<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0036</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati mill-baġit tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0446/2023 - Rapporteur: Markus Pieper)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-17 ta’ Jannar 2024 dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati mill-baġit tal-UE (2023/2122(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3 u 11(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 322(1a) u 325(4) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament Finanzjarju),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (COM(2022)0223),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitati għall-Baġits u għall-Kontroll tal-Baġit tiegħu tal-4 ta’ Mejju 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/2116 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 435, 6.12.2021, p. 187.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Diċembru 2020 dwar il-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-demokrazija (COM(2020)0790),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 35/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) tat-18 ta’ Diċembru 2018 bit-titolu “Trasparenza fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-UE mill-NGOs: jeħtieġ li jsiru aktar sforzi”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Financing of non-governmental organisations (NGOs) from the EU Budget” (Finanzjament ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) mill-Baġit tal-UE), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni tal-Unjoni fil-25 ta’ Novembru 2010<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “Financing of Non-governmental Organisations (NGO) from the EU Budget”, European Parliament, Directorate-General for Internal Policies, Policy Department D – Budgetary Affairs, 25 ta’ Novembru 2010.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Democratic accountability and Budgetary Control of non-governmental organisations funds by the EU Budget” (Obbligu ta’ Rendikont Demokratiku u Kontroll tal-Baġit ta’ organizzazzjonijiet mhux governattivi ffinanzjati mill-Baġit tal-UE), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni tal-Unjoni fl-24 ta’ Jannar 2017<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “Democratic accountability and Budgetary Control of non-governmental organisations funded by the EU Budget” Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku D – Affarijiet Baġitarji, 24 ta’ Jannar 2017.</FIELD></FOOTNOTE>, u l-aġġornament sussegwenti tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Transparency and accountability of EU funding for NGOs active in EU policy areas within EU territory” (Trasparenza u obbligu ta’ rendikont tal-finanzjament tal-UE għall-NGOs attivi fl-oqsma ta’ politika tal-UE fit-territorju tal-UE), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni tal-Unjoni fit-28 ta’ Settembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “Transparency and accountability of EU funding for NGOs active in EU policy areas within EU territory”, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku D – Affarijiet Baġitarji, 28 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE> (“studju dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linji gwida operazzjonali tal-Kummissjoni għar-riċevituri tal-finanzjament tal-UE dwar l-użu tal-emblema tal-UE fil-kuntest tal-programmi tal-UE 2021-2027, ippubblikati f’Marzu 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2022 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar statut għall-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ transfruntieri Ewropej<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 225.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0137.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2021, Taqsima I – Il-Parlament Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0138.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar ir-rakkomandazzjonijiet għal riforma tar-regoli tal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza, l-integrità, ir-responsabbiltà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0292.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kwittanza mill-2021 dwar il-baġit ġenerali tal-UE – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, ‘Kwittanza 2021: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi’, 10 ta’ Mejju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0446/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE fasslet mekkaniżmi ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont biex tiżgura li l-fondi tal-UE mogħtija lil benefiċjarji, inklużi lil organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), jintużaw b’mod effettiv, effiċjenti u f’konformità mal-valuri, il-politiki u r-regoli finanzjarji tal-UE minquxa, fost l-oħrajn, fir-Regolament Finanzjarju, li jistabbilixxi t-trasparenza bħala wieħed mill-prinċipji baġitarji gwida tiegħu, u dan jirrikjedi li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli, b’mod xieraq u f’waqtu, informazzjoni dwar il-fondi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-UE hija waħda mill-akbar sostenituri finanzjarji tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Marzu 2020 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024” (JOIN(2020)0005).