<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0042</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">It-tiswir tal-pożizzjoni tal-UE dwar l-istrument vinkolanti tan-NU rigward l-intrapriżi u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari rigward l-aċċess għal rimedju u l-protezzjoni tal-vittmi</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0421/2023 - Rapporteur: Heidi Hautala)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2024 dwar it-tiswir tal-pożizzjoni tal-UE dwar l-istrument vinkolanti tan-NU rigward l-intrapriżi u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari rigward l-aċċess għal rimedju u l-protezzjoni tal-vittmi (2023/2108(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 8, 21 u 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Prinċipji Gwida tan-NU (UNGPs) dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, adottati mir-Riżoluzzjoni 17/4 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-16 ta’ Ġunju 2011,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU 26/9 tas-26 ta’ Ġunju 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz aġġornat ta’ strument legalment vinkolanti ċċirkolat mill-President-Rapporteur tal-Grupp ta’ Ħidma Intergovernattiv miftuħ (OEIGWG) fil-31 ta’ Lulju 2023 u t-tielet abbozz rivedut tiegħu li jirriżulta mit-tmien sessjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU 76/300 tat-28 ta’ Lulju 2022 dwar id-dritt tal-bniedem għal ambjent nadif, b’saħħtu u sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) għall-Intrapriżi Multinazzjonali dwar Imġiba Responsabbli fin-Negozju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem fl-Afrika tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tas-7 ta’ Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tal-10 ta’ April 2017 bit-titolu “Titjib tal-aċċess għal rimedju fil-qasam tan-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE”<FOOTNOTE><FIELD> Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, “Improving access to remedy in the area of business and human rights at the EU level” (It-titjib tal-aċċess għal rimedju fil-qasam tan-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE), 2017.</FIELD></FOOTNOTE> u r-rapport tagħha tas-6 ta’ Ottubru 2020 bit-titlu “Negozju u Bniedem, Drittijiet – Aċċess għal Rimedju”<FOOTNOTE><FIELD> Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, “Business And Human Rights – Access To Remedy” (Negozju u Drittijiet tal-Bniedem – Aċċess għal Rimedju), 2020.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2023 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà korporattiva għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2018 dwar il-kontribut tal-UE għal Strument vinkolanti tan-NU dwar korporazzjonijiet transnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra b’karatteristiċi transnazzjonali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 11, 13.1.2020, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 77.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0421/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 2 tat-TUE; billi l-azzjonijiet tagħha fix-xena internazzjonali jridu jkunu ggwidati minn dawk il-prinċipji u jkunu konsistenti mal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif minqux fl-Artikolu 208 tat-Trattat ta’ Liżbona;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-prinċipju “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” jimplikaw li l-iżvilupp ekonomiku jimxi id f’id mal-ġustizzja soċjali, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-intrapriżi kummerċjali huma atturi ewlenin fil-globalizzazzjoni ekonomika, fis-servizzi finanzjarji u fil-kummerċ internazzjonali, u huma meħtieġa jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli u t-trattati internazzjonali kollha u jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem. billi l-intrapriżi kummerċjali jistgħu jikkawżaw impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, jikkontribwixxu għalihom jew ikunu direttament marbuta magħhom, bħall-iskjavitù moderna, it-traffikar