<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0045</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-prospettivi futuri</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0357/2023 - Rapporteur: Gabriel Mato)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u l-prospettivi futuri (2021/2169(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 3, 4, 5, 11, 13, 38, 39, 43 u 349,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu, tat-22 ta’ Novembru 2012 dwar is-sajd kostali fuq skala żgħira, is-sajd artiġjanali u r-riforma tal-Politika Komuni tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 419, 16.12.2015, p. 167.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 intitolata “Aktar ħut fl-ibħra? Miżuri biex jippromwovu l-irkupru tal-istokkijiet ’il fuq mir-Rendiment Massimu Sostenibbli (MSY), inklużi ż-żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut u ż-żoni tal-baħar protetti”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 129.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar li nilħqu l-objettivi tal-obbligu ta’ ħatt l-art skont l-Artikolu 15 tal-Politika Komuni tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 intitolata “Sajjieda għall-futur: Nattiraw ġenerazzjoni ġdida ta’ ħaddiema lejn l-industrija tas-sajd u niġġeneraw impjiegi fil-komunitajiet kostali”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 67.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar Strateġija “Mill-Għalqa sal-Platt” għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 5.5.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ April 2022 dwar il-futur tas-sajd fil-Kanal Ingliż, fil-Baħar tat-Tramuntana, fil-Baħar Irlandiż u fl-Oċean Atlantiku fid-dawl tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 434, 15.11.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2023 dwar is-sitwazzjoni tas-sajd fuq skala żgħira fl-UE u l-prospettivi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-3 ta’ Novembru 1976 dwar ċerti aspetti esterni tat-twaqqif fil-Komunità, b’effett li jiddekorri mill-1 ta’ Jannar 1977, ta’ żona tas-sajd li tinfirex sa 200 mil<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 105, 7.5.1981, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (Riżoluzzjoni ta’ The Hague tal-1976) u b’mod partikolari l-Anness VII tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 intitolata “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 intitolata “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2023 intitolata “Il-politika komuni tas-sajd illum u għada: Patt dwar is-Sajd u l-Oċeani lejn ġestjoni tas-sajd sostenibbli, ibbażata fuq ix-xjenza, innovattiva u inklużiva” (COM(2023)0103),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) tas-26 ta’ Settembru 2019 intitolat “Social data in the EU fisheries sector (STECF 19-03)” (Id-data soċjali fis-settur tas-sajd),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-STECF tal-10 ta’ Diċembru 2020 intitolat “Social dimension of the CFP (STECF 20-14)” (Id-dimensjoni soċjali tal-PKS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju ta’ Lulju 2021 li sar għall-Kumitat għas-Sajd intitolat “Impacts of the COVID-19 pandemic on EU fisheries and aquaculture” (Impatti tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-sajd u l-akwakultura tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-STECF tat-8 ta’ Diċembru 2021 intitolat “The 2021 Annual Economic Report on the EU Fishing Fleet (STECF 21-08)” (Ir-Rapport Ekonomiku Annwali tal-2021 dwar il-Flotta tas-Sajd tal-UE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ekonomiku marittimu nru 8/2020 tad-9 ta’ Marzu 2021 intitolat “The EU fishing fleet 2020: Trends and economic results” (Il-flotta tas-sajd tal-UE 2020: tendenzi u riżultati ekonomiċi” tad-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea, tas-7 ta’ Ottubru 2022 intitolat “Climate change and the common fisheries policy” (It-tibdil fil-klima u l-politika komunit tas-sajd)<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għall-Klima, għall-Infrastruttura u għall-Ambjent, Bastardie, F., Feary, D., Kell, L., <STRING ITALIC="on">et al.</STRING>, <STRING ITALIC="on">Climate change and the common fisheries policy – adaptation and building resilience to the effects of climate change on fisheries and reducing emissions of greenhouse gases from fishing: final report</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Bank Dinji tal-2017 intitolat “The Sunken Billions Revisited - Progress and Challenges in Global Marine Fisheries” (Il-biljuni mgħarrqa: progress u sfidi għas-sajd marittimu f’livell internazzjonali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kunsill għas-Sajd tal-Galicia, tat-8 ta’ Frar 2022, dwar ir-reviżjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0357/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Parlament diġà esprima l-fehmiet tiegħu fuq diversi karatteristiċi speċifiċi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) u billi dan ir-rapport jissejjes fuq relazzjonijiet settorjali preċedenti u joffri valutazzjoni kumplessiva tal-funzjonament tal-PKS u riflessjoni dwar il-prospettivi futuri, b’mod partikolari billi jikkonċentra prinċipalment fuq il-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-ġestjoni tas-sajd fl-ambitu tal-PKS;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Artikolu 39 tat-TFUE jistabbilixxi li l-PKS, fl-oqsma kollha tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar, għandha, fost ħwejjeġ oħra, tassigura livell ġust ta’ għajxien għall-komunità tas-sajd u tiggarantixxi d-disponibbiltà tal-provvisti (sigurtà tal-ikel); billi l-Artikolu 11 tat-Trattat TFUE, jistabbilixxi wkoll li r-rekwiżiti “għall-ħarsien tal-ambjent għandhom ikunu integrati fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet tal-Unjoni, partikolarment bl-għan li jinkoraġġixxu żvilupp sostenibbli”;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-PKS timmira li tiżgura “li l-attivitajiet tas-sajd u l-akkwakultura huma ambjentalment sostenibbli fit-tul u huma ġestiti b’mod li huwa konsistenti mal-objettivi li jinkisbu benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ta’ impjieg”; billi l-PKS tinkludi wkoll l-objettiv li “jingħata kontribut għad-disponibbiltà ta’ provvisti tal-ikel” u ssemmi l-objettivi bħal li timplimenta “l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema għall-ġestjoni tas-sajd sabiex tiżgura li l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd fuq l-ekosistema tal-baħar ikunu minimizzati”, “tikkontribwixxi għal standard tal-għajxien ġust għal dawk li jiddependu mill-attivitajiet tas-sajd, filwaqt li jittieħed kont tas-sajd kostali u l-aspetti soċjoekonomiċi” u “tippromwovi attivitajiet ta’ sajd kostali, b’kont meħud tal-aspetti soċjoekonomiċi”;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-fatt li jinkiseb l-objettiv ta’ konservazzjoni tal-istokkijiet sfruttati u, b’mod ġenerali, tal-objettivi ambjentali tal-PKS, ma jkunx biżżejjed biex jinkiseb is-suċċess