<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0043</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-impatt tas-sajd illegali fuq is-sigurtà tal-ikel – ir-rwol tal-Unjoni Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0433/2023 - Rapporteur: Nuno Melo)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar l-impatt tas-sajd illegali fuq is-sigurtà tal-ikel – ir-rwol tal-Unjoni Ewropea (2023/2027(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim tan-NU tal-1995 dwar il-Ħażniet ta’ Ħut,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim tal-1995 tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO) biex jippromwovi l-osservanza tal-miżuri internazzjonali ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni minn bastimenti tas-sajd f’ibħra internazzjonali.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-FAO tal-1995 għal Sajd Responsabbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali tal-FAO tal-2001 għall-Prevenzjoni, l-Iskoraġġiment u l-Eliminazzjoni tas-Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) Nru 188 dwar il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol fis-Sajd tal-14 ta’ Ġunju 2007,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (Ir-Regolament IUU),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim tal-FAO tal-2009 dwar miżuri tal-Istat tal-port li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Cape Town tal-2012 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll ta’ Torremolinos tal-1993 relatat mal-Konvenzjoni Internazzjonali ta’ Torremolinos għas-Sikurezza tal-Bastimenti tas-Sajd, 1977,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO għall-Prestazzjoni tal-Istat tal-Bandiera tal-2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Koalizzjoni tas-Sajd IUU tal-UE ta’ Diċembru 2021 bit-titlu “Seafood traceability: Aligning RFMO catch documentation schemes to combat IUU fishing” (Traċċabbiltà tal-Frott tal-Baħar: nallinjaw l-iskemi tad-dokumentazzjoni tal-qbid tal-RFMOs biex nikkumbattu s-sajd IUU),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-2022 mill-Kummissjoni bit-titlu “Studju dwar l-oqfsa leġiżlattivi u s-sistemi ta’ infurzar tal-Istati Membri rigward l-obbligi u s-sanzjonijiet għaċ-ċittadini b’rabta mal-ksur tar-regoli li jirriżultaw mir-Regolament IUU”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali 20/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-26 ta’ Settembru 2022, bit-titlu “Azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra s-sajd illegali – Hemm sistemi ta’ kontroll fis-seħħ iżda huma mdgħajfa minħabba kontrolli u sanzjonijiet mhux uniformi applikati mill-Istati Membri”, li jkopri l-politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-FAO tal-2022 bit-titlu “The State of World Fisheries and Aquaculture 2022: Towards Blue Transformation” (L-Istat tas-Sajd u l-Akkwakultura fid-Dinja 2022: Lejn Trasformazzjoni Blu),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Wegħda ta’ Alleanza ta’ Azzjoni dwar is-Sajd IUU biex jiġu stimulati l-ambizzjoni u l-azzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li ntlaħaq qbil dwarha fit-28 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) tal-2022 dwar is-Sussidji tas-Sajd, li jipprojbixxi s-sussidji tas-sajd dannużi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ gwida tal-FAO tal-2023 bit-titlu “Advancing end-to-end traceability – Critical tracking events and key data elements along capture fisheries and aquaculture value chains” (Avvanz tat-traċċabbiltà minn tarf sa tarf – Avvenimenti kritiċi ta’ traċċar u elementi ewlenin tad-data tul il-ktajjen tal-valur tas-sajd tal-qbid u tal-akkwakultura),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-linja gwida teknika tal-FAO tal-2023 bit-titlu “Implementation of the International Plan of Action to Prevent, Deter and Eliminate Illegal, Unreported and Unregulated Fishing – 1. Methodologies and indicators for the estimation of the magnitude and impact of illegal, unreported and unregulated fishing: Principles and approaches” (Implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni, l-Iskoraġġiment u l-Eliminazzjoni tas-Sajd Illegali, Mhux