-dinja, fid-dawl tal-fatt li l-UE hija magħrufa għal-leġittimità, il-kredibbiltà, l-imparzjalità u l-inklużività tagħha; jiżguraw ir-rispett għas-sovranità tal-pajjiżi fi kwalunkwe att ta’ diplomazija preventiva; ifakkru li l-UE għandu jkollha rwol diplomatiku ewlieni sabiex ittemm il-kunflitti madwar id-dinja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jintegraw l-għodod ta’ diplomazija preventiva tal-UE f’mekkaniżmi u azzjonijiet ta’ prevenzjoni strutturali, bħal, pereżempju, ftehimiet politiċi fost atturi differenti involuti fil-kunflitti, djalogi nazzjonali għar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi u l-ġustizzja tranżizzjonali, kif ukoll kummissjonijiet għall-verità u r-rikonċiljazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jintegraw il-wirt kulturali fl-approċċ ġenerali tal-UE għall-immaniġġjar tal-kriżijiet, bħala komponent trażversali tal-azzjonijiet kollha fis-sett ta’ għodod tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jistiednu lill-Istati Membri jitbiegħdu mill-interessi individwali tagħhom fir-relazzjonijiet esterni u jiżviluppaw flimkien kapaċitajiet konġunti fil-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>jiżviluppaw sett ta’ regoli ċari u prattiċi dwar l-azzjoni esterna u r-rappreżentanza tal-UE mill-VP / RGħ, mill-President tal-Kummissjoni u mill-President tal-Kunsill Ewropew u jiżguraw il-konsistenza tal-mandati tagħhom; itejbu l-kapaċitajiet ta’ medjazzjoni tal-UE billi jippromwovu missjonijiet, inkjesti u investigazzjonijiet politiċi u ta’ ġbir tal-informazzjoni;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>jiżguraw komplementarjetà effettiva u approċċ armonizzat mal-Parlament u jikkollaboraw mill-qrib mal-azzjonijiet ta’ diplomazija preventiva tal-Parlament, peress li d-diplomazija parlamentari u l-attivitajiet tal-Parlament f’dan ir-rigward, bħall-missjonijiet uffiċjali tagħha f’pajjiżi mhux tal-UE u f’fora multilaterali, tikkontribwixxi għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, standards demokratiċi u pluraliżmu politiku madwar id-dinja, kif ukoll il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi; jippreżentaw lill-Parlament valutazzjonijiet annwali dwar l-attivitajiet tal-UE li jikkonċernaw id-diplomazija preventiva madwar id-dinja, kif ukoll rieżamijiet tas-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għall-konflitti meta jkun xieraq;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Fehim tal-kuntest lokali u kulturali</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>itejbu l-fehim tal-UE dwar il-kuntest lokali, storiku, politiku, ġeografiku, reliġjuż, ambjentali, tad-drittijiet tal-minoranzi, soċjali u kulturali u jinvestu fit-trawwim tal-ħiliet meħtieġa fost il-persunal tas-SEAE li jaħdem fuq il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għalihom, kif ukoll il-medjazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied u jiżviluppaw gwida f’dan ir-rigward itejbu l-fehim u jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-kunflitt sabiex jiġi pprevenut li jinqala’ u jinfirex il-kunflitt;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>jiddiversifikaw il-korp diplomatiku tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex jiżguraw li d-diversità demografika u l-inklużjoni tal-minoranzi jibbenefikaw mill-proċess diplomatiku kemm mill-perspettivi empiriċi kif ukoll minn dawk normattivi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>jadattaw l-assistenza għall-konsolidament tal-Istat għall-kuntest kulturali, storiku, lokali, soċjoekonomiku, ambjentali u politiku tal-pajjiż rilevanti li jirċeviha u jaġġornawha kontinwament bħala reazzjoni għall-kundizzjonijiet fil-post permezz ta’ analiżi politika rigoruża u dettaljata għal risposta strateġika komuni; irawmu komunikazzjoni miftuħa u konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati lokali u l-partijiet kollha tas-soċjetà fil-pajjiż rilevanti, b’mod partikolari l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, biex jifhmu aħjar il-kuntest lokali u kulturali, jibnu l-fiduċja, iħeġġu r-relazzjonijiet bejn il-persuni u jiġbru informazzjoni ta’ twissija bikrija f’żoni affettwati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jitolbu lill-Kunsill Ewropew u lis-SEAE jtejbu aktar il-viżibbiltà tal-UE f’pajjiżi oħra mhux tal-UE u f’pajjiżi sħab u jsaħħu d-diplomazija kulturali u d-dimensjoni tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE bħala strument rilevanti għall-paċi, għall-bini tal-paċi u għall-prevenzjoni tal-kunflitti, kif ukoll biex jiġu indirizzati l-isfidi globali, u biex juru l-valur miżjud tal-UE u javvanzaw il-kooperazzjoni u r-relazzjonijiet ma’ dawn il-pajjiżi u s-sħab internazzjonali; jużaw u jespandu l-komponent għall-protezzjoni tal-wirt kulturali fil-kunflitti u l-kriżijiet bħala fattur li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-paċi, ir-rikonċiljazzjoni u l-fehim reċiproku, u d-djalogu interkulturali f’żoni ta’ kunflitt u