tal-PKS;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi jixraq li jinżamm bilanċ bejn it-tliet pilastri tas-sostenibbiltà u jimtlew il-lakuni tad-dimensjoni soċjali tal-PKS;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-PKS għandha wkoll tikkontribwixxi għall-provvista tal-ikel sostenibbli għas-suq tal-UE u tnaqqas id-dipendenza ta’ dan is-suq mill-importazzjonijiet ta’ ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi s-sigurtà tal-ikel hija wieħed mill-għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli (SDGs); billi l-proteini tal-ħut għandhom valur strateġiku straordinarju u essenzjali għas-sigurtà tal-ikel; billi s-sajd tal-qbid huwa wieħed mis-sistemi bl-aktar impatt baxx għall-produzzjoni ta’ proteini mill-annimali;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Kummissjoni identifikat bħala objettiv strateġiku l-bżonn li jiġi prodott aktar ikel mill-oċeani; billi rapport tal-Grupp Xjentifiku ta’ Livell Għoli tal-2017, maħtur mill-Kummissarju ta’ dak iż-żmien, Karmenu Vella, jirrakkomanda li jiġi integrat paradigma ta’ trobbija u qbid responsabbli, fir-rigward tal-ikel li jkun ġej mill-oċeani, fl-aġendi politiċi ġenerali f’livell tal-UE u tas-sistemi globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi s-sajd tal-UE jirrappreżenta settur strateġiku għall-Unjoni, li jiġġenera direttament jew indirettament għadd konsiderevoli ta’ impjiegi fiż-żoni kostali u tas-sajd, jgħin jiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel u jżomm is-sostenibbiltà tal-ekonomija, peress li jgħaqqad l-impjiegi u l-mezzi ta’ sussistenza tal-popolazzjoni mat-territorju u mal-ħarsien tat-tradizzjonijiet kulturali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi s-sajd joħloq impjiegi kemm fuq il-baħar kif ukoll fuq l-art; billi xi reġjuni jiddependu mill-ħatt l-art li jseħħ fuq livell lokali biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ ħafna negozji u biex jinżammu ħajjin il-komunitajiet kostali;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-produtturi tal-ikel akkwatiku u l-industriji relatati jiżvolġu rwol fundamentali għas-soċjetà u għall-komunitajiet li jsostnu;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi s-sajd jagħti kontribut indispensabbli għas-sigurtà tal-ikel fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-objettivi maħsuba biex jassiguraw il-provvista tal-ikel permezz tas-sajd tal-UE u jiggarantixxu livell ta’ għajxien ġust jenħtieġ li jiżvolġu rwol aktar prominenti fl-ambitu tal-proċess deċiżjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi settur Ewropew tas-sajd fi stat ta’ saħħa tajjeb huwa fundamentali biex tonqos id-dipendenza mill-pajjiżi terzi, bħaċ-Ċina, għal dak li għandu x’jaqsam mal-provvista tal-ikel tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-oċeani għandhom jiġu rikonoxxuti bħala beni komuni tal-umanità fl-ambitu tan-negozjati internazzjonali taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-UE jenħtieġ li tippromwovi l-objettivi tal-PKS f’livell internazzjonali, u tistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni ekwi u tikkoopera mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali bil-għan li ttejjeb ir-rispett tar-regoli internazzjonali, inklużi l-miżuri fil-qasam tal-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, abbażi tal-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi hemm bżonn li tiġi definita politika ta’ ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd li tiddefendi l-aċċess kollettiv għal dawn ir-riżorsi, li tkun ibbażata prinċipalment fuq l-aspetti bijoloġiċi tagħhom u li tissarraf f’sistema ta’ koġestjoni tas-sajd li tqis il-kundizzjonijiet speċifiċi tar-riżorsi tas-sajd u taż-żoni tal-baħar rispettivi, bil-parteċipazzjoni effettiva ta’ dawk li jaħdmu fis-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi fil-komunikazzjoni tagħha intitolata “Il-politika komuni tas-sajd illum u għada: Patt dwar is-Sajd u l-Oċeani lejn ġestjoni tas-sajd sostenibbli, ibbażata fuq ix-xjenza, innovattiva u inklużiva”, il-Kummissjoni tipproponi li l-PKS tiġi implimentata aħjar pjuttost milli riveduta;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi huma u jadottaw il-pjanijiet pluriennali reġjonali suċċessivi mill-2016, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jimponu l-użu ta’ livelli ta’ mortalità mis-sajd ibbażati fuq ir-rendiment massimu sostenibbli (MSY) biss għall-istokkijiet prinċipali fil-mira; billi dawn il-pjanijiet jipprevedu wkoll aktar flessibbiltà u flessibbiltà neċessarja fl-ambitu ta’ dawn il-livelli ta’ mortalità ta’ referenza, b’mod partikolari biex jitqiesu l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet u l-attivitajiet tas-sajd (effetti tal-ispeċi bi kwota limitanti); billi fil-pjan pluriennali għall-Mediterran tal-Punent il-leġiżlatur iddeċieda, barra minn hekk, li jipposponi għall-2025 it-terminu għall-applikazzjoni tal-livelli ta’ mortalità mis-sajd ibbażati fuq ir-rendiment massimu sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi x-xjenzjati jirrikonoxxu li l-ksib kontemporanju tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet kollha hu, fil-prattika, impossibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-istat ta’ saħħa tal-istokkijiet tal-ħut ivarja skont l-ilmijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-miżuri tal-ġestjoni tas-sajd adottati fl-ambitu tal-PKS qed jagħtu l-frott, peress li qed jiżdied l-għadd ta’ stokkijiet tal-ħut sfruttati f’livelli sostenibbli, u dan qed jippermetti rendimenti ogħla għall-istokkijiet li kienu sfruttati b’mod eċċessiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-UE ma rrispettatx it-terminu tal-2020 biex tilħaq ir-rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għall-istokkijiet tal-ħut kollha; billi, madankollu, sar progress konsiderevoli lejn il-ksib tal-objettiv tar-rendiment massimu sostenibbli, b’mod partikolari fl-Atlantiku tal-Grigal u fil-Baħar Baltiku, fejn, fl-2020, 99 % tal-ħatt l-art li huwa ġestit biss mill-UE u li għalih kien disponibbli parir xjentifiku, kien “stokkijiet ġestiti b’mod sostenibbli”;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-UE impenjat ruħha tirrispetta l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti, li tinkludi l-SDG nru 14, jiġifieri “konservazzjoni u użu b’mod sostenibbli tal-oċeani, tal-ibħra u tar-riżorsi tal-baħar għal żvilupp sostenibbli”;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-reviżjoni tal-PKS fl-2013 wasslet għal bidla importanti fil-paradigma f’deċennji ta’ ġestjoni tas-sajd, billi imponiet li l-qabdiet kollha, b’mod partikolari dawk ta’ speċijiet barra mill-kwota jew ta’ ħut taħt id-daqs, jinżammu abbord il-laneċ tas-sajd u jinħattu l-art; billi, madankollu, dan l-istrument, li kien maħsub biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-objettiv tal-eliminazzjoni progressiva tal-iskartar tal-qabdiet mhux mixtieqa fl-attivitajiet tas-sajd, jidher li sar objettiv għalih waħdu;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-obbligu ta’ ħatt l-art jostakola ħafna l-kapaċità li l-attivitajiet tas-sajd imħallat jirrendu qligħ, b’mod partikolari minħabba l-fatt li s-sajjieda jkollhom jirranġaw fi gruppi u jaħżnu abbord il-ħut ta’ valur baxx jew mhux kummerċjalizzabbli, u dan iżid ix-xogħol, inaqqas il-ħin għall-mistrieħ u jillimita l-ispazju ta’ ħżin abbord il-laneċ; billi l-obbligu ta’ ħatt l-art jirriskja wkoll li jirriżulta f’sottoutilizzazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd leġittimi għal ċerti stokkijiet, peress li l-laneċ tas-sajd ikollhom iwaqqfu kwalunkwe attività tas-sajd ladarba tkun eżawrita l-kwota tagħhom għal stokk wieħed (speċi bi kwota limitanti);