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi s-soċjetà ċivili tvarja minn attivitajiet komunitarji ta’ importanza modesta għal NGOs; billi l-ispettru ta’ NGOs li jirċievu finanzjament mill-UE jkopri firxa wiesgħa ta’ strutturi, modi ta’ funzjonament, sorsi ta’ finanzjament u oqsma ta’ konċentrazzjoni, u dan jissarraf f’varjetà ta’ proġetti li huma ffinanzjati minn fondi tal-UE; billi t-Trattati jirrikjedu li l-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE jżommu djalogu miftuħ, trasparenti u regolari mal-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi u mas-soċjetà ċivili; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom jipprovdu finanzjament adegwat għall-programmi mmirati lejn il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali u l-valuri minquxa fit-Trattati tal-UE; billi l-NGOs u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom rwol importanti fl-implimentazzjoni ta’ dawn il-programmi; billi, f’xi każijiet, l-awtoritajiet pubbliċi qed jesternalizzaw kompiti lill-NGOs u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; billi l-Kummissjoni timmaniġġja l-fondi tal-UE direttament, indirettament jew b’mod kondiviż; billi, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-fondi mogħtija direttament lill-benefiċjarji, inklużi l-NGOs, huma soġġetti għall-monitoraġġ u r-rappurtar mill-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja tal-Kummissjoni hija s-sors ewlieni ta’ data disponibbli għall-pubbliku għal analiżi fuq skala kbira ta’ għotjiet u kuntratti mmaniġġjati direttament mill-Kummissjoni; billi għandha ssir distinzjoni ċara bejn it-trasparenza pubblika u t-trasparenza għall-fini ta’ kontroll baġitarju leġittimu, minħabba l-kuntesti sensittivi u l-kwistjonijiet li l-NGOs jaħdmu fihom;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi analiżi tad-data tas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja turi li l-impenji finanzjarji tal-UE, bl-esklużjoni tal-programmi tal-UE fil-qasam tal-edukazzjoni u r-riċerka, ammontaw għal mill-inqas EUR 2,6 biljun fl-2022, taħt ġestjoni diretta, fil-programmi u l-fondi kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi r-rekwiżiti u l-kontrolli tat-trasparenza u tal-obbligu ta’ rendikont tal-UE għandhom japplikaw għar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess kollha li jibbenefikaw mill-fondi tal-UE; billi 3 377 entità<FOOTNOTE><FIELD> Sors: Ir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE, data miksuba fit-22 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE> huma rreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE taħt il-kategorija “NGOs, pjattaformi u networks u simili”; billi n-natura tar-rekwiżiti u l-kontrolli trid tikkonforma mal-kategorizzazzjoni stabbilita fir-Reġistru tat-Trasparenza, bil-ħsieb li jitqiesu l-forom ġudizzjarji kollha ta’ entitajiet u mhux biss l-NGOs; billi r-rekwiżiti u l-kontrolli tal-UE ma għandhomx għalfejn ikunu marbuta biss mar-Reġistru tat-Trasparenza peress li xi entitajiet mogħtija fondi tal-UE jafu jippreferu jibqgħu barra minn dan ir-reġistru biex jevitaw li jqiegħdu l-eżistenza tagħhom fir-riskju;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-rekwiżiti u l-kontrolli ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont għandhom japplikaw għall-benefiċjarji kollha tal-fondi tal-UE, inklużi l-NGOs, li huma meħtieġa jżommu rekords finanzjarji preċiżi u trasparenti dwar l-użu tal-fondi tal-UE u l-oriġini tas-sorsi finanzjarji użati għall-funzjonament tagħhom, peress li għandhom l-obbligu ta’ rendikont fil-konfront tal-membri, id-donaturi, is-sħab u l-benefiċjarji tagħhom fir-rigward tal-azzjonijiet li jieħdu, is-sorsi tal-finanzjament tagħhom, inklużi l-fondi tal-UE, u d-deċiżjonijiet li jieħdu f’isem il-partijiet ikkonċernati tagħhom; billi l-Istati Membri jistabbilixxu l-bażi legali għall-NGOs, li għandhom l-istatus tagħhom irreġistrat fil-livell nazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-isfruttament tal-fondi tal-UE kontra r-regoli, il-prinċipji u l-valuri tal-UE qed jiżdied; billi l-individwi u l-organizzazzjonijiet faċċata, ħafna drabi taħt influwenza barranija, ifittxu li jiksbu appoġġ finanzjarju tal-UE u r-rispettabbiltà li tirriżulta minnu, ikun xi jkun l-ammont, iżda fir-realtà jużaw il-fondi tal-UE għal attivitajiet li jimminaw il-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-UE u r-rabta tagħna mad-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li tiżgura l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u li tirrispetta r-regolamenti u l-valuri tal-UE; billi, f’dan ir-rigward, il-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> kollha jridu jiżguraw li l-NGOs u l-entitajiet li jaħdmu fir-rigward tar-regoli, il-prinċipji u l-valuri tal-UE biss jingħataw fondi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kwittanza tal-2021 dwar il-baġit ġenerali tal-UE u l-Kummissjoni tissottolinja t-tħassib serju rigward il-finanzjament ta’ proġetti mwettqa minn NGOs b’rabtiet ma’ organizzazzjonijiet reliġjużi u politiċi radikali, jew li jinvolvu tali organizzazzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tiggarantixxi li l-fondi tal-UE jiffinanzjaw biss organizzazzjonijiet li jirrispettaw strettament il-valuri kollha tal-Unjoni u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi mekkaniżmi <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> li jidentifikaw b’mod ċar l-NGOs li joperaw fit-territorju tal-Unjoni u barra mill-pajjiż li rrikonoxxew rabtiet ma’ networks reliġjużi fundamentalisti u li jiffavorixxu aġenda li timmina l-valuri tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> Il-Parlament Ewropew, ‘Kwittanza 2021: Baġit ġenerali tal-UE - Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi’, 10 ta’ Mejju 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-istess standards għoljin għall-obbligu ta’ rendikont u l-istess regoli ta’ trasparenza għandhom japplikaw għall-NGOs kollha li jirċievu finanzjament mill-UE, irrispettivament minn jekk il-post li fih joperaw jinsabx fl-Unjoni Ewropea jew barra minnha;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi xi kunsiderazzjonijiet stabbiliti hawn taħt huma bbażati fuq xi wħud mis-sejbiet tal-istudju dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont li jindirizzaw aktar dgħufijiet fit-trasparenza rigward l-informazzjoni dwar l-użu tal-fondi tal-UE mill-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-benefiċjarji, inklużi l-NGOs;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rimarki ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ r-rwol vitali tal-NGOs fir-rappreżentanza tas-soċjetà ċivili u fil-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet u l-valuri minquxa fit-Trattati u d-drittijiet fundamentali skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (il-Karta tal-UE); jisħaq li huma biss l-NGOs li l-azzjonijiet tagħhom jirrispettaw dawn id-drittijiet u l-valuri li għandhom ikunu intitolati għall-finanzjament tal-UE; iħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati kollha jpoġġu dejjem aktar il-prinċipji u l-valuri tal-UE fil-qalba tal-finanzjament tal-UE u jirrikonoxxi d-diversità tal-NGOs fir-rigward tad-daqs, ir-riżorsi u l-persunal tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza, b’mod partikolari, ir-rwol tal-benefiċjarji, inklużi l-NGOs, fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE u l-obbligu li jitwettaq dan ir-rwol b’rispett sħiħ tar-regoli u l-prinċipji finanzjarji tal-UE għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; ifakkar li l-NGOs li joperaw fit-territorju tal-UE huma meħtieġa jikkonformaw mal-liġi nazzjonali applikabbli f’kull Stat Membru kkonċernat mill-attività tagħhom, kif ukoll mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt internazzjonali; itenni li t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-UE huma essenzjali biex tissaħħaħ sistema Ewropea favorevoli u ġusta bbażata fuq id-demokrazija, il-libertajiet fundamentali, l-inklużjoni u d-diversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja li l-NGOs jiddependu kemm fuq l-appoġġ finanzjarju pubbliku kif ukoll fuq donazzjonijiet privati, b’mod li ma jeskludux lil xulxin b’mod reċiproku; ifakkar li l-kapaċità li wieħed ifittex, jiżgura u juża riżorsi oħra minbarra l-fondi tal-UE jew il-fondi pubbliċi fil-livell nazzjonali jew lokali hija essenzjali għall-eżistenza u l-operat tal-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistħoqqilhom l-akbar rispett u gratitudni għall-ħidma ta’ kuljum li jagħmlu; jirrikonoxxi l-ħidma li saret mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili madwar l-Ewropa u fid-dinja kollha fuq bażi ta’ kuljum u jafferma li dawn l-NGOs jistħoqqilhom l-ogħla tifħir u appoġġ; jenfasizza l-importanza li jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet finanzjarji u oħrajn ta’ dawn l-organizzazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifaħħar ir-rwol kruċjali tal-NGOs fl-UE u f’pajjiżi mhux tal-UE fid-difiża tal-istat tad-dritt u l-valuri demokratiċi, fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; itenni li f’pajjiżi b’reġimi awtoritarji jew mhux demokratiċi, l-NGOs spiss jirrappreżentaw l-aħħar linja ta’ difiża tad-demokrazija li r-reġimi awtoritarji madwar id-dinja jippruvaw isikktu, inkluż permezz ta’ leġiżlazzjoni adottata u obbligi diskriminatorji, u għalhekk jeħtieġu appoġġ u protezzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra klawżoli u mekkaniżmi ta’ salvagwardja f’dan ir-rigward; jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat finanzjament tal-UE adegwat u trasparenti għall-NGOs u l-entitajiet attivi f’dawn l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifaħħar l-attività tal-NGOs f’żoni ta’ kunflitt biex jiġi żgurat li l-għajnuna umanitarja tilħaq lill-popolazzjoni ċivili u lil dawk fil-bżonn b’mod rapidu u effettiv; jirrikonoxxi l-importanza tal-NGOs biex jiġi żgurat li l-UE, bħala l-akbar donatur ta’ għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja, tkompli tikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà, biex tegħleb il-faqar u tmexxi ’l quddiem l-iżvilupp globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jirrimarka li, fil-prattika, il-proċessi leġiżlattivi jistgħu jittraskuraw l-ilħna tal-NGOs lokali, reġjonali u nazzjonali; iqis li NGOs iż-żgħar spiss jiffaċċjaw diffikultajiet biex jiksbu aċċess għall-finanzjament tal-UE minħabba proċeduri amministrattivi kkumplikati; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissimplifika u tirrazzjonalizza l-proċeduri, sabiex l-NGOs ta’ daqs iżgħar, inkluż fil-livell lokali, ikunu jistgħu japplikaw għal finanzjament tal-UE u jibbenefikaw minnu; jenfasizza li l-prijoritajiet u l-ħtiġijiet ta’ NGOs ta’ daqs iżgħar spiss jiġu injorati jew jirċievu inqas attenzjoni, minkejja l-fatt li spiss ikunu jafu s-sitwazzjoni bl-aħjar mod u jwettqu ammont kbir ta’ xogħol; jenfasizza li l-ħidma tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar għandha tingħata l-ogħla rispett u li l-finanzjament tal-UE għandu jsir aktar aċċessibbli għalihom, peress li jirrappreżentaw element importanti li jsaħħaħ id-diversità u l-varjetà madwar l-Ewropa u lil hinn minnha; jirrikonoxxi li l-NGOs fl-Ewropa għandhom rwol kruċjali ta’ appoġġ biex jikkomplementaw is-servizzi pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jibqa’ mħasseb ħafna dwar it-theddid u l-attakki mhux ġustifikati fuq l-NGOs f’xi Stati Membri, inkluż bil-proposta u l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni li timponi obbligi diskriminatorji fuq l-NGOs li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-attivitajiet tagħhom, u permezz ta’ intimidazzjoni u fastidju online u offline kontra l-persunal tagħhom, dikjarazzjonijiet pubbliċi negattivi u kampanji ta’ malafama, theddid verbali u attakki legali u fiżiċi; jisħaq li xi NGOs jiffaċċjaw ukoll kontrolli jew awditi amministrattivi eċċessivi, tnaqqis fil-finanzjament b’motivazzjoni politika u rekwiżiti legali stretti żżejjed għall-formazzjoni u r-reġistrazzjoni tagħhom; jinsisti li l-NGOs jeħtiġilhom jiġu protetti u għandhom jirċievu finanzjament u appoġġ adegwati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinsab konvint li t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont huma wkoll vitali għall-NGOs u għal entitajiet bi skop ta’ qligħ u dawk mingħajr skop ta’ qligħ biex juru pubblikament ix-xogħol siewi tagħhom, jiġu rikonoxxuti u jibnu l-kredibbiltà tagħhom; iqis li għandhom japplikaw dispożizzjonijiet speċjali għall-NGOs li jaġixxu f’konformità sħiħa mal-valuri u r-regoli finanzjarji tal-UE u b’rispett sħiħ tal-Karta tal-UE, filwaqt li joperaw f’ambjenti bi sfidi demokratiċi; jemmen li ċ-ċittadini Ewropej jeħtiġilhom jiġu