Irrappurtat u Mhux Irregolat – 1. Metodoloġiji u indikaturi għall-istima tad-daqs u l-impatt tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat: 1.1 Prinċipji u approċċi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-parir konġunt tal-Kunsill Konsultattiv għas-Swieq u tal-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal tal-21 ta’ April 2023 dwar il-ħtieġa ta’ kontrolli armonizzati tal-importazzjoni bejn l-Istati Membri sabiex jiġi evitat li l-prodotti tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) jidħlu fis-suq tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni (COM(2022)0453),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2023 dwar l-implikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tas-sajd Ċiniżi għas-sajd tal-UE u t-triq ’il quddiem<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0366.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU, b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 14 “Il-Ħajja Taħt l-Ilma: il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi tal-baħar għall-iżvilupp sostenibbli”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0433/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-UE, bħala attur globali ewlieni fis-sajd, bi flotta tas-sajd ta’ madwar 73 000 bastiment, u bħala l-akbar importatur fid-dinja ta’ prodotti tas-sajd, li jirrappreżentaw 34 % tal-kummerċ dinji totali fil-valur, u fejn kważi 70 % tal-prodotti tas-sajd ikkunsmati fl-UE huma importati, għalhekk għandha rwol ċentrali fil-ġlieda kontra s-sajd IUU madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi s-settur tas-sajd fl-UE jimpjega 124 000 sajjied direttament u jiġġenera EUR 6,3 biljun fi dħul kull sena;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi huwa diffiċli li tiġi stmata l-firxa tas-sajd IUU u l-valur ekonomiku tiegħu; billi studji sabu li l-kwantità globali ta’ qabdiet mhux irrappurtati kienet ta’ madwar 28 miljun tunnellata fl-2016, b’valur stmat ta’ USD 41 biljun; billi l-qabdiet illegali ġew stmati fil-bidu tas-snin 2000 li kienu bejn 10 u 26 miljun tunnellata ta’ ħut, b’valur stmat ta’ USD 10-23 biljun; billi fl-UE, il-prodotti maqbuda mill-IUU importati kull sena huma stmati li jammontaw għal madwar 500 000 tunnellata, b’valur ta’ EUR 1,1 biljun<FOOTNOTE><FIELD> Briefing – “Sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat”, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, 14 ta’ Ottubru 2022, https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/BRIE/2017/614598/EPRS_BRI(2017)614598_EN.pdf; Temple, Andrew J. et al., “Illegal, unregulated and unreported fishing impacts: A systematic review of evidence and proposed future agenda” (Impatti tas-sajd illegali, mhux irregolat u mhux irrapportat: rieżami sistematiku ta’ evidenza u aġenda futura proposta), <STRING ITALIC="on">Marine Policy</STRING> (Politika tal-Baħar), Volum 139, 2022, https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0308597X2200080X; Rapport Speċjali 20/2022 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-prattiki tas-sajd IUU għandhom impatt sinifikanti fuq is-sigurtà tal-ikel u l-opportunitajiet ta’ impjieg għall-komunitajiet kostali, filwaqt li jirrappreżentaw theddida kbira għall-ekosistemi tal-baħar u għall-istokkijiet tal-ħut, li toħloq theddida serja għall-għajxien tas-sajjieda u tal-komunitajiet kostali fl-Unjoni Ewropea u f’pajjiżi terzi, kif ukoll kompetizzjoni inġusta fis-suq tal-prodotti tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-UE hija impenjata li tilħaq il-mira tal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 14.4, li ttemm is-sajd IUU sal-2020, u li telimina, sa fejn ikun possibbli, l-importazzjoni ta’ prodotti li jirriżultaw minn sajd IUU li għadhom jidħlu fis-suq tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-flotta mbiegħda tal-UE qed tikkompeti ma’ ċerti flotot barranin li huma akkużati li jipprattikaw sajd IUU – inkluż ix-xogħol furzat, l-isfruttament tax-xogħol u t-traffikar tal-bnedmin – u b’hekk qed idgħajfu l-għajxien u d-drittijiet tal-bniedem tas-sajjieda madwar id-dinja u s-sostenibbiltà tal-istokkijiet tal-ħut, u li jbigħu prodotti tas-sajd bi prezz baxx lis-suq