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-livell ta’ qabdiet mhux mixtieqa huwa ferm varjabbli fid-diversi attivitajiet tas-sajd; billi l-implimentazzjoni tad-diversi flessibbiltajiet previsti mill-Artikolu 15 tar-Regolament Bażiku tal-PKS wasslet għal bosta sensiliet kumplessi, inkontrollabbli u li jinbidlu ripetutament ta’ derogi għall-obbligu ta’ ħatt l-art;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-aktar politiki li rnexxew f’termini ta’ tnaqqis u eliminazzjoni tal-qbid skartat fid-dinja kollha ġew implimentati permezz ta’ approċċi gradwali, li fihom il-politika evolviet billi tgħallmet mill-esperjenza;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi għal attivitajiet ta’ sajd sostenibbli li jiżguraw ukoll rendimenti tajbin, jenħtieġu tekniki ġodda bi rkaptu tas-sajd selettiv;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi l-PKS u r-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi jimxu id f’id u, għaldaqstant, biex tiġi aġevolata l-awtorizzazzjoni ta’ rkaptu innovattiv, hemm bżonn ukoll ta’ reviżjoni ta’ dan ir-Regolament;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi n-numru ta’ qabdiet totali permissibli (TACs) jenħtieġ li jkun adattat għal dak li huwa neċessarju għall-ġestjoni tal-attivitajiet tas-sajd fit-totalità tagħhom; billi l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) indika li numru ta’ TACs jaf jiġi eliminat mis-sistema tal-UE mingħajr ma tiġi kompromessa l-ġestjoni globali tar-riżorsi tas-sajd<FOOTNOTE><FIELD> ICES (2018) talba għal parir indirizzata mill-UE lill-ICES dwar ir-reviżjoni tal-kontribut tat-TACs għall-ġestjoni tas-sajd u għall-konservazzjoni tal-istokkijiet. Talba għal Parir Speċifiku tal-ICES. ekoreġjuni tal-Atlantiku tal-Grigal, sr.2018.15, ippubblikat fl-20 ta’ Settembru 2018, https://doi.org/10.17895/ices.pub.4531.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-prinċipju ta’ stabbiltà relattiva, introdott għall-ewwel darba fir-Regolament Bażiku tal-PKS tal-1983 u implimentat fir-Regolament dwar it-TACs u l-Kwoti tal-1983, iffissa koeffiċjent tad-distribuzzjoni tat-TACs skont l-Istat Membru abbażi tal-prinċipji ta’ allokazzjoni tal-qabdiet storiċi (1973-1978), inklużi fil-preferenzi ta’ The Hague tal-1976;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-istabbiltà relattiva hija ta’ importanza kbira għall-prevedibbiltà u għall-kontinwità tal-flotta tas-sajd fl-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-Brexit laqat it-tqassim tad-drittijiet tas-sajd fl-UE u ħalla impatt soċjoekonomiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi l-UE għandha tirrispetta l-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u biex tasal għan-newtralità klimatika sal-2050, kif ukoll tonora l-impenji tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (OMI), filwaqt li toħloq impjiegi u tkabbir sostenibbli u b’mod li ma jkunx jirrappreżenta theddida għall-produzzjoni, għall-provvista u għas-sigurtà tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi, minkejja li s-sajd mhuwiex attività li tirreġistra l-ogħla numru ta’ inċidenti, il-laneċ tas-sajd huma dawk l-opri tal-baħar li l-aktar huma involuti ta’ spiss; billi fl-2018 ġiet irreġistrata żieda ta’ 40 %, meta mqabbla mas-sena preċedenti, fin-numru ta’ inċidenti li involvew lil-laneċ tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi, minkejja dan, ġiet irreġistrata tendenza lejn ’l isfel, u l-biċċa l-kbira tal-inċidenti hija dovuta għal fatturi umani (62,4 %), segwiti minn ħsarat tas-sistemi/tal-irkaptu (23,2 %); billi t-tliet fatturi rrapportati bl-ogħla frekwenza li jikkontribwixxu għal inċidenti fuq laneċ tas-sajd relatati ma’ azzjonijiet tal-bniedem huma nuqqas ta’ għarfien dwar is-sikurezza, nuqqas ta’ għarfien u metodi ta’ ħidma inadegwati fost il-persunal abbord; billi dawn il-fatturi kollha ma jistgħux jiġu indirizzati b’mod separat mill-kapaċità li s-settur tas-sajd jirrendi qligħ, u dan jeħtieġ li jiġi garantit bil-għan li jkunu jistgħu jsiru aktar investimenti fis-sikurezza tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi kull sena, fis-settur tas-sajd f’livell dinji, imutu 32 000 ruħ, biex ma nsemmux l-eluf ta’ vittmi ta’ inċidenti; billi, barra minn hekk, kif ġie indikat ukoll mill-organizzazzjonijiet professjonali, f’dawn l-aħħar snin il-mard okkupazzjonali fost dawk involuti f’din l-attività ta’ strapazz żdied b’mod allarmanti;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi s-sajd huwa xogħol iebes, li jinvolvi riskji serji għas-saħħa u għas-sikurezza ta’ dawk li jagħmluh; billi l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol irrikonoxxiet din il-problema f’konvenzjoni li tmur lura għall-2007 u talbet lill-pajjiżi li rratifikawha jiggarantixxu kundizzjonijiet ta’ xogħol sikuri u tajbin għas-saħħa f’dan is-settur; jirrikonoxxi li l-benesseri tal-ħaddiema abbord il-laneċ tas-sajd huwa essenzjali għall-futur tas-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi ta’ min jiġi enfasizzat li l-attivitajiet tas-sajd marittimu jiżvolġu rwol importanti biex itejbu l-livell ta’ għajxien tal-komunitajiet tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>AO.</NO.P>billi l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) joffri appoġġ finanzjarju biex isir progress lejn sajd aktar sostenibbli, inkluż l-appoġġ intiż li jżid l-effiċjenza enerġetika tal-laneċ tas-sajd jew li ssir innovazzjoni fid-direzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd b’impatt baxx bl-għajnuna tal-irkaptu tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>AP.</NO.P>billi, madankollu, dan l-appoġġ mhuwiex biżżejjed; billi r-restrizzjonijiet fuq il-kapaċitajiet tas-sajd u l-marġnijiet dojoq li ċerti Stati Membri għandhom fi ħdan il-limiti massimi nazzjonali tagħhom ma jippermettux li jitjiebu s-sikurezza u l-kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ ħajja abbord il-laneċ tas-sajd; billi s-sistemi ta’ propulsjoni l-ġodda b’żero emissjonijiet tal-karbonju jirrikjedu aktar spazju abbord mill-magni u mit-tankijiet tal-fjuwil tradizzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AQ.</NO.P>billi r-Regolament Bażiku tal-PKS jipprevedi li l-pjanijiet pluriennali għandhom jiġu adottati b’mod prijoritarju; billi dan l-approċċ bla dubju kkontribwixxa għal ġestjoni aħjar tar-riżorsi u għal ċertezza relattiva għas-settur;
</CONS><CONS>