tal-bnedmin, ix-xogħol furzat, it-tħaddim tat-tfal u forom oħra ta’ sfruttament tax-xogħol, l-ispostament tal-art, il-pagi tal-faqar u l-ksur kontra l-unjoni, kif ukoll impatti negattivi fuq l-ambjent, inklużi t-tniġġis, it-tibdil fil-klima, id-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-korporazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli permezz tal-ħolqien tal-impjiegi u l-iżvilupp ekonomiku, u għalhekk jista’ jkollhom rwol importanti fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards ambjentali, kif ukoll fil-prevenzjoni ta’ impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi d-drittijiet tal-intrapriżi kummerċjali u tal-investituri għandhom ikunu akkumpanjati minn obbligi vinkolanti u infurzabbli f’termini ta’ konformità mad-drittijiet tal-bniedem, il-liġi tax-xogħol u l-liġi ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-vittmi ta’ abbuż korporattiv spiss jiffaċċjaw ostakli multipli u li jikkoinċidu fl-aċċess għar-rimedji, inklużi rimedji ġudizzjarji u garanziji ta’ nonrepetizzjoni; billi dawn l-ostakli huma saħansitra aktar severi għal persuni jew gruppi vulnerabbli jew emarġinati; billi l-impunità għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa minn xi intrapriżi kummerċjali għadha fil-biċċa l-kbira mhux indirizzata fin-nuqqas ta’ qafas regolatorju robust u komprensiv u allinjament fil-livell globali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-abbużi tad-drittijiet tal-ħaddiema mill-kumpaniji qed jiżdiedu madwar id-dinja u li skont l-Indiċi tad-Drittijiet Globali tal-Konfederazzjoni Internazzjonali tat-Trade Unions, li rrapporta li 113-il pajjiż jeskludu lill-ħaddiema mid-dritt tagħhom li jistabbilixxu jew jingħaqdu ma’ trade union, żieda minn 106 fl-2021 għal 113; billi 87 % tal-pajjiżi kisru d-dritt tal-istrajkjar u erbgħa kull minn ħames pajjiżi mblukkaw in-negozjar kollettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU (UNHRC) adotta riżoluzzjoni fis-26 ta’ Ġunju 2014 li stabbilixxa grupp ta’ ħidma intergovernattiv miftuħ (OEIGWG) biex jiżviluppa strument internazzjonali legalment vinkolanti (LBI) “biex jirregola, fil-liġi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, l-attivitajiet ta’ korporazzjonijiet tranżnazzjonali u intrapriżi kummerċjali oħra”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-OEIGWG, li ilu ppresedut mill-Ekwador mill-bidu tiegħu, sal-lum kellu disa’ sessjonijiet u għadd ta’ konsultazzjonijiet reġjonali u oħrajn mal-partijiet ikkonċernati, inkluż mis-soċjetà ċivili u s-settur privat; billi, f’Lulju 2023, il-President iċċirkola abbozz aġġornat tal-istrument qabel id-disa’ sessjoni tal-OEIGWG skedata għat-23-27 ta’ Ottubru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-UE ilha taħdem fuq leġiżlazzjoni ambizzjuża rigward id-diliġenza dovuta korporattiva, fost tipi oħra ta’ leġiżlazzjoni, li sservi bħala bażi għall-mandat ta’ negozjar tagħha; billi, fin-nuqqas ta’ mandat ta’ negozjar, ir-rappreżentant tal-UE pparteċipa biss fis-sessjonijiet tal-OEIGWG bħala osservatur u kkontribwixxa biss b’dikjarazzjonijiet ġenerali; billi, barra minn hekk, matul is-snin l-involviment ta’ ekonomiji kbar oħra barra mill-UE fid-diskussjonijiet kien ambivalenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi, sussegwentement, il-pożizzjoni tal-Istati Membri tal-UE evolviet gradwalment, b’ħafna minnhom jipparteċipaw b’mod attiv fl-aħħar sessjonijiet tal-OEIGWG; billi Franza u l-Portugall ingħaqdu mal-grupp “Friends of the Chair”, li jassisti lill-President fl-iżvilupp ta’ proposti ta’ kunsens minn blokok reġjonali; billi, fost il-prijoritajiet tiegħu fil-fora tad-drittijiet tal-bniedem fl-2023, il-Kunsill iddikjara l-impenn tiegħu li “jipparteċipa b’mod attiv” fid-diskussjonijiet tan-NU dwar l-LBI u esprima r-rieda tiegħu li jaħdem mal-President tal-OEIGWG u l-Friends of the Chair “biex jesplora … strument ibbażat fuq il-kunsens li jista’ jsaħħaħ b’mod effettiv il-protezzjoni tal-vittmi u joħloq kundizzjonijiet ekwi globali”.