tal-UE, u b’hekk jrendu l-prodotti tal-UE ta’ kwalità għolja mhux kompetittivi; billi l-azzjoni tal-UE kontra l-IUU tikkontribwixxi biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-UE għandha qafas robust tal-leġiżlazzjoni dwar is-sajd, inklużi miżuri biex jittejbu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ, spezzjoni, kontroll u sorveljanza użati biex jiġi miġġieled is-sajd IUU;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi skont ir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-azzjoni tal-UE fil-ġlieda kontra s-sajd IUU, ir-regolament IUU tejjeb it-traċċabbiltà u saħħaħ il-kontroll tal-importazzjoni, wera li kien utli u wassal għal riforma pożittiva fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi kkonċernati; madankollu dan ir-rapport jikkonkludi li s-sistemi ta’ kontroll huma mdgħajfa minn kontrolli u sanzjonijiet mhux uniformi mill-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi d-diġitalizzazzjoni taċ-ċertifikati tal-qbid IUU permezz tas-sistema tal-IT CATCH se tnaqqas l-opportunitajiet għall-importazzjonijiet frawdolenti; billi, barra minn hekk, l-iskema ta’ ċertifikazzjoni tal-qbid tal-UE hija l-aktar komprensiva, meta mqabbla mal-iskemi tal-Istati Uniti u tal-Ġappun, li huma t-tieni u t-tielet l-akbar importaturi fid-dinja, rispettivament;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Artikolu 12 tar-Regolament IUU jipprojbixxi l-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd miksuba minn sajd IUU u pajjiżi terzi jistgħu jiġu identifikati bħala pajjiżi li ma jikkooperawx skont id-dispożizzjonijiet fl-Artikoli 31-36 tiegħu; billi l-UE għandha politika ta’ tolleranza żero dwar is-sajd IUU, li tapplika għall-aspetti kollha tas-sajd irrispettivament minn jekk iseħħx ġewwa jew barra l-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi bħalissa ħames pajjiżi terzi għandhom karta ħamra u tmienja karta safra; billi, madankollu, produttur ewlieni tal-frott tal-baħar, ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, qatt ma kien soġġett għal proċedura skont ir-Regolament IUU minkejja evidenza konsiderevoli tal-involviment sinifikanti u dejjem jikber tiegħu fis-sajd IUU u billi l-operazzjonijiet tiegħu mhux irregolati u mhux trasparenti tas-sajd joħolqu theddida sinifikanti għas-sopravivenza tar-riżorsi globali tas-sajd u tal-ktajjen tal-provvista;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd ipprovda appoġġ għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u infurzar, b’baġit totali ta’ EUR 580 miljun allokat għal dan;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) jipprovdi appoġġ importanti għall-attivitajiet ta’ monitoraġġ, kontroll u infurzar, b’objettiv speċifiku ta’ “trawwim ta’ kontroll u infurzar effiċjenti tas-sajd, inkluża l-ġlieda kontra s-sajd IUU” skont il-Prijorità 1 – It-trawwim ta’ sajd sostenibbli u r-restawr u l-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi akkwatiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-prodotti li jirriżultaw mis-sajd IUU joħolqu riskju għas-sigurtà tal-ikel taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea billi jimminaw l-aċċess għal ikel sikur, affordabbli, ta’ kwalità għolja u traċċabbli għal kulħadd;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi jirrikonoxxi li s-sajd IUU jaffettwa b’mod sproporzjonat lill-komunitajiet vulnerabbli u emarġinati, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi f’Marzu 2023, l-UE ngħaqdet mal-Alleanza ta’ Azzjoni dwar is-Sajd IUU;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jieħdu approċċ ta’ tolleranza żero għas-sajd IUU, billi japplikaw dan l-approċċ b’mod ugwali għall-pajjiżi kollha, irrispettivament mid-daqs, u jippromwovu sajd ekonomikament, ambjentalment u soċjalment sostenibbli bl-għan li jiġu miġġielda s-sajd eċċessiv, il-qerda tal-ekosistemi tal-baħar u l-kompetizzjoni inġusta għas-settur tas-sajd tal-UE, filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-ikel u tiġi ssalvagwardjata s-saħħa pubblika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li s-settur tas-sajd għandu rwol kruċjali fis-salvagwardja tas-sigurtà globali tal-ikel u n-nutrizzjoni u jipprovdi mezz