<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0039</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Taġikistan: ir-repressjoni mill-Istat fil-konfront tal-media indipendenti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0064, 0065, 0081, 0083, 0084 u 0085/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar it-Taġikistan: ir-repressjoni mill-Istat fil-konfront tal-media indipendenti (2024/2506(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Taġikistan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 144(5) u l-Artikolu 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-funzjoni ta’ kontroll demokratiku tal-media indipendenti fit-Taġikistan ilha tonqos fuq bażi kontinwa matul l-aħħar deċennju u l-midja tat-Taġikistan tinsab fl-agħar stat tagħha mill-indipendenza fl-1991;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi minn Ottubru 2022, l-awtoritajiet ikkundannaw bosta ġurnalisti, inklużi Abdullo Ghurbati, Daler Imomali, Zavqibek Saidamini, Abdusattor Pirmuhammadzoda, Ulfatkhonim Mamadshoeva, Khushruz Jumayev u Khurshed Fozilov, għal bejn seba’ u aktar minn għoxrin sena ħabs b’ritaljazzjoni talli koprew kwistjonijiet soċjali u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fl-Oblast Awtonomu ta’ Gorno-Badakhshan; billi l-“Liġi dwar il-Ġlieda kontra l-Estremiżmu” u l- “Liġi dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu” jintużaw biex jiġu ppersegwitati l-ġurnalisti, kif iddeplorat mill-esperti tan-NU f’Lulju 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-uniċi żewġ aġenziji tal-aħbarijiet indipendenti sinifikanti – Asia-Plus u s-servizz lokali RFE/RL Radio Ozodi – regolarment jiffaċċjaw fastidju u theddid, inklużi akkużi kriminali u diffikultajiet biex jiksbu akkreditazzjoni, b’mod partikolari kontra l-ġurnalist Rustami Joni; billi l-ġurnalisti li jmexxu l-istazzjon indipendenti Azda TV, mill-eżilju jirrapportaw pressjoni kontinwa mis-servizzi tas-sigurtà tat-Taġikistan fuq il-qraba tagħhom li jibqgħu fil-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-pressjoni eżerċitata mill-awtoritajiet fuq il-media domestika u l-awtoċensura jiffaċilitaw il-propaganda u d-diżinformazzjoni Russa, b’mod partikolari billi joħonqu l-kopertura tal-gwerra ta’ aggressjoni li għaddejja kontra l-Ukrajna;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa r-repressjoni li għaddejja, inkluża l-leġiżlazzjoni kontra l-estremiżmu, kontra l-media indipendenti, il-kritiċi tal-gvern, l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u l-avukati indipendenti; jikkundanna l-għeluq ta’ media u siti web indipendenti, inklużi l-mezzi tal-media online Pamir Daily News, New Tajikistan 2 u Akhbor.com;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jikkundanna l-proċessi kollha politikament motivati u n-nuqqas ta’ seduti ta’ smigħ ġusti u pubbliċi minn qrati indipendenti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet jieqfu jippersegwitaw lill-ġurnalisti, jeħilsu b’mod immedjat u mingħajr kundizzjonijiet lil dawk li ġew detenuti b’mod arbitrarju u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom, iwaqqfu l-persekuzzjoni tal-avukati li jiddefendu lill-kritiċi tal-gvern u jeħilsu lill-avukati tad-drittijiet tal-bniedem Manuchehr Kholiknazarov u Buzurgmehr Yorov;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iħeġġeġ lill-gvern jiżgura li d-detenuti jkollhom aċċess għal kura tas-saħħa adegwata; jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa dwar l-allegazzjonijiet ta’ trattament ħażin fil-kustodja u ta’ konfessjonijiet furzati, u dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-gvern jiżgura ambjent tax-xogħol sikur għall-ħaddiema tal-media u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f’konformità mal-obbligi internazzjonali tat-Taġikistan fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; itenni li l-ħidma ħielsa u indipendenti tal-media u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili hija element fundamentali ta’ kwalunkwe soċjetà demokratika; jinsisti li s-sitwazzjoni tal-libertà tal-espressjoni fit-Taġikistan għandha titqies meta tiġi vvalutata l-applikazzjoni għall-SPĠ+ u għan-negozjar tal-ftehim imsaħħaħ ta’ sħubija u kooperazzjoni l-ġdid bejn l-UE u t-Taġikistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ħaddiema tal-media indipendenti fit-Taġikistan, inklużi l-finanzjament u l-viżi għal dawk fil-bżonn ta’ protezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet internazzjonali biex ikomplu jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-Taġikistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-RGħ/VP, lill-Istati Membri tal-UE, lill-UNHCR u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tat-Taġikistan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>