<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0041</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - il-ġlieda kontra l-frodi - rapport annwali 2022</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0434/2023 - Rapporteur: Maria Grapini)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2022 (2023/2045(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 310(6) u 325(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “L-34 Rapport Annwali dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea u l-ġlieda kontra l-frodi – 2022” (COM(2023)0464) (Rapport PIF 2022),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) tal-2022<FOOTNOTE><FIELD> OLAF, It-Tlieta u għoxrin rapport tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2022, 2022.</FIELD></FOOTNOTE> u r-Rapport Annwali tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF tal-2022<FOOTNOTE><FIELD> Rapport ta’ Attività tal-Kumitat ta’ Sorveljanza tal-OLAF – 2022, ĠU C 225, 27.6.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) tal-2022 ippubblikat fl-1 ta’ Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tas-16 ta’ Frar 2022 fil-Kawżi C-156/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022, <STRING ITALIC="on">L-Ungerija</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament u l-Kunsill</STRING>, ECLI:EU:C:2022:97.</FIELD></FOOTNOTE> u C-157/21<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Frar 2022, <STRING ITALIC="on">Il-Polonja</STRING> vs <STRING ITALIC="on">Il-Parlament u l-Kunsill</STRING>, ECLI:EU:C:2022:98.</FIELD></FOOTNOTE> u l-konklużjonijiet tal-QĠUE li l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni bid-data tat-18 ta’ Settembru 2022 għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija (COM(2022)0485),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Mejju 2022 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (Riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju) (COM(2022)0223),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29.</FIELD></FOOTNOTE> (id-Direttiva PIF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Settembru 2022 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titolu “It-tieni rapport dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali” (COM(2022)0466),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt” (COM(2022)0500),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Strengthening the fight against organised crime: Assessing the legislative framework”, (Insaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata: Evalwazzjoni tal-qafas leġiżlattiv), ippubblikat f’Diċembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, Blondes, E., Disley, E., Hulme, S. et al., Studju “Strengthening the fight against organised crime – Assessing the legislative framework” (Insaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata – Evalwazzjoni tal-qafas leġiżlattiv), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropa, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport bit-titolu “Assessing the Threats to the NextGenerationEU (NGEU) fund – A Joint Europol-OLAF Report” (Nivvalutaw it-theddid tal-Fond tan-NextGenerationEU (NGEU) – Rapport Konġunt tal-Europol u l-OLAF), magħmul pubbliku fis-6 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Closing note on the Strategic Initiative concerning the transparency and accountability of the Recovery and Resilience Facility” (Nota ta’ għeluq dwar l-Inizjattiva Strateġika dwar it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza) tal-Ombudsman Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2023 fir-rigward tal-Każ SI/6/2021/PVV, miftuħa fl-24 ta’ Frar 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-attività tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għall-2022 ippubblikat fl-4 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Analitiku 04/2023 tal-QEA tas-6 ta’ Lulju 2023 bit-titolu “Id-Diġitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali Nru 06/2023 tal-QEA tat-13 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “Il-kunflitt ta’ interess fl-infiq fl-oqsma tal-koeżjoni u tal-agrikoltura tal-UE – Hemm qafas fis-seħħ iżda jeżistu lakuni fil-miżuri ta’ trasparenza u ta’ identifikazzjoni”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/785 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm tal-Unjoni Kontra l-Frodi u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 250/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 172, 17.5.2021, p. 110.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2021 li jinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar id-diġitalizzazzjoni tar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar fil-livell Ewropew<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 224, 8.6.2022, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar ir-rieżami tal-Unjoni Ewropea skont il-Mekkaniżmu ta’ Rieżami tal-Implimentazzjoni tal-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) (COM(2020)0793),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2022 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 295.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2023 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – il-ġlieda kontra l-frodi – rapport annwali 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 133.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A9-0434/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, f’konformità mal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 325(5) tat-TFUE, kull sena l-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri tal-UE, tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tal-Artikolu (magħruf bħala r-Rapport PIF);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-infiq pubbliku bil-għaqal u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE għandhom ikunu elementi ewlenin tal-politika tal-UE biex iżidu l-fiduċja taċ-ċittadini billi jiżguraw li flus il-kontribwenti jintużaw b’mod xieraq u effettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi r-Rapport PIF huwa bbażat fuq informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri, inkluża data dwar irregolaritajiet u frodi misjuba; billi r-Rapport PIF irid iqis l-ispeċifiċitajiet finanzjarji ta’ kull Stat Membru u jipprovdi l-flessibbiltà meħtieġa f’dan ir-rigward;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-għadd ta’ irregolaritajiet frawdolenti misjuba u rrapportati juri r-riżultati tal-isforzi tal-Istati Membri biex jiġu miġġielda l-frodi u attivitajiet illegali oħra u ma għandux jiġi interpretat bħala indikazzjoni tal-livell ta’ frodi fl-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Istati Membri kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod korrett u oġġettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi hemm livelli u atturi differenti involuti fil-protezzjoni tal-baġit tal-UE permezz tal-prevenzjoni (l-interruzzjoni u s-sospensjoni ta’ pagamenti), l-identifikazzjoni, il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-irkupru ta’ flus imħallsa indebitament;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u Esklużjoni tipproteġi l-baġit tal-UE minn riskji ta’ insolvenza, negliġenza, frodi jew irregolarità mwettqa minn atturi privati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità tal-istat tad-dritt japplika għall-baġit kollu tal-UE u jippermetti li jittieħdu miżuri f’każijiet ta’ ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt li jaffettwaw jew jirriskjaw serjament li jaffettwaw il-ġestjoni finanzjarja tajba tal-baġit tal-UE jew l-interessi finanzjarji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi r-rispett għall-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni u għad-drittijiet fundamentali, kif ukoll il-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea huma prerekwiżiti għall-aċċess għall-finanzjament tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-frodi u l-korruzzjoni jirrappreżentaw periklu kostanti għall-integrità tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza <FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-RRF) fih dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-livelli varji ta’ diġitalizzazzjoni fl-Istati Membri jeħtieġ li jiġu indirizzati bil-ħolqien ta’ sistemi amministrattivi u ta’ rapportar aktar unifikati, interoperabbli u komparabbli fl-UE, li huma funzjonali u meħtieġa għal analiżi komprensiva soda u għall-prevenzjoni effettiva ta’ irregolaritajiet u l-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni; billi l-Istati Membri jeħtiġilhom jiġu mħeġġa, b’mod parallel, jagħmlu użu minn għodod tal-estrazzjoni tad-data madwar l-UE bħal Arachne jew is-Sistema ta’ Identifikazzjoni Bikrija u ta’ Esklużjoni (EDES);
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi Arachne hija għodda volontarja u, għalkemm diġà tintuża ħafna fil-politika ta’ koeżjoni u qed tiġi introdotta għall-infiq agrikolu, li ssir obbligatorja – kif mitlub ripetutament mill-Parlament – ikun pass kbir ‘il quddiem;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi d-diversità tas-sistemi legali u amministrattivi fl-Istati Membri hija żvantaġġ u billi jeħtieġ li tiġi indirizzata b’mod adegwat biex ikunu jistgħu jinħolqu sistemi amministrattivi u ta’ rapportar aktar unifikati, interoperabbli u komparabbli fl-UE biex jiġu evitati u miġġielda b’mod effettiv il-frodi u l-korruzzjoni u jingħelbu l-irregolaritajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali u l-istituzzjonijiet finanzjarji globali hija kruċjali biex jiġu protetti l-fondi tal-UE li jintefqu barra mill-Ewropa u n-naħa tad-dħul tal-baġit tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jilqa’ r-Rapport PIF tal-2022 u l-analiżijiet ippreżentati fih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi u l-monitoraġġ tal-mekkaniżmi ta’ ritorn għal fondi miżapproprjati jridu jiddependu minn aktar diġitalizzazzjoni u l-użu ta’ teknoloġija avvanzata bbażata fuq it-tagħlim awtomatiku sabiex jiżdiedu l-aċċessibbiltà, l-interoperabbiltà, l-użu u l-ġestjoni ta’ data relatata ma’ frodi potenzjali; jirrimarka li jridu jkunu stabbiliti governanza effiċjenti kontra l-frodi u proċessi effettivi orjentati lejn ir-riżultati u strutturi mgħammra b’mod adegwat biex jiżguraw kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn il-komponenti kollha tal-arkitettura kontra l-frodi u l-atturi relevanti; jemmen li, għal dan l-għan, irid jiġi pprovdut l-għarfien diġitali u proċedurali meħtieġ lill-uffiċjali responsabbli għad-diversi komponenti tal-arkitettura kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-interessi finanzjarji tal-UE, hija essenzjali kooperazzjoni soda bejn l-awtoritajiet li jwettqu investigazzjonijiet amministrattivi u dawk li jwettqu investigazzjonijiet kriminali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f’dak tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Japprezza l-isforzi li saru