ta’ għajxien għall-persuni li jgħixu fiż-żoni kostali; jissottolinja li l-Unjoni tagħti importanza kbira lill-iżvilupp sostenibbli tas-sajd globali u lill-eradikazzjoni tax-xogħol furzat, tat-traffikar u ta’ forom oħra ta’ abbużi, inkluż fis-settur tas-sajd; jirrikonoxxi l-impenn u l-konformità li wrew bosta sajjieda tal-UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-iżgurar li r-riżorsi tas-sajd jiġu ġestiti b’mod sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-ġlieda kontra s-sajd IUU tirrikjedi approċċ olistiku li jindirizza l-kawżi tas-sajd IUU, bħall-faqar, in-nuqqas ta’ alternattivi ekonomiċi u l-governanza dgħajfa f’xi reġjuni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha fi programmi ta’ bini tal-kapaċità u kooperazzjoni internazzjonali biex tgħin tindirizza dawn il-kwistjonijiet sottostanti u tippromwovi prattiki tas-sajd sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timpenja ruħha b’mod partikolari ma’ pajjiżi terzi li huma esportaturi sinifikanti ta’ prodotti tas-sajd lejn l-UE sabiex tiżgura li jimplimentaw miżuri għall-prevenzjoni tas-sajd IUU, fosthom regolamenti tax-xogħol u ambjentali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis sanzjonijiet jew miżuri kummerċjali oħra jekk pajjiżi terzi jonqsu milli jikkonformaw man-normi internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza teknika u tippromwovi l-bini tal-kapaċità, billi tuża l-mezzi kollha possibbli fil-qafas tal-politika komuni tas-sajd, f’konformità mal-għanijiet tal-UE dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani, biex tħeġġeġ u tappoġġja lill-Istati kostali li magħhom l-Unjoni żżomm djalogu biex jintensifikaw il-ġlieda tagħhom kontra s-sajd IUU u jsaħħu r-rekwiżiti ta’ sostenibbiltà u trasparenza fil-kundizzjonijiet għall-aċċess taż-żoni ekonomiċi esklużivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li, fl-10 ta’ Mejju 2023, tippubblika sit web li jkun fih data dwar l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti tal-UE li jistadu barra l-ilmijiet tal-UE u bastimenti mhux tal-UE li jistadu fl-ilmijiet tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tas-sajd ta’ pajjiżi terzi u lill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs) jadottaw miżuri simili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li r-Regolament il-ġdid dwar il-kontroll tas-sajd jirrikjedi li l-prodotti tas-sajd importati fl-UE u li jinqabdu fil-baħar jindikaw in-numru tal-IMO tal-bastiment tas-sajd, jew identifikatur uniku ieħor tal-bastiment jekk ma jkunx japplika n-numru tal-IMO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jilqa’ l-Wegħda ta’ Alleanza ta’ Azzjoni dwar is-Sajd IUU biex jiġu stimulati l-ambizzjoni u l-azzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li ntlaħaq qbil dwarha fit-28 ta’ Ġunju 2022; jilqa’ l-fatt li l-Unjoni Ewropea reċentement issieħbet fl-Alleanza ta’ Azzjoni dwar is-Sajd IUU; iħeġġeġ lill-membri tal-Alleanza jikkoordinaw is-sistemi nazzjonali tagħhom għall-ġlieda kontra s-sajd IUU u, b’mod partikolari, jeżaminaw il-possibbiltà li b’mod konġunt joħorġu “karti sofor” u “karti ħomor”, jew strumenti simili oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu riċerka xjentifika rigoruża u ġbir ta’ data biex jinftiehmu aħjar l-impatti speċifiċi tas-sajd IUU fuq is-sigurtà tal-ikel, fuq l-ekonomiji lokali u fuq l-ambjent; jistieden lill-Kummissjoni talloka finanzjament u riżorsi għal tali riċerka u taġġorna regolarment il-valutazzjonijiet tagħha biex tinforma t-tfassil tal-politika bbażat fuq l-evidenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jissottolinja li r-regolamenti IUU tal-UE jridu jiġu implimentati f’approċċ armonizzat, li jiżgura l-istess livell ta’ implimentazzjoni fl-Istati Membri kollha, li jagħmilha aktar effettiva meta jintużaw u jipprevjeni kwalunkwe lakuna potenzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jitlob li l-Kummissjoni tiżgura li l-linji gwida tal-UE dwar l-implimentazzjoni tar-Regolamenti IUU tal-UE jridu jipprovdu gwida dwar kif tittejjeb l-implimentazzjoni tar-Regolament IUU tal-UE fl-Istati Membri li jonqsu milli jirrispettaw ir-rekwiżiti tar-Regolament u kif l-aħjar tiġi