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Parlament  esprimaripetutament l-appoġġ tiegħu għad-diskussjonijiet tan-NU dwar l-LBI, inkluż billi adotta għadd ta’ riżoluzzjonijiet li jitolbu lill-UE u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b’mod kostruttiv fin-negozjati;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, f’dawn l-aħħar snin, l-UE wriet ambizzjoni kbira fir-rigward tan-negozju u d-drittijiet tal-bniedem u bdiet għadd ta’ inizjattivi leġiżlattivi li għandhom l-għan jirregolaw l-attivitajiet kummerċjali dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi ambjentali u relatati mal-klima, bħad-Direttiva dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva, proposta għal regolament dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmula b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni, ir-Regolament dwar prodotti li ma jikkontribwux għad-deforestazzjoni, ir-Regolament dwar il-Minerali ta’ Kunflitt u r-Regolament dwar il-Batteriji;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi għadd ta’ Stati Membri tal-UE, bħal Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands, reċentement adottaw jew proponew leġiżlazzjoni obbligatorja dwar id-diliġenza dovuta, filwaqt li għadd ta’ Stati Membri oħra qed jikkunsidraw li jagħmlu l-istess; billi huwa importanti li tiġi żgurata l-koerenza bejn il-leġiżlazzjoni dwar id-diliġenza dovuta fil-livell tal-Istati Membri jew tal-UE u l-LBI tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi ġew adottati, jew qed jiġu diskussi inizjattivi regolatorji, inkluża leġiżlazzjoni, dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, f’pajjiżi mhux tal-UE bħall-Awstralja, il-Brażil, il-Kanada, il-Ghana, il-Ġappun, il-Messiku, New Zealand, in-Norveġja, l-Afrika t’Isfel, il-Korea t’Isfel, l-Iżvizzera u l-Istati Uniti; billi bosta pajjiżi oħra żviluppaw pjan ta’ azzjoni nazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-abbozz tal-LBI fih klawżola ta’ organizzazzjoni ta’ integrazzjoni reġjonali biex takkomoda r-rwoli rispettivi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi hemm interess sostanzjali u dejjem jikber fil-mobilizzazzjoni madwar u aspettattivi mid-diskussjonijiet fil-livell tan-NU dwar l-LBI fost komunitajiet, popli indiġeni, trade unions, membri tas-soċjetà ċivili, studjużi u esperti affettwati globalment;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kummenti ġenerali u l-qafas internazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jisħaq li l-livell ġenerali ta’ tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jiddependi, fost affarijiet oħra, mill-imġiba tal-korporazzjonijiet, minħabba l-iskala attwali tal-globalizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-attivitajiet tan-negozju u l-ktajjen tal-valur; jenfasizza, f’dan il-kuntest, l-importanza li l-intrapriżi kummerċjali jkunu jistgħu jibbażaw fuq governanza pubblika tajba u sistema u qafas legali komprensivi u li jiffunzjonaw tajjeb sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa l-implimentazzjoni sħiħa, ġewwa u barra l-UE, tal-istandards internazzjonali dwar kondotta responsabbli tan-negozju biex tikkomplimenta u tissaħħaħ l-implimentazzjoni tal-UNGPs; jissottolinja l-importanza tal-UNGPs u l-Linji Gwida tal-OECD u l-appoġġ wiesa’ li jgawdu; ifakkar li l-UNGPs jikkostitwixxu l-uniku qafas globali li jagħti dettalji dwar ir-responsabbiltà korporattiva għall-prevenzjoni u l-indirizzar tar-riskju ta’ impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem marbuta mal-attività tan-negozju; jisħaq li kwalunkwe ħidma li ssir fuq l-LBI għandha tiżgura allinjament sħiħ ma’ dawn l-istandards;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li peress li r-responsabbiltà soċjali korporattiva hija biss fuq bażi volontarja u għalhekk mhijiex inkorporata fi strumenti infurzabbli, din tista’ toħloq distorsjonijiet tas-suq u kompetizzjoni inġusta għall-intrapriżi li jagħżlu li jikkonformaw mal-istandards internazzjonali jew li huma soġġetti għal obbligi nazzjonali jew reġjonali; jirrikonoxxi li għalkemm inkiseb xi progress, għadu qed iseħħ ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa’, għalhekk, l-isforzi biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u l-insegwiment ta’ impenn appoġġjat globalment għal imġiba responsabbli fin-negozju; jilqa’, barra minn hekk, il-bidla attwali f’termini ta’ żviluppi normattivi minn inizjattivi ta’ liġi mhux vinkolanti għal standards vinkolanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jingħalqu l-lakuni legali u regolatorji li qed jiġu sfruttati minn xi intrapriżi kummerċjali, inklużi l-investituri, a skapitu tad-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota bi tħassib li fis-sistemi ġudizzjarji ta’ ħafna pajjiżi, jippersistu bosta ostakli proċedurali, sostantivi u prattiċi fir-rigward tal-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja, inklużi diffikultajiet fl-identifikazzjoni tal-qorti kompetenti, ostakli relatati mal-istandards ġuriżdizzjonali, perjodi qosra ta’ limitazzjoni statutorja, responsabbiltà limitata jew mhux ċara minħabba strutturi korporattivi kumplessi, aċċess għal rappreżentanza u informazzjoni legali, kostijiet projbittivi ta’ rappreżentanza barra mill-pajjiż, kif ukoll inugwaljanzi oħra bejn rikorrenti u konvenuti; jinnota bi tħassib, barra minn hekk, każijiet ta’ vittmi li jiffaċċjaw intimidazzjoni jew vjolenza min-negozji involuti b’rispons għall-fatt li jfittxu ġustizzja; jenfasizza li l-persuni jew il-gruppi vulnerabbli jew emarġinati, li jistgħu jirrikjedu attenzjoni addizzjonali fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ involviment tal-partijiet ikkonċernati, qed jiffaċċjaw ostakli akbar biex jibbenefikaw b’mod ekwu minn pagamenti ta’ kumpens jew forom oħra ta’ restituzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jiġu inklużi r-regolamentazzjoni ekstraterritorjali bbażata fuq il-kumpaniji omm u l-aċċess għall-ġustizzja għall-vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem korporattivi tranżnazzjonali fl-istat ta’ oriġini tal-korporazzjonijiet tranżnazzjonali (TNCs); jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jiġu definiti obbligi ċari għat-TNCs fir-rigward tal-qerda tat-tħaddim tat-tfal u tax-xogħol furzat mill-ktajjen tal-provvista u l-operazzjonijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jappoġġa bil-qawwa l-ħidma li qed titwettaq fin-NU permezz tal-OEIGWG biex jiġi żviluppat l-istrument; jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-ħidma tal-Presidenti suċċessivi mill-Ekwador fit-tmexxija ta’ dan l-isforz kumpless u jilqa’ r-rwol ta’ appoġġ tal-grupp “Friends of the Chair”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-President tal-OEIGWG u lill-Istati Membri tan-NU jiżguraw li n-negozjati jitwettqu b’mod trasparenti, bi djalogu sinifikattiv mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi s-soċjetà ċivili, it-trade unions u r-rappreżentanti tal-ħaddiema u s-settur privat, b’attenzjoni xierqa mogħtija lill-partijiet ikkonċernati vulnerabbli; jinsisti, barra minn hekk, fuq l-importanza li jiġi żgurat involviment attiv mir-reġjuni kollha, bl-għan li jiġi żviluppat strument effettiv li jirrifletti d-diversità globali tar-realtajiet legali, soċjali u ekonomiċi li jaffettwaw id-drittijiet tal-bniedem u li jibbaża fuq l-aħjar prattiki implimentati fil-livell domestiku u reġjonali; iħeġġeġ lill-organizzazzjonijiet reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem u ekonomiċi, kif ukoll lill-awtoritajiet, biex jgħinu jiffaċilitaw dan l-involviment universali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-impenn tal-UE u tal-Istati Membri fil-proċess tan-NU</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li l-UE għandha impenn ibbażat fuq it-Trattat li tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u soluzzjonijiet multilaterali fin-NU għal problemi komuni, li għad irid jiġi rifless fil-parteċipazzjoni tagħha fl-OEIGWG b’mandat ta’ negozjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jirrikonoxxi l-OEIGWG bħala l-uniku forum globali u multilaterali fejn qed jiġu diskussi regoli obbligatorji dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem u, għalhekk, iqis li huwa kruċjali li l-UE li tinvolvi ruħha b’mod attiv