<NO.P>AR.</NO.P>billi ċerti stokkijiet huma mifruxin f’żoni tal-baħar li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ pjanijiet pluriennali reġjonali differenti, għaldaqstant hemm bżonn li jittieħdu miżuri konsistenti fil-firxa ta’ distribuzzjoni kollha tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AS.</NO.P>billi l-PKS għadha mhix implimentata għalkollox u wħud mill-miżuri tagħha bħall-istabbiliment ta’ żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut għadhom ma ntużawx;
</CONS><CONS>
<NO.P>AT.</NO.P>billi r-reġjonalizzazzjoni toffri opportunità unika biex tiġi evitata l-mikroġestjoni min-naħa ta’ Brussell u biex jiġi adattat il-proċess deċiżjonali għall-ispeċifiċitajiet reġjonali u lokali, għall-istrutturi tradizzjonali (bħall-“cofradías”) u għal attivitajiet partikolari (bħas-sajd tal-miexi u l-ġbir tal-frott tal-baħar bil-qoxra);
</CONS><CONS>
<NO.P>AU.</NO.P>billi l-konsultazzjoni u l-involviment bikrin u effikaċi tas-setturi kkonċernati huma fundamentali għal leġiżlazzjoni tajba, funzjonali, ġusta, aċċettata sew u ta’ suċċess, kif ukoll għall-implimentazzjoni tagħha u għall-konformità magħha; billi, f’dan il-kuntest, ir-rwol tal-kunsilli konsultattivi huwa essenzjali u l-attività ta’ konsulenza tagħhom hija ta’ importanza kruċjali fil-proċess deċiżjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AV.</NO.P>billi l-kunsilli konsultattivi għandhom il-potenzjal li jevolvu f’organi ċentrali fl-ambitu tal-ġestjoni jew tal-koġestjoni bbażati fuq ir-riżultati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AW.</NO.P>billi l-Kummissjoni tippubblika perjodikament analiżi <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> dwar il-qagħda ekonomika tal-flotot tas-sajd tal-UE, iżda l-inizjattivi tagħha rigward strateġiji jew leġiżlazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni tas-sajd spiss huma nieqsa minn valutazzjoni soċjoekonomika <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> adegwata;
</CONS><CONS>
<NO.P>AX.</NO.P>billi x-xjenza, l-esperjenza tas-sajjieda u l-valutazzjonijiet tal-impatt kompluti jiggarantixxu bażi oġġettiva għall-proċess deċiżjonali u d-deċiżjonijiet meħuda fuq il-bażi tagħhom huma aktar sodi u aċċettati aktar faċilment mis-setturi kkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AY.</NO.P>billi, anki jekk huma setturi ekonomiċi relattivament żgħar, is-sajd u l-akkwakultura huma strateġiċi għar-rwol tagħhom fil-livell soċjoekonomiku u f’termini ta’ sigurtà tal-ikel, kif intwera matul il-pandemija tal-COVID-19 u l-iżviluppi ġeopolitiċi internazzjonali ta’ dan l-aħħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>AZ.</NO.P>billi l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità għall-2030 tinkludi l-objettiv li jitnaqqsu l-impatti negattivi tal-attivitajiet tas-sajd u tal-estrazzjoni fuq ħabitats u speċijiet tal-baħar sensittivi, inkluż qiegħ il-baħar, bil-għan li jinkiseb status ambjentali tajjeb;
</CONS><CONS>
<NO.P>BA.</NO.P>billi l-objettivi tal-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità jinkludu t-tnaqqis tal-qabdiet aċċessorji tal-ispeċijiet għal livell li jippermetti l-irkupru u l-konservazzjoni tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>BB.</NO.P>billi fis-suq intern diġà qegħdin jiġu kummerċjalizzati prodotti purament veġetali li għalihom jintuża l-isem kummerċjali ta’ “ħut” jew ta’ diversi speċijiet ta’ ħut;
</CONS><CONS>
<NO.P>BC.</NO.P>billi s-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira u s-settur tal-frott tal-baħar bil-qoxra jiżvolġu rwol strateġiku fid-disponibbiltà tal-provvista tal-ikel u jaqdu rwol soċjoekonomiku essenzjali f’bosta komunitajiet kostali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BD.</NO.P>billi s-sajd fuq skala żgħira, inkluż is-sajd artiġjanali, għandu karatteristiċi u sfidi speċifiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>BE.</NO.P>billi l-PKS u r-regolamenti li jirriżultaw minnha jaf ma jqisux b’mod adegwat il-karatteristiċi speċifiċi tas-sajd artiġjanali u fuq skala żgħira u, f’dawk il-każijiet, jaf ma jirnexxilhomx jagħtu risposta xierqa, suffiċjenti jew neċessarja għal diversi problemi li qegħdin isibu quddiemhom bħalissa;
</CONS><CONS>
<NO.P>BF.</NO.P>billi l-attivitajiet marittimi professjonali b’mod ġenerali, u b’mod partikolari s-sajd, huma meqjusa perikolużi u b’riskju għoli, peress li 85 % tal-opri tal-baħar tal-UE huwa magħmul minn opri tal-baħar għal mal-kosta ta’ daqs żgħir (ta’ tul totali anqas minn 12-il metru), li huma għalhekk esposti għal riskji saħansitra akbar minħabba kundizzjonijiet meteoroloġiċi avversi u l-attivitajiet tagħhom qrib il-kosta;
</CONS><CONS>
<NO.P>BG.</NO.P>billi, barra minn hekk, l-opri tal-baħar għal mal-kosta ta’ daqs żgħir għandhom aktar diffikultà jħejju spazji ta’ protezzjoni u jtejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol, anki minħabba r-riskji assoċjati mal-istat obsolet ta’ parti sinifikanti ta’ din il-flotta;
</CONS><CONS>
<NO.P>BH.</NO.P>billi, barra minn hekk, l-isfidi reċenti bħall-Brexit, il-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna ħallew impatt sever, b’mod partikolari, fuq is-sajd fuq skala żgħira;
</CONS><CONS>
<NO.P>BI.</NO.P>billi r-Regolament FEMSA jiddefinixxi s-“sajd kostali fuq skala żgħira” bħala attivitajiet tas-sajd imwettqa minn bastimenti tas-sajd fil-baħar jew ilmijiet interni b’tul totali ta’ inqas minn 12-il metru u li ma jużawx tagħmir irmunkat tas-sajd jew sajjieda tal-miexi, inkluż dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra; billi din hija l-unika definizzjoni ta’ sajd kostali fuq skala żgħira kkontemplata fil-leġiżlazzjoni tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>BJ.</NO.P>billi f’diversi Stati Membri u fora internazzjonali l-karatteristiċi li jiddefinixxu s-sajd fuq skala żgħira jmorru lil hinn mid-definizzjoni tal-FEMSA, peress li jiġu applikati sensiela ta’ kriterji addizzjonali rigward, fost l-oħra, l-irkaptu permess, it-tul massimu tal-lanċa, il-qawwa tal-magna, it-tul massimu tal-vjaġġi tas-sajd, id-distanza mill-port li fih jistgħu joperaw il-laneċ, iż-żona operattiva, il-ħin massimu ta’ vvjaġġar permess u s-sjieda tal-lanċa;
</CONS><CONS>
<NO.P>BK.</NO.P>billi huwa l-Kunsill li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd, li mbagħad jiġu allokati lill-Istati Membri skont il-prinċipju tal-istabbiltà relattiva; billi, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà, l-Istati Membri huma responsabbli għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fid-diversi flotot;
</CONS><CONS>
<NO.P>BL.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 17 tal-PKS, huma u jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd għad-dispożizzjoni tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi anki ta’ tip ambjentali, soċjali u ekonomiku u għandhom jistinkaw biex jipprevedu inċentivi għal-laneċ tas-sajd li jużaw irkaptu tas-sajd selettiv jew li jużaw tekniki ta’ sajd ikkaratterizzati minn impatt ambjentali mnaqqas;
</CONS><CONS>
<NO.P>BM.</NO.P>billi jista’ jkun hemm differenzi kbar bejn is-setturi f’pajjiżi differenti, bir-riżultat li approċċ “wieħed tajjeb għal kulħadd” mhuwiex mixtieq;