ta’ wara l-kunflitt; iżidu l-appoġġ tal-UE għas-setturi kreattivi u artistiċi ta’ pajjiżi mhux tal-UE, inkluża l-assistenza dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet; jippromwovu l-ħolqien konġunt kulturali bejn pajjiżi mhux tal-UE, inkluż billi jrawmu skambji u residenzi kulturali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>isaħħu l-approċċ reattiv għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fl-attivitajiet ta’ diplomazija preventiva tagħhom, bil-għan li jipproteġu aħjar id-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u jżidu l-parteċipazzjoni tagħhom f’tali attivitajiet; jiżguraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fost rappreżentanti speċjali u mibgħuta speċjali f’konformità mal-qafas ta’ politika dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III u l-Istrateġija tal-UE għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025; jimplimentaw b’mod effettiv l-Approċċ Strateġiku tal-UE għan-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u l-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru sabiex jinkisbu paċi u sigurtà sostenibbli u dejjiema;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>jiżviluppaw u jintegraw analiżi tal-kunflitt reattiva għal kwistjonijiet ta’ ġeneru li hija sensittiva għall-kuntest lokali u tirrikonoxxi l-fatturi bbażati fuq il-ġeneru u l-impatt ibbażat fuq il-ġeneru tal-kunflitt, fis-suppożizzjonijiet kollha tal-ippjanar sabiex jissaħħu l-isforzi preventivi u jiġu mmitigati r-riskji ta’ rikorrenza għall-kunflitt;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>jinkludu l-parteċipazzjoni tan-nisa u indikaturi reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru fil-proċessi kollha ta’ twissija bikrija, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fl-isforzi ta’ rispons bikri;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jużaw il-potenzjal sħiħ tad-“diplomazija tal-edukazzjoni” bħala strument fundamentali fid-diplomazija preventiva, b’mod partikolari l-programm Erasmus + tal-UE; jiżviluppaw attivitajiet edukattivi f’dan il-qafas ma’ pajjiżi mhux tal-UE, inkluż permezz ta’ Erasmus+; jippromwovu l-adozzjoni f’pajjiżi mhux tal-UE ta’ skambji ta’ studenti u żjarat ta’ studenti f’siti ta’ memorja storika bil-għan li jippromwovu d-djalogu interkulturali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>iżommu rendikont tal-frammentazzjoni reġjonali u jabbozzaw analiżijiet tal-konflitti reġjonali, bil-għan li jivvalutaw u jipprevjenu t-theddid tranżnazzjonali u t-tensjonijiet interstatali, kif ukoll l-effetti konsegwenzjali eżistenti jew potenzjali;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għall-kunflitti</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(t)</SYMBOL>jiżguraw li s-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għall-kunflitti tkun proattiva biżżejjed, ipprovduta bir-riżorsi meħtieġa u bbażata fuq analiżi prospettiva, komprensiva u robusta tal-fatturi ta’ riskju li ta’ spiss jikkorrelataw maż-żieda f’daqqa tal-vjolenza, kif ukoll għodod ta’ ġestjoni li jidentifikaw, jivvalutaw u jgħinu biex tingħata prijorità lis-sitwazzjonijiet f’riskju ta’ kunflitt vjolenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(u)</SYMBOL>jinvolvu mill-qrib u b’mod sistematiku lid-delegazzjonijiet tal-UE fil-pajjiżi u fir-reġjuni f’riskju ta’ kunflitt jew li jiġġestixxu kunflitti ffriżati u mhux riżolti fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni fil-post u fl-għoti ta’ kontribut lis-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għall-konflitti; jappoġġjaw l-aċċess umanitarju sħiħ u mingħajr xkiel u r-rispett għad-dritt internazzjonali meta jeżerċitaw diplomazija preventiva f’kunflitti ffriżati;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(v)</SYMBOL>jivvalutaw ir-riżultati miksuba mis-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għall-konflitti u jipproponu aġġustamenti biex jagħmluha aktar effettiva sabiex tkun tista’ tidentifika fatturi ta’ riskju strutturali u jippermettu lil dawk li jfasslu l-politika jiżviluppaw risponsi strateġiċi f’waqthom biex jimmitigaw ir-riskji u jidentifikaw opportunitajiet għall-prevenzjoni tal-kunflitti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(w)</SYMBOL>jiżguraw li dan il-mekkaniżmu jikkollabora mill-qrib maċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet (INTCEN) tal-UE, maċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE u maċ-Ċentru Satellitari minħabba l-ħtieġa ta’ fluss pertinenti ta’ informazzjoni f’dan ir-rigward; isaħħu l-INTCEN tal-UE u ċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE billi jżidu l-persunal, ir-riżorsi finanzjarji u l-kapaċitajiet tagħhom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(x)</SYMBOL>jistabbilixxu kooperazzjoni mill-qrib fil-prattika mal-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tan-NU u ma’ atturi internazzjonali oħra, b’mod parikolari n-NATO, biex tinġabar informazzjoni fil-kuntest