vverifikata l-informazzjoni pprovduta fir-rapporti biennali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu introdotti aktar kontrolli fuq l-importazzjoni biex jiġu protetti s-saħħa pubblika u l-kompetittività tal-industrija tas-sajd tal-UE billi jiġu implimentati miżuri u sanzjonijiet b’saħħithom u f’waqthom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jirrimarka li l-Istati Membri jeħtiġilhom jallokaw biżżejjed kapaċità u riżorsi biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva tal-kontrolli tal-importazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Iħeġġeġ lill-awtoritajiet nazzjonali jiżguraw implimentazzjoni adegwata tar-Regolament IUU sabiex jagħtu eżempju ta’ prattika tajba għal Stati Membri oħra, jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta’ sistema adegwata ta’ traċċabbiltà u jiżguraw prattiki tas-sajd responsabbli, itejbu s-sikurezza fuq il-baħar u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-bastimenti tas-sajd, u jtejbu r-rappurtar preċiż tal-qabdiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha tipprovdi appoġġ adegwat lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-kontroll tal-importazzjonijiet tal-prodotti tas-sajd, filwaqt li jinnota li dan l-appoġġ jista’ jinkludi, fejn disponibbli, l-elaborazzjoni ta’ lista tal-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni li japplikaw f’pajjiżi mhux tal-UE u l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dettaljata dwar in-nuqqasijiet identifikati fil-kuntest tal-implimentazzjoni tar-Regolament IUU tal-UE fir-rigward ta’ pajjiżi mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li l-Kummissjoni jeħtiġilha tipprovdi, flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd u f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri, appoġġ ulterjuri lill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward ta’ kif l-aħjar jiġi implimentat ir-Regolament IUU, u dan l-appoġġ għandu jieħu l-forma ta’ gwida, skambji ta’ prattiki tajba, taħriġ, u simili, li jippermetti wkoll lis-sajd nazzjonali jerġa’ jikseb il-kompetittività tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jużaw il-FEMSA biex jiżguraw li dan il-Fond jipprovdi l-appoġġ immirat meħtieġ lis-sajjieda fuq skala żgħira u artiġjanali, li spiss jiffaċċjaw sfidi uniċi biex jikkonformaw mar-regolamenti IUU; jisħaq li dawn is-sajjieda għandhom rwol kritiku fis-sigurtà tal-ikel lokali u għandhom jirċievu l-assistenza li jeħtieġu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora għażliet għall-appoġġ tal-komunitajiet affettwati fl-Istati Membri; jirrikonoxxi li t-tranżizzjoni lejn prattiki tas-sajd sostenibbli tista’ twassal għal tfixkil ekonomiku u telf ta’ impjiegi, u għalhekk jappella għal miżuri li jipproteġu l-għajxien ta’ dawk li jiddependu mill-industrija tas-sajd, bħat-taħriġ vokazzjonali u l-appoġġ għat-tranżizzjoni finanzjarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jenfasizza li huwa l-obbligu tal-Kummissjoni li tiżgura l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni konsistenti tal-proċeduri ta’ kontroll tal-importazzjoni madwar l-UE, inklużi l-kontrolli taċ-ċertifikati tal-qbid, approċċ ibbażat fuq ir-riskju, verifiki u l-bidu ta’ proċeduri ta’ ksur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>F’konformità mal-ftehim reċenti dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd, iħeġġeġ li jiġu introdotti miżuri ta’ monitoraġġ elettroniku mill-bogħod fl-ilmijiet mhux tal-UE sabiex jiġi indirizzat is-sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistenna lill-Kummissjoni tappoġġja l-innovazzjoni u r-riċerka biex tiżviluppa strumenti ta’ monitoraġġ, traċċar u ġeolokalizzazzjoni għall-bastimenti fl-ibħra internazzjonali billi tappoġġja l-implimentazzjoni ta’ inizjattivi internazzjonali mfassla biex jikkoordinaw is-sistemi tad-data u jipprovdu data kompluta u preċiża u informazzjoni trasparenti dwar il-post, l-oriġini u l-attività tal-bastimenti tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Ifakkar lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġu armonizzati l-kontrolli tal-importazzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi evitat