<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0038</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-theddida ta’ karestija wara t-tixrid tal-kunflitt fis-Sudan</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0063, 0066, 0072, 0076, 0078 u 0080/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2024 dwar it-theddida ta’ karestija wara t-tixrid tal-kunflitt fis-Sudan (2024/2505(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Impenn  ta’ Jeddah għall-Protezzjoni taċ-Ċittadini tas-Sudan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kunflitt vjolenti bejn il-Forzi Armati Sudaniżi u l-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu għadu l-mutur ewlieni wara l-insigurtà alimentari akuta u ta’ theddida għall-ħajja fis-Sudan, li tolqot lil 18-il miljun persuna, u li 5 miljun minnhom jinsabu f’livelli ta’ ġuħ ta’ emerġenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi aktar minn 7.5 miljun persuna ġew spostati b’mod furzat fis-Sudan u lil hinn minnu, u dan wassal għal tbatija severa, b’mod partikolari fost in-nisa u t-tfal; billi s-Sudan issa għandu l-akbar numru ta’ persuni spostati fid-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi madwar 12 000 persuna nqatlu fil-kunflitt; billi l-attakki b’motivazzjoni etnika, b’mod partikolari kontra l-komunità tal-Masalit, żdiedu fid-Darfur u fil-pajjiż kollu, u dan kabbar b’mod serju r-riskju ta’ tindif etniku; billi l-vjolenza sesswali ntużat b’mod sistematiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kunflitt aggrava b’mod drammatiku n-nuqqasijiet ta’ provvisti bażiċi u ta’ fjuwil f’żoni b’aċċess umanitarju ristrett; billi l-kunflitt espanda għal żoni fejn jiġu prodotti l-qmuħ; billi l-pajjiż għandu l-ogħla rata ta’ malnutrizzjoni tat-tfal globalment;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji u l-infrastruttura wasslu biex l-organizzazzjonijiet jissospendu l-operazzjonijiet, u b’hekk fixklu s-sigurtà alimentari;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi fl-2023 il-Kummissjoni mmobilizzat aktar minn EUR 128 miljun għar-rispons umanitarju tagħha fis-Sudan;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kontinwa bejn il-fazzjonijiet armati rivali fis-Sudan, il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-insigurtà alimentari li tirriżulta; jiddeplora l-attakki ripetuti kontra ċ-ċivili u jfakkar lill-fazzjonijiet kollha dwar l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jistieden lill-partijiet kollha fil-kunflitt iwaqqfu minnufih l-ostilitajiet, jiffaċilitaw aċċess umanitarju sikur, f’waqtu u mingħajr xkiel, inkluż billi jissodisfaw l-impenji ta’ Jeddah tagħhom, u jfittxu riżoluzzjoni paċifika negozjata għall-kunflitt; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi reġjonali u internazzjonali kollha f’dan ir-rigward; jistieden lill-partijiet esterni fil-kunflitt joqogħdu lura minn interferenzi li jikkontribwixxu għall-kunflitt u l-instabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat aċċess ekwu għall-għajnuna umanitarja għaċ-ċivili li huma soġġetti għal ġlied kontinwu, għal nuqqas ta’ ikel, ta’ ilma u ta’ fjuwil, għal komunikazzjonijiet u elettriku limitati, u għal prezzijiet għoljin ħafna għal oġġetti essenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-finanzjament ta’ emerġenza għar-rispons umanitarju fis-Sudan kollu u fil-pajjiżi ġirien tiegħu; jissottolinja l-ħtieġa ta’ appoġġ speċifiku għas-superstiti tal-vjolenza sesswali, inklużi l-mekkaniżmi ta’ protezzjoni, kura, trattament u appoġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jitlob lill-UE tissanzjona lil dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem skont ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem; jistieden lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU jissanzjona l-ksur tal-embargo tal-armi tan-NU fuq id-Darfur u jespandi dan l-embargo fil-pajjiż kollu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-awtoritajiet tas-Sudan, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Parlament Pan-Afrikan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>