assigurati li l-UE taf eżattament kif jintużaw il-fondi kollha tal-UE; jinsab, għalhekk, imħasseb li hemm nuqqas ta’ informazzjoni, data u kontroll dwar liema persuni u liema entitajiet jirċievu fondi tal-UE, minkejja r-rekwiżiti ta’ trasparenza eżistenti; ifakkar li r-rekwiżiti ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont għandhom dejjem jikkonformaw mal-liġi internazzjonali u mal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-eżerċizzju tal-libertajiet ċiviċi, filwaqt li jibqgħu strettament meħtieġa u proporzjonati mal-għanijiet speċifiċi segwiti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Ifakkar li t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont m’għandhomx jintużaw biex irażżnu l-ispazju għas-soċjetà ċivili indipendenti jew biex isikktu l-ilħna kritiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li huwa tal-akbar importanza li jiġi żgurat li l-obbligu ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont tal-UE ma jpoġġux lill-benefiċjarji finali tal-fondi tal-UE fir-riskju; jemmen li, f’każijiet debitament ġustifikati, b’mod partikolari għall-NGOs li joperaw f’pajjiżi mmexxija minn reġimi awtoritarji jew bi kwistjonijiet rikonoxxuti tal-istat tad-dritt li jħallu impatt negattiv fuq l-NGOs u bi spazju ċiviku mnaqqas, fejn it-tixrid pubbliku ta’ informazzjoni dwar l-identità jew il-ħidma ta’ dawk l-NGOs jistgħu jwasslu għal ritaljazzjoni, u dan ipoġġi l-eżistenza ta’ dawk l-NGOs u s-sigurtà u s-sikurezza tal-persunal tagħhom fir-riskju, ir-rekwiżiti ta’ trasparenza pubblika għandhom, b’mod eċċezzjonali, jiġu applikati b’mod xieraq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Huwa tal-fehma li ċerti każijiet ta’ allegazzjoni ta’ korruzzjoni, li ġġeneraw skuntentizza fost il-pubbliku, bħal Qatargate, setgħu ġew prevenuti permezz tal-infurzar konsistenti tar-rekwiżiti ta’ trasparenza eżistenti u l-obbligu għall-entitajiet involuti, inklużi l-NGOs, li jiżvelaw is-sorsi ta’ finanzjament tagħhom u l-istrutturi interni tagħhom; jinnota li, f’xi każijiet, l-entitajiet involuti bbenefikaw mill-finanzjament tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jikkundanna ż-żieda fl-isfruttament tal-fondi tal-UE kontra l-prinċipji u l-valuri tal-UE, speċjalment meta l-użu tal-fondi u t-trasferimenti lejn organizzazzjonijiet oħra ma jkunux kompletament traċċabbli; iwissi dwar il-periklu li l-fondi tal-UE fl-aħħar mill-aħħar jintużaw fi ħdan ċrieki korrotti u jkunu soġġetti għal frodi u irregolaritajiet, interferenza barranija jew infiltrazzjoni bi skop politiku; jenfasizza l-importanza ta’ “trasparenza tal-benefiċjarju aħħari” għall-fondi tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">NGOs u entitajiet fil-kuntest tal-kontroll baġitarju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni s-sinifikat fundamentali tal-fiduċja pubblika fl-NGOs u l-appoġġ għalihom; jirrikonoxxi li t-termini użati biex jiddeskrivu dawn l-organizzazzjonijiet huma soġġetti għal interpretazzjonijiet legali u pubbliċi differenti, u li dawn ivarjaw fost l-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza li t-terminu NGO huwa terminu ġenerali wiesa’ li jħaddan bosta tipi differenti ta’ entitajiet: minn organizzazzjonijiet internazzjonali kbar għal dawk żgħar reġjonali jew lokali, minn organizzazzjonijiet immexxija l-aktar minn impjegati għal dawk li jikkonsistu l-aktar minn voluntiera; jenfasizza li s-suġġett kopert mill-NGOs u l-metodu ta’ implimentazzjoni jistgħu jvarjaw ukoll b’mod sostanzjali; jifhem li din id-diversità tagħmilha diffiċli li jkun hemm definizzjoni komuni ta’ NGOs fi ħdan l-UE; jenfasizza, madankollu, il-vantaġġi li jiġi stabbilit approċċ armonizzat għall-UE kollha, inkluż permezz ta’ definizzjoni armonizzata, li l-valur miżjud tagħha jinsab f’żieda fit-trasparenza, l-obbligu ta’ rendikont, il-prevedibbiltà u l-fiduċja pubblika; jinkoraġġixxi lill-koleġiżlaturi, għalhekk, jilħqu ftehim dwar approċċ armonizzat bħal dan għall-NGOs u l-entitajiet rilevanti fil-livell tal-UE, li jgħin b’mod konsiderevoli lill-proċeduri tal-kontroll baġitarju Ewropew, speċjalment fil-każ ta’ assoċjazzjonijiet transfruntiera; itenni l-importanza kbira li jiġu żgurati t-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont għall-entitajiet kollha li jingħataw fondi tal-UE; jirrikonoxxi l-vantaġġ li jiġi stabbilit approċċ armonizzat fir-rigward ta’ x’inhuma dawn l-entitajiet b’relazzjoni mal-UE u l-korpi tagħha f’kuntesti differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jieħu nota tal-proposta tal-Kummissjoni li tinkludi definizzjoni komuni tal-NGOs fil-proposta tal-2022 għal riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju; ifakkar li l-Parlament, fil-mandat tiegħu, talab aktar ċarezza dwar id-definizzjoni ta’ NGO, b’mod partikolari dwar il-grad ta’ eżistenza formali, trasparenza u obbligu ta’ rendikont mill-membri jew mill-fundaturi tiegħu; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni twettaq konsultazzjoni fil-fond dwar id-definizzjoni ta’ NGO, u dan bl-involviment tal-uffiċjali tal-Istati Membri u rappreżentanti tal-NGOs, filwaqt li tqis ukoll il-metodoloġija li ġiet segwita meta ġie definit it-terminu “intrapriża żgħira u ta’ daqs medju” (SME);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis li NGO m’għandhiex tiġi ffinanzjata 100 % mill-Istat u mill-Kummissjoni sabiex titqies bħala NGO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tuża t-termini NGOs u organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ mingħajr definizzjoni ċara fis-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja; jiddispjaċih li dan jirriżulta f’inċertezza dwar l-allokazzjoni u l-monitoraġġ tal-fondi tal-UE u jaf iwassal għal perċezzjoni żbaljata fir-rigward tal-volum ta’ finanzjament għall-NGOs u l-entitajiet; jinnota li l-FAQs dwar is-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja jipprovdu definizzjoni għall-NGOs li l-istatus mingħajr skop ta’ qligħ tagħhom huwa element essenzjali u huwa soġġett għal validazzjoni; jiddispjaċih li din id-distinzjoni