li prodotti tas-sajd IUU jidħlu fis-suq tal-UE u jħeġġeġ b’saħħa lill-Kummissjoni tieħu azzjoni ulterjuri f’dan ir-rigward; jisħaq li l-Unjoni Ewropea għandha bżonn ittejjeb il-kontroll u l-infurzar biex tiġġieled ix-xogħol furzat kemm fl-industrija tas-sajd kif ukoll fl-industrija tal-ipproċessar ta’ prodotti importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-Ftehim ta’ Cape Town tal-IMO tal-2012, il-Ftehim tal-FAO tal-2009 dwar Miżuri tal-Istat tal-Port, il-Protokoll tal-ILO għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930 (Nru 29) u l-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-Xogħol fis-Sajd (Nru 188) huma strumenti importanti biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u jgħinu fil-prevenzjoni ta’ forom inaċċettabbli ta’ xogħol għas-sajjieda kollha, speċjalment ix-xogħol furzat, it-traffikar u abbużi oħra, u fil-ġlieda kontra s-sajd IUU; jistieden lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw, jew jaderixxu ma’ dawn il-konvenzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid is-sensibilizzazzjoni dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fis-settur tas-sajd; jissottolinja li s-settur tas-sajd f’żoni ġeografiċi speċifiċi għandu riskju ogħla ta’ xogħol furzat impost mill-awtoritajiet tal-istat; iħeġġeġ li meta jiġi identifikat ix-xogħol furzat, il-prodotti li jirriżultaw minnu għandhom ikunu pprojbiti milli jidħlu fis-suq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jeżiġi li l-Kummissjoni tieħu miżuri biex twaqqaf l-użu ta’ bnadar ta’ konvenjenza; jitlob li jkun hemm aċċess faċli għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tal-bastimenti tas-sajd, irrispettivament mill-bandiera tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb is-sistema tagħha għall-identifikazzjoni ta’ bastimenti involuti f’sajd IUU, kif previst fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/1184, sabiex il-pajjiż ta’ oriġini ta’ bastiment ikun jista’ jiġi identifikat anke jekk l-Istat tal-bandiera tagħha ma jkunx ċar u sabiex il-bastimenti li fuqhom ikun instab ksur tad-drittijiet tal-bniedem jiġu inklużi wkoll;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li r-Regolament rivedut dwar il-Kontroll tas-Sajd jipprojbixxi, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet, lill-operaturi tal-Unjoni, inklużi s-sidien benefiċjarji, milli jippossjedu, joperaw jew jiġġestixxu bastimenti rreġistrati taħt il-bandiera ta’ pajjiżi li jkun inħarġilhom karta ħamra għan-nuqqas ta’ kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu bażijiet ta’ data komprensivi li jiġbru u jirreġistraw informazzjoni dwar is-sidien benefiċjarji ta’ bastimenti rreġistrati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw mal-awtoritajiet rilevanti biex jiżguraw il-preċiżjoni tad-data miġbura dwar is-sjieda benefiċjarja tal-bastimenti sabiex jiffaċilitaw it-tiswir tal-politiki u l-infurzar tar-Regolament rivedut dwar il-Kontroll tas-Sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem malajr biex tiżgura li s-sistema tal-IT CATCH tkun kompletament operattiva u li l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri jkunu kompletament familjari mal-użu tagħha fi żmien sentejn mid-data tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament rivedut dwar il-Kontroll tas-Sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tagħmel mezz li jkollha biżżejjed riżorsi umani sabiex tiżgura twassil aktar rapidu u effettiv tas-sistema tal-IT imsemmija hawn fuq fl-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ bil-qawwa l-istabbiliment tas-sistema l-ġdida tal-IT CATCH mir-Regolament rivedut dwar il-Kontroll tas-Sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Iħeġġeġ li fl-iterazzjonijiet li jmiss tas-sistema tal-IT CATCH jiġu inklużi mingħajr dewmien kriterji tar-riskju u kontroverifiki tad-data aktar komprensivi, kif jirrakkomanda l-Kunsill Konsultattiv għall-Flotta ta’ Distanzi Twal; iqis li sabiex tiġi żgurata tellieqa sal-quċċata, il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li l-valutazzjoni tar-riskju applikata f’CATCH tkun mill-inqas dettaljata daqs dawk applikati fl-Istati Membri li diġà għandhom sistema elettronika