tal-isforzi ta’ twissija bikrija;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(y)</SYMBOL>itejbu b’mod kostanti l-protokolli ta’ sigurtà tas-servizzi li jaħdmu fuq l-intelligence u/jew b’informazzjoni sensittiva;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rwol tar-rappreżentanti speċjali u tal-mibgħuta speċjali fid-diplomazija preventiva, ir-responsabbiltà tagħhom u stampa ġenerali tar-riżultati tagħhom fil-proċessi tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(z)</SYMBOL>iqisu l-kuntest lokali, kulturali u storiku meta jaħtru r-rappreżentanti u l-mibgħuta speċjali bil-għan li jevitaw li jqanqlu kontroversja fir-reġjuni ta’ kunflitt fl-eventwalità li l-ħatra tiġi minn Stat Membru b’rabtiet storiċi mar-reġjun ikkonċernat li jistgħu jheddu l-perċezzjoni tagħhom bħala sensara onesti; iqisu l-importanza kruċjali li dawn ir-rappreżentanti jkunu familjari sew maż-żona li se jivvalutaw u mħarrġa fiha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aa)</SYMBOL>jivvalutaw bir-reqqa, inkluż l-iskrutinju fil-Parlament, l-inizjattivi meħuda mir-rappreżentanti u l-mibgħuta speċjali tal-UE, kif ukoll ir-riżultati tagħhom u kif qed jikkontribwixxu għad-diplomazija preventiva, i-proċessi ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti jew l-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied intermedjati mill-UE, meta rilevanti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ab)</SYMBOL>jipprovdu valutazzjonijiet regolari u bir-reqqa dwar l-obbligu ta’ rendikont tar-rappreżentanti u l-mibgħuta speċjali tal-UE skont il-mandati tagħhom, u ħarsa ġenerali lejn l-inizjattivi li ħadu u r-riżultati li kisbu fil-proċessi ta’ riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll il-medjazzjoni tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied immedjati mill-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ac)</SYMBOL>itejbu t-trasparenza u l-iskrutinju parlamentari tax-xogħol tar-rappreżentanti u tal-mibgħuta speċjali tal-UE billi l-Parlament jiġi pprovdut rapporti regolari u dettaljati dwar l-attivitajiet tagħhom u r-riżultati li kisbu skont il-mandati tagħhom; jippromwovu relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn ir-rappreżentanti u l-mibgħuta speċjali tal-UE u l-Parlament fid-dawl tal-isforzi diplomatiċi interparlamentari;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ad)</SYMBOL>jiżguraw li l-ħatra tar-rappreżentanti speċjali, tal-mibgħuta speċjali u tal-ambaxxaturi tal-UE tkun tista’ tiġi kkonfermata biss wara valutazzjoni pożittiva min-naħa tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tagħlimiet meħuda mir-riżoluzzjoni tal-kunflitti bil-medjazzjoni tal-UE u mill-kunflitti ffriżati u mill-ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied innegozjati mill-UE, kif ukoll minn</STRING></STRING> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">kunflitti ffriżati u mhux riżolti</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ae)</SYMBOL>iwettqu studju dwar it-tagħlimiet meħuda mill-azzjonijiet preċedenti tal-UE, l-opportunitajiet mitlufa għad-diplomazija preventiva u l-kisbiet tagħha fil-proċess ta’ riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, pereżempju, fir-reġjun tas-Saħel, l-Afrika tal-Punent u l-Qarn tal-Afrika, il-Balkani tal-Punent, il-Kawkasu tan-Nofsinhar, Ċipru, l-Irlanda ta’ fuq, l-Afganistan, il-Lvant Nofsani, il-Moldova u l-Ukrajna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(af)</SYMBOL>jipprevjenu, fil-futur, il-konsegwenzi negattivi possibbli tas-sospensjoni prematura tal-missjonijiet tal-UE f’reġjuni ta’ kunflitt, kif ukoll il-kontinwazzjoni ta’ missjonijiet ferm ineffettivi jew dawk li għandhom il-potenzjal li jkollhom effetti politiċi u ta’ sigurtà negattivi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ag)</SYMBOL>jespandu s-sett ta’ għodod ta’ diplomazija preventiva tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-UE, kif ukoll il-kapaċità u t-taħriġ tal-persunal tagħhom sabiex jantiċipaw u jirreaġixxu aktar malajr għas-sitwazzjonijiet li jkunu qegħdin jiżviluppaw fuq il-post;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ah)</SYMBOL>jiżguraw li l-UE tassumi rwol aktar attiv fl-appoġġ tal-istadji kollha tal-proċess immexxi min-NU rigward il-problema ta’ Ċipru, bil-mezzi xierqa kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż permezz tal-ħatra ta’ mibgħut tal-UE, bil-għan li tintlaħaq soluzzjoni komprensiva tal-problema ta’ Ċipru, fil-qafas tan-NU, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u f’konformità mal-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-UE u mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING>;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ai)</SYMBOL>jibbażaw fuq it-tagħlimiet meħuda min-nuqqas ta’ progress fl-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ waqfien mill-ġlied innegozjati mill-UE, inkluż il-Ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied bejn ir-Russja