mhux ċara hija possibbli peress li s’issa ma kien hemm l-ebda approċċ armonizzat tal-UE għall-NGOs, u ntużat biss l-awtoklassifikazzjoni tal-entitajiet għas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja, li hija bbażata biss fuq regoli li jistgħu jvarjaw fost l-Istati Membri; jappella wkoll sabiex is-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja tiżgura kategorizzazzjoni xierqa tad-diversi tipi ta’ NGOs jew NFPOs sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn ikun hemm ftit jew ma jkun hemm l-ebda differenzjazzjoni bejn ċerti tipi ta’ organizzazzjonijiet u fejn universitajiet, istituti ta’ riċerka, organizzazzjonijiet volontarji u NGOs oħra jitqiesu identiċi fil-bażi tad-data tas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Lejn trasparenza u obbligu ta’ rendikont aħjar tal-UE fir-rigward tal-fondi tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iqis li l-frodi, il-kunflitt ta’ interess, il-finanzjament doppju, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus jew l-approprjazzjoni indebita jridu jiġu prevenuti u indirizzati fis-sitwazzjonijiet kollha u għall-benefiċjarji kollha, irrispettivament min-natura u l-istatus legali tagħhom; jinsab imħasseb dwar il-fatt li d-data disponibbli mhijiex biżżejjed għall-awtorità ta’ kwittanza dwar każijiet bħal dawn; ifakkar li l-applikanti u l-benefiċjarji kollha tal-finanzjament tal-UE, inklużi l-NGOs, huma soġġetti għar-regoli finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jissottolinja li s-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES) hija strument importanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, peress li tiżgura protezzjoni f’diversi livelli permezz tal-identifikazzjoni bikrija ta’ persuni jew entitajiet li jirrappreżentaw riskji li jheddu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, li tinkludi l-estensjoni tal-EDES għall-ġestjoni kondiviża u żżid raġunijiet ġodda ta’ esklużjoni<FOOTNOTE><FIELD> L-Artikoli 139(1)(i) u 139(1)(c)(vi) tal-proposta tal-Kummissjoni għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni tas-16 ta’ Mejju 2022 (COM(2022)0223).</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-EDES kompletament operattiva biex tippermetti esklużjoni effettiva tal-benefiċjarji, inklużi NGOs, abbażi tar-Regolament Finanzjarju, minn aċċess ulterjuri għall-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rekwiżiti ta’ trasparenza jistgħu jkunu insuffiċjenti, speċjalment meta l-fondi jiġu mgħoddija tul katina u jintużaw biex jikkofinanzjaw proġetti konġunti ma’ donaturi oħra; iqis li huwa problematiku li s-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja tipprovdi biss informazzjoni dwar għotjiet mogħtija direttament mill-Kummissjoni taħt ġestjoni diretta, iżda l-ebda dettall dwar fondi riċevuti indirettament minn benefiċjarji u sħab li jkollhom relazzjoni legali mal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li mhux l-Istati Membri kollha jipprovdu l-istess livell ta’ informazzjoni dwar l-għotjiet u li l-bażi tad-data eżistenti tal-UE mhijiex konsistenti u koerenti biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont f’każijiet ta’ ġestjoni kondiviża u indiretta billi tivverifika r-riallokazzjoni tal-fondi u l-użu tagħhom sar-riċevituri finali, f’konformità mal-proposta għal riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmi ta’ kontroll <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> b’mod proporzjonat, inklużi kontrolli aleatorji adegwati; huwa tal-fehma li jeżistu dgħufijiet serji fil-kontroll <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> fuq l-użu tal-fondi tal-UE u jħeġġeġ lill-Kummissjoni, biex, b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tfassal analiżi fil-fond bi proposti ċari biex issaħħaħ il-kwalità, l-ammont u r-regolarità tagħhom, bl-appoġġ ta’ task force ta’ kontroll baġitarju stabbilit sew u ċentralizzat fi ħdan il-Kummissjoni għar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess kollha, u li dan ikollu mandat ċar, kapaċitajiet ta’ investigazzjoni u riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza tat-trasparenza fl-aspetti kollha tal-attivitajiet iffinanzjati mill-UE biex jiġu żgurati l-użu responsabbli tal-fondi u l-obbligu ta’ rendikont fir-rigward tal-użu tagħhom; jirrikonoxxi t-tħassib rigward l-indħil barrani potenzjali fit-tfassil tal-politika tal-UE u li s-sistema fis-seħħ ma tistax tipprevjeni kompletament lill-atturi milli jistabbilixxu fondi u/jew kobenefiċjarji, inklużi NGOs, biex jippromwovu narrattivi foloz, inkluż permezz tad-diżinformazzjoni, kif allegatament ġara fil-Qatargate; jemmen li t-tħassib eżistenti ma għandux iwassal għall-istigmatizzazzjoni tal-NGOs kollha peress li l-biċċa l-kbira tal-NGOs jirrispettaw u jippromwovu l-prinċipji u l-valuri demokratiċi tal-UE; jissottolinja li l-baġit tal-UE ma jridx jintuża biex isir lobbjar kontra l-prinċipji u l-valuri demokratiċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi li l-benefiċjarji, inklużi l-NGOs, li jirċievu fondi tal-UE jippubblikaw id-dettalji ta’ kwalunkwe finanzjament riċevut minn sorsi oħra b’relazzjoni ma’ proġetti kofinanzjati mill-UE fuq perjodu ta’ ħames snin, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-kunfidenzjalità, b’mod partikolari, f’każijiet debitament ġustifikati ta’ benefiċjarji, inklużi l-NGOs, li jiffaċċjaw theddid serju ta’ ritaljazzjoni; jissottolinja li l-finanzjament għall-NGOs minn barra l-UE jista’ jkun sors leġittimu ta’ finanzjament, iżda jisħaq li mingħajr regoli ċari ta’ trasparenza fir-rigward tal-prinċipju tal-kunfidenzjalità, tali possibbiltajiet ta’ finanzjament huma miftuħa għall-abbuż u influwenza mhux xierqa minn atturi ta’ stati terzi; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE jtejbu l-implimentazzjoni tal-istandards ta’ trasparenza tagħhom, inkluż ir-rappurtar obbligatorju tal-attivitajiet ta’ lobbjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jistabbilixxu liġijiet nazzjonali dwar il-lobbjar u dwar ir-reġistru tat-trasparenza, li għandhom