f’dan il-proċess, flimkien ma’ massa kritika ta’ membri tan-NU, sabiex jintlaħaq eżitu bbażat fuq il-kunsens li jista’ jibbaża fuq appoġġ wiesa’ madwar id-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja li l-aħħar żviluppi normattivi fil-livell tal-UE dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem huma passi inizjali importanti biex jiġi indirizzat l-aċċess għall-ġustizzja u d-drittijiet tal-vittmi, li jinsabu fiċ-ċentru tal-LBI bħala trattat ewlieni dwar id-drittijiet tal-bniedem; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq in-natura, l-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni komplementari, kif ukoll il-ħtieġa ta’ koerenza bejn iż-żewġ binarji normattivi, li se joperaw f’livelli differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha tinvolvi ruħha b’mod attiv fin-negozjati li għaddejjin, b’mod partikolari biex tkompli tiżviluppa l-abbozz tal-LBI, filwaqt li tiffoka fuq il-vittmi ta’ abbużi relatati man-negozju tul il-katina tal-valur, tneħħi l-ostakli għall-ġustizzja u r-rimedju effettiv, tiżgura kundizzjonijiet ekwi u ċertezza tad-dritt għan-negozji, filwaqt li tqis il-karattru partikolari tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), u ssaħħaħ il-kooperazzjoni billi tuża l-perspettivi internazzjonali u l-aħjar prattiki; iqis li dan l-involviment fl-aħħar mill-aħħar jikkontribwixxi biex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar aħjar tad-drittijiet tal-bniedem fuq livell internazzjonali, filwaqt li jikkontribwixxi bl-istess mod għal kundizzjonijiet ekwi internazzjonali u jipprovdi strument globali li jkun kemm appoġġjat b’mod wiesa’ kif ukoll ratifikat fost l-istati fir-reġjuni kollha, inkluż iżda mhux limitat għall-Unjoni Ewropea, u li jibqa’ rilevanti fid-dawl tat-theddid għad-drittijiet tal-bniedem li qed jevolvi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-impenn tal-Kunsill li l-UE se ssaħħaħ l-impenn tagħha u tipparteċipa b’mod attiv fl-OEIGWG; iqis, madankollu, li l-uniku mod sinifikattiv u tanġibbli biex jiġi ppromulgat dan l-impenn iddikjarat huwa billi jiġi adottat mandat tal-UE għan-negozjati; iħeġġeġ lill-Kunsill, għalhekk, jadotta mandat ambizzjuż għan-negozjati malajr kemm jista’ jkun sabiex l-UE tkun tista’ tipparteċipa b’mod attiv fin-negozjati bl-għan li ssawwar l-LBI futur; jisħaq li l-pożizzjoni tal-UE trid timmira għal dispożizzjonijiet b’saħħithom f’termini ta’ mekkaniżmi ta’ infurzar u monitoraġġ, kif ukoll fir-rigward tal-aċċess għall-ġustizzja għal dawk affettwati minn ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, sadanittant, jinvolvu ruħhom fil-proċess fuq bażi individwali filwaqt li jikkoordinaw il-pożizzjonijiet tagħhom matul in-negozjati, sabiex jiddefendu pożizzjoni tal-UE b’saħħitha, komuni u ċara, filwaqt li jippreżentaw b’mod kostruttiv l-inizjattivi leġiżlattivi li għandhom l-għan li jirregolaw l-attivitajiet kummerċjali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi relatati mal-klima, filwaqt li juru apprezzament għall-progress li sar s’issa; jistenna li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni, b’mod partikolari d-Delegazzjoni tal-UE għan-NU f’Ġinevra, ikollhom rwol proattiv u kostruttiv f’dan il-proċess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom b’mod proattiv mal-istati msieħba kollha u jinkludu s-suġġett fid-djalogi tagħhom ma’ pajjiżi mhux tal-UE u organizzazzjonijiet reġjonali, b’mod partikolari fil-qafas tad-djalogi strutturati tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-UE tilħaq, b’mod partikolari, lis-sħab ewlenin li bħalissa qed jiżviluppaw l-oqfsa tagħhom stess dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem fil-livell nazzjonali, bħall-Brażil u l-Ġappun, u fil-livell reġjonali, bħall-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Elementi għal pożizzjoni tal-UE dwar l-LBI</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-abbozz aġġornat tal-LBI, ippubblikat f’Lulju 2023, u jqis li joffri bażi soda u promettenti għall-avvanz tan-negozjati, filwaqt li jirrikonoxxi wkoll il-ħtieġa għal titjib u allinjament