</CONS><CONS>
<NO.P>BN.</NO.P>billi, skont l-aħħar valutazzjoni tal-STECF dwar id-dimensjoni soċjali tal-PKS, 16-il Stat Membru kostali minn 23 wieġbu għat-talba tal-Kummissjoni biex jinformawha bil-metodu ta’ allokazzjoni użat; billi bosta minn dawk it-tweġibiet kienu ta’ użu limitat peress li kien fihom biss deskrizzjonijiet ġenerali tal-flotta tas-sajd nazzjonali jew sempliċement kienu jenfasizzaw l-allokazzjonijiet previsti tagħhom mingħajr ma spjegaw il-kriterji “trasparenti u oġġettivi” użati;
</CONS><CONS>
<NO.P>BO.</NO.P>billi f’diversi okkażjonijiet, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprevedu miżuri ta’ appoġġ speċifiċi għas-settur tas-sajd kostali fuq skala żgħira;
</CONS><CONS>
<NO.P>BP.</NO.P>billi l-FEMSA joffri appoġġ finanzjarju għas-sajjieda żgħażagħ li jibdew attivitajiet tas-sajd, filwaqt li ma hemm l-ebda garanzija sussegwenti biex jinkisbu opportunitajiet tas-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>BQ.</NO.P>billi l-organizzazzjoni tal-produtturi jiżvolġu rwol kruċjali fl-implimentazzjoni u fl-infurzar tal-objettivi tal-PKS u tal-OKS fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura;
</CONS><CONS>
<NO.P>BR.</NO.P>billi anki strutturi tradizzjonali oħrajn, bħax-xrieki ta’ negozjanti, huma atturi ewlenin fis-sistemi tal-ikel ta’ xi Stati Membri, li fihom joperaw bħala entitajiet tal-ekonomija soċjali mingħajr skop ta’ qligħ li jirrappreżentaw is-settur tas-sajd, u speċjalment l-flotta kostali fuq skala żgħira u dawk li jiġbru l-frott tal-baħar bil-qoxra, u li jaqdu funzjonijiet ta’ kogovernanza għall-ġid tas-sajd marittimu u tal-ħaddiema fis-settur tas-sajd, kif ukoll iwettqu funzjonijiet relatati man-negozju, bħall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti u l-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza u ġestjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>BS.</NO.P>billi l-perċezzjoni min-naħa tal-opinjoni pubblika tas-settur tas-sajd għadha kkaratterizzata minn sterjotipi negattivi rigward l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq il-ħajja tal-baħar, minkejja l-isforzi u r-riżultati pożittivi tas-settur u d-disponibbiltà kostanti tiegħu biex itejjeb is-sostenibbiltà tas-sajd; billi din il-perċezzjoni negattiva tinfluwenza l-mudelli ta’ konsum tal-ikel akkwatiku u l-attraenza tal-impjiegi f’settur, bħal dak tas-sajd tal-UE, li jħabbat wiċċu wkoll ma’ sfida enormi f’termini ta’ tiġdid ġenerazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BT.</NO.P>billi t-tiġdid ġenerazzjonali jiddependi mill-attraenza tas-settur u li l-ġenerazzjonijiet il-ġodda jaspiraw li jaħdmu f’setturi sostenibbli u li jirrendu;
</CONS><CONS>
<NO.P>BU.</NO.P>billi s-sajd jitqies universalment professjoni riskjuża, iggravata mill-istrapazz tax-xogħol abbord il-laneċ tas-sajd u minn introjti imprevedibbli; billi dawn il-fatturi jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għad-diżinteress taż-żgħażagħ għall-professjoni, b’hekk jiġi pperikolat it-tiġdid ġenerazzjonali fis-settur tas-sajd u l-futur tas-settur kollu kemm hu;
</CONS><CONS>
<NO.P>BV.</NO.P>billi t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol u tas-sikurezza tas-sajjieda huwa objettiv soċjali ġenerali, essenzjali biex jattira ż-żgħażagħ u jinkiseb it-tiġdid ġenerazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>BW.</NO.P>billi ż-żgħażagħ li jixtiequ jibdew l-attività tagħhom bħala sajjieda jsibu quddiemhom ostakli notevoli.
</CONS><CONS>
<NO.P>BX.</NO.P>billi l-istrumenti tal-PKS li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-attraenza tas-sajd u tal-akkwakultura bħala professjoni mhumiex biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>BY.</NO.P>billi l-PKS la tagħmel referenza għat-tħassib prinċipali tas-soċjetà, bħat-tibdil fil-klima, il-Brexit, il-Patt Ekoloġiku, il-kriżi enerġetika, u lanqas tindirizza l-impatt fuq is-sigurtà tal-ikel tan-numru dejjem akbar ta’ żoni marini protetti, l-espansjoni tas-siti offshore għall-enerġija rinnovabbli u t-tranżizzjoni enerġetika;
</CONS><CONS>
<NO.P>BZ.</NO.P>billi, minkejja dan, il-maġġoranza tal-Istati Membri u tas-sħab ekonomiċi tal-UE fl-industrija tas-sajd spiss jirreferu għall-insigurtà tal-introjtu tal-attivitajiet tas-sajd f’xi setturi, li huwa fattur importanti marbut mad-diżinteress taż-żgħażagħ fis-sajd, xejra li ilha tiżdied f’dawn l-aħħar snin, u li toħloq diffikultajiet addizzjonali biex jinżammu l-attivitajiet li jsofru mit-telf ta’ impjiegi fil-komunitajiet kostali;
</CONS><CONS>
<NO.P>CA.</NO.P>billi, minkejja dan, il-maġġoranza tal-Istati Membri u tas-sħab ekonomiċi tal-UE fl-industrija tas-sajd spiss jirreferu għad-diżinteress taż-żgħażagħ fis-sajd, fatt li ġie rikonoxxut għall-ewwel darba mill-inqas żewġ deċennji ilu, u li joħloq diffikultajiet addizzjonali fl-industrija kollha kemm hi u jiggrava l-problemi soċjali tal-komunitajiet kostali kemm fl-Ewropa kontinentali kif ukoll fir-reġjuni ekstra-Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>CB.</NO.P>billi numru konsiderevoli ta’ persuni li joperaw fis-settur tas-sajd huma nisa u l-biċċa l-bkira tagħhom huma impjegati f’attivitajiet fuq l-art, spiss informalment, bħala sostenn għall-attivitajiet marittimi, b’mod partikolari fil-każ tas-sajd fuq skala żgħira; billi, minkejja l-kontribut sinifikanti tagħhom għas-settur, ir-rwol tan-nisa għadu mhuwiex rikonoxxut biżżejjed;
</CONS><CONS>
<NO.P>CC.</NO.P>billi l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) tgħin biex tiżgura kundizzjonijiet ekwi għal kompetizzjoni ġusta bejn l-Unjoni u ċerti flotot barranin bi standards soċjali u ambjentali inqas rigorużi li jafu jikkompromettu l-kompetittività tal-produtturi tal-UE meta jbigħu l-prodotti tagħhom fuq is-suq tal-UE; billi, madankollu, leġiżlazzjoni kontra s-sajd IUU ma tistax, waħedha, tiżgura kundizzjonijiet ekwi;
</CONS><CONS>
<NO.P>CD.</NO.P>billi d-difiża u l-promozzjoni tal-mudell ta’ sostenibbiltà tal-UE huma perfettament kompatibbli mad-difiża tas-setturi tal-UE u jenħtieġ li jimxu id f’id mad-difiża tal-interessi tas-setturi tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>CE.</NO.P>billi l-impriżi konġunti b’kapital tal-UE jiżvolġu rwol fit-tixrid tal-valuri u tal-objettivi ta’ sostenibbiltà tal-PKS, kif ukoll rwol importanti fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi terzi, b’hekk jikkontribwixxu biex itejbu l-ekonomija, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u s-sigurtà tal-ikel tal-pajjiżi li fihom huma stabbiliti;
</CONS><CONS>
<NO.P>CF.</NO.P>billi s-sajd kellu rwol prominenti ħafna fil-kampanja ta’ qabel ir-referendum tal-2016 dwar l-adeżjoni tar-Renju Unit mal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>CG.</NO.P>billi ż-żieda tal-kwoti tariffarji awtonomi għal-lojn tat-tonn marret għall-benefiċċju tal-industrija Ċiniża, li ma tiggarantix informazzjoni dwar it-traċċabbiltà u li tgawdi minn sussidji;
</CONS><CONS>