jirrikjedu wkoll l-iżvelar tad-donaturi, inklużi dawk internazzjonali, u s-sorsi ta’ finanzjament, b’rekwiżiti ta’ trasparenza ugwali għar-rappreżentanti ta’ gruppi ta’ interess kollha irrispettivament min-natura u l-istatus legali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li l-Istati Membri huma responsabbli għar-reġistrazzjoni, il-kontroll u r-rappurtar ta’ każijiet ta’ identifikazzjoni ta’ frodi, użu ħażin ta’ fondi jew ħasil tal-flus, kundanni jew investigazzjonijiet pendenti; jemmen li l-amministrazzjonijiet nazzjonali, li huma eqreb tar-realtà lokali, jirrappreżentaw l-ewwel saff effettiv għall-kontroll u l-monitoraġġ tal-organizzazzjonijiet li qed jaġixxu kontra r-regoli u l-valuri tal-UE, sabiex jissaħħu l-isforzi għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-indirizzar tal-frodi u l-użu ħażin tal-fondi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali jsaħħu s-sistemi ta’ trasparenza u ta’ obbligu ta’ rendikont tagħhom sabiex jidentifikaw l-organizzazzjonijiet jew l-entitajiet kollha li qed jaġixxu kontra r-regoli u l-valuri tal-UE u jieħdu miżuri legali u amministrattivi li jiffaċilitaw l-azzjoni fil-livell tal-UE u jagħmluha aktar faċli u aktar rapida għall-Kummissjoni biex tinkludi l-entitajiet ikkonċernati fis-sistemi tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinkludi fl-EDES ir-rappreżentanti kollha ta’ gruppi ta’ interess li jiksru r-regoli u l-valuri tal-UE u teskludihom mill-finanzjament tal-UE b’mod korrispondenti, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Huwa tal-fehma li ma għandu jitħalla l-ebda marġni ta’ apprezzament għall-Istati Membri biex l-NGOs jiġu soġġetti fatalment għal rekwiżiti u obbligi restrittivi; ifakkar li l-Kummissjoni bdiet proċedura ta’ ksur kontra l-Ungerija meta introduċiet liġi dwar l-indħil barrani fl-2017 u li, fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Ġunju 2020<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ Ġunju 2020, <STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea</STRING> vs <STRING ITALIC="on">l-Ungerija</STRING>, C-78/18, ECLI:EU:C:2020:476.</FIELD></FOOTNOTE> (<STRING ITALIC="on">Il-Kummissjoni Ewropea</STRING> vs <STRING ITALIC="on">l-Ungerija</STRING>), il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ddikjarat li d-dritt għal-libertà ta’ assoċjazzjoni, u għalhekk id-dritt tal-UE, jinkiser jekk l-obbligi sistematiċi fuq l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qed jagħmlu kunsiderevolment aktar diffiċli l-azzjoni u l-operat tal-organizzazzjonijiet soġġetti għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jiddispjaċih għall-pubblikazzjoni tad-data fis-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja b’dewmien ta’ bejn 6 xhur u 18-il xahar u l-impatt tagħha fuq it-trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni tippubblika informazzjoni dwar l-għotjiet tal-UE mogħtija lill-NGOs u lill-entitajiet mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data li fiha tkun ingħatat l-għotja, inkluż il-finanzjament riċevut minn sorsi oħra, filwaqt li tqis il-prinċipju tal-kunfidenzjalità f’każijiet debitament ġustifikati ta’ benefiċjarji, inklużi l-NGOs, li jiffaċċjaw theddid serju; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa u tintegra għodod ta’ validazzjoni tad-data sabiex il-proċess ta’ validazzjoni tad-data tas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja jkun awtomatiku, kontinwu u aktar rapidu, u jikkonsma anqas riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiddispjaċih għall-fatt li s-sistemi tal-IT tal-Kummissjoni mhumiex faċli għall-utent u jużaw konvenzjonijiet differenti biex jidentifikaw il-benefiċjarji ta’ proġetti u għotjiet, u dan jirriżulta f’data differenti, u jagħmilha diffiċli li tiġi rikonċiljata informazzjoni minn portali u bażijiet tad-data differenti tal-Kummissjoni aċċessibbli għall-pubbliku; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tistabbilixxi regoli armonizzati u tistandardizza t-tqassim u l-funzjonalitajiet ta’ bażijiet tad-data speċifiċi għall-programmi, filwaqt li tqis l-ambjenti differenti u l-oqsma ta’ azzjoni li fihom joperaw l-NGOs, u mingħajr ma tpoġġi piżijiet żejda fuqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża entità unika komuni, bħal kodiċi uniku ta’ identifikazzjoni tal-parteċipanti, u kjavi għall-identifikazzjoni tal-proġetti fil-portali u l-bażijiet tad-data kollha, inkluż fuq is-siti web tal-benefiċjarji, filwaqt li jinżamm il-prinċipju tal-kunfidenzjalità, b’mod partikolari, f’każijiet debitament ġustifikati ta’ benefiċjarji, inklużi l-NGOs, li jiffaċċjaw theddid serju ta’ ritaljazzjoni, biex tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku pprovduta minn sistemi u siti web differenti; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-benefiċjarji kollha tal-għotjiet tal-NGOs b’kodiċi li jieħu ħames snin ta’ data ta’ finanzjament direttament mis-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja u jinkludi links għall-entrati korrispondenti tal-proġetti fil-bażijiet tad-data tal-programmi tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Josserva inkonsistenzi sinifikanti fil-kontenut u l-firxa tal-informazzjoni murija fuq is-siti web tal-proġetti, inkluż dwar id-distribuzzjoni ta’ fondi riċevuti fost is-sħab u dwar il-konnessjoni ma’ bażijiet tad-data pertinenti tal-Kummissjoni; jappella għal approċċ aktar proattiv għat-trasparenza pubblika u kooperazzjoni akbar mal-awtoritajiet baġitarji tal-UE li tmur lil hinn mir-rekwiżiti minimi attwali għall-finanzjament ta’ għotjiet tal-UE; jappella lill-Kummissjoni biex issaħħaħ sistema għal impenn mill-applikanti kollha, inklużi l-NGOs, għall-Karta tal-UE meta japplikaw għall-fondi tal-UE; jappella għal preżentazzjoni aktar ċara u aktar sistematika tal-informazzjoni dwar s-siti web tal-proġetti ffinanzjati mill-UE dwar il-finanzjament riċevut mill-UE u minn sorsi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jappella sabiex is-sidien finali tal-kumpaniji jiġu elenkati f’reġistri ċentrali fil-pajjiżi