mal-UNGPs, il-Linji Gwida tal-OECD u standards internazzjonali attwali oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jemmen li l-UE għandha tistinka għal LBI li jkun kompatibbli mal-iżviluppi normattivi li għaddejjin fil-livell tal-UE u komplementari għalihom, u b’hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ qafas legali globali aktar koerenti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jappoġġja kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ għal-LBI li jiżgura li r-responsabbiltà tapplika tul il-ktajjen tal-valur globali; iqis li l-fatt li l-istati partijiet jingħataw il-flessibbiltà li jiddifferenzjaw, skont il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom, kif l-intrapriżi kummerċjali, b’mod partikolari l-SMEs, iwettqu l-obbligi ta’ prevenzjoni skont l-LBI, b’mod proporzjonat mad-daqs, is-settur, is-sjieda, il-kuntest operattiv u s-severità tal-impatti tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem, jipprovdi flessibbiltà importanti għall-adattament nazzjonali u jkun konsistenti mal-kamp ta’ applikazzjoni universali tal-UNGPs; jenfasizza li f’ħafna reġjuni tad-dinja, l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (MSMEs) spiss huma l-forza mexxejja tal-ekonomiji lokali; jissottolinja li l-MSMEs jirrappreżentaw 90 % tan-negozji, 60 sa 70 % tal-impjiegi u 50 % tal-prodott domestiku gross madwar id-dinja; itenni l-importanza li jiġi żgurat li l-obbligi u r-rekwiżiti fl-istrument ikunu proporzjonati mad-daqs, ir-riżorsi u l-ingranaġġ tal-kumpaniji, u jitlob lill-UE tipprovdi salvagwardji għall-MSMEs fin-negozjati dwar l-istrument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jemmen li l-attivitajiet kummerċjali għandhom jinftiehmu f’konformità mal-UNGPs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinsisti li ambitu wiesa’ ta’ strumenti internazzjonali, inklużi iżda mhux limitati għad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, it-trattati internazzjonali ewlenin kollha dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, għandhom ikunu koperti taħt l-LBI, f’konformità mal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li diversi referenzi għall-ambjent u t-tibdil fil-klima, inkluż fir-rigward tar-responsabbiltà, tneħħew mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-LBI fl-aħħar abbozz; iqis li l-UE u l-Istati Membri għandhom jistinkaw biex l-impatt ambjentali u klimatiku tal-attivitajiet kummerċjali jiġi inkluż fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-LBI, f’konformità mal-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-ambizzjoni tal-UE f’dan il-qasam, u għalhekk jirriflettu r-realizzazzjoni dejjem akbar tal-impatt tal-attivitajiet kummerċjali fir-rigward tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali, li min-naħa tagħhom għandhom impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li l-LBI għandu jipprevedi qafas ambizzjuż, komprensiv, reattiv u obbligatorju għall-prevenzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-korporazzjonijiet, b’mod partikolari billi jistabbilixxi l-obbligu għall-istati partijiet li jadottaw miżuri leġiżlattivi, regolatorji u miżuri oħra xierqa u effettivi biex jipprevjenu l-abbuż korporattiv u jiżguraw il-prattika tad-diliġenza dovuta ambjentali u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem mill-intrapriżi kummerċjali kollha; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-fatt li l-istati partijiet jingħataw il-flessibbiltà li jadattaw l-oqfsa preventivi tagħhom għas-sistemi legali tagħhom stess, filwaqt li jippreżervaw il-primazija tad-drittijiet tal-bniedem, ikun fattur ewlieni fl-iżgurar ta’ aderenza wiesgħa mal-LBI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri biex jiżguraw, f’konformità mad-dispożizzjonijiet fl-ambitu tal-UNGPs, li l-qafas ta’ prevenzjoni tal-LBI jobbliga lill-atturi korporattivi jwettqu diliġenza dovuta msaħħa meta joperaw f’żoni fejn ir-riskju ta’ ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem ikun akbar, bħal żoni milquta minn kunflitti jew territorji taħt okkupazzjoni jew annessjoni, inkluż