u l-Georgia, bil-medjazzjoni tal-UE fit-12 ta’ Awwissu 2008;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aj)</SYMBOL>jisħqu fuq il-ħtieġa li l-UE jkollha rwol attiv kull fejn ikun hemm ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ak)</SYMBOL>jiżguraw approċċ koordinat bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha fil-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi, bil-maqlub ta’ dak li ġara fl-Afganistan fejn kienu qed jaħdmu b’mod parallel f’reġjuni differenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(al)</SYMBOL>iżidu l-kapaċità tal-UE li tanalizza u tipprevedi b’mod rigoruż u kontinwu s-sitwazzjoni politika u tas-sigurtà tar-reġjuni fi kriżi u jadattaw ir-risposta tal-UE għar-realtajiet fil-post li jkunu qegħdin jinbidlu, inkluż billi jiżguraw li jkun hemm punt fokali responsabbli għall-analiżi tal-kunflitti f’kull delegazzjoni tal-UE; jiżguraw il-komplementarjetà bejn l-isforzi fil-prattika u l-isforzi diplomatiċi bejn il-gvernijiet, ir-rappreżentanti u atturi rilevanti oħra fil-livell tal-istat;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(am)</SYMBOL>jivvalutaw dak li kien hemm nieqes fl-isforzi tad-diplomazija preventiva tal-UE fil-Bożnija-Ħerzegovina sabiex jiġu evitati t-tensjonijiet minħabba atti retoriċi u seċessjonisti xewwiexa, li jimminaw l-aspirazzjonijiet Ewropej tagħha; iħeġġu lill-Bożnija-Ħerzegovina biex b’mod urġenti ssib ftehim politiku komuni sabiex tikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 u biex tkun tista’ tiftaħ negozjati ta’ adeżjoni qabel Marzu 2024, filwaqt li tqis ukoll is-sitwazzjoni ġeopolitika volatili u l-isforzi ħalli jiġu pprevenuti influwenzi esterni malizzjużi fir-reġjun, u b’hekk twitti t-triq għall-paċi u l-istabbiltà permanenti fil-pajjiż u fir-reġjun; jilqgħu d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-14-15 ta’ Diċembru 2023 li jinfetħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina hekk kif tikkonforma mal-kriterji tas-sħubija fl-UE; jistennew bil-ħerqa r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress li għandu jitressaq sa mhux aktar tard minn Marzu 2024;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(an)</SYMBOL>jespandu l-missjoni EUFOR Althea fil-Bożnija-Ħerzegovina u jsaħħu s-sett ta’ għodod tagħha għall-prevenzjoni tal-konflitti; jinnotaw li din hija l-aktar missjoni ta’ suċċess tal-UE għaż-żamma tal-paċi u għall-bini tal-paċi sal-lum li żammet l-istabbiltà fir-reġjun u kkontribwiet għal ambjent sikur u sigur fil-pajjiż;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ao)</SYMBOL>jistabbilixxu mekkaniżmu li jivverifika u jiżgura l-implimentazzjoni tal-ftehimiet kollha li laħqu bejniethom is-Serbja u l-Kosovo s’issa, u jirrapportaw lill-Parlament fuq bażi perjodika biex jiġi żgurat li jiġu evitati aktar tensjonijiet u li jipprovdi sforzi ta’ medjazzjoni u ta’ faċilitazzjoni aktar effettivi bejn il-partijiet, inkluż billi jiġu allokati aktar riżorsi għad-djalogu ffaċilitat mill-UE bejn Belgrad u Pristina u l-proċess tad-djalogu jsir aktar orjentat lejn iċ-ċittadini, bil-għan li jingħeleb l-istaġnar attwali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ap)</SYMBOL>ikollhom l-għan li joħorġu b’tagħlimiet meħuda mill-isforzi ta’ diplomazija preventiva li fallew bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan li rriżultaw fl-operazzjoni militari tal-Ażerbajġan f’Nagorno-Karabah u f’sitwazzjonijiet simili għal dik ta’ matul il-gwerra tal-2020 u warajha meta, wara li l-qafas ta’ djalogu internazzjonali tal-OSKE kien falla, il-pożizzjoni passiva tal-UE ma kinitx biżżejjed biex tipprevjeni r-ritorn għal kunflitt vjolenti u wasslet biex l-UE jkollha inqas impatt minn atturi reġjonali oħra, bħar-Russja, l-Iran u t-Turkija, li jkompli jeżerċitaw ukoll l-influwenza tagħhom u jnaqqsu dik tal-UE fir-reġjun u jipprevjenu l-effett konsegwenzjali fl-Armenja; jirrispondu għall-instabbiltà fir-reġjun usa’ tal-Kawkasu tan-Nofsinhar u jsaħħu l-isforzi diplomatiċi tal-UE fil-kuntest tad-Diskussjonijiet Internazzjonali ta’ Ġinevra u altrimenti, bil-għan li jiżguraw li r-Russja tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied innegozjat mill-UE tat-12 ta’ Awwissu 2008, b’mod partikolari biex tirtira l-forzi ta’ okkupazzjoni tagħha mir-reġjuni tal-Georgia ta’ Abkażja u r-reġjun ta’ Tskhinvali /l-Ossezja tan-Nofsinhar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aq)</SYMBOL>jindirizzaw il-kawżi ewlenin tal-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina li ilu għaddej, li kompla jiġi aggravat mill-attakk terroristiku deplorevoli mill-Hamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, li wassal għal kontrattakk minn Iżrael, li t-tnejn li huma wasslu għal eluf ta’ vittmi fuq iż-żewġ naħat u t-tbatija enormi ta’ ċivili innoċenti; jintensifikaw l-isforzi, f’koordinazzjoni mas-sħab tagħhom fir-reġjun u fil-komunità internazzjonali, għas-soluzzjoni negozjata minn żewġ stati fil-fehim internazzjonali kondiviż