tal-UE, aċċessibbli għal persuni b’“interess leġittimu”, bħall-ġurnalisti investigattivi, iċ-ċittadini kkonċernati u l-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, għalkemm l-integrazzjoni tas-sistema tal-eGrants bħala għodda ta’ ġestjoni tal-għotjiet komuni u sistema ta’ reġistrazzjoni tal-applikanti fost is-servizzi kollha tal-Kummissjoni tejbet il-kwalità u l-kompletezza tad-data tas-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja, jeħtieġ li jsir aktar sforz biex tittejjeb l-affidabbiltà ta’ tali data; jinsab imħasseb li għad hemm nuqqasijiet persistenti f’termini ta’ konsistenza fil-portali u s-sistemi ta’ trasparenza eżistenti tal-Kummissjoni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni żżid il-ħidma tagħha dwar is-simplifikazzjoni tal-bażijiet tad-data għal Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja aktar faċli għall-utent u li tkun marbuta mar-Reġistru tat-Trasparenza u kompatibbli ma’ bażijiet tad-data ta’ programmi speċifiċi; jenfasizza li dan għandu jinkludi l-pagamenti finali, u b’hekk jagħmilha possibbli li jiġu identifikati l-benefiċjarji, inklużi l-NGOs, skont il-kategorija, inkluż permezz tad-definizzjoni ta’ NGO u entitajiet rilevanti f’konformità mar-Regolament Finanzjarju; jitlob li l-Kummissjoni tħejji proposta għal azzjoni amministrattiva ulterjuri sa tmien l-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li f’xi sitwazzjonijiet l-uffiċċju domiċiljari tal-organizzazzjoni mingħajr skop ta’ qligħ ikun jinsab f’pajjiż partikolari u l-operazzjonijiet benefiċjarji jsiru f’pajjiż ieħor; jappella sabiex l-organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ jieħdu miżuri xierqa biex jagħtu kont tal-fondi u s-servizzi mogħtija f’postijiet oħra għajr fil-ġuriżdizzjoni domiċiljari tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni li tistabbilixxi, abbażi tal-Artikolu 36 tar-Regolament Finanzjarju, sistema tal-IT ċentralizzata u interoperabbli għall-estrazzjoni ta’ data u għall-kejl tar-riskju biex tittejjeb l-effiċjenza tal-kontroll intern tal-implimentazzjoni tal-baġit; jissottolinja li din is-sistema trid tinkludi mhux biss id-data tar-riċevituri, iżda wkoll id-data tas-sidien benefiċjarji f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).</FIELD></FOOTNOTE>; jappella sabiex din is-sistema tinkludi indikaturi tar-riskju bbażati fuq data mill-EDES taħt il-modi kollha ta’ ġestjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jiddispjaċih li l-koeżistenza tal-obbligi ta’ rappurtar u l-prattiki kontabilistiċi fil-livelli nazzjonali u tal-UE tista’ twassal għal piż amministrattiv sproporzjonat għall-benefiċjarji, inklużi l-NGOs; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-obbligi ta’ rappurtar fil-livelli tal-UE u nazzjonali jkunu konsistenti sabiex jiġi garantit monitoraġġ aktar faċli tat-twettiq tal-obbligi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-identifikazzjoni tar-riċevitur finali tal-fondi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa sistema ta’ monitoraġġ armonizzata bl-għan li tnaqqas il-burokrazija, ittejjeb l-effiċjenza u tidentifika l-benefiċjarji finali; jirrakkomanda li l-Kummissjoni tittraċċa l-fondi tal-UE sal-benefiċjarji finali b’mod sistematiku, standardizzat u armonizzat fil-pjattaformi ta’ informazzjoni u trasparenza fil-livell tal-UE; jappella, barra minn hekk, għal djalogu msaħħaħ bejn il-Kummissjoni u l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE, inklużi l-NGOs, dwar kif jitnaqqsu l-piżijiet eċċessivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jinsab imħasseb meta d-dispożizzjonijiet dwar il-viżibbiltà tal-programmi tal-UE ma jiġux rispettati bis-sħiħ; jistieden lill-Kummissjoni tagħti istruzzjonijiet lis-servizzi tagħha biex itemmu l-ftehimiet jew inaqqsu l-pagamenti lill-benefiċjarji li ma jirrispettawx l-obbligi ta’ viżibbiltà kuntrattwali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li tipprovdi taħriġ għall-uffiċjali tal-programm u l-aġenziji tal-UE kollha tagħha dwar ir-Regolament Finanzjarju u dwar il-baġit tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-benefiċjarji kollha tal-finanzjament tal-UE, inklużi l-NGOs, taħriġ dwar ir-rappurtar u r-regoli finanzjarji, u jitlob li l-awtorità ta’ kwittanza tkun infurmata kif xieraq dwar dan it-taħriġ, inkluż il-kontenut tiegħu, il-parteċipanti fih u l-kostijiet relatati; jistieden lill-Kummissjoni tissimplifika l-proċeduri tal-applikazzjoni u tal-għażla għall-għotjiet, u tiżgura l-uniformità tal-approċċ u t-trasparenza tal-proċess, tnaqqis fil-piż amministrattiv u adattament regolari ta’ dawn ir-regoli għaċ-ċirkostanzi li jinbidlu u t-tagħlimiet meħuda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota s-sejba tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) li l-konċessjoni ta’ għotjiet sussidjarji ma jippermettix lill-Kummissjoni timmonitorja kif xieraq kif jintużaw il-fondi tal-UE; jappella sabiex li l-ammonti mogħtija lill-NGOs bħala partijiet terzi fil-forma ta’ għotjiet kaskata jkunu identifikabbli b’mod ċar fis-Sistema ta’ Trasparenza Finanzjarja u fir-rappurtar annwali finanzjarju u ta’ obbligu ta’ rendikont tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet kollha tal-UE jiżguraw implimentazzjoni, infurzar u superviżjoni ferm aktar stretti tal-aderenza mad-dispożizzjonijiet attwali fir-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE; jappella sabiex jiġu allokati aktar riżorsi lis-Segretarjat tar-Reġistru tat-Trasparenza biex ikun jista’ joffri appoġġ lill-applikanti u lir-reġistranti kollha, speċjalment l-entitajiet żgħar u l-NGOs, matul il-proċess ta’ reġistrazzjoni kollu u jivverifika l-informazzjoni li jipprovdu aktar bir-reqqa; jappella, b’mod partikolari, biex uffiċjal tat-trasparenza jitqiegħed fis-segretarjati kollha tal-kumitati u fl-unitajiet amministrattivi rilevanti; ifakkar li, skont il-linji gwida dwar ir-Reġistru tat-Trasparenza, il-bidliet fid-data pprovduta għandhom jiġu kkomunikati malli jseħħu u, fi kwalunkwe każ, fi żmien tliet xhur; jinsisti li kwalunkwe bidla