billi jiżdiedu referenzi għad-dritt umanitarju internazzjonali, il-liġi kriminali internazzjonali u dritt konswetudinarju internazzjonali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-LBI; jemmen li l-LBI għandu jindirizza wkoll aspetti relatati mal-attivitajiet korporattivi f’żoni milquta minn diżastri jew fir-rigward ta’ komunitajiet vulnerabbli għat-tibdil fil-klima, li qed isiru dejjem aktar rilevanti fil-kuntest tal-kriżi klimatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jemmen li l-obbligu għall-kumpaniji li jadottaw approċċ ibbażat fuq ir-riskju u jwettqu valutazzjonijiet regolari tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem qabel u matul l-operazzjonijiet, u li jqisu l-ħtiġijiet ta’ dawk f’riskju akbar, jikkostitwixxu elementi partikolarment importanti għall-qafas ta’ prevenzjoni tal-LBI, inkluż billi jintegraw perspettiva tal-ġeneri, iżda anke billi jitqiesu kwistjonijiet li jikkonċernaw gruppi f’riskju ta’ vulnerabbiltà jew emarġinazzjoni, bħall-komunitajiet indiġeni u tradizzjonali, il-minoranzi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jitlob li l-LBI jipprovdi rwol ċentrali lill-partijiet ikkonċernati affettwati, b’mod partikolari permezz tal-obbligu li tiġi promossa l-parteċipazzjoni attiva u sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi t-trade unions, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, il-popli indiġeni u l-organizzazzjonijiet ibbażati fil-komunità, kif ukoll is-settur privat, fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, politiki u miżuri oħra, b’attenzjoni speċjali għall-aċċess għall-ġustizzja u r-rimedji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jitlob li l-LBI jipprovdi definizzjoni ta’ parteċipazzjoni attiva u sinifikattiva tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż permezz ta’ involviment interattiv imwettaq <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING>, fuq bażi kontinwa, b’segwitu xieraq, li jinvolvi l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta’ ostakli potenzjali għall-involviment, u jiżgura l-parteċipazzjoni sikura tal-partijiet ikkonċernati mingħajr biża’ ta’ rappreżalja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza għall-UE u l-Istati Membri li jiżguraw li l-LBI jinkludi d-dmir li jipproteġi d-drittijiet u s-sikurezza tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tad-difensuri tal-ambjent, tal-ġurnalisti, tal-ħaddiema u tal-popli indiġeni u ta’ gruppi emarġinati oħra, u biex jintegra l-kunsiderazzjoni għal dawn il-gruppi fl-istrument kollu; jinsisti, b’mod partikolari, fuq l-importanza li jiġi stabbilit il-prinċipju tal-kunsens liberu, minn qabel u infurmat tal-popli indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw l-inklużjoni fl-LBI tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni skont il-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni, filwaqt li jirrikonoxxu li l-korruzzjoni tiffaċilita, tipperpetwa u tistituzzjonalizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar ir-riskji tal-forum-shopping u l-impatt tiegħu fuq kundizzjonijiet ekwi, anke fil-kuntest tal-UE; iħeġġeġ strumenti fil-livell tal-UE biex itaffu dawn ir-riskji, inkluż mekkaniżmu ta’ monitoraġġ; jenfasizza, għalhekk, il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-pajjiżi jimplimentaw mekkaniżmi robusti u effettivi, iżda prattiċi u proporzjonali, ta’ infurzar u monitoraġġ tal-konformità; jinsisti, barra minn hekk, fuq ir-rekwiżit li l-istati partijiet iwettqu rapportar regolari u fil-fond; jinnota r-rwol potenzjali, f’dan ir-rigward, tal-proċessi adottati biex jiġu żviluppati pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-mandat tal-UE għandu jiżgura li r-rekwiżiti jitfasslu b’tali mod li jkunu jistgħu jiġu allinjati mal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistenna li l-UE u l-Istati Membri jippromwovu dispożizzjonijiet robusti dwar l-aċċess għall-ġustizzja, inkluż l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju bbażat fl-istat, fl-LBI, f’konformità mal-impenn tagħhom li jipproteġu lill-vittmi, jiġġieldu