mill-Kummissjoni biex tantiċipa l-pubblikazzjoni tar-Rapport PIF annwali, li jippermetti li r-riżoluzzjoni tal-Parlament tiġi adottata fi żmien is-sena n+1 u jagħmel ir-rimarki u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fih aktar topiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Japprezza l-koerenza ġenerali mtejba tal-leġiżlazzjoni kontra l-frodi madwar l-UE, wara l-azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri biex jittrasponu r-regoli tal-UE fis-sistemi nazzjonali b’mod korrett; jesprimi tħassib li, f’xi aspetti, is-sitwazzjoni għadha subottimali, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni u r-rapportar ta’ frodi u irregolaritajiet suspettati u s-segwitu tagħhom, li għalihom id-differenzi bejn l-Istati Membri għadhom notevoli ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq li l-prevenzjoni u l-komunikazzjoni huma kruċjali għall-ġlieda kontra l-frodi u l-korruzzjoni, u li l-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta’ miżuri effettivi f’dawn l-oqsma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-analiżi tar-riskju ta’ frodi għandha tissaħħaħ sabiex jiġi vvalutat jekk ir-rapportar ta’ livelli baxxi ta’ frodi huwiex konsegwenza ta’ okkorrenza ġenwinament baxxa ta’ kondotta ħażina jew konsegwenza ta’ identifikazzjoni dgħajfa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li f’ħafna Stati Membri l-awtoritajiet nazzjonali mhux dejjem isegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni u tal-OLAF, jirrapportaw b’mod eżawrjenti jew jadottaw prattiki tajba rikonoxxuti fil-ħin; jirrimarka li f’ħafna Stati Membri, il-perċentwal ta’ irregolaritajiet li għadhom ikklassifikati bħala frodi suspettat ħafna snin wara li ġew irrapportati l-ewwel darba huwa estremament għoli, anke fir-rigward ta’ każijiet indikati bħala magħluqa; jemmen li tali sitwazzjonijiet jissuġġerixxu nuqqas ta’ segwitu adegwat, riżorsi insuffiċjenti jew mhux imħarrġa b’mod adegwat, lakuni fil-komunikazzjoni jew kanali ta’ rapportar ineffiċjenti, kooperazzjoni u koordinazzjoni dgħajfa, jew saħansitra l-posponiment mhux ġustifikat ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tal-irregolaritajiet bħala frawdolenti sabiex jiġi aġġustat ir-rapportar statistiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li f’tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tappoġġja lill-Istati Membri fit-tnaqqis tal-burokrazija fil-proċess ta’ detezzjoni, ta’ segwitu u ta’ rapportar tal-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissuġġerixxi li kemm l-UE kif ukoll l-awtoritajiet nazzjonali għandhom jsaħħu l-kooperazzjoni u jippromwovu aktar użu tal-għodod diġitali għall-ġlieda kontra l-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota li l-għadd ta’ każijiet ta’ frodi u irregolaritajiet irrapportati mill-awtoritajiet kompetenti tal-UE u nazzjonali – 12 455 b’kollox – żdied bi ftit fl-2022 meta mqabbel mal-2021; josserva li l-finanzjament affettwat relatat ma’ dawn il-każijiet fl-2022 naqas għal EUR 1,77 biljun (minn EUR 2,05 fl-2021); jemmen li dawn in-numri għadhom għoljin ħafna u jirrappreżentaw telf sinifikanti għall-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Huwa konxju li t-tqabbil minn sena għal sena tar-rapportar tal-irregolaritajiet mhux dejjem joffri analiżi affidabbli ta’ xejriet u tendenzi minħabba ċ-ċiklu pluriennali ta’ implimentazzjoni ta’ bosta programmi; iqis li t-tqabbil ma’ medja ta’ ħames snin huwa aktar adattat għall-identifikazzjoni ta’ sitwazzjonijiet f’ħin reali; japprezza f’dan il-kuntest li, fir-Rapport PIF tal-2022, spiss issir referenza għar-riżultati tal-perjodu 2018-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jemmen li l-involviment tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra l-frodi huwa kruċjali biex jissaħħu l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni, u li dan jimplika appoġġ għall-ġurnaliżmu investigattiv li jista’ jkun effettiv sakemm jingħata aċċess faċli u adegwat għall-informazzjoni dwar proġetti, benefiċjarji u pagamenti; jisħaq, b’mod partikolari, fuq ir-rwol importanti li għandhom il-media u l-ġurnalisti investigattivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni; itenni li livelli mtejba u konsistenti ta’ protezzjoni għall-ġurnalisti u l-informaturi madwar l-Unjoni jgħinu fil-ġlieda kontra t-tixrid ta’ sottokultura ta’ impunità, silenzju u reati ta’ assoċjazzjoni; jinnota, wara li kkunsidra l-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media, li l-aktar riżultati reċenti tal-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Media (MPM 2022) irreġistraw deterjorament żgħir tal-indikatur relatat mal-protezzjoni tal-ġurnalisti u li l-konċentrazzjoni tal-media tal-aħbarijiet iżżomm livell għoli ħafna ta’ riskju madwar il-kontinent; huwa tal-fehma li s-salvagwardja tal-media mill-pressjoni u l-influwenza politiċi, kif ukoll il-garanzija tad-dritt ta’ aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi, huma essenzjali għall-protezzjoni tal-indipendenza tal-media, ir-rwol tagħha bħala l-għassies tad-demokrazija u l-ġestjoni tajba tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 fir-rigward tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni (JOIN(2023)0012), li tirrikonoxxi s-serjetà tal-korruzzjoni, peress li timmina l-effiċjenza tal-infiq pubbliku, l-effettività tas-suq uniku u s-sostenibbiltà tat-tkabbir ekonomiku; jirrimarka li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni hija waħda mill-aktar impenji importanti tal-Unjoni, fuq l-istess livell mat-trasparenza u l-integrità; jisħaq li l-fenomenu tan-nepotiżmu fir-rigward tal-entitajiet tal-istat u l-akkwist għall-fondi tal-UE joħloq ukoll riskju kbir għall-ġestjoni tajba u għall-interessi finanzjarji tal-UE; jilqa’, għalhekk, il-proposta l-ġdida għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Proposta tat-3 ta’ Mejju 2023 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2003/568/JHA u l-Konvenzjoni dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni li tinvolvi uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej jew uffiċjali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li temenda d-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2023)0234).</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li huwa diffiċli li jiġi stmat bi preċiżjoni kbira kemm il-kriminalità organizzata qed tibbenefika illegalment mill-finanzi tal-UE; isostni li huwa meħtieġ approċċ komuni biex jiġi vvalutat l-impatt tal-kriminalità organizzata fuq il-fondi tal-UE u biex tiġi evalwata l-effikaċja tal-miżuri meħuda biex tiġi indirizzata l-problema fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni tniedi malajr l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex issegwi din l-armonizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ valutazzjoni tal-impatt li tevalwa l-impatt ekonomiku u soċjali tal-frodi fuq l-interessi finanzjarji tal-UE u fuq iċ-ċittadini tagħha; jitlob li ssir analiżi ta’ kif ir-riżorsi allokati għall-prevenzjoni tal-frodi jitqabblu mat-telf potenzjali evitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Isostni li n-nuqqas ta’ traspożizzjoni effiċjenti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali f’ħafna Stati Membri u n-nuqqas ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali joffru opportunitajiet għall-kriminalità organizzata għal għadd ta’ attivitajiet transfruntiera illegali f’oqsma li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni; itenni, għalhekk, it-talbiet preċedenti tiegħu biex tiġi riveduta d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42.</FIELD></FOOTNOTE> u biex tiġi introdotta definizzjoni komuni ġdida tal-kriminalità organizzata, filwaqt li jitqies, b’mod partikolari, l-użu tal-korruzzjoni, il-vjolenza, it-theddid jew l-intimidazzjoni biex jinkiseb kontroll tal-attivitajiet ekonomiċi jew tal-akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Josserva li l-Istrateġija tal-UE biex tiġi ttrattata l-Kriminalità Organizzata 2021-2025<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ April 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE biex tiġi miġġielda l-Kriminalità Organizzata 2021-2025 (COM(2021)0170).</FIELD></FOOTNOTE> għandha l-għan li tistabbilixxi l-għodod u l-miżuri biex tfixkel il-mudelli tan-negozju u l-istrutturi tal-organizzazzjonijiet kriminali bejn il-fruntieri, kemm online kif ukoll offline; jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu għall-isforzi tal-Kummissjoni u jistabbilixxu networks ta’ kooperazzjoni reġjonali għall-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar każijiet u strateġiji għall-ġlieda kontra l-frodi mwettqa minn kriminali organizzati; ifakkar, f’dan ir-rigward, fl-importanza tad-Direttiva l-ġdida proposta dwar l-Irkupru u l-Konfiska tal-Assi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Proposta tal-25 ta’ Mejju 2022 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi (COM(2022)0245).</FIELD></FOOTNOTE> li l-implimentazzjoni effettiva tagħha tipprovdi lill-awtoritajiet għodod aħjar biex iċċaħħad lill-gruppi tal-kriminalità organizzata mill-mezzi finanzjarji biex iwettqu aktar attivitajiet kriminali; ifakkar, barra minn hekk, li fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata transfruntiera, l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-iżvilupp ta’ strateġiji komuni u kkoordinati huma kruċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jirrimarka li fir-rigward ta’ każijiet ta’ korruzzjoni, l-UPPE rrapporta 87 reat investigat fi tmiem l-2022 (meta mqabbel ma’ 40 każ investigati fl-ewwel seba’ xhur ta’ attivitajiet operattivi fl-2021); jirrimarka li fis-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet (IMS), mill-2018 sal-2022, ġew irrapportati 30 każ minn 10 Stati Membri, 5 relatati mal-agrikoltura, 22 mal-koeżjoni u 3 mal-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni b’impatt finanzjarju ġenerali stmat għal madwar EUR 50 miljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq għal darb’oħra li l-korruzzjoni, b’mod partikolari l-korruzzjoni f’livell għoli, inkluż fl-istituzzjonijiet tal-UE, hija reat partikolarment serju b’potenzjal li jestendi bejn il-fruntieri, li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-ekonomija tal-UE kollha, u jimmina l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet demokratiċi fl-UE u fl-Istati Membri; itenni li fl-istituzzjonijiet tal-UE jrid ikun hemm politika ta’ tolleranza żero lejn il-korruzzjoni; jappoġġja l-integrazzjoni tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni fit-tfassil tal-politika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota l-fatt li bħalissa l-OLAF fl-ebda ċirkostanza ma għandu aċċess għall-uffiċċji, il-kompjuters u l-kontijiet tal-posta elettronika tal-Membri, anke meta jkun qed jinvestiga każijiet marbuta mal-Membri abbażi ta’ suspett sostanzjat; jissottolinja l-ħtieġa li jkun hemm proċedura adegwata għall-għoti ta’ aċċess lill-OLAF f’każijiet ta’ suspetti sostanzjati kontra Membri individwali; jistieden lill-Bureau jistabbilixxi proċedura bħal din;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrimarka li l-UPPE għandu investigazzjoni għaddejja dwar l-akkwist ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq fuq l-obbligu ta’ kull istituzzjoni tal-UE, Stat Membru u riċevitur pubbliku jew privat tal-fondi tal-Unjoni li jiżvelaw id-dokumenti rilevanti kollha, inkluża informazzjoni dwar in-negozjati preliminari mwettqa mill-Kummissjoni, fuq talba uffiċjali tal-QEA bħala parti minn awditu li jkun għaddej; ifakkar fir-rakkomandazzjoni tal-Parlament, fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tiegħu tal-2020 (Taqsima III – Kummissjoni)<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, Testi adottati, P9_TA(2022)0144.