li dan joffri l-aħjar opportunità għal soluzzjoni vijabbli għall-paċi, bil-għan li tintemm il-vjolenza rikorrenti u li n-nies fuq in-naħat ta’ Iżrael u tal-Palestina jkunu jistgħu jgħixu fis-sigurtà, fil-libertà, fid-dinjità u bi drittijiet ugwali; jiżguraw li l-UE titqies bħala medjatur u sensar onest, filwaqt li tħares id-dritt internazzjonali sabiex ikollha rwol aktar effettiv fl-ispazju internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ar)</SYMBOL>jippromwovu l-parteċipazzjoni tal-UE fil-medjazzjoni, fil-bini tal-paċi u fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti bħal fil-proċess ta’ paċi tal-Kolombja, fejn l-appoġġ tal-Unjoni għamel enfasi fuq l-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-kunflitt, inklużi l-inugwaljanzi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, permezz ta’ sforzi ta’ rikonċiljazzjoni, żvilupp territorjali ekonomiku permezz tal-integrazzjoni rurali u djalogu politiku fuq diversi livelli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(as)</SYMBOL>jagħtu prijorità lid-diplomazija diskreta bħala l-għodda tal-għażla meta jitwettqu inizjattivi ta’ prevenzjoni, jegħlbu d-distakk bikri fl-azzjoni bikrija ta’ twissija, iżidu l-effettività tal-kooperazzjoni ma’ sħab internazzjonali oħra u jtejbu l-koordinazzjoni intra-UE, inkluż dwar kwistjonijiet ċivili-militari u jżidu s-sjieda lokali tal-inizjattivi tal-UE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(at)</SYMBOL>jibbażaw fuq l-esperjenza tal-UE u l-aħjar prattiki tal-pajjiżi mhux tal-UE dwar il-kooperazzjoni transfruntiera bħala strument utli ħafna għall-bini sostenibbli tal-paċi u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti bejn il-ġirien, speċjalment wara l-istabbilizzazzjoni tal-kunflitti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(au)</SYMBOL>jiżviluppaw aġenda/patt/linji gwida tal-UE għall-paċi u d-diplomazija taħt l-awspiċji tal-VP / RGħ;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(av)</SYMBOL>jaħtru Konsulenti għall-Paċi u l-Kunflitti li se jikkoordinaw il-ħidma tat-taqsimiet politiċi, tal-istampa u tal-informazzjoni u tal-kooperazzjoni tad-delegazzjonijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(aw)</SYMBOL>joħolqu grupp ta’ ħidma tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-medjazzjoni biex tiġi diskussa l-prijoritizzazzjoni tal-opportunitajiet għal impenn preventiv, kif ukoll l-analiżi, is-segwitu u l-monitoraġġ li jirriżultaw;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ax)</SYMBOL>jipproponu aġġornament istituzzjonali permezz ta’ Ċentru ġdid għall-Paċi u l-Prevenzjoni li jaġixxi bħala punt ta’ dħul uniku għal kwistjonijiet ta’ prevenzjoni fis-SEAE, kooperazzjoni reġjonali msaħħa u kapaċità akbar biex jiġu involuti suġġetti ta’ kunflitt, paċi, prevenzjoni u diplomazija;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tisħiħ tas-sħubijiet u koordinazzjoni internazzjonali</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ay)</SYMBOL>isaħħu s-sħubijiet u l-koordinazzjoni dwar id-diplomazija preventiva ma’ atturi internazzjonali, reġjonali u subreġjonali, bħan-NU, l-OSKE u l-Uffiċċju tagħha għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, in-NATO, l-Unjoni Afrikana u l-komponenti reġjonali tagħha, l-organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani (bħall-ECOWAS), l-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani u l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja; jinnotaw li sħubija aktar mill-qrib man-NU u l-korpi tagħha, b’mod partikolari l-Kummissjoni għall-Bini tal-Paċi, tista’ twassal għal koordinazzjoni msaħħa fil-prevenzjoni tal-kunflitti fuq livell globali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(az)</SYMBOL>jiżguraw approċċ koordinat, dinamiku u multilaterali fir-rigward tat-twissija bikrija, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni bejn l-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali l-oħra, bħan-NU, il-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi, il-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u l-OSKE; jiżguraw li d-delegazzjonijiet tal-UE jżommu kuntatt fuq bażi kontinwa ma’ mekkaniżmi fuq il-post tan-NU bħall-Koordinatur Residenti tan-NU fil-prattika meta jkun pertinenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ba)</SYMBOL>jużaw mezzi diplomatiċi u jikkooperaw ma’ pjattaformi multilaterali għall-paċi biex isaħħu u jikkonsolidaw relazzjonijiet antiċipatorji qabel ma jinqalgħu kunflitti, speċjalment il-Kummissjoni tan-NU għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi u d-Dipartiment tal-Affarijiet Politiċi u tal-Konsolidazzjoni tal-Paċi, id-Djalogu Internazzjonali tal-OECD dwar il-Konsolidazzjoni tal-Paċi u l-Bini tal-Istat u ċ-Ċentru tal-OSKE għall-Prevenzjoni tal-Konflitti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bb)</SYMBOL>itennu li s-sħubija bejn l-UE u n-NU għandha tuża r-riżoluzzjonijiet u t-tagħlimiet eżistenti meħuda għall-prevenzjoni tal-kunflitti