<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0037</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-persekuzzjoni li għaddejja tal-Falun Gong fiċ-Ċina, b’mod partikolari l-każ tas-Sur Ding Yuande</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0067, 0070, 0074, 0079 u 0082/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar il-persekuzzjoni li għaddejja tal-Falun Gong fiċ-Ċina, b’mod partikolari l-każ tas-Sur Ding Yuande (2024/2504(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew, </STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar iċ-Ċina,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi mill-1999 ’l hawn, il-Partit Komunista Ċiniż (CCP) kien involut fil-persekuzzjoni sistematika biex jeqred il-moviment reliġjuż tal-Falun Gong; billi l-libertà tar-reliġjon qed tiddeterjora fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (RPĊ) kollha; billi ċ-ċensura u s-sorveljanza bbażati fuq it-teknoloġija huma ċentrali għal din ir-repressjoni; billi l-Artikolu 36 tal-Kostituzzjoni tar-RPĊ jistipula li ċ-ċittadini tagħha għandhom igawdu l-libertà tat-twemmin reliġjuż;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi huwa ddokumentat li mill-1999 ’l hawn mietu eluf ta’ prattikanti tal-Falun Gong minħabba l-persekuzzjoni tal-Partit Komunista Ċiniż; billi l-prattikanti ta’ spiss ikunu detenuti u huwa rrappurtat li jkunu soġġetti għal tortura, abbuż psikoloġiku u tneħħija tal-organi sabiex jiċħdu twemminhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi fit-12 ta’ Mejju 2023 is-Sur Ding Yuande u martu s-Sa Ma Ruimei, prattikanti tal-Falun Gong, ġew arrestati mingħajr mandat ta’ arrest; billi s-Sa Ma nħelset fuq pleġġ, iżda mbagħad ġiet intimidata mill-pulizija għax binhom li jgħix barra nieda kampanja ta’ salvataġġ;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi s-Sur Ding ġie detenut mingħajr ebda żjara minn familtu għal tmien xhur; billi fil-15 ta’ Diċembru 2023 ġie kkundannat għal tliet snin ħabs b’multa ta’ CNY 15 000; billi appella s-sentenza;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Iħeġġeġ bil-qawwa lir-RPĊ ittemm minnufih il-persekuzzjoni tal-prattikanti tal-Falun Gong u ta’ minoranzi oħra, inklużi l-Ujguri u t-Tibetani; jitlob għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tas-Sur Ding u tal-prattikanti kollha tal-Falun Gong fiċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob li r-RPĊ ittemm is-sorveljanza u l-kontroll domestiċi u transnazzjonali u s-soppressjoni tal-libertà reliġjuża; iħeġġeġ lir-RPĊ tirrispetta l-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali u l-kostituzzjoni tagħha stess biex tirrispetta u tipproteġi d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni mar-RPĊ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jisħaq li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-istat tad-dritt għandhom ikunu fiċ-ċentru tar-relazzjonijiet tal-UE maċ-Ċina; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jappoġġjaw u jiffaċilitaw investigazzjoni internazzjonali dwar il-persekuzzjoni tal-prattikanti tal-Falun Gong u jqajmu s-suġġett tal-persekuzzjoni tal-minoranzi reliġjużi matul id-djalogi politiċi u tad-drittijiet tal-bniedem kollha mal-awtoritajiet Ċiniżi; jistieden lill-Istati Membri u d-Delegazzjoni tal-UE għar-RPĊ jimmonitorjaw il-proċessi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jikkundannaw pubblikament l-abbużi tat-trapjanti tal-organi fiċ-Ċina u jużaw ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u r-reġimi nazzjonali ta’ sanzjonijiet b’rabta mad-drittijiet tal-bniedem kontra l-awturi u l-entitajiet kollha li kkontribwew għall-persekuzzjoni tal-prattikanti tal-Falun Gong fiċ-Ċina u barra minnha; jisħaq li l-miżuri tal-UE għandhom jinkludu r-rifjut tal-viżi, l-iffriżar tal-assi, l-espulsjoni mit-territorji tal-UE, il-prosekuzzjoni kriminali, inkluż abbażi ta’ ġuriżdizzjoni ekstraterritorjali, u t-tressiq ta’ akkużi kriminali internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Gvern u lill-Parlament tar-RPĊ.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>