</FIELD></FOOTNOTE>, relatata mal-aċċess għall-messaġġi testwali skambjati ma’ kumpanija farmaċewtika fir-rigward tax-xiri ta’ vaċċin kontra l-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza li l-politika ta’ tolleranza żero lejn il-korruzzjoni trid tiġi integrata u kkomunikata kif xieraq fil-kuntest tal-elezzjonijiet Ewropej, biex jiżdiedu l-parteċipazzjoni tal-votanti u l-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni inkludiet taqsima speċifika dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-rapport annwali tagħha dwar l-istat tad-dritt sabiex tipprovdi analiżi komparattiva fil-fond tal-approċċi, il-proċeduri u l-għodod użati mill-Istati Membri fil-ġlieda tagħhom kontra l-korruzzjoni u biex tgħin fil-valutazzjoni ta’ liema oqsma huma l-aktar f’riskju; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi dejjem rakkomandazzjonijiet u osservazzjonijiet ta’ segwitu għall-Istati Membri għat-taqsimiet kollha tar-rapport dwar l-istat tad-dritt; itenni l-importanza li jiġu indirizzati bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż relatati mal-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jqisu s-sejbiet tar-rapport dwar l-istat tad-dritt meta jiżviluppaw il-politiki tagħhom kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni u tappoġġja lill-Istati Membri biex jindirizzaw l-isfidi strutturali fir-rigward tal-kapaċità tagħhom kontra l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jirrimarka li l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-2022 dwar il-korruzzjoni juri li l-korruzzjoni għadha ta’ tħassib serju għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE fl-UE, u parti kbira taċ-ċittadini Ewropej jemmnu li l-korruzzjoni hija mifruxa f’pajjiżhom (68 %) u li l-livell ta’ korruzzjoni żdied (41 %); japprezza li kważi l-Istati Membri kollha bħalissa għandhom stabbiliti strateġiji kontra l-korruzzjoni, li jiġu evalwati u riveduti regolarment, u jfakkar li mhux biss huwa meħtieġ qafas legali robust iżda wkoll implimentazzjoni effettiva biex jinqerdu l-prattiki korrotti u li l-prevenzjoni ta’ tali prattiki tirrikjedi wkoll oqfsa ta’ governanza u integrità trasparenti u responsabbli; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-proposti kontra l-korruzzjoni ppreżentati mill-Kummissjoni, li jsegwu t-talbiet tal-Parlament biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota li l-Kummissjoni biħsiebha tintegra l-prevenzjoni tal-korruzzjoni fit-tfassil tal-politiki u l-programmi tal-UE, u tappoġġja b’mod attiv l-isforzi tal-Istati Membri biex jistabbilixxu politiki u leġiżlazzjoni b’saħħithom kontra l-korruzzjoni; ifaħħar ir-rieda li tiġi indirizzata d-dimensjoni transfruntiera tal-korruzzjoni billi jiġu kriminalizzati reati ta’ korruzzjoni u jiġu armonizzati l-penali madwar l-UE f’koordinazzjoni mal-proposta tar-Rappreżentant Għoli biex jiġi stabbilit reġim ta’ sanzjonijiet iddedikat għall-politika estera u ta’ sigurtà komuni sabiex jiġu mmirati atti serji ta’ korruzzjoni madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jenfasizza li l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus huma intrinsikament marbuta, u li l-ħasil tal-flus huwa wieħed mill-aktar faċilitaturi importanti tal-attivitajiet illegali tal-kriminalità organizzata li permezz tagħhom il-kriminali jittrasferixxu r-rikavati mir-reat tagħhom fl-ekonomija legali, u huwa konxju li l-frodi kontra l-baġit tal-UE tista’ tkun ukoll prekursur ta’ reat predikat għall-ħasil tal-flus; jisħaq li d-dimensjoni tranżnazzjonali ta’ dawn ir-reati tagħmilha diffiċli li jiġu pprevenuti, identifikati u miġġielda bħala riżultat ta’ sistemi legali eteroġeni; jilqa’ l-progress fl-istabbiliment tal-Awtorità l-ġdida għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus, wara l-proposta mill-Kummissjoni f’Lulju 2021, il-ftehim politiku milħuq fil-Kunsill fid-29 ta’ Ġunju 2022 u l-pożizzjoni tiegħu maqbula fis-7 ta’ Diċembru 2022 dwar il-ġabra unika tar-regoli, u l-mandat biex jiddaħħlu t-trilogi mogħtija mill-Plenarja tal-Parlament fis-17 ta’ April 2023; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-awtorità mhux se tkun kompletament operattiva qabel l-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Josserva li, permezz tal-IMS, fil-perjodu 2018-2022, ġew irrapportati 375 każ relatati ma’ kunflitti ta’ interess, li jistgħu jiġu identifikati wkoll f’ambjenti simili għal dawk fejn iseħħu prattiki korrotti; jissottolinja li l-maġġoranza l-kbira tal-każijiet irrapportati ta’ kunflitti ta’ interess huma marbuta mal-implimentazzjoni tal-politiki ta’ koeżjoni (86 % meta mqabbla ma’ 9 % għall-agrikoltura u 5 % għal qabel l-adeżjoni), li jinvolvu kważi EUR 117-il miljun b’mod ġenerali għal dan il-perjodu; jissottolinja li l-kunflitti ta’ interess irrapportati prinċipalment jindikaw ir-relazzjonijiet bejn ir-riċevituri tal-fondi u l-kuntratturi u s-sottokuntratturi tagħhom, filwaqt li 7 % biss tal-każijiet jirreferu għal kunflitti ta’ interess matul l-istadju tal-għoti u/jew tal-evalwazzjoni tal-proġetti, u b’hekk jinvolvu membri tal-kumitati ta’ evalwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jemmen li dan jista’ jkun indikatur tal-impatt pożittiv u l-effett deterrenti tal-emendi għar-regoli finanzjarji, li saru applikabbli għall-awtoritajiet nazzjonali kollha li jimmaniġġjaw il-fondi tal-UE, flimkien mal-fatt li terz tal-każijiet ġew identifikati permezz ta’ sorsi esterni għas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, inklużi l-informaturi u l-ġurnalisti investigattivi, li jissuġġerixxi livell bażiku ta’ trasparenza u aċċessibbiltà u kontribuzzjonijiet mis-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota wkoll bi tħassib li l-okkorrenza ġenerali ta’ każijiet ta’ kunflitti ta’ interess hija ogħla minn dik irrapportata fl-IMS, kif issuġġerit mill-informazzjoni addizzjonali riċevuta mid-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Politika Reġjonali u Urbana u għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni dwar każijiet ta’ kunflitt ta’ interess u rkupri relatati fl-akkwist pubbliku fil-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, irrapportati direttament mill-Istati Membri permezz tas-sistema ta’ ġestjoni tal-fondi tal-UE (magħrufa bħala l-SFC, li fl-2014-2020, ippreżentat 31 każ relatati ma’ 16-il programm fi 11-il Stat Membru b’impatt ta’ EUR 3,4 miljun);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex ir-rapport annwali dwar il-PIF isir aktar olistiku, sabiex jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tas-sinerġiji bejn l-atturi rilevanti kollha, jidentifika l-aħjar prattiki u jindirizza n-nuqqasijiet; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-inklużjoni tas-sejbiet mir-rapporti annwali tal-UPPE u tal-OLAF fir-Rapport PIF 2022; jitlob aktar titjib ta’ dan l-approċċ olistiku, bil-għan li jipprovdi stampa aktar ċara, aktar kompluta u aktar konkreta tas-sitwazzjoni attwali ġenerali tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li tinkludi l-azzjoni kollha kontra l-frodi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jitlob li d-dispożizzjonijiet dwar il-kunflitti ta’ interess jiġu applikati b’mod li jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt, ikunu bbażati fuq valutazzjoni ċara u proporzjonata tar-riskji u jippermettu applikazzjoni prattika mill-awtoritajiet kompetenti; jitlob li l-linji gwida tal-Kummissjoni jipprovdu ċarezza lill-applikanti u lill-korpi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, jevitaw piżijiet amministrattivi bla bżonn u jirrispettaw il-prinċipju tal-proporzjonalità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dħul</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Josserva li, fl-2022, l-għadd globali ta’ irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti relatati mar-Riżorsi Proprji Tradizzjonali (4 661) kien 7,6 % ogħla meta mqabbel mal-medja ta’ ħames snin (2018-2022); jinnota bi tħassib li l-ammonti globali affettwati minn tali irregolaritajiet, kif stmati u stabbiliti mill-Istati Membri, żdiedu wkoll b’mod notevoli (b’47 %, u laħqu EUR 783 miljun); jenfasizza, fuq l-istess kwistjoni, li r-rata ġenerali ta’ rkupru fl-2022 kemm għal każijiet frawdolenti kif ukoll għal dawk mhux frawdolenti kienet biss ta’ 48 % (meta mqabbla ma’ 54 % fl-2021) u li ċ-ċifra għal każijiet frawdolenti kienet biss ta’ 25 %, li kienet imqassma madwar l-Istati Membri b’mod eteroġenu ħafna; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel sforzi akbar fl-irkupru rapidu ta’ fondi abbużati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jirrimarka li, fl-2022, għal 19-il rapport ġdid ta’ tħassir ippreżentati lill-Kummissjoni minn sitt Stati Membri biss, il-Kummissjoni qieset li kien intwera b’mod sodisfaċenti li t-TOR kienu ntilfu għal raġunijiet mhux imputabbli lill-Istati Membri inkwistjoni u li ma kinux finanzjarjament responsabbli għat-telf, filwaqt li fi 82 każ li jammontaw għal kważi EUR 39 miljun, il-Kummissjoni qieset li l-Istati Membri ma kinux urew b’mod sodisfaċenti li t-TOR kienu ntilfu għal raġunijiet mhux imputabbli lilhom u nżammu finanzjarjament responsabbli għat-telf (il-Kummissjoni vvalutat 135 każ li jammontaw għal EUR 76,8 miljun fl-2022); iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżomm dan il-mekkaniżmu effettiv ta’ reviżjoni tal-każijiet ta’ tħassir sabiex titrawwem l-effettività tal-azzjonijiet ta’ rkupru tal-amministrazzjonijiet nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li, għal darb’oħra fl-2022, l-ispezzjonijiet minn servizzi ta’ kontra l-frodi u l-kontrolli ta’ wara r-rilaxx kienu l-aktar għodod tal-identifikazzjoni ta’ suċċess għal irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti, rispettivament, flimkien, dejjem aktar, b’verifiki tat-taxxa u kontrolli ta’ rilaxx; jisħaq li fl-2022, il-kuntrabandu, il-valur mhux korrett u l-klassifikazzjoni mhux korretta u d-deskrizzjoni ħażina tal-merkanzija kienu l-modi operandi ewlenin f’każijiet frawdolenti, b’żieda partikolari fil-każijiet irrapportati ta’ kuntrabandu tas-sigaretti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jilqa’ r-rwol tal-OLAF fl-identifikazzjoni