u jaħdmu flimkien biex joħolqu politiki ġodda permezz ta’ konsultazzjonijiet u skambji regolari ta’ prattiki; jenfasizzaw ir-rwol vitali li din il-koordinazzjoni jista’ jkollha għall-istrateġiji għall-prevenzjoni tal-kunflitti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bc)</SYMBOL>jilqgħu l-Aġenda l-ġdida tan-NU għall-Paċi u r-rwol u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u fl-isforzi għall-bini tal-paċi; jipproponu li jikkoordinaw strateġiji nazzjonali għall-prevenzjoni tal-kunflitti mas-SEAE u l-preżentazzjoni tagħhom dwar l-aġenda tal-Kummissjoni għall-Konsolidazzjoni tal-Paċi kif ukoll kollaborazzjoni aktar b’saħħitha man-NU; jinnotaw li dawn l-iskambji u sħubija aħjar mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u reġjonali jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-prevenzjoni tal-kunflitti fl-oqsma ta’ interess tal-UE, kif ukoll permezz ta’ missjonijiet preventivi iżgħar li jistgħu jivvalutaw l-instabbiltajiet wara li l-missjonijiet ċivili jirtiraw minn pajjiżi affettwati minn kunflitt jew pajjiżi b’riskju potenzjali ta’ kunflitt, b’missjoni li jitneħħew fatturi li jheddu s-sigurtà u s-sikurezza;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bd)</SYMBOL>jiżguraw li l-UE hija l-akbar kontributur uniku għas-sistema tan-NU u li tieħu pożizzjonijiet ta’ tmexxija fin-NU, proporzjonati għall-kobor tal-kontribuzzjonijiet tagħha lill-organizzazzjoni, li jkopru 30 % tal-kostijiet tagħha u 33 % tal-ispejjeż għall-missjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-żamma tal-paċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(be)</SYMBOL>jużaw ir-rappreżentanza tal-UE fil-kwartieri ġenerali tan-NU fi New York, Vjenna, Ġinevra u Nairobi biex jimpenjaw ruħhom b’mod attiv ma’ Stati Membri oħra tan-NU ħalli jippromwovu u jipproteġu l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli diplomatiċi bbażata fuq il-Karta tan-NU, flimkien ma’ sistema li tiffunzjona tajjeb, multilaterali riformata b’NU inklużivi u effettivi fil-qalba tagħha;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bf)</SYMBOL>jirrikorru għal skambji ta’ informazzjoni strutturati, analiżi tal-prospettivi konġunta, attivitajiet ta’ previżjoni strateġika u analiżijiet tal-kunflitti reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru biex jiżguraw allinjament bejn l-UE u sħabha fl-UE u barra minnha; jinnotaw li dawn l-azzjonijiet jistgħu potenzjalment iqarrbu lill-UE biex issir attur ewlieni fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti madwar id-dinja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bg)</SYMBOL>jirrikonoxxu l-importanza ta’ organizzazzjonijiet i ta' ispirazzjoni reliġjuża bħala atturi fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni, li jagħmilhom sħab għad-diplomazija preventiva; jikkundannaw, f’dan il-kuntest, l-attakki fuq atturi konfessjonali, b’mod partikolari l-priġunerija ta’ isqfijiet u qassisin fin-Nikaragwa, inkluż il-finalista tal-Premju Sakharov, il-Monsinjur Rolando Álvarez;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bh)</SYMBOL>jirrikonoxxu r-rwol tal-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti, tal-partijiet ikkonċernati fl-Istati Membri, tas-sħab tal-istess fehma u ta’ atturi involuti oħrajn, inklużi s-soċjetà ċivili u atturi mhux governattivi oħra bħala atturi ewlenin fil-prevenzjoni, fil-medjazzjoni u fir-riżoluzzjoni effettivi, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, u bħala atturi tal-paċi billi jużaw ir-relazzjonijiet u l-individwi storiċi tagħhom ta’ rekord distint biex jimmitigaw l-kriżijiet possibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bi)</SYMBOL>jinvolvu b’mod attiv u inklużiv liż-żgħażagħ fi sforzi u kooperazzjoni biex jipprevjenu l-kunflitti u jżommu l-paċi, u jimplimentaw il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għaż-Żgħażagħ fl-azzjoni esterna tal-UE, li jappoġġja l-implimentazzjoni tal-Aġenda tan-NU għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bj)</SYMBOL>jiggarantixxu li d-delegazzjonijiet tal-UE joperaw b’punt fokali dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi; jiżguraw li d-delegazzjonijiet tal-UE, u b’mod partikolari l-punti fokali msemmija hawn fuq, jipprovdu informazzjoni kostanti fuq il-post lis-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE għall-konflitti, lill-INTCEN tal-UE u liċ-Ċentru ta’ Rispons għall-Kriżijiet tas-SEAE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bk)</SYMBOL>iżidu l-isforzi fil-ġlieda kontra l-operazzjonijiet tad-diżinformazzjoni, l-informazzjoni ħażina u ta’ ndħil barrani minn atturi malizzjużi li jfittxu li jinstigaw il-kunflitti u jippolarizzaw il-komunitajiet, li jistgħu jwasslu għad-destabbilizzazzjoni ta’ reġjuni sħaħ; isaħħu l-kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma, bħan-NATO, dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, it-theddid ibridu u l-indħil barrani li ġejjin minn pajjiżi mhux tal-UE, li tirrappreżenta