<NO.P>CH.</NO.P>billi r-reġjuni ultraperiferiċi jħabbtu wiċċhom ma’ sfidi speċifiċi marbuta mad-distanza, mat-topografija, mas-swieq żgħar u mal-klima tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 349 tat-TFUE; billi l-karatterisitċi speċifiċi tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi mhumiex biżżejjed meqjusin fil-PKS;
</CONS><CONS>
<NO.P>CI.</NO.P>billi s-sajd artiġjanali fir-reġjuni ultraperiferiċi huwa mutur ekonomiku importanti, sors ta’ sovranità alimentari u attività tradizzjonali li tagħmel parti mill-kultura ta’ dawn it-territorji, li joħloq impjiegi fuq il-baħar u fis-settur tal-ipproċessar u jikkontribwixxi għad-dinamiżmu tal-industrija tat-turiżmu, mutur ekonomiku importanti ta’ dawn ir-reġjuni;
</CONS><CONS>
<NO.P>CJ.</NO.P>billi, bil-għan li tiġi żgurata s-sopravivenza tas-settur tas-sajd fir-reġjuni ultraperiferiċi u fir-rispett tal-prinċipji tat-trattament differenzjat għall-gżejjer u għat-territorji ż-żgħar imsemmijin fl-SDG nru 14, jenħtieġ li jkun possibbli l-appoġġ, abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE, favur it-tiġdid tal-laneċ tas-sajd artiġjanali tar-reġjuni ultraperiferiċi li jħottu dak kollu li jaqbdu fil-portijiet ta’ dawn ir-reġjuni u jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fil-livell lokali;
</CONS><CONS>
<NO.P>CK.</NO.P>billi l-indikaturi biex jiġi stabbilit jekk il-kapaċità tas-sajd hijiex ibbilanċjata mal-opportunitajiet tas-sajd disponibbli mhumiex adattati għall-karatteristiċi tal-flotot lokali tar-reġjuni ultraperiferiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>CL.</NO.P>billi l-karatteristiċi speċjali u r-restrizzjonijiet strutturali permanenti tar-reġjuni ultraperiferiċi għandhom jiġu rikonoxxuti u kkunsidrati; jisħaq li s-settur tas-sajd għandu rwol importanti fis-sitwazzjoni soċjoekonomika, fl-impjiegi u fil-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni, u li hemm potenzjal għat-tkabbir tal-impjiegi fl-ekonomija blu sostenibbli; jenfasizza li l-pożizzjoni ġeografika tqiegħed lir-reġjuni ultraperiferiċi f’pożizzjoni privileġġjata fil-monitoraġġ u fil-kontroll taż-żoni kostali u oċeaniċi u għandha tintuża għall-isforzi tal-UE fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;
</CONS><CONS>
<NO.P>CM.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima jirrappreżenta sfida importanti għall-konservazzjoni tar-riżorsi akkwatiċi u għall-mezzi ta’ sussistenza tal-operaturi li jiddependu mis-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>CN.</NO.P>billi s-sajjieda huma vittmi tat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>CO.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima għandu impatt dirett kbir fuq l-ispeċijiet tal-baħar peress li jibdel l-abbundanza, id-diversità u u l-andament migratorju tagħhom u jaffettwa l-għalf, l-iżvilupp u r-riproduzzjoni tagħhom, kif ukoll ir-relazzjonijiet bejn l-ispeċijiet; billi dawn it-tibdiliet għandhom riperkussjonijiet fuq il-PKS u fuq il-ġestjoni tal-ilmijiet tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>CP.</NO.P>billi r-reżiljenza u l-istat ta’ saħħa tajjeb tal-ekosistemi tal-baħar huma essenzjali kemm għar-regolazzjoni tal-klima kif ukoll għall-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut;
</CONS><CONS>
<NO.P>CQ.</NO.P>billi l-konservazzjoni u r-riġenerazzjoni tal-ekosistemi tal-karbonju blu huma essenzjali għar-reżiljenza tal-komunitajiet kostali u tas-settur tas-sajd;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Objettivi ġenerali tal-PKS</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-PKS trid tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’mod konsistenti mal-objettivi biex jinkisbu vantaġġi ekonomiċi, soċjali u okkupazzjonali, u jingħata kontribut għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel; ifakkar barra minn hekk li l-Artikolu 39 tat-TFUE jistabbilixxi li l-PKS għandha tiggarantixxi d-disponibbiltà tal-provvisti, u tassigura livell ġust ta’ għajxien għall-komunitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddispjaċih bil-fatt li, mill-2014, l-implimentazzjoni tal-PKS ma qisitx biżżejjed l-aspetti soċjoekonomiċi, id-disponibbiltà tal-provvista tal-ikel jew l-approċċ ekosistemiku, ilkoll kemm huma elementi neċessarji biex tiġi żgurata ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-impatti negattivi konsegwenti fuq is-settur tas-sajd ġew iggravati mill-fatt li tfaċċaw sfidi ġodda mingħajr preċedent li ma setgħux jitbassru fl-2012, meta l-PKS ġiet maħsuba, bħall-Brexit, il-pandemija tal-COVID-19 u l-kriżi enerġetika; jenfasizza l-impatt gravi tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li qed ikollha effetti negattivi f’setturi bħas-sigurtà marittima, b’interruzzjonijiet konsegwenti tal-attivitajiet tas-sajd, b’mod partikolari fil-Baħar l-Iswed, minħabba l-mini f’wiċċ il-baħar li jinġarru mill-kurrent, u li jwasslu għal telf ta’ bijodiversità, fatt rifless b’mod partikolari fiż-żieda allarmanti fil-mortalità taċ-ċetaċji tal-Baħar l-Iswed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni rapida min-naħa tal-UE ta’ miżuri maħsuba li jsostnu u jtaffu s-settur fi żminijiet diffiċli; jenfasizza, madankollu, li l-effetti kumulattivi ta’ din is-sitwazzjoni wasslu għal bosta flotot fuq ix-xifer il-kollass u kkompromettew il-kapaċità ta’ eluf ta’ impriżi li jagħmlu qligħ sal-punt li s-sopravivenza tagħhom stess tinsab f’riskju, b’effetti potenzjalment devastanti fuq l-impjiegi u l-koeżjoni soċjali fiż-żoni kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-PKS se jkollha tadatta ruħha għall-isfida tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, li fir-rigward tagħha l-UE impenjat ruħha li tilħaq in-newtralità klimatika sal-2050;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jemmen, għaldaqstant, li l-PKS trid tkompli tiġi implimentata u, meta neċessarju, riformata u adattata f’dan is-sens;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li l-prodotti tal-baħar huma sors li fih ħafna proteini u huma parti essenzjali ta’ dieta għal saħħa tajba, li ġeneralment għandhom impronta karbonika aktar baxxa meta mqabbla mal-ikel li joriġina mill-art; jinnota għaldaqstant il-valur strateġiku tal-prodotti tal-baħar fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u biex jingħata kontribut lil diversi SDGs, bħall-SDG nru 2 “Eradikazzjoni tal-ġuħ”, l-SDG nru 3 “Saħħa tajba u benesseri”, l-SDG nru 12 “Konsum u produzzjoni responsabbli”, l-SDG nru 13 “Azzjoni dwar il-klima” u l-SDG nru 14 “Ħajja taħt l-ilma”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iqis li l-PKS trid tirrispetta bl-istess mod l-objettivi politiċi kollha; jisħaq fuq il-bżonn li jinżamm bilanċ bejn it-tliet pilastri tas-sostenibbiltà tal-PKS; isostni għaldaqstant it-tisħiħ, l-indirizzar tal-lakuni u l-intensifikazzjoni tal-ambizzjoni fid-dimensjoni soċjoekonomika u tas-sigurtà tal-ikel tal-PKS, kif ukoll l-applikazzjoni bis-sħiħ ta’ approċċ ekosistemiku u l-ksib ta’ kundizzjonijiet ekwi fid-dimensjoni internazzjonali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-objettivi ta’ politika tas-sajd jenħtieġ li jinkludu l-garanzija tal-provvista tal-ħut lill-pubbliku, bħala