u fl-investigazzjoni tal-frodi kontra t-TOR tal-UE; jieħu nota ta’ tnaqqis żgħir fl-għadd ta’ investigazzjonijiet miftuħa fil-qasam tar-riżorsi proprji fl-2022 u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-OLAF jingħata riżorsi adegwati biex jeżerċita bis-sħiħ u b’mod effettiv il-mandat tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jinnota li, f’termini monetarji, iċ-Ċina baqgħet il-pajjiż ewlieni ta’ oriġini ta’ oġġetti affettwati minn irregolaritajiet, l-Istati Uniti u l-Vjetnam kienu t-tieni u t-tielet, u li t-tessuti u ż-żraben kienu l-oġġetti l-aktar affettwati, kemm f’termini tal-għadd kif ukoll tal-valur tal-każijiet misjuba u rrapportati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu biex tiġi mmitigata d-differenza fil-VAT billi jiġu indirizzati n-nuqqas ta’ riżorsi, l-effiċjenza diġitali limitata fl-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-lakuni leġiżlattivi li jillimitaw l-effikaċja tal-miżuri biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa; ifakkar li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni amministrattiva huwa l-aktar mod effettiv biex jiġu miġġielda l-frodi tal-VAT transfruntieri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jenfasizza li l-UPPE għandu l-kompetenza li jinvestiga reati serji kontra s-sistema komuni tal-VAT li jkunu konnessi mat-territorju ta’ żewġ Stati Membri jew iktar u jkunu jinvolvu ħsara totali ta’ mill-inqas EUR 10 miljun; huwa mħasseb dwar id-data rrapportata fir-rapport annwali tal-UPPE għall-2022, li tindika li 16,5 % tal-investigazzjonijiet attivi tiegħu (185) kienu marbuta mal-frodi tal-VAT, iżda li dawn jammontaw għal 47 % tad-dannu stmat (EUR 6,7 biljun);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ t-tieni rapport tal-Kummissjoni, ippubblikat fis-16 ta’ Settembru 2022, dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva PIF (COM(2022)0466), iżda jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni żammet lura milli tintervjeni fuq ir-reviżjoni tal-limitu ta’ EUR 10 miljun, li għandu impatt kbir fuq l-attivitajiet tal-UPPE f’każijiet ta’ frodi tal-VAT; jisħaq li l-mistoqsijiet rikorrenti u li għadhom pendenti dwar l-interpretazzjonijiet differenti tal-metodi applikati għall-kalkolu tal-limitu (jekk il-ħsara li sseħħ f’diversi Stati Membri għandhiex tiġi aggregata, jekk il-pajjiżi inklużi fil-kalkolu għandhomx ikunu limitati għal dawk li jipparteċipaw fl-UPPE) jagħmlu s-sitwazzjoni mhux ċara; jemmen bis-sħiħ li l-limitu attwali jillimita d-dissważività, jippermetti lill-awturi jfittxu l-aktar ġuriżdizzjoni dgħajfa biex jevadu l-UPPE u għandu effett detrimentali fuq l-investigazzjonijiet, peress li l-awtoritajiet nazzjonali ħafna drabi ma jkollhomx stampa sħiħa tal-kobor tal-attivitajiet kriminali fl-istadju tal-bidu tal-investigazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni terġa’ tqis il-pożizzjoni tagħha fir-rapport ta’ traspożizzjoni tad-Direttiva PIF li jmiss u tneħħi l-limitu, jew tbaxxih sostanzjalment, filwaqt li sadanittant tipprovdi gwida adegwata dwar il-metodu ta’ kalkolu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jissottolinja li kooperazzjoni effettiva bejn l-OLAF u l-UPPE hija prerekwiżit għall-ġestjoni tajba u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-baġit tal-UE, kemm fuq in-naħa tan-nefqa kif ukoll fuq in-naħa tad-dħul; iqis, f’dan il-kuntest, li tali kooperazzjoni msaħħa tista’ twassal, min-naħa tad-dħul, għal żieda fil-ġbir tad-dħul għall-baġit tal-UE, u b’hekk titnaqqas il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri bbażata fuq l-ING, u min-naħa tan-nefqa, biex jiġi żgurat li l-flus tal-kontribwenti jintefqu b’mod adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li l-OLAF u l-UPPE għandhom iżommu l-indipendenza operattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jilqa’ d-dikjarazzjoni tal-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen li l-UE jeħtieġ li tissalvagwardja l-flus li qed jintefqu skont l-iskop maħsub għaliha u f’konformità mal-prinċipji tal-istat tad-dritt, u li tiżgura li l-fondi jiġu protetti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infiq</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Josserva li l-għadd ta’ irregolaritajiet frawdolenti u mhux frawdolenti rrapportati li jaffettwaw l-azzjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-iżvilupp rurali żdied fil-perjodu 2018-2022, prinċipalment minħabba ż-żieda fir-rata ta’ identifikazzjoni fir-rigward tal-azzjonijiet fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2022; jirrimarka, madankollu, li l-għadd ta’ każijiet frawdolenti identifikati u rrapportati għadu inqas milli mistenni, u li dan jitlob li jsir aktar monitoraġġ tas-sitwazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrimarka li anki jekk fl-2022 l-irregolaritajiet frawdolenti rrapportati taħt appoġġ għall-agrikoltura żdiedu meta mqabbla mal-2021, ir-rati ta’ identifikazzjoni għall-iżvilupp rurali kienu notevolment ogħla milli għall-appoġġ għall-agrikoltura; jinnota li fl-appoġġ għall-agrikoltura, l-ogħla livell ta’ frodi ġie rrapportat mill-Istati Membri għall-miżuri tas-suq; diversi każijiet kumplessi relatati mal-promozzjoni ta’ prodotti agrikoli ġew investigati wkoll mill-OLAF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li matul il-perjodu 2018-2022, kemm fl-iżvilupp rurali kif ukoll fil-pagamenti diretti, il-kontribuzzjonijiet għall-identifikazzjoni ta’ każijiet frawdolenti pprovduti minn analiżi tar-riskju, informaturi u ġurnalisti investigattivi kienu limitati ħafna; huwa mħasseb ukoll dwar it-tul tal-proċeduri amministrattivi miftuħa biex jittrattaw il-każijiet frawdolenti rrapportati, li, bħala medja u matul l-2014-2022, kienu jirrikjedu kważi erba’ snin mill-bidu tal-irregolarità biex jaslu għal suspett ta’ attività frawdolenti, u kważi tliet snin oħra biex jingħalaq il-każ wara li jkun irrapportat lill-Kummissjoni; jirrimarka li, għall-koeżjoni, ħadet madwar sena u nofs biex tasal għal suspett li twettqet irregolarità frawdolenti u aktar minn sentejn biex jingħalaq il-każ frawdolenti wara li ġie rrapportat lill-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi rakkomandazzjonijiet u ssegwi b’mod aktar frekwenti mal-awtoritajiet tal-Istati Membri biex jitnaqqas it-tul tal-proċeduri amministrattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ trasparenza fl-infiq tal-fondi pubbliċi mill-Kummissjoni matul il-pandemija tal-COVID-19; jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppubblikatx rapport dwar in-nefqa relatata mal-COVID-19<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-4 ta’ Mejju 2022 li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi, Testi adottati, P9_TA(2022)0144.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota li l-akbar għadd ta’ irregolaritajiet irrapportati fl-2022, kemm frawdolenti kif ukoll mhux frawdolenti, affettwaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR, għal 59 % u 67 % rispettivament) u, sa ċertu punt, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE, għal 27 % u 20 % rispettivament); jirrimarka li l-oqsma l-aktar f’riskju huma t-trasport u l-protezzjoni ambjentali, minħabba l-ammonti kbar ta’ flus affettwati mill-imġiba ħażina, u r-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Innovazzjoni (RTD&I), fejn ir-rikorrenza ta’ irregolaritajiet frawdolenti hija l-ogħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li fl-2022 l-għadd ta’ irregolaritajiet irrapportati li affettwaw l-Istrument ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) laħaq l-ogħla livell, u huwa konxju li l-każijiet jikkonċernaw l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni I 2007-2013 (IPA I) u l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni II 2014-2020 (IPA II); jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq it-tagħlimiet meħuda fir-rigward ta’ dawn l-istrumenti biex tagħmel l-azzjonijiet u l-inizjattivi futuri b’għanijiet identiċi jew simili reżistenti għall-frodi, bħal fil-każ tal-Ukrajna, mistennija li tirċievi riżorsi rilevanti ħafna mill-IPA u mill-programm Orizzont Ewropa, u fejn l-użu korrett tar-riżorsi, anke f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna, huwa ta’ importanza kbira għall-effikaċja u l-effettività tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza li fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni, l-għadd u l-ammonti finanzjarji tal-irregolaritajiet mhux frawdolenti li kienu ġew irrapportati matul l-ewwel disa’ snin tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 kienu ħafna ogħla minn dawk li ġew irrapportati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 u li din it-tendenza tikkonċerna l-fondi kollha u lill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Josserva li għall-politika ta’ koeżjoni, l-aktar tip frekwenti ta’ ksur frawdolenti rrapportat fl-IMS jikkonċerna d-dokumenti ta’ sostenn (skorretti, neqsin, foloz jew iffalsifikati), filwaqt li għal irregolaritajiet mhux frawdolenti, il-ksur tar-regoli tal-akkwist pubbliku huwa rrapportat l-aktar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jinnota bi tħassib is-sejbiet tar-rapport annwali 2022 tal-QEA dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għas-sena finanzjarja 2022, li juru li minkejja t-titjib, l-awtoritajiet tal-awditjar għadhom jindirizzaw ir-riskju ta’ frodi b’mod insuffiċjenti, u li l-awtoritajiet tal-Istati Membri ma jirrapportawx każijiet ta’ suspett ta’ frodi fl-IMS kif meħtieġ; jitlob li dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati b’mod urġenti mill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, l-oġġetti ta’ rkupru rreġistrati għal irregolaritajiet fil-ġestjoni diretta kienu 770 (meta mqabbla ma’ 879 fl-2021), li minnhom 37 kienu għal każijiet frawdolenti (meta mqabbla ma’ 54 irrapportati bħala frawdolenti fl-2021) li ammontaw għal EUR 61,28 miljun (li minnhom EUR 5,67 miljun kienu għal frodi, meta mqabbla ma’ EUR 7,04 miljun fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Josserva li, b’mod ġenerali, għall-ġestjoni diretta, l-irregolaritajiet frawdolenti identifikati baqgħu stabbli matul il-perjodu 2018-2022; japprezza li, għall-ġestjoni diretta fil-perjodu 2018-2022, l-OLAF huwa indikat bħala s-sors ta’ identifikazzjoni għal 88 % tal-oġġetti ta’ rkupru marbuta ma’ irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti, li jikkorrispondu għal 92 % tal-ammonti ta’ rkupru totali; josserva li madwar 97 % tal-irregolaritajiet mhux irrapportati bħala frodi nstabu permezz tal-kontrolli tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li, bejn l-2018 u l-2022, il-livelli medji ta’ rkupru kienu għadhom baxxi, b’rata medja ta’ rkupru ta’ 56 % (li tirriżulta minn 34 % għal “irregolaritajiet irrapportati bħala frawdolenti” u 59 % għal “irregolaritajiet mhux irrapportati bħala frawdolenti”); jitlob lill-Kummissjoni tagħmel sforzi akbar fl-irkupru rapidu ta’ fondi abbużati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Itenni