parti essenzjali mid-diplomazija preventiva;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diplomazija preventiva u gruppi vulnerabbli jew f’riskju</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bl)</SYMBOL>jirrikonoxxu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ gruppi f’riskju inklużi n-nisa, it-tfal, il-persuni b’diżabilità, il-persuni fil-ħabs – b’mod partikolari priġunieri politiċi – id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-persuni LGBTI;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bm)</SYMBOL>jiżguraw li l-isforzi diplomatiċi preventivi tal-UE jkunu sensittivi biżżejjed għal dawn il-vulnerabbiltajiet u jindirizzaw it-tħassib u l-ħtiġijiet partikolari ta’ gruppi f’riskju;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bn)</SYMBOL>jirrikonoxxu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitt li jiffaċċjaw l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-prattika, speċjalment dawk li jaħdmu mal-popolazzjonijiet f’riskju u dwar id-drittijiet sesswali u riproduttivi;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tas-sett ta’ għodod għad-diplomazija preventiva tal-UE</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bo)</SYMBOL>isaħħu l-kapaċità tal-UE li taġixxi f’sitwazzjonijiet fejn ma jkun hemm l-ebda sieħeb tal-istess fehma sabiex iżżid l-ingranaġġ permanenti u ġeopolitiku tagħha fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u jsaħħu r-rwol tal-UE bħala attur aktar proattiv u reżiljenti fl-ordni internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bp)</SYMBOL>isaħħu l-programm tematiku għall-Paċi, l-Istabbiltà u l-Prevenzjoni tal-Konflitti tal-istrument NDICI – Ewropa Globali biex l-UE tkun tista’ tiffinanzja aħjar l-azzjonijiet għall-promozzjoni tal-paċi, tal-istabbiltà u tal-prevenzjoni tal-konflitti; iżidu l-fondi disponibbli għall-prevenzjoni tal-kunflitti fl-ambitu tal-programm tematiku tal-NDICI – Ewropa Globali għall-perjodu sal-2027, u jżidu l-kapaċitajiet amministrattivi rilevanti (ISP.2) peress li dan jirrifletti l-bidliet profondi fl-ambjent tas-sigurtà, b’mod partikolari, minn Frar 2022; jimplimentaw malajr l-approċċ tar-rabta bejn il-qasam umanitarju, l-iżvilupp u l-paċi (“rabta trippla”) sabiex jiġu appoġġjati l-isforzi ta’ prevenzjoni tal-kunflitti u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-komunitajiet f’żoni affettwati minn kunflitti ffriżati li għandhom livelli differenti ta’ fraġilità, insigurtà u faqar;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bq)</SYMBOL>ifakkru li l-prevenzjoni tal-kunflitti ma tistax tiġi strumentalizzata għal skopijiet ta’ sigurtà u ġeopolitiċi, u b’hekk hemm riskju ta’ riperkussjonijiet kontroproduċenti għall-paċi u għas-sigurtà fit-tul;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(br)</SYMBOL>isaħħu l-kapaċità tal-UE li titkellem b’vuċi waħda u taġixxi ta’ attur tassew globali bħala rispons għall-kriżijiet billi timplimenta r-riformi meħtieġa għall-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bs)</SYMBOL>jirrikonoxxu r-rwol tad-diplomazija klimatika tal-UE fil-kisba tal-ambizzjoni tal-UE għad-diplomazija preventiva; jinvestu aktar fl-appoġġ ta’ komunitajiet fuq livell globali li huma fuq quddiem nett tal-emerġenza klimatika, u jħejju għaż-żieda li issa ma tistax tiġi evitata f’avvenimenti estremi tat-temp sabiex jimmitigaw iż-żieda konsegwenti fil-prekundizzjonijiet għall-kunflitt u l-vjolenza; jindirizzaw ir-rwol tal-iskarsezza tar-riżorsi relatati mal-klima u r-rispons għad-diżastri naturali fl-aggravar tal-kunflitt, u jipprovdu soluzzjonijiet inklużivi għall-insigurtà relatata mal-klima u r-riżorsi; jużaw it-28 Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP28), u b’mod partikolari l-inklużjoni tal-“Paċi” bħala tema għall-ewwel darba din is-sena, bħala opportunità biex il-komunità internazzjonali titmexxa fl-integrazzjoni u fl-allinjament tad-diplomazija għall-paċi u għall-klima;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bt)</SYMBOL>jaħdmu biex jiżguraw li l-UE tieħu pożizzjoni prominenti ta’ tmexxija fl-operazzjonijiet taż-żamma tal-paċi, fl-istabbiliment tal-paċi u fil-medjazzjoni, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fit-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali madwar id-dinja billi trawwem rabtiet aktar reżiljenti u dejjiema ma’ pajjiżi oħra permezz tal-istrumenti u l-mekkaniżmi tagħha, bħall-Global Gateway;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bu)</SYMBOL>ifakkru li enfasi akbar fuq il-protezzjoni u l-preżervazzjoni tal-wirt kulturali wara l-kunflitti u l-kriżijiet tista’ tgħin biex jiġu protetti l-identitajiet, jiġi żviluppat fehim reċiproku u jinħolqu pedamenti għal irkupru, rikonċiljazzjoni sostenibbli u paċi dejjiema f’ambjenti ta’ wara l-kunflitti; jinnotaw li dawn il-prattiki jistgħu jistabbilixxu l-pedamenti għal azzjonijiet ta’ diplomazija preventiva ta’ suċċess;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bv)</SYMBOL>jaħdmu