biex jivverifikaw iċ-ċertifikati tal-qbid; iqis li sadanittant, il-Kummissjoni jeħtiġilha tiżgura li jkun hemm interoperabbiltà bejn CATCH u s-sistemi tal-IT nazzjonali mingħajr ma żżid il-piż fuq l-operaturi ekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-għadd ta’ persunal li jaħdem fuq il-governanza tal-oċeani u s-sajd IUU fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-proċeduri meħtieġa jiġu stabbiliti bi tħejjija għall-adozzjoni legali tas-sistema tal-IT CATCH u jiżguraw li s-sistema tkun lesta għall-użu malajr kemm jista’ jkun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi ta’ kontroll tagħhom għall-prevenzjoni tal-importazzjoni ta’ prodotti tas-sajd illegali u jieħdu l-azzjoni meħtieġa; jilqa’ t-traċċabbiltà sħiħa tal-prodotti tas-sajd friski, iffriżati u pproċessati kif miftiehem fir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontroll tas-Sajd, li jista’ jikkontribwixxi biex tiżdied is-sikurezza tal-ikel fl-UE u jagħmel pressjoni biex pajjiżi terzi jżidu t-traċċabbiltà biex jippermettu li l-prodotti tas-sajd tagħhom jidħlu fis-suq tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza l-importanza ta’ traċċabbiltà mtejba għall-prodotti tal-ikel kollha tas-sajd u tal-akkwakultura sabiex il-konsumaturi jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati meta jixtru dawn il-prodotti; jemmen li għandu jiġi kkunsidrat tikkettar aktar speċifiku u trasparenti, li jindika b’mod ċar il-mogħdijiet tal-prodotti mill-produzzjoni sal-platt, kemm għall-prodotti tal-UE kif ukoll għal dawk mhux tal-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jniedu kampanji ta’ promozzjoni xierqa għall-prodotti tal-frott tal-baħar, sabiex jissensibilizzaw lill-konsumaturi dwar x’qed jixtru u dwar il-miżuri ta’ traċċabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw malajr ir-Regolament il-ġdid dwar il-Kontroll tas-Sajd sabiex jikkonformaw mal-obbligu legali tagħhom li jkollhom sanzjonijiet effettivi, proporzjonati u dissważivi kontra s-sajd IUU, u b’hekk inaqqsu l-inċentivi għall-prattika tas-sajd IUU u jiskoraġġixxu kwalunkwe ksur futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-kooperazzjoni multilaterali u politika globali koerenti fir-rigward tal-IUU, il-kummerċ u l-governanza tal-oċeani huma essenzjali biex is-sajd IUU jiġi miġġieled b’mod effiċjenti; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tkompli tħeġġeġ lis-sħab tagħha, permezz tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli tagħha, il-politika tagħha dwar is-sajd IUU, fl-RFMOs u fid-WTO, u tintensifika l-kooperazzjoni tagħha mal-Istati Uniti tal-Amerka, mar-Renju Unit, mal-Ġappun u ma’ atturi ewlenin oħra fil-politika tas-sajd u tal-oċeani permezz ta’ strumenti diplomatiċi u kummerċjali, u tħeġġeġ lil pajjiżi oħra mhux tal-UE jadottaw leġiżlazzjoni u miżuri robusti biex jiġġieldu s-sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-infurzar effettiv tar-regolamenti dwar is-sajd IUU jirrikjedi kollaborazzjoni bejn l-Istati Membri u approċċ koordinat fil-livell tal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, iżżid l-isforzi ta’ koordinazzjoni biex tiġġieled is-sajd IUU, taqsam l-aħjar prattiki u tarmonizza l-attivitajiet ta’ infurzar fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza li titrawwem il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-partijiet ikkonċernati tal-komunità fil-ġlieda kontra s-sajd IUU; jissottolinja l-importanza tal-involviment tal-partijiet interessati għall-aħjar implimentazzjoni possibbli tar-Regolament IUU; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha ma’ dawn il-partijiet ikkonċernati sabiex tippromwovi prattiki tas-sajd sostenibbli u tiżgura li l-ilħna tal-komunitajiet affettwati jinstemgħu fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jitlob li jiġi stabbilit programm komprensiv ta’ protezzjoni tal-informaturi fi ħdan l-UE biex persuni b’għarfien dwar l-attivitajiet tas-sajd IUU jiġu mħeġġa jippreżentaw ruħhom u jipprovdu informazzjoni kruċjali; jissottolinja li tali programm għandu jinkludi salvagwardji legali, anonimità u inċentivi għall-informaturi biex jirrapportaw ksur mingħajr biża’ ta’ ritaljazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jippromwovu prattiki kummerċjali ġusti fis-settur tas-sajd biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwi ġenwini bejn il-prodotti tas-sajd tal-UE u l-prodotti tas-sajd ta’ pajjiżi terzi; huwa tal-fehma li l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw l-implimentazzjoni ta’ miżuri kummerċjali li jqisu l-istandards ambjentali u tax-xogħol tal-prodotti li jkunu qed jiġu importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżommu lura milli jagħtu aċċess preferenzjali għas-suq lin-nazzjonijiet assoċjati ma’ prattiki tas-sajd IUU u ksur serju tax-xogħol, inkluż l-użu tax-xogħol furzat; iqis li l-UE għandha tistinka biex tistabbilixxi kundizzjonijiet ekwi ġenwini bejn il-frott tal-baħar prodott fl-UE u dak prodott f’pajjiżi terzi; iqis li b’mod speċifiku, l-istrument awtonomu tal-kwoti tariffarji, li huwa indispensabbli sabiex tiġi żgurata l-kompetittività tal-industrija tal-ipproċessar tal-Unjoni u jiġi evitat li l-produzzjoni mill-Unjoni ta’ prodotti tas-sajd tiġi mfixkla billi jiggarantixxi provvista adegwata ta’ prodotti tas-sajd għall-industrija, għandu jintuża esklużivament f’każijiet fejn il-provvista tal-frott tal-baħar għas-swieq tal-UE ma tkunx biżżejjed u li ma għandux jintuża biex jiġu importati prodotti li ġejjin minn sajd IUU jew biex issir pressjoni fuq il-prezzijiet ta’ prodotti manifatturati fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura l-implimentazzjoni konsistenti u stretta tal-karti ħomor u sofor, mingħajr ma tqis id-daqs tal-pajjiż jew l-influwenza ekonomika u kummerċjali. F’dan ir-rigward, kif mitlub fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew “L-implikazzjonijiet tal-operazzjonijiet tas-sajd Ċiniżi għas-sajd tal-UE u t-triq ’il quddiem” (A9-0282/2023), jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-inizjattivi Ċiniżi kollha mmirati lejn il-ġlieda kontra s-sajd IUU, u fid-dawl ta’ tali valutazzjonijiet, tieħu azzjonijiet xierqa skont ir-Regolament IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jisħaq li l-bażijiet tad-data IUU disponibbli jbatu minn nuqqas ta’ trasparenza, jiġifieri ismijiet, oriġini jew sjieda mhux magħrufa tal-bastimenti, li jikkawża telf ta’ introjtu, b’mod partikolari f’pajjiżi foqra; jenfasizza li l-korpi internazzjonali involuti fil-ġlieda kontra s-sajd IUU għandhom jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ kontroll tas-sajd IUU tagħhom ma’ bażijiet tad-data elettroniċi kondiviżi, strateġiji ċari u pjanijiet strutturati li jirriżultaw fl-aktar livell baxx possibbli ta’ prattiki tas-sajd IUU fil-livell internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-kondiviżjoni sistematika u f’waqtha tal-informazzjoni, inkluż dwar kunsinni rifjutati, biex b’hekk jippermettu lill-awtoritajiet japplikaw u jinfurzaw aħjar il-liġi; jissottolinja li l-Ftehim tal-FAO dwar il-Miżuri tal-Istat tal-Port jista’ jassisti f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li l-RFMOs urew li huma utli fil-ġlieda kontra s-sajd illegali; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi b’mod attiv l-istabbiliment ta’ RFMOs aktar rilevanti; iħeġġeġ lill-Istati Membri jippromwovu l-inizjattivi tal-FAO u tal-RFMOs rilevanti mmirati lejn il-ġlieda kontra l-attivitajiet tas-sajd IUU u l-iskambju ta’ informazzjoni relatata mal-bastimenti tas-sajd issuspettati b’tali attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jisħaq li l-iskemi multilaterali tad-dokumentazzjoni tal-qbid li huma mfassla u maqbula mill-partijiet kontraenti tal-RFMOs u mill-partijiet mhux kontraenti li jikkooperaw, u li jirrikjedu li informazzjoni kritika dwar kunsinna tiġi rreġistrata u trasferita tul il-katina tal-provvista, urew li huma għodod effettivi biex tittejjeb it-traċċabbiltà u jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra s-sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Ifakkar fl-objettivi li jiġu protetti mill-inqas 30 % tal-oċeani sal-2030; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li qabel l-2030 ikun hemm fis-seħħ miżuri effettivi u li r-Regolament IUU jiġi implimentat għalkollox;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>