l-impunità u jiddefendu l-UNGPs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet tal-LBI dwar id-drittijiet tal-vittmi u d-detenturi tad-drittijiet jispjegaw il-mezzi biex jiġi żgurat id-dritt għal aċċess ġust, adegwat, fil-pront, mhux diskriminatorju, xieraq u sensittiv għall-ġeneru għall-ġustizzja, riparazzjonijiet individwali jew kollettivi u rimedju effettiv fir-rigward ta’ abbużi tad-drittijiet tal-bniedem ikkawżati jew ikkontribwiti minn kumpaniji; jinnota li dan għandu jinkludi d-dritt għal rimedju kollettiv, aċċess għal għajnuna legali, li wieħed jinstema’ fl-istadji kollha tal-proċedimenti, informazzjoni miżmuma minn intrapriżi kummerċjali kif definit fil-ġuriżdizzjonijiet ikkonċernati, u protezzjoni minn rappreżalji u rivittimizzazzjoni; iqis li fl-abbozz għandhom jiġu previsti mekkaniżmi biex jittaffa l-piż evidenzjarju fuq il-vittmi biex jiġi ffaċilitat id-dritt tal-vittma li jkollha aċċess għal rimedju; iqis ukoll li l-Istati partijiet għandhom jippermettu l-adozzjoni ta’ miżuri interim jew ta’ prekawzjoni f’każijiet urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinsisti li l-LBI għandu jinkludi d-dmir għall-istati partijiet li jiżviluppaw sistema komprensiva u adegwata ta’ responsabbiltà legali li tirreaġixxi għall-ħtiġijiet tal-vittmi, fir-rigward tar-rimedju, u proporzjonata għall-gravità tal-abbuż, filwaqt li tevita li tiffaċilita talbiet abbużivi; jinsisti, barra minn hekk, li l-LBI għandu jistabbilixxi kundizzjonijiet li fihom ir-responsabbiltà tal-kumpaniji tista’ tiġi stabbilita kif xieraq għall-ħsara li huma responsabbli għaliha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinsisti li l-LBI għandu jindirizza l-ostakli prattiċi u proċedurali li jħabbtu wiċċhom magħhom il-vittmi ta’ abbuż korporattiv meta jfittxu l-ġustizzja, fost l-oħrajn, billi jindirizza l-isfidi li jiffaċċjaw il-qrati meta jitolbu ġuriżdizzjoni f’varjetà ta’ sitwazzjonijiet, u jiżgura li l-istatuti tal-limitazzjonijiet ikunu adegwati u mhux restrittivi bla bżonn; jinsisti fuq l-importanza li tingħata attenzjoni xierqa lil persuni jew gruppi vulnerabbli jew emarġinati f’dan il-kuntest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-proposta għall-istabbiliment ta’ fond internazzjonali għall-vittmi taħt l-LBI li jipprovdi għajnuna legali u finanzjarja lill-vittmi li qed ifittxu aċċess għal rimedji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinsisti li l-LBI għandu jagħti biżżejjed setgħat lill-Konferenza tal-Partijiet biex tistabbilixxi mekkaniżmi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-LBI u tagħmel rakkomandazzjonijiet għal passi ulterjuri possibbli; iqis li l-kumitat stabbilit skont l-LBI għandu jingħata s-setgħa li jirċievi u jikkunsidra komunikazzjonijiet u lmenti minn individwi, komunitajiet jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar abbużi tad-drittijiet tal-bniedem minn intrapriżi kummerċjali koperti mil-LBI li jmorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-LBI, u li jikkonċernaw ksur minn stat parti ta’ kwalunkwe dritt stabbilit fl-LBI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ finanzjarju u tekniku tagħha għall-awtoritajiet nazzjonali f’pajjiżi mhux tal-UE dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari permezz ta’ (i) l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali fl-ambitu tal-UNGPs, (ii) l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi mhux ġudizzjarji, bħall-uffiċċji tal-ombudsman jew il-punti ta’ kuntatt nazzjonali, (iii) inizjattivi leġiżlattivi li għandhom l-għan li jipproteġu lill-informaturi u li jirregolaw l-attivitajiet kummerċjali fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u l-obbligi relatati mal-ambjent, u (iv) il-promozzjoni u l-forniment ta’ rimedji aċċessibbli u effiċjenti għall-vittmi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-appoġġ tagħha għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f’dawn l-oqsma;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u lill-President tal-Grupp ta’ Ħidma Intergovernattiv Miftuħ.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>