ruħhom mal-Kummissjoni, mal-Kunsill u mal-Parlament bil-għan li jsaħħu r-riżorsi finanzjarji u tal-persunal tas-SEAE, kemm fil-kwartieri ġenerali tiegħu kif ukoll fid-delegazzjonijiet tal-UE, sabiex is-servizz ikun jista’ jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ diplomazija preventiva tiegħu, fost affarijiet oħra, u biex ikun imħejji aħjar ħalli jindirizza l-isfidi u l-kunflitti globali attwali u emerġenti;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bw)</SYMBOL>iniedu d-djalogu Jean Monnet, id-Djalogu Interparlamentari u tal-Proċess ta’ Djalogu Parlamentari, li jistgħu jikkontribwixxu għall-bini ta’ kultura parlamentari demokratika u għall-prevenzjoni tal-kunflitt fil-pajjiżi tal-adeżjoni, speċjalment fid-deskalazzjoni tar-relazzjonijiet bejn is-Serbja u l-Kosovo;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bx)</SYMBOL>jinsistu fuq iż-żieda baġitarja għall-azzjonijiet tal-PESK u strumenti xierqa oħra ta’ rispons għall-kunflitti u għall-kriżijiet sabiex l-attivitajiet u l-kapaċitajiet tal-UE jkunu jaqblu bis-sħiħ mal-isfidi u l-kunflitti attwali madwar id-dinja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(by)</SYMBOL>jiżviluppaw strateġija komprensiva tal-UE għad-diplomazija preventiva li tinkludi azzjonijiet u inizjattivi ta’ impenn fit-tul għal pajjiżi mhux tal-UE f’kunflitti; irawmu l-iżvilupp ta’ strutturi ta’ governanza f’diversi livelli għal pajjiżi mhux tal-UE f’kunflitt, kif ukoll l-integrazzjoni tagħhom f’organizzazzjonijiet u strutturi reġjonali, li jikkontribwixxu għat-tneħħija ta’ skattaturi ta’ vjolenza jew eskalazzjoni ta’ kunflitt u għar-riżoluzzjoni sostenibbli tagħhom; iqisu, f’dan ir-rigward, l-aħjar prattiki madwar id-dinja u jappoġġjaw l-atturi u l-mekkaniżmi tal-prevenzjoni domestika billi jipprovdu l-appoġġ politiku, tekniku u finanzjarju meħtieġ;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(bz)</SYMBOL>isaħħu u jaġġornaw l-Approċċ Integrat tal-UE għall-2018 għall-Kunflitti u l-Kriżijiet Esterni b’attenzjoni speċjali għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti li jikkombina l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-qasam umanitarju, l-iżvilupp, il-bini tal-paċi u l-assistenza għas-sigurtà, is-sanzjonijiet u l-involviment diplomatiku, filwaqt li jiġu indirizzati bis-sħiħ l-aspetti kollha tal-kunflitt, inkluż fi sħubija ma’ sħab lokali u internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ca)</SYMBOL>jisħqu fuq il-ħtieġa li jiġi stabbilit Korp Ewropew għall-Paċi Ċivili li jgħaqqad flimkien l-għarfien espert tal-atturi istituzzjonali u mhux istituzzjonali dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u r-rikonċiljazzjoni, bil-ħsieb li l-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili tal-UE ssir aktar kredibbli, koerenti, effettiva, flessibbli u viżibbli;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(cb)</SYMBOL>iqisu l-użu, minkejja d-dimensjoni politika u s-soluzzjonijiet għall-kunflitti, ta’ litigazzjoni permezz ta’ qorti jew tribunal internazzjonali, bħall-Qorti Kriminali Internazzjonali jew it-Tribunal Internazzjonali għal-Liġi tal-Baħar, bħala metodu ta’ diplomazija preventiva;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(cc)</SYMBOL>jistabbilixxu d-diplomazija pubblika u l-isforzi ta’ viżibbiltà pubbliċi u l-kampanji ta’ komunikazzjoni tagħhom biex jiżguraw li l-UE titqies bħala attur globali tal-paċi u parti kkonċernata importanti fid-diplomazija preventiva u l-bini tal-paċi, inkluża l-prevenzjoni tad-dimensjoni tal-kunflitti tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tagħha, u li l-azzjonijiet u l-istejjer ta’ suċċess tagħha ma jiġux imminati minn narrattivi foloz imxerrda jew iddikjarati minn atturi globali oħra preżenti fir-reġjuni ta’ kunflitt; jallokaw ir-riżorsi meħtieġa lis-SEAE, u b’mod partikolari d-diviżjoni tal-Komunikazzjoni u tal-Prospettiva Strateġika tas-SEAE u tad-delegazzjonijiet tal-UE biex jiżguraw l-inklużività u l-koerenza tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tagħhom ma’ pajjiżi sħab;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(cd)</SYMBOL>ikomplu jagħmlu d-diplomazija preventiva professjonali billi jiżguraw li din tkun parti mill-programm ta’ taħriġ tal-istruttura permanenti tal-proġett pilota tal-Parlament dwar il-ħolqien tal-Akkademja Diplomatika Ewropea;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(ce)</SYMBOL>jibbażaw ruħhom fuq il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni eżistenti li jaħdmu tajjeb fl-UE, bħall-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, sabiex jagħmlu użu mill-għarfien espert tal-Istati Membri u jevitaw id-duplikazzjoni tal-isforzi u r-riżorsi; jemmnu li l-Istati Membri għandhom ikunu aktar involuti fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet ta’ prevenzjoni u l-għażliet għal azzjoni, li għandhom iwasslu għal kondiviżjoni u koordinazzjoni mtejba bejniethom;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>