għal darb’ oħra l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tippreżenta proposta leġiżlattiva dwar l-assistenza amministrattiva reċiproka fl-oqsma tal-infiq tal-fondi tal-UE li sa issa ma jipprevedux din il-prattika, sabiex jiġi żgurat approċċ trażversali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">NextGenerationEU (NGEU) u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza (RRF)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Ifakkar li, minħabba t-tfassil speċifiku tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, l-Istati Membri flimkien mal-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti b’mod effettiv, f’konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom; jissottolinja li s-sistemi ta’ kontroll tal-Istati Membri jridu jiżguraw li l-proġetti ta’ investiment iffinanzjati mill-RRF jikkonformaw mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali; ifakkar li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jipprevjenu kwalunkwe lakuna fl-obbligu ta’ rendikont fil-livell tal-UE u, jekk ikun meħtieġ, jistabbilixxu salvagwardji addizzjonali biex jindirizzaw din il-kwistjoni, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-QEA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Huwa konxju li l-implimentazzjoni tal-RRF qed tilħaq il-quċċata tagħha u li r-regolament li jirregola l-użu tiegħu jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu sistemi ta’ kontroll effettivi u effiċjenti, bil-għan li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jiżguraw il-konformità mar-regoli tal-UE u dawk nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Josserva li l-Kummissjoni vvalutat dawn is-sistemi ta’ kontroll qabel l-approvazzjoni tal-pjanijiet, u sussegwentement, fl-2022, wettqet 16-il verifika tas-sistema mmirati lejn il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> QEA, Awditu tal-UE fil-qosor tal-2022, p. 57.</FIELD></FOOTNOTE>, li jkopru l-korpi ta’ koordinazzjoni u implimentazzjoni, bħal ministeri u aġenziji; jesprimi apprezzament għall-fatt li l-Kummissjoni qed tippjana li tivverifika l-Istati Membri kollha mill-inqas darba sa tmiem l-2023, u jilqa’ l-għażla tal-miri tal-awditjar abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li l-QEA identifikat dgħufijiet fis-sistemi ta’ rapportar u kontroll tal-Istati Membri, li wħud minnhom ma kinux kompletament funzjonali fil-preżentazzjoni tal-pjanijiet ta’ rkupru, li joħloq riskju għar-regolarità tan-nefqa tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> QEA, Rapport Annwali tal-2022, il-paragrafi 11.47 sa 11.55.</FIELD></FOOTNOTE> li wasslu għall-adozzjoni ta’ “stadji importanti ta’ kontroll”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jirrimarka li l-ħidma tal-awditjar tal-Kummissjoni kkonfermat ukoll varjazzjonijiet fis-sistemi ta’ kontroll intern tal-korpi ta’ implimentazzjoni u ta’ koordinazzjoni, filwaqt li identifikat prattiki tajbin f’xi wħud mill-proċeduri stabbiliti biex jiġu vverifikati u pprevenuti l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-finanzjament doppju; jistieden lill-Istati Membri jikkondividu l-aħjar proċeduri tagħhom sabiex jiffaċilitaw ipproċessar tal-fondi aktar ikkoordinat u reżistenti għall-frodi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Huwa konxju mill-karatteristiċi inerenti tal-mudell ta’ nfiq tal-RRF, id-diffikultà tal-valutazzjoni ta’ rata ta’ żball komparabbli (għal oqsma ta’ nfiq oħrajn tal-UE) u l-limitazzjonijiet imposti mill-metodoloġija tal-Kummissjoni għas-sospensjoni tal-pagamenti<FOOTNOTE><FIELD> Fi Spanja, is-Slovakkja, l-Estonja, id-Danimarka, il-Greċja, iċ-Ċekja, l-Italja, il-Litwanja, Malta, is-Slovenja, il-Bulgarija, Ċipru, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Latvja u l-Polonja.</FIELD></FOOTNOTE>; ifakkar, madankollu, li jista’ jiġi osservat dewmien fil-preżentazzjoni mill-Istati Membri ta’ talbiet għal pagament fl-ambitu tal-RRF u jistieden lill-Kummissjoni tibqa’ viġilanti, b’mod partikolari lejn tmiem iċ-ċiklu tal-ħajja tal-RRF, sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-UE u li l-flus tal-kontribwenti tal-UE jintefqu b’mod adegwat; jirrimarka li, b’mod partikolari, il-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess (definiti bħala “irregolaritajiet serji”) u l-finanzjament doppju għandhom jirċievu riżorsi u attenzjoni xierqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Ifakkar fis-sejbiet tal-QEA fir-Rapport Annwali tal-2022, jiġifieri li l-istadji importanti ta’ kontroll fil-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza jvarjaw fir-rekwiżiti u l-granularità tagħhom; jistaqsi għaliex ċerti Stati Membri kienu meħtieġa sempliċiment ifasslu s-sistema ta’ kontroll tagħhom, filwaqt li oħrajn kienu meħtieġa li jkollhom sistema operattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi b’mod urġenti l-proċeduri tal-awditjar <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tagħha, sabiex tiżgura verifika adegwata ta’ jekk il-miri awditjati li preċedentement ġew ivvalutati bħala ssodisfati ġewx imreġġa’ lura wara l-pagamenti rispettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament l-issodisfar tal-istadji importanti u l-miri relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u tapplika l-miżuri kollha meħtieġa f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew it-treġġigħ lura ta’ stadji importanti ssodisfati preċedentement, inklużi tnaqqis proporzjonat tal-appoġġ fl-ambitu tal-RRF u l-irkupru ta’ kwalunkwe ammont dovut lill-baġit tal-Unjoni, jew titlob ħlas lura bikri tas-self, f’każijiet ta’ frodi, korruzzjoni, u kunflitti ta’ interess li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jew ksur serju ta’ obbligu li jirriżulta mill-ftehimiet ta’ finanzjament, li ma ġewx ikkoreġuti mill-Istat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Itenni li l-prevenzjoni, l-identifikazzjoni u l-investigazzjoni effettivi ta’ attivitajiet illegali li jheddu l-implimentazzjoni tan-Next Generation EU, b’mod partikolari r-riskji ta’ infiltrazzjoni ta’ gruppi kriminali organizzati, jiddependu mill-ġbir u l-kondiviżjoni effettivi tad-data, inkluż l-immaniġġjar rapidu ta’ talbiet għal aċċess minn servizzi investigattivi fi Stat Membru, kif ukoll minn pajjiżi oħra jew fil-livell tal-UE, mill-OLAF u l-UPPE u, jekk ikun meħtieġ, mill-Eurojust u l-Europol, li lilhom għandu jingħata aċċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-interpretazzjoni tal-Kummissjoni tal-kunċett ta’ “riċevitur finali” fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza; ifakkar li, skont ir-Regolament dwar l-RRF modifikat, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw il-lista tal-akbar 100 riċevitur finali li jirċievu l-ogħla ammont ta’ finanzjament għall-implimentazzjoni tal-miżuri fl-ambitu tal-RRF; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma titlobx li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar il-benefiċjarju finali jew ir-riċevitur tal-finanzjament tal-RRF u li għażlet li tirrikjedi li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni biss dwar “riċevituri tat-tieni livell”; huwa tal-fehma li din l-interpretazzjoni mhijiex konformi mal-ftehim bejn il-koleġiżlaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ l-analiżi konġunta mill-Europol u l-OLAF li tivvaluta r-riskji ta’ frodi u irregolaritajiet fir-rigward tal-NGEU; jilqa’ r-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Europol u l-OLAF u jistieden lill-Kummissjoni, lill-aġenziji u lill-korpi speċjalizzati tal-UE, kif ukoll lill-Istati Membri, jikkooperaw u jinteraġixxu b’mod attiv biex jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE meta jimplimentaw l-NGEU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva strateġika tal-Ombudsman, imnedija fi Frar 2022, imwettqa biex teżamina t-trasparenza tal-pjanijiet nazzjonali għall-irkupru u r-reżiljenza, strateġiji ta’ informazzjoni pubblika u komunikazzjoni dwar l-RRF, u dwar kif il-fondi huma ssorveljati; jenfasizza l-importanza ta’ din l-inizjattiva, peress li r-rapport annwali tal-QEA għall-2022 kien fih livell ta’ żball stmat ogħla għal dik is-sena; jilqa’ l-isforzi tal-Ombudsman biex ittejjeb l-istandards ta’ trasparenza fl-RRF;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Ifakkar fin-“NextGenerationEU - Law Enforcement Forum” (NGEU-LEF), inizjattiva konġunta mmexxija b’mod konġunt mill-Europol u l-Italja, li tlaqqa’ flimkien il-Europol, l-UPPE, l-OLAF, il-Eurojust, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi u l-awtoritajiet nazzjonali billi tipprovdi forum għall-kondiviżjoni tal-intelligence u l-koordinazzjoni tal-operazzjonijiet biex tindirizza l-infiltrazzjoni tal-kriminalità organizzata fl-ekonomija legali, u biex tipproteġi l-pakkett ta’ stimolu tan-Next Generation EU, b’enfasi speċifika fuq il-korruzzjoni, l-evażjoni tat-taxxa, l-approprjazzjoni indebita u l-ħasil tal-flus; jilqa’ l-fatt li l-inizjattiva NGEU-LEF rebħet il-Premju tal-Ombudsman Ewropew għal Amministrazzjoni Tajba 2023 fil-kategorija “l-aktar popolari mal-pubbliku”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li għadhom jeżistu ħafna kwistjonijiet, prinċipalment minħabba nuqqas ta’ superviżjoni suffiċjenti mill-korpi ta’ koordinazzjoni, strateġiji mhux kompluti kontra l-frodi, elementi neqsin fil-valutazzjonijiet tar-riskju ta’ frodi, ħtieġa ta’ titjib tal-kontrolli <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> mmirati lejn il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess, parteċipazzjoni baxxa f’attivitajiet ta’ taħriġ maħsuba biex iqajmu sensibilizzazzjoni dwar il-frodi, u nuqqasijiet fir-rapportar ta’ irregolaritajiet lill-OLAF għal investigazzjoni possibbli; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-kwistjonijiet identifikati, ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Istati Membri u s-segwitu mogħti biex jissolvew il-kwistjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jenfasizza li trasparenza msaħħa għandha rwol vitali fl-esponiment ta’ skemi frawdolenti u fl-iskoraġġiment ta’ azzjonijiet frawdolenti; jitlob inizjattivi u politiki ġodda ta’ trasparenza introdotti biex jippromwovu l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Diġitalizzazzjoni u trasparenza biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-frodi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jilqa’ r-Rieżami tal-QEA 04/2023 bit-titolu “Id-digitalizzazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE”, li jisħaq li d-diġitalizzazzjoni għandha l-potenzjal li tagħmel l-awditjar tal-fondi tal-UE aktar effiċjenti; jenfasizza l-osservazzjonijiet tal-QEA li hemm ħafna varjazzjonijiet fil-grad ta’ diġitalizzazzjoni tal-infiq tal-UE, l-aktar ċentralizzati fejn il-Kummissjoni għandha ġestjoni diretta u aktar frammentati għall-modi ta’ ġestjoni l-oħra, bħal taħt ġestjoni kondiviża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Huwa konxju li l-isforzi magħmula mill-Kummissjoni u korpi oħra ta’ implimentazzjoni għad-diġitalizzazzjoni tal-baġit tal-UE jridu jegħlbu ħafna ostakoli sabiex tissaħħaħ il-kompatibbiltà bejn is-sistemi tal-IT użati mill-ħafna entitajiet involuti; japprezza, f’dan ir-rigward, il-konsistenza tal-komunikazzjoni lill-Kummissjoni tat-30 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “L-istrateġija diġitali tal-Kummissjoni Ewropea – Il-Kummissjoni diġitali tal-ġenerazzjoni li jmiss) (C(2022)4388); jirrimarka li d-diġitalizzazzjoni ilha prijorità strateġika tal-Kummissjoni għal ħafna snin; jemmen li s-simplifikazzjoni tal-ġestjoni tal-fondi tal-UE tirrikjedi aktar simplifikazzjoni tax-xenarju tal-IT u jtenni li l-interoperabbiltà għandha tiġi integrata fil-politiki tal-UE sabiex tissaħħaħ il-kompatibbiltà bejn is-sistemi tal-IT użati mill-ħafna entitajiet involuti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jittejbu l-livell ta’ interoperabbiltà tas-sistemi tad-data u l-armonizzazzjoni tar-rapportar, il-monitoraġġ u l-awditjar fl-UE; itenni, għal dan l-għan, l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tarmonizza d-definizzjonijiet sabiex tinkiseb data komparabbli madwar l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Isostni li d-diġitalizzazzjoni tat spinta lill-prevenzjoni u l-identifikazzjoni tal-frodi, proċeduri amministrattivi simplifikati u li jeħtieġ li tkun fil-qalba ta’ kull strateġija kontra l-frodi, inklużi l-Istrateġiji Nazzjonali Kontra l-Frodi (NAFS); jistieden lill-Kummissjoni ttenni u ssegwi r-rakkomandazzjonijiet tagħha lill-Istati Membri li għadhom ma adottawx l-Istrateġiji Nazzjonali Kontra l-Frodi biex jagħmlu dan, u biex iżżomm l-Istrateġiji Nazzjonali Kontra l-Frodi aġġornati, billi tieħu vantaġġ mill-opportunitajiet offruti minn teknoloġiji ġodda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-użu obbligatorju tas-sistema tal-IT integrata unika għall-estrazzjoni tad-data u l-kejl tar-riskju, Arachne, prevista bir-riformulazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, li għandha tiżgura protezzjoni aħjar tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, flimkien mal-għodod tal-IT żviluppati fil-livell nazzjonali mill-Istati Membri u jikkomplementawha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jinnota li fost l-għażliet disponibbli, Arachne kienet bil-bosta l-aktar sistema tal-IT użata (minn 21 Stat Membru), b’appoġġ għall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-RRF; josserva bi tħassib li ħafna Stati Membri użaw l-għodod tal-IT iddedikati kontra l-frodi tagħhom stess, spiss flimkien ma’ għodod tal-UE, għalkemm iż-żewġ tipi ta’ għodod rarament kienu interoperabbli u għalhekk fixklu l-identifikazzjoni u r-rapportar tal-frodi lill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jenfasizza li l-EDES, bħala l-lista s-sewda tal-UE, għandha potenzjal enormi biex tindika persuni u kumpaniji li jużaw il-fondi tal-UE b’mod ħażin; jitlob li l-EDES tiġi estiża għat-tipi kollha ta’ modi ta’ ġestjoni, b’mod partikolari għall-ġestjoni kondiviża; jisħaq li l-approċċi differenti tal-Istati Membri għall-miżuri ta’ esklużjoni jikkontribwixxu għal nuqqas ta’ uniformità fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jissottolinja l-ħtieġa li l-użu tal-EDES isir obbligatorju bħala s-sistema komuni ta’ esklużjoni għall-fondi ġestiti mill-Istati Membri; jemmen li dan it-tisħiħ isaħħaħ il-kapaċità tal-UE u tal-Istati Membri li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u finalment il-flus tal-kontribwenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri, fl-interess tas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-baġit tal-UE, jaċċettaw din l-estensjoni mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jirrimarka li l-konsolidazzjoni, iċ-ċentralizzazzjoni u l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar ir-riċevituri tal-finanzjament tal-UE pprovduta mill-Istati Membri u minn entitajiet ta’ implimentazzjoni oħra f’bażi tad-data unika jtejbu t-trasparenza finanzjarja billi jinkludu forom differenti ta’ modi ta’ ġestjoni u jippermettu kontroverifiki u analiżijiet eżawrjenti; jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali, jikkooperaw dwar dan l-għan; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa li jiġu protetti d-data personali u l-informazzjoni sensittiva dwar il-benefiċjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Isostni li d-diġitalizzazzjoni u l-għodod tal-IT tal-ogħla livell fil-livell nazzjonali u tal-UE jtejbu l-ġestjoni, il-kontroll u l-awditjar tal-fondi tal-UE, u jistgħu jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-irregolaritajiet u għat-tnaqqis sostanzjali tal-burokrazija, peress li d-diġitalizzazzjoni tippermetti aċċess u kontroverifiki aktar faċli u rapidi, mill-bogħod, għal settijiet importanti ta’ data, li jipprevjenu l-ħtieġa ta’ verifiki u kontrolli fuq il-post;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jilqa’ u jappoġġja l-valutazzjoni tal-QEA fir-Rapport Annwali tagħha tal-2022 li titlob li l-implimentazzjoni tas-sistema tal-IT għall-estrazzjoni tad-data u l-kejl tar-riskju Arachne titmexxa ‘l quddiem mill-2028 għall-2025; ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament li titlob li s-sistema tiġi implimentata mill-2026;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jinnota li d-diġitalizzazzjoni tal-ġlieda kontra l-frodi hija wkoll waħda mill-oqsma ta’ prijorità tar-reviżjoni tal-pjan ta’ azzjoni mniedi fl-2022 u adottat f’Lulju 2023, li jakkumpanja l-Istrateġija tal-Kummissjoni Kontra l-Frodi (CAFS) tal-2019 u aġġustata għax-xenarji ekonomiċi u soċjali li qed jinbidlu malajr u għall-isfidi l-ġodda; huwa konxju tal-fatt li l-Kummissjoni implimentat b’suċċess 60 mit-63 azzjoni tal-pjan preċedenti b’mod ġenerali u li xi wħud minnhom huma kontinwi fin-natura tagħhom u għadhom għaddejjin; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament l-istandards u l-kriterji sottostanti li approva l-pjan ta’ azzjoni rivedut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jitlob ir-rikonoxximent tal-importanza li jiġu inkorporati għajnuniet viżwali bħal ċarts u graffs biex l-informazzjoni statistika ssir aktar aċċessibbli u aktar faċli biex tinftiehem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jitlob l-implimentazzjoni tal-analitika avvanzata tad-data, l-intelliġenza artifiċjali u t-tagħlim awtomatiku fl-identifikazzjoni tal-irregolaritajiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-arkitettura tal-UE kontra l-frodi u l-miżuri ewlenin fl-2022 </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jilqa’ l-azzjonijiet li nediet il-Kummissjoni fl-2022 biex jittejjeb il-livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE iżda jitlob aktar viġilanza u azzjonijiet komplementari f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Ifakkar fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li jissottolinjaw li l-ġlieda kontra l-frodi fil-kuntest tal-baġit tal-UE tista’ tkun effettiva biss jekk tiġi indirizzata b’mod olistiku, filwaqt li tkopri l-istadji kollha taċ-ċiklu kontra l-frodi u tibbaża fuq għadd kbir ta’ partijiet ikkonċernati, proċessi u azzjonijiet; jirrimarka li l-erba’ stadji ta’ dan iċ-ċiklu (il-prevenzjoni; id-detezzjoni; l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni; l-irkupru u s-sanzjoni) jirrikjedu li l-analiżijiet tar-riskju, il-proċessi ta’ rapportar u l-kooperazzjoni jiġu segwiti minn interventi armonizzati fil-livelli leġiżlattivi, amministrattivi, organizzattivi u operattivi; ifakkar fl-osservazzjoni tal-QEA fir-Rapport speċjali tagħha dwar ix-xenarju finanzjarju tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> Rapport speċjali 05/2023 bit-titolu “Ix-xenarju finanzjarju tal-UE – Struttura frammentata li teħtieġ aktar simplifikazzjoni u obbligu ta’ rendikont”.</FIELD></FOOTNOTE> li tirrimarka li l-kumplessità tal-galassja ta’ fondi u strumenti li jikkomplementaw il-baġit tal-UE ġġib magħha riskju dejjem akbar ta’ lakuni serji fis-sistema ta’ awditjar u kontroll u nuqqas ta’ obbligu ta’ rendikont; jemmen li din il-kumplessità tirrikjedi approċċ ugwalment komprensiv u b’enfasi fuq il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji involuti, sabiex jiġu indirizzati l-irregolaritajiet u l-frodi li jistgħu jseħħu billi jittieħed vantaġġ mill-opaċità ġenerali tax-xenarju finanzjarju; ifakkar li l-frammentazzjoni attwali tad-data aċċessibbli titlob miżuri standardizzati biex jinġabru, jitqabblu u jiġu aggregati l-informazzjoni u ċ-ċifri, b’mod partikolari dwar ir-riċevituri finali u l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni, għall-finijiet ta’ awditjar u kontroll, inklużi l-investigazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jirrimarka li l-programm tal-Unjoni kontra l-frodi (UAFP) ġie stabbilit għal perjodu ta’ seba’ snin, mill-2021 sal-2027, u l-2022 hija t-tieni sena ta’ implimentazzjoni tiegħu, taħt il-mod ta’ ġestjoni diretta bl-OLAF bħala s-servizz ewlieni għall-implimentazzjoni tal-programm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Josserva li d-Deċiżjoni ta’ Finanzjament tal-2022 allokat EUR 15,4-il miljun għall-komponent Hercule, EUR 9 miljun għall-komponent tas-Sistema ta’ Informazzjoni Kontra l-Frodi (AFIS) u madwar EUR 1 miljun għall-komponent tal-IMS, li rriżultaw fl-għoti ta’ għotjiet lill-korpi implimentattivi rilevanti u fil-finanzjament ta’ taħriġ speċjalizzat, bażijiet tad-data, appoġġ għar-riċerka, monitoraġġ u analiżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jirrimarka li l-IMS issa qed jintuża minn 35 pajjiż, u jinkludi Stati Membri u pajjiżi benefiċjarji oħra, b’madwar 700 organizzazzjoni ta’ rapportar, li jkopru aktar minn 3 000 utent tal-IMS u diversi oqsma, inkluż l-RRF u oqsma oħra bħall-ażil, il-viċinat u ta’ qabel l-adeżjoni, minbarra l-oqsma tradizzjonali tal-agrikoltura, il-koeżjoni u s-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Japprezza r-rwoli komplementari tal-programmi ta’ strument ta’ Fiscalis, tad-dwana u ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali u jemmen li l-effetti sinerġistiċi tal-użu ta’ dan l-appoġġ finanzjarju jġibu titjib tanġibbli fl-oqsma tat-tassazzjoni, il-kondiviżjoni ta’ informazzjoni relatata mar-riskju u l-aġġornament għal tagħmir ta’ kontroll doganali tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fl-UPPE mhijiex obbligatorja; jirrimarka li, fl-2022, 22 Stat Membru biss kienu diġà pparteċipaw fl-UPPE, u l-istess ħames pajjiżi bħal fl-2021 astjenew; jinsisti li l-Istati Membri li għadhom ma jipparteċipawx għandhom jagħmlu dan mingħajr dewmien; jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva l-parteċipazzjoni fl-UPPE permezz ta’ miżuri pożittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jilqa’ r-rapport annwali tal-UPPE għall-2022, li jipprovdi r-riżultati tal-ewwel sena kalendarja sħiħa ta’ attivitajiet operattivi; josserva li l-UPPE pproċessa 3 318-il rapport ta’ kriminalità (meta mqabbla mat-2 832 riċevuti fis-seba’ xhur ta’ attività operattiva fl-2021) u fetaħ 865 investigazzjoni fl-2022 (576 infetħu bejn Ġunju u Diċembru tal-2021); jissottolinja l-iffriżar ta’ EUR 359,1 miljun (meta mqabbla ma’ EUR 157,3 fl-2021) wara investigazzjonijiet tal-UPPE, li jirrappreżentaw aktar minn seba’ darbiet il-baġit tal-UPPE u li, sal-aħħar tal-2022, l-UPPE stmat danni ta’ EUR 14,1 biljun li jirriżultaw minn imġiba ħażina li fuqha kellu total ta’ 1 117-il investigazzjoni attiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi djalogu kostruttiv mal-UPPE, bil-ħsieb li tissaħħaħ il-kapaċità tal-Uffiċċju li jindirizza l-isfidi li qed jiżdiedu b’mod kostanti fix-xenarju kontra l-frodi, inkluż, fejn xieraq, billi jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati fir-Regolament dwar l-UPPE<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq, fl-istess ħin, fuq il-ħtieġa li jiġu żgurati l-prinċipju u r-regoli fundamentali stabbiliti fir-Regolament dwar l-UPPE, jiġifieri li l-uffiċċju jrid ikun indipendenti u jrid jingħata baġit awtonomu sabiex jaġixxi fl-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi u f’konformità mar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jinżammu l-effiċjenza u l-effikaċja tal-ħidma tal-OLAF fid-detezzjoni tal-korruzzjoni u l-frodi u li, għalhekk, it-tnaqqis tal-baġit annwali tal-OLAF previst għall-impjegati full-time jrid jitqies f’konformità mal-ħtiġijiet reali tan-negozju tal-OLAF, kif rifless fir-rapport annwali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fl-isforzi ta’ identifikazzjoni u r-riżultati tagħhom, li jsegwu s-sejħiet mill-UPPE u l-Parlament, indikati minn għadd ta’ investigazzjonijiet dwar frodi tal-UE mibdija fit-22 Stat Membru parteċipanti, li hija ogħla mill-medja storika qabel l-istabbiliment tal-UPPE; ifaħħar, f’dan ir-rigward, l-Operazzjoni Admiral li żvelat frodi karusell tal-VAT imwettqa minn grupp organizzat ta’ kriminali li joperaw f’diversi Stati Membri, responsabbli għal frodi stmati ta’ EUR 2,2 biljun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Ifaħħar il-kooperazzjoni bejn l-OLAF u l-UPPE, li hija enfasizzata kemm fir-rapporti annwali tal-OLAF kif ukoll tal-UPPE; jifhem li jseħħu skambji regolari ta’ informazzjoni bejn iż-żewġ uffiċċji, b’mod partikolari l-UPPE wara li wieġeb għal 133 talba “hit/no-hit” mibgħuta mill-OLAF sabiex jiġu evitati investigazzjonijiet paralleli dwar l-istess fatti; jistieden lill-OLAF u lill-UPPE jikkoordinaw ir-rapportar tagħhom dwar l-azzjonijiet imnedija biex il-kooperazzjoni tagħhom issir tanġibbli, b’kunsiderazzjoni speċifika tal-għadd ta’ investigazzjonijiet komplementari mitluba mill-OLAF (eż. l-Artikolu 12(f) tar-Regolament tal-UPPE) u l-għadd ta’ każijiet biex jappoġġjaw l-investigazzjonijiet tal-UPPE mitluba mill-UPPE (eż. l-Artikolu 12(e) tar-Regolament tal-UPPE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Huwa konxju li l-ewwel rieżami annwali ta’ livell għoli tal-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-Kummissjoni saret f’Settembru 2022, u indirizzat, fost oħrajn, kwistjonijiet dwar ir-rapportar reċiproku, l-aċċess għal bażijiet tad-data u l-istatus istituzzjonali tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-irkupru amministrattiv ta’ somom dovuti lill-baġit tal-Unjoni, imwettaq mill-Kummissjoni wara kontribut min-naħa tal-UPPE, kif previst mill-Artikolu 103(2) tar-Regolament tal-UPPE, li jirreferi għall-obbligu tal-UPPE li jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien u mingħajr preġudizzju għall-kunfidenzjalità, u kif previst mill-Artikolu 6(4)(c) tal-Ftehim UPPE-COM iffirmat fit-18 ta’ Ġunju 2021, b’referenza għal miżuri protettivi u korrettivi; jitlob lill-Kummissjoni u lill-UPPE jinfurmaw lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta’ din l-għodda importanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jinnota li l-UPPE u l-Europol ikkooperaw b’mod effiċjenti fuq diversi kwistjonijiet operattivi, taħt il-patroċinju tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-UPPE u tal-Europol; jifhem li l-Europol ipprovda appoġġ (skambju ta’ informazzjoni, appoġġ analitiku, kompetenza) fuq 28 każ fuq talba tal-UPPE u li l-UPPE sar parti mill-Applikazzjoni ta’ Network għall-Iskambju Sikur ta’ Informazzjoni (SIENA), li tiżgura kanal ta’ komunikazzjoni sikur fil-kooperazzjoni operattiva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jinnota li, fl-2022, il-kooperazzjoni bejn l-atturi rilevanti seħħet b’mod sodisfaċenti, fejn il-gruppi ta’ kollegament tal-UPPE u l-Eurojust iltaqgħu darbtejn fl-2022, filwaqt li 15-il każ tal-UPPE li għaddejjin huma ttrattati mill-Eurojust, u d-diviżjoni investigattiva tal-Bank Ewropew tal-Investiment (EIB IG/IN) irreferiet 63 każ lill-OLAF, lill-UPPE u aġenziji oħra fil-banek tal-iżvilupp multilaterali u l-aġenziji tal-iżvilupp nazzjonali fdati b’attivitajiet inerenti; jirrimarka li f’Settembru 2022 madwar 100 prosekutur u persunal tal-UPPE pparteċipaw f’sessjoni ta’ sensibilizzazzjoni online dwar l-attivitajiet tal-BEI u tal-FEI biex tiżdied l-effettività tal-kooperazzjoni bejn l-UPPE u l-IG/IN kif stabbilit taħt l-arranġament tax-xogħol tal-2021;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jisħaq fuq il-valur miżjud li l-korpi tal-UE jagħtu lill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u lill-ġlieda kontra l-frodi, speċjalment fir-rigward tal-kriminalità transfruntiera, kif muri mir-riżultati operattivi mill-UPPE u l-OLAF ukoll fl-2022; itenni t-talba tiegħu biex jiġi żgurat li l-atturi rilevanti kollha tal-UE involuti fil-ġlieda kontra l-frodi jkollhom riżorsi adegwati u, f’dan ir-rigward, ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li kull euro li jintefaq fuq investigazzjoni u azzjonijiet kontra l-frodi jirritorna għall-baġit tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Josserva li fl-2022 il-proċedimenti ta’ esklużjoni mnedija mill-BEI wara investigazzjonijiet tal-IG/IN irriżultaw fl-esklużjoni ta’ erba’ operaturi ekonomiċi milli jipparteċipaw fi kwalunkwe proġett jew attività ffinanzjata mill-BEI; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li l-kriterji ta’ esklużjoni użati mill-BEI u l-FEI jsiru aktar uniformi fir-rigward ta’ dawk użati fl-EDES, meta jitqies li l-Ftehimiet ta’ Qafas Finanzjarji u Amministrattivi mal-BEI u l-FEI jkopru biss ħamsa mis-seba’ sitwazzjonijiet ta’ esklużjoni tal-EDES;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Itenni li l-kooperazzjoni ineffettiva jew mhux f’waqtha jew in-nuqqas ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE u l-OLAF jikkostitwixxu raġunijiet għal azzjoni skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità; jistieden għalhekk lill-UPPE u lill-OLAF jirrapportaw kull każ fejn l-Istati Membri jkunu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom li jinfurmaw, jassistu, jieħdu azzjoni xierqa u miżuri ta’ prekawzjoni u jiżguraw segwitu xieraq u f’waqtu tar-rapporti u r-rakkomandazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jifhem li l-livell ġenerali ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni maħruġa fir-Rapport PIF tal-2021 madwar l-Istati Membri huwa meqjus bħala sodisfaċenti fir-rigward tal-integrazzjoni ta’ għodod tal-IT iddedikati kontra l-frodi fil-ġlieda tagħhom kontra l-frodi, it-tisħiħ tal-analiżi tar-riskju u, b’mod ġenerali, l-iżvilupp tas-sistemi tal-IT kemm min-naħa tad-dħul kif ukoll tan-nefqa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jenfasizza d-differenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri li għadhom jidhru fl-identifikazzjoni, ir-rapportar u s-segwitu ta’ frodi suspettata; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jieħdu approċċ proattiv biex jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, itejbu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tagħhom u mal-korpi u l-aġenziji tal-UE, anke sabiex jidentifikaw u jindirizzaw ir-riskji emerġenti u x-xejriet tal-frodi b’mod f’waqtu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Japprova l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tniedi eżerċizzju ta’ monitoraġġ dwar l-istat attwali tas-Servizzi ta’ Koordinazzjoni Kontra l-Frodi (AFCOS) stabbiliti fl-Istati Membri; ifakkar li d-definizzjoni tal-istruttura, ir-rwol, ir-responsabbiltajiet u l-mandat tal-AFCOS għandhom jiġu ċċarati aħjar biex jiġu ggarantiti sitwazzjonijiet omoġenji u armonizzati madwar l-Unjoni, u b’hekk jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni tagħhom; jitlob lill-Kummissjoni għal darb’oħra taġġorna l-linji gwida tal-AFCOS ifformulati inizjalment fl-2015, li ma għadhomx adegwati biex jassistu b’mod effettiv lill-awtoritajiet nazzjonali fl-iżvilupp ta’ servizz ta’ koordinazzjoni strutturat tajjeb; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tirrapporta dwar ix-xogħol li għaddej f’dan ir-rigward u r-riżultati tal-eżerċizzju ta’ monitoraġġ lill-awtorità ta’ kwittanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jirrimarka li l-NAFS jeħtieġ li jiġu adottati jew aġġornati mill-akbar għadd possibbli ta’ Stati Membri, u jtenni li l-ħtieġa li jsiru tali reviżjonijiet tirriżulta mix-xenarju l-ġdid kontra l-frodi, bl-UPPE issa kompletament operattiv, u mill-opportunità li jiġu identifikati riskji sinifikanti ġodda fix-xenarju ta’ frodi dejjem aktar kumpless;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Itenni l-apprezzament tiegħu għall-inkoraġġiment tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jadottaw l-NAFS, li sa issa rriżulta f’żieda fl-għadd ta’ NAFS adottati, fejn 15-il Stat Membru kienu adottaw l-NAFS sa tmiem l-2022, li disgħa minnhom kienu trasversali u għalhekk koprew bis-sħiħ l-interessi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jinnota bi tħassib li, sa tmiem l-2022, tliet Stati Membri (il-Finlandja, l-Irlanda u l-Polonja) indikaw li kienu għadhom ma adottaw l-ebda strateġija għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE; jinnota li ħames Stati Membri (il-Belġju, Spanja, il-Lussemburgu, in-Netherlands u r-Rumanija) indikaw li kienu fil-proċess li jistabbilixxu waħda; iħeġġeġ lill-Istati Membri jadottaw NAFS biex juru li jieħdu l-protezzjoni tal-fondi tal-UE bis-serjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jemmen li l-Istati Membri jibbenefikaw minn evalwazzjoni perjodika tal-oqfsa tagħhom kontra l-frodi, bi gwida tal-UE kif xieraq, orjentata lejn l-istabbiliment tal-effikaċja tagħhom, l-identifikazzjoni tal-aħjar prattiki u r-rieżami tal-istrateġiji tagħhom kontra l-frodi biex jindirizzaw kwalunkwe riskju emerġenti; jistieden lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex iwettqu rieżamijiet indipendenti jew bejn il-pari tal-oqfsa kontra l-frodi ħalli jtejbu l-konsistenza u standards għoljin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Isostni li r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità huwa strument permanenti li jmur lil hinn mil-limiti ta’ qafas finanzjarju pluriennali partikolari u għandu jiġi applikat orizzontalment, bħala rekwiżit għall-infurzar ta’ prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba, b’mod ġenerali, u għall-ġestjoni effiċjenti u effettiva tar-riżorsi tal-UE, b’mod partikolari, u li hija prerekwiżit għall-aċċess għall-fondi kollha tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jieħu nota tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2022 li jissospendi l-ħruġ ta’ EUR 6,3 biljun ta’ fondi tal-UE lill-Ungerija; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill ineħħu l-miżuri adottati biss fejn tinġabar evidenza li l-miżuri ta’ rimedju adottati mill-Gvern Ungeriż urew li huma effettivi fil-prattika u, b’mod partikolari, li ma nstabet l-ebda rigressjoni fuq miżuri diġà adottati; jesprimi dispjaċir għall-fatt li sa issa l-Gvern Ungeriż ftit wera rieda li jissodisfa r-rekwiżiti tal-mekkaniżmu ta’ kundizzjonalità; itenni, madankollu, l-opinjoni tiegħu li s-17-il miżura waħedhom, kif innegozjati mill-Kummissjoni u l-Gvern Ungeriż, mhumiex biżżejjed biex jindirizzaw ir-riskju sistemiku eżistenti għall-interessi finanzjarji tal-UE u jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni ma talbitx biżżejjed bidliet u salvagwardji sostanzjali biex tirrestawra l-indipendenza tal-ġudikatura u tnaqqas il-livell ta’ korruzzjoni; huwa mħasseb ħafna dwar ir-rapporti tal-media li jaffermaw li l-Kummissjoni qed tippjana li tneħħi l-miżuri ta’ sospensjoni fl-Ungerija bi skambju għall-approvazzjoni mill-gvern tal-għajnuna għall-Ukrajna; jemmen li l-Kummissjoni ma għandha qatt iċċedi għal rikatt, b’mod partikolari meta dan jipperikola l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni mhijiex trasparenti biżżejjed dwar l-iżviluppi rilevanti; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament u lill-Kunsill malajr u regolarment dwar in-negozjati li għaddejjin u jfakkar lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, dwar l-obbligi legali tagħha stabbiliti fl-Artikolu 25(2) tar-Regolament dwar l-RRF u l-Artikolu 8 tar-Regolament dwar il-Kondizzjonalità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Huwa mħasseb dwar is-sejbiet tat-Tielet Rapport dwar l-Istat tad-Dritt<FOOTNOTE><FIELD> Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt” (COM (2022)0500).</FIELD></FOOTNOTE> fir-rigward tas-sitwazzjoni kritika fil-Polonja, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqasijiet serji fil-ġudikatura<FOOTNOTE><FIELD> Dwar l-indipendenza tal-Kunsill Nazzjonali għall-Ġudikatura, jippersisti tħassib dwar il-funzjonament tas-servizz tal-prosekuzzjoni, bl-uffiċċji tal-Ministru tal-Ġustizzja u l-Prosekutur Ġenerali okkupati mill-istess persuna; Il-qrati Pollakki irrimarkaw ukoll tħassib li l-prattika tas-sekondament ta’ prosekuturi tista’ titqies bħala forma ta’ dimozzjoni u diskriminazzjoni, u li l-proċeduri dixxiplinarji jistgħu jintużaw biex inaqqsu l-indipendenza ġudizzjarja, peress li l-Kamra Dixxiplinari tal-Qorti Suprema kienet għadha qed toħroġ sentenzi.</FIELD></FOOTNOTE> u fis-settur tal-media; ifakkar li n-nuqqas ta’ konformità tal-Polonja mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE rriżulta fil-pagament ta’ EUR 360 miljun f’multi mill-2021 u jħeġġeġ bis-sħiħ lill-Kummissjoni tirrilaxxa fondi mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza biss ladarba l-istadji importanti kollha relatati mal-istat tad-dritt ikunu ġew issodisfati fl-intier tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni taġġorna s-sistema ta’ rapportar tal-frodi għall-fondi minfuqa f’pajjiżi mhux tal-UE; jinnota li s-sistema l-ġdida għandha tqis il-kwistjonijiet speċifiċi li tiffaċċja l-UE meta tonfoq il-flus barra mit-territorju tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Dimensjoni esterna tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jemmen li l-proposta għall-istabbiliment ta’ qafas ta’ sanzjonijiet ta’ politika barranija u ta’ sigurtà orizzontali komuni hija komplementari għall-għodod eżistenti u l-azzjonijiet ta’ politika interna u esterna kontra l-korruzzjoni, diġà approvati fil-proċess ta’ tkabbir jew fis-Sħubija tal-Lvant; huwa tal-fehma li impenn aktar b’saħħtu f’fora internazzjonali bħall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Korruzzjoni (UNCAC) u l-Grupp ta’ Stati Kontra l-Korruzzjoni (GRECO) se jgħin biex jippromwovi governanza tajba u l-istat tad-dritt bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-proċess ta’ tkabbir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Itenni li għalkemm l-UE bħalissa hija osservatur fi ħdan il-GRECO, huwa rrakkomandat bis-sħiħ li ssir membru li jopera bis-sħiħ, għalhekk i) tipparteċipa fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ liġi u standards internazzjonali rikonoxxuti b’mod wiesa’; ii) tikkomunika b’mod orizzontali ma’ membri oħra tal-GRECO dwar politiki u għodod kontra l-frodi; iii) tikkondividi l-esperjenzi fil-livell internazzjonali biex jgħinu fir-rikonoxximent ta’ nuqqasijiet potenzjali tal-mekkaniżmi interni tal-UE biex tiġi identifikata l-korruzzjoni; and iv) tiġġieled b’mod ottimali kontra l-frodi permezz tal-attivazzjoni f’waqtha ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ detezzjoni; jitlob lill-Kunsill jipprovdi pożizzjoni ċara dwar is-sħubija tal-UE fil-GRECO, li tiċċara jekk hemmx xi oppożizzjoni speċifika għal dan u, jekk iva, minn liema Stat Membru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jirrimarka li mill-2021 sal-2022, kemm l-għadd ta’ irregolaritajiet mhux frawdolenti kif ukoll l-ammonti finanzjarji involuti esperjenzaw żidiet eċċezzjonali; jinnota li ż-żieda fl-għadd ta’ każijiet kien dovut għal irregolaritajiet relatati mal-IPA II 2014-2020 fir-rigward tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp rurali (IPARD) fil-Maċedonja ta’ Fuq u t-Turkija, u li għal ħafna minn dawn l-irregolaritajiet l-ammonti finanzjarji involuti kienu taħt EUR 10 000, filwaqt li ż-żieda fl-ammonti finanzjarji kienet dovuta għal irregolaritajiet li jikkonċernaw l-IPARD fl-Albanija; jissottolinja li madwar 10 % tal-irregolaritajiet ġew irrapportati bħala frawdolenti u li dan il-perċentwal, li jinbidel maż-żmien, żdied b’mod sinifikanti fl-2020 (17 %), u laħaq il-quċċata fl-2021 għal 20 %; jistieden lill-Kummissjoni żżomm livell ta’ monitoraġġ adegwat dwar dawn l-inizjattivi ta’ finanzjament u tirrapporta lill-Parlament dwar kwistjonijiet sistemiċi possibbli identifikati fl-użu tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jemmen li l-fondi taħt l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali (NDICI-Ewropa Globali) għall-assistenza f’pajjiżi mhux tal-UE u r-riżorsi allokati għar-rispons tal-Ewropa għall-gwerra fl-Ukrajna mhumiex immonitorjati u kkontrollati b’mod adegwat; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi miżuri xierqa, inkluż it-twettiq ta’ kontrolli b’aktar reqqa, biex tiżgura li l-fondi tal-UE mibgħuta lejn pajjiżi ġirien jispiċċaw ikunu ta’ benefiċċju għal dawk li huma l-aktar fil-bżonn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jissottolinja li fil-kuntest tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa previst li l-baġit tal-UE se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-proposti għal soluzzjonijiet strutturali fit-tul għall-ħtiġijiet ta’ finanzjament tal-Ukrajna; jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li jiġu protetti l-istat tad-dritt u l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li jiġu evitati, identifikati u kkoreġuti l-frodi, il-korruzzjoni, il-kunflitti ta’ interess u l-irregolaritajiet fl-użu tal-fondi tal-Unjoni fl-Ukrajna, li għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tat-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont; iqis li kwalunkwe strument ta’ finanzjament relatat għandu jkun fih dispożizzjonijiet u salvagwardji stretti sabiex jintlaħqu dawn l-objettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-kooperazzjoni mas-sħab internazzjonali hija kruċjali biex jiġu protetti l-fondi tal-UE li jintefqu barra mill-Ewropa u l-lat tad-dħul tal-baġit tal-UE; jilqa’, għalhekk, l-arranġamenti tax-xogħol li l-UPPE kkonkluda fl-2022, mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Ukrajna, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Albanija, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tar-Repubblika tal-Moldova, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Ġenerali tal-Istat Suprem tal-Montenegro, is-Servizz tal-Prosekuzzjoni tal-Georgia u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Istat tar-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq u l-Memorandum ta’ Qbil (MtQ) u l-Arranġament tax-Xogħol dwar il-Kooperazzjoni ffirmati mad-Dipartiment tal-Ġustizzja u d-Dipartiment tas-Sigurtà Interna tal-Istati Uniti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jirrakkomanda s-sospensjoni tal-appoġġ baġitarju f’pajjiżi mhux tal-UE, inklużi pajjiżi kandidati, fejn l-awtoritajiet jonqsu b’mod ċar milli jieħdu azzjoni ġenwina kontra l-korruzzjoni mifruxa, filwaqt li jiżguraw li l-assistenza tasal għand il-popolazzjoni ċivili permezz ta’ mezzi alternattivi; jitlob li tingħata prijorità akbar lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni fin-negozjati ta’ qabel l-adeżjoni, b’enfasi fuq it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, bħal permezz ta’ korpi speċjalizzati kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tibgħat sinjali ċari lill-pajjiżi kandidati li reazzjoni negattiva għall-istandards tal-istat tad-dritt se tipperikola jew iddewwem l-adeżjoni mal-UE; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, skont ir-Rapport Speċjali Nru 01/2022 tal-QEA<FOOTNOTE><FIELD> Rapport Speċjali 01/2022 bit-titolu “L-appoġġ mogħti mill-UE għall-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent: minkejja l-isforzi li saru, jippersistu problemi fundamentali”.</FIELD></FOOTNOTE>, EUR 700 miljun f’appoġġ finanzjarju għat-titjib tal-istat tad-dritt fil-Balkani tal-Punent ipprovdut mill-UE bejn l-2014 u l-2020 ftit li xejn kellhom impatt fuq ir-riformi fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jitlob kollaborazzjoni internazzjonali ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali u pajjiżi ġirien fil-prevenzjoni tal-frodi transfruntiera; itenni l-importanza tal-iskambju tal-aħjar prattiki f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jafferma mill-ġdid it-twemmin qawwi tiegħu li huwa biss permezz tat-tisħiħ tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE tista’ tiġi segwita u msaħħa b’mod effettiv u effiċjenti, billi titħeġġeġ l-interoperabbiltà u l-aġġustament għal qafas ta’ strateġija unifikat kontra l-frodi għall-Istati Membri fl-UE li jagħżlu aktar flussi ta’ dħul f’termini ta’ analiżi tad-data kwantitattiva u kwalitattiva, sabiex jingħelbu l-limiti inerenti tas-sistemi nazzjonali li mhumiex biżżejjed biex jikkumbattu l-attakki dejjem aktar transnazzjonali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>