fil-bord jew fit-tmexxija tal-entitajiet għandha għandha tiġi rreġistrata wkoll fir-Reġistru tat-Trasparenza; jitlob li l-bażi tad-data dwar it-trasparenza tkun aċċessibbli biss għal persuni speċifiċi awtorizzati , u fuq talba lill-awtorità baġitarja, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ informazzjoni li tista’ tipperikola l-ħajja jew is-sikurezza personali ta’ individwu jew l-eżistenza ta’ NGO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-koeżistenza ta’ rekwiżiti differenti ta’ żvelar għal tipi differenti ta’ organizzazzjonijiet fir-Reġistru tat-Trasparenza; jistieden lill-Kummissjoni timponi l-istess rekwiżiti ta’ żvelar fuq it-tipi kollha ta’ organizzazzjonijiet irreġistrati fir-Reġistru tat-Trasparenza; jinnota li, b’mod partikolari, kollha jridu jkunu meħtieġa jiżvelaw id-dħul tagħhom u l-ammonti kollha minfuqa fuq il-lobbjar<FOOTNOTE><FIELD> Ara: studju dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont, rakkomandazzjoni 24.3.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Parlament tal-2021<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0138, paragrafu 74.</FIELD></FOOTNOTE> li jitolbu reviżjoni tar-Reġistru tat-Trasparenza tal-UE u l-linji gwida tiegħu biex ikun meħtieġ l-iżvelar tad-dettalji dwar is-sorsi kollha ta’ finanzjament minn organizzazzjonijiet irreġistrati, inklużi l-ishma miżmuma f’kumpaniji oħra, u biex il-fondi tal-UE jkunu jistgħu jiġu traċċati mir-riċevitur dirett sal-benefiċjarju finali meta l-fondi jgħaddu tul katina, inkluż meta l-fondi minn benefiċjarju partikolari, inkluża NGO, jiġu ttrasferiti għal ieħor, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-kunfidenzjalità fil-każ ta’ NGOs li jiffaċċjaw theddid serju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-NGOs u lill-entitajiet kollha impenjati favur it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont sħaħ, il-Karta tal-UE u l-promozzjoni tal-valuri demokratiċi u tal-UE, jitolbu li jiġu inklużi fir-Reġistru tat-Trasparenza meta japplikaw għall-fondi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jappella għal infurzar strett tar-regoli għall-aċċess għall-Parlament u għal stediniet lill-kumitati parlamentari, li huma kundizzjonali għar-reġistrazzjoni ta’ kull organizzazzjoni fir-Reġistru tat-Trasparenza mill-uffiċjal tat-trasparenza l-ġdid li se jitqiegħed f’kull segretarjat tal-kumitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jitlob li l-benefiċċjarji kollha ffinanzjati mill-UE inklużi l-NGOs, jippubblikaw online l-laqgħat kollha mal-MPE, l-assistenti tal-MPE jew ir-rappreżentanti ta’ istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji oħra tal-UE kull meta tali laqgħat ikunu relatati ma’ fajls leġiżlattivi tal-UE li jkunu għaddejjin jew mal-finanzjament tal-UE li tali benefiċċjarji jirċievu jew japplikaw għalih, f’konformità ma’ obbligi simili għall-MPE; jistieden lill-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-UE jipprovdu l-għodod meħtieġa għall-pubblikazzjoni ta’ tali laqgħat, filwaqt li jippermettu eċċezzjonijiet ġustifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iqis l-adozzjoni ta’ regolament dwar l-NGOs bħala miżura diskriminatorja għandu fil-mira l-NGOs iżda mhux ir-riċevituri l-oħra ta’ finanzjament tal-UE; huwa tal-fehma li kwistjonijiet bħar-revolving doors, it-trasparenza fil-finanzjament u d-donazzjonijiet, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-limitazzjoni tal-indħil barrani, l-indipendenza mill-influwenza politika u ekonomika, u l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta huma ta’ importanza għall-entitajiet kollha li jirċievu fondi tal-UE u m’għandhomx jintużaw biex jillimitaw l-ispazju ta’ azzjoni tal-NGOs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-Kummissjoni tal-2021<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0137.</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji kollha tal-finanzjament tal-UE, inklużi l-NGOs, li użaw ħażin jew approprjaw ruħhom mingħajr jedd fondi tal-UE, jew kienu involuti f’attivitajiet li jmorru kontra l-valuri tal-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tal-UE, inkluż l-inċitament għat-terroriżmu, id-diskors ta’ mibegħda, l-appoġġ għall-vjolenza u l-glorifikazzjoni tagħha, l-estremiżmu politiku u reliġjuż, kif ukoll it-tixrid tad-diżinformazzjoni simulata bħala data xjentifika ffalsifikata intenzjonalment, jiġu elenkati fl-EDES u jiġu mblukkati mill-aċċess għall-istituzzjonijiet tal-UE u għall-programmi ta’ finanzjament tal-UE f’ġestjoni diretta u kondiviża; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinfurzaw l-implimentazzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ lista mtejba ta’ esklużjoni kif rakkomandat mill-Parlament u f’konformità mal-ftehim dwar ir-Regolament Finanzjarju; jistenna li l-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni ta’ din ir-rakkomandazzjoni fil-bidu tal-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-QEA jissottomettu b’mod sistematiku s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-awditjar relatati mal-kontrolli fuq il-post ibbażati fuq ir-riskju tal-benefiċjarji, inklużi l-NGOs, u r-riżultati tagħhom lill-Parlament bħala l-awtorità ta’ kwittanza; jinkoraġġixxi aktar kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u l-QEA; jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ b’mod partikolari l-istatus ta’ aċċess għall-OLAF sabiex tikseb informazzjoni dwar l-imġiba finanzjarja ħażina ta’ benefiċjarji individwali, tinvestigahom u timponi sanzjonijiet xierqa (jiġifieri sospensjoni tal-ħlas permezz tas-sistema tal-EDES), fil-każ ta’ frodi, korruzzjoni u irregolaritajiet oħra relatati mal-fondi tal-UE, f’konformità mar-regolamenti applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Ifakkar li l-NGOs huma soġġetti għall-istess livell ta’ kontrolli u investigazzjonijiet bħal kwalunkwe riċevitur ieħor ta’ fondi tal-UE li jkopru n-naħat kollha tan-nefqa, fi ħdan il-mandati rispettivi kemm tal-OLAF kif ukoll tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>