parti mill-iżgurar tas-sigurtà u tas-sovranità tal-ikel, l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali, u s-sostenn u l-inkoraġġiment tar-rikonoxximent tal-professjonijiet relatati mas-sajd, kif ukoll il-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja tas-sajjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, għal dak l-għan, twettaq b’mod sistematiku valutazzjonijiet tal-impatt <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> u <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> sħaħ, fosthom analiżijiet soċjoekonomiċi, qabel ma tiġi proposta kwalunkwe strateġija jew leġiżlazzjoni jew tittieħed kwalunkwe deċiżjoni politika bil-konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati kollha involuti fis-settur tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Josserva li, filwaqt li r-Regolament Bażiku tal-PKS jenfasizza l-objettivi ambjentali, soċjoekonomiċi u ta’ sigurtà tal-ikel tal-istrateġija, ir-Regolament (UE) 2016/2336 relatat mal-istokkijiet tal-baħar fond jirrigwarda esklużivament l-aspetti ambjentali; iqis li fil-futur ir-regolamenti kollha subordinati għar-Regolament Bażiku jenħtieġ li jintegraw bis-sħiħ l-aspetti soċjoekonomiċi u tas-sigurtà tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jagħtu aktar valur, fit-tfassil tal-politiki, lill-importanza tas-sajd biex jikkontribwixxi għas-sigurtà tal-ikel billi jforni prodotti tal-baħar ta’ kwalità għolja, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi bħall-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll biex jikkontribwixxi għall-istruttura ekonomika u soċjali u għall-patrimonju kulturali, turistiku u gastronomiku tal-komunitajiet tal-kosti u tal-gżejjer tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jisħaq ir-rwol strateġiku tas-sajjieda u tal-produtturi tal-akkwakultura fil-katina tal-valur tal-ikel u fis-sigurtà tal-ikel, kif ukoll ir-rwol tan-nisa bħala sajjieda, kaptani, sewwejja tax-xbieki, assistenti fuq l-art, dawk responsabbli mill-ippakkjar, eċċ. u l-bżonn li tali rwol jiġi rikonoxxut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Ifakkar li l-ibħra u l-oċeani kollha huma beni komuni globali u li r-riżorsi tal-baħar huma riżorsa pubblika naturali, li l-attivitajiet u l-ġestjoni tas-sajd huma riżorsa bbażata fuq dawn ir-riżorsi u jagħmlu parti mill-patrimonju komuni tagħna, u li dawn ir-riżorsi jenħtieġ li jkunu ġestiti abbażi ta’ pariri xjentifiċi affidabbli b’mod li jiggarantixxi l-akbar benefiċċji fit-tul għas-soċjetà kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jemmen li l-limitu massimu tal-għajnuna <STRING ITALIC="on">de minimis</STRING> applikabbli għall-kumpaniji li joperaw fis-settur tal-ipproċessar tal-ħut u tal-akkwakultura jenħtieġ li jkun allinjat mal-istess skema applikabbli għall-kumpaniji tal-ipproċessar tal-prodotti agrikoli, bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza u tiġi garantita s-sigurtà tal-ikel; jilqa’ għalhekk l-emendi adottati mill-Kummissjoni għall-iskema <STRING ITALIC="on">de minimis</STRING> f’dan ir-rigward;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rendiment massimu sostenibbli (MSY)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Ifakkar li l-PKS għandha, fost affarijiet oħra “tfittex li tiżgura li l-isfruttament ta’ riżorsi bijoloġiċi ħajjin tal-baħar jirripristina l-popolazzjonijiet tal-ispeċijiet mistada u jżommhom ’il fuq minn livelli li jistgħu jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli” u li r-“rata ta’ sfruttament tar-rendiment massimu sostenibbli għandha (...) tintlaħaq (...) sa mhux aktar tard mill-2020 għall-istokkijiet kollha” u sal-2025 għall-istokkijiet koperti mill-pjan ta’ ġestjoni għall-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Mediterran tal-Punent; jenfasizza, madankollu, li għas-sajd multispeċifiku, huwa impossibbli li tiġi applikata l-ġestjoni tal-ispeċijiet ibbażata fuq il-mudell MSY, anke f’sajd xjentifikament magħruf u dokumentat sew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Iqis li l-introduzzjoni tar-rendiment massimu sostenibbli bħala punt ta’ referenza għall-ġestjoni tas-sajd kienet fattur determinanti għat-titjib tal-istat ġenerali tal-istokkijiet tal-ħut; ifakkar li, fis-snin tal-applikazzjoni tal-PKS, is-settur tas-sajd għamel sforzi konsiderevoli biex inaqqas il-pressjoni tas-sajd sal-punt li fl-2020, fl-Atlantiku tal-Grigal, ir-rata kumplessiva ta’ mortalità mis-sajd (F/FMSY) kienet anqas minn wieħed;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jenfasizza li huwa kruċjali li jitkompla u jitħaffef ix-xogħol tal-irkupru u taż-żamma tal-istokkijiet tal-ħut u ’l fuq mil-livelli tar-rendiment massimu sostenibbli, speċjalment fil-Mediterran fejn l-F/FMSY għadu ogħla minn 1, filwaqt li jiġi żgurat li jintlaħqu l-livelli massimi sostenibbli ta’ produzzjoni tal-prodotti tal-baħar, bil-għan li jiġu żgurati s-sigurtà tal-ikel u redditu soċjali u ekonomiku pożittiv għas-sajjieda u għall-komunitajiet kostali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Iqis, f’dan ir-rigward, li l-objettiv tar-rendiment massimu sostenibbli jenħtieġ li jiġi implimentat fid-dawl tar-realtà prattika u b’kunsiderazzjoni tad-dimensjonijiet soċjoekonomiċi, tal-proporzjonalità u tas-sigurtà tal-ikel minquxa fit-Trattat u fil-kodiċi ta’ kondotta tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura (FAO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iqis ukoll li r-rendiment massimu sostenibbli jenħtieġ li jkun żviluppat bħala parti minn mudell ekosistemiku li jħaddan l-fatturi kollha li jinfluwenzaw l-istat tal-istokkjiet, bħall-interazzjonijiet bejn l-iipeċijiet, it-tisħin globali jew it-tniġġis, bil-għan li jiġi evitat li r-responsabbiltà għat-tnaqqis tal-istokk ma tingħatax biss lis-settur tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, wara konsultazzjoni wiesgħa tal-partijiet ikkonċernati, teżamina l-possibbiltà li ddaħħal objettivi ta’ ġestjoni tas-sajd li jiżguraw l-ottimizzazzjoni tal-livelli tal-istokkijiet tal-ħut u tal-prestazzjonijiet soċjoekonomiċi tal-flotot;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Istati Membri li jixtiequ jagħtu bidu għal proġetti, inklużi tipi oħra ta’ miżuri ta’ ġestjoni bħar-rendiment ekonomiku massimu, ivaraw, meta jkun il-każ, konsultazzjonijiet biex jaraw fejn ikun l-aħjar li dawn il-proġetti bi prova jsiru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Obbligu ta’ ħatt l-art u tnaqqis fil-qabdiet mhux mixtieqa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Itenni l-fehmiet espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Mejju 2021 dwar l-obbligu ta’ ħatt l-art; ifakkar li xi qabdiet mhux mixtieqa jew aċċessorji huma inevitabbli, speċjalment fis-sajd imħallat, billi l-ħut jista’ jkun danneġġjat, ma jkunx tajjeb għall-bejgħ, ikun taħt id-daqs jew adatt għall-konsum mill-bniedem iżda l-bejgħ tiegħu jkun ipprojbit, eċċ.; ifakkar ukoll li, minkejja l-isforzi u l-kollaborazzjoni li għaddejja min-naħa tal-partijiet ikkonċernati kollha, l-obbligu ta’ ħatt l-art ma jistax jiġi implimentat b’mod korrett jekk ma jissewwewx ċerti nuqqasijiet, bħan-nuqqas ta’ kapaċità ta’ ħżin abbord jew fil-faċilitajiet ta’ ġbir fil-portijiet kif ukoll użu adegwat tal-eżenzjonijiet; jindika li dawn in-nuqqasijiet ixekklu l-implimentazzjoni korretta, u dan jirriżulta fi ġbir ta’ data insuffiċjenti f’dawk li huma stokkijiet u jagħmilha diffiċli li jsiru stimi eżatti tal-qabdiet, b’hekk dan jostakola l-istimi xjentifiċi affidabbli tal-istokkijiet tal-ħut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza li l-obbligu ta’ ħatt l-art mhuwiex għan fih innifsu iżda strument biex jonqsu sal-minimu l-qabdiet mhux mixtieqa; jisħaq, f’dan ir-rigward, li bis-saħħa tas-selettività akbar li nkisbet f’dawn l-aħħar snin, ġie rreġistrat tnaqqis konsiderevoli fil-qabdiet aċċessorji mhux mixtieqa; jenfasizza li dan huwa frott l-isforzi min-naħa tas-sajjieda f’kollaborazzjoni mal-komunità xjentifika, b’għarfien applikat li jsostni l-iżvilupp ta’ aktar tekniki u rkaptu tas-sajd selettiv; jisħaq, għaldaqstant, li aktar sforzi għandhom jiġu kkonċentrati fuq il-finanzjament tal-iżvilupp kif ukoll tal-użu ta’ rkaptu tas-sajd li jikkontribwixxi għas-selettività u għat-titjib fil-ġbir tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament talab lill-Kummissjoni tivvaluta l-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, inkluża valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku tal-obbligu ta’ ħatt l-art li għandu jsir għall-attivitajiet kollha tas-sajd, anki dak fuq skala żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Iqis ukoll li:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-obbligu attwali ta’ ħatt l-art għandu jiġi applikat b’mod pragmatiku, filwaqt li jqis il-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull attività tas-sajd; jisħaq fuq l-importanza tal-esperjenza tas-sajjieda relatata mal-mument meta u mal-post fejn tistad filwaqt li jiġu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa, jiġu valorizzati l-isforzi tagħhom biex titjieb is-selettività,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-iskambji ta’ kwoti bejn l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi, permezz ta’ riżorsi tal-kwoti, kif ukoll is-selettività teknika u spazjotemporali, jenħtieġ li jiġu inkoraġġiti,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-importanza li jinżammu l-eżenzjonijiet eżistenti għall-obbligu ta’ ħatt l-art, abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, jenħtieġ li tiġi rikonoxxuta, kif ukoll it-tnaqqis tal-piż amministrattiv fl-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art; hija u tirrevedihom, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis dawn l-aspetti,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-applikazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art, inkluż il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, jenħtieġ li tiġi rieżaminata sabiex jiġu limitati l-problemi tal-ispeċijiet bi kwota limitanti u d-derogi kumplessi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-obbligu ta’ ħatt l-art jenħtieġ li jiġi kkontrollat u infurzat b’mod effikaċi u, fl-istess ħin, isir aktar attraenti biex titjieb is-sjieda min-naħa tal-operaturi u b’hekk il-konformità, speċjalment permezz ta’ inċentivi, pereżempju biex jitħeġġeġ l-użu ta’ strumenti tal-intelliġenza artifiċjali biex jitjiebu s-selettività u l-identifikazzjoni tal-ispeċijiet, kif ukoll isiru titjib u adattamenti adegwati fil-portijiet Ewropej; jistieden lill-Istati Membri jisfruttaw bis-sħiħ il-possibbiltajiet u l-appoġġ tal-FEMSA għal dan l-iskop;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinsisti li l-objettiv li jiġu minimizzati l-qabdiet mhux mixtieqa ma jistax jintlaħaq biżżejjed permezz tal-obbligu ta’ ħatt l-art u jenħtieġ li jintlaħaq primarjament billi jintużaw miżuri tekniċi u jiġi appoġġat permezz ta’ dokumentazzjoni aħjar tal-qabdiet, abbażi tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta alternattivi oħra għall-minimizzazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa, kif ukoll tipproponi azzjonijiet biex l-obbligu ta’ ħatt l-art jaħdem aħjar, parallelament mat-tfittxija kontinwa ta’ modi differenti biex jiġi implimentat l-obbligu ta’ ħatt l-art u jiġi żviluppat aktar l-irkaptu tas-sajd selettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Miżuri ta’ konservazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Opportunitajiet tas-sajd</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Ifakkar li t-TACs u l-kwoti huma l-aktar mod dirett għall-ġestjoni tal-mortalità mis-sajd, iżda t-TACs ta’ stokk wieħed jistgħu jkunu problematiċi fis-sajd imħallat (minħabba l-effett ta’ kwoti limitanti);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-bżonn li jitjiebu l-pariri xjentifiċi relatati mas-sajd imħallat, anki fid-dawl tar-riperkussjonijiet tat-tibdil fil-klima fuq l-oċeani, kif ukoll meta dak li jkun iqis l-kompożizzjoni tal-qabdiet u l-ispostament tal-ispeċijiet, minħabba t-tibdil fil-klima, meta jiġu ffissati t-TACs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza li fis-sajd fir-reġim ta’ ġestjoni tal-kwoti, il-problema tal-ispeċijiet bi kwota limitanti għandha l-potenzjal li tagħlaq l-operazzjonijiet tas-sajd qabel tmiem l-istaġun b’implikazzjonijiet ekonomiċi potenzjalment sinifikanti għas-sajjieda; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw l-possibbiltajiet attwali fl-ambitu tal-PKS, bħall-iskambji ta’ kwoti jew il-flessibbiltajiet interannwali u interspeċi, filwaqt li f’dan ir-rigward jissottolinja li sistema tal-kwoti tajba jenħtieġ li tinkludi grad ta’ flessibbiltà ġust, inkwantu jkun jippermetti lis-sajjieda li jkollhom bżonn kwoti addizzjonali għal speċi bi kwota limitanti u lis-sajjieda bi kwoti disponibbli jaslu għal riżultat reċiprokament vantaġġuż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jikkunsidraw jiffissaw TACs għal perjodu itwal minn sena jew semestru, b’mod partikolari għall-istokkijiet ewlenin fil-mira, dejjem abbażi tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, bil-għan li jipprevedu aktar prevedibbiltà u ċertezza fit-tul għas-sajjieda u bi qbil mal-prinċipju MSY; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill ifittxu l-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli rigward il-possibbiltà li jitneħħew it-TACs għal ċerti stokkijiet, filwaqt li jiżguraw li l-istokk ikkonċernat jibqa’, fit-terminu qasir u medju, fil-limiti bijoloġiċi sikuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja li l-istabbiltà relattiva, stabbilita erbgħin sena ilu, hija aċċettata b’mod wiesa’ bħala strument essenzjali biex jipprovdi prevedibbiltà u kontinwità fit-tul fil-kondiviżjoni tal-istokkijiet tal-ħut bejn il-pajjiżi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ġestjoni tal-flotot</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jisħaq li, minkejja l-isforzi internazzjonali u tal-UE biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tas-sikurezza abbord il-laneċ tas-sajd, għad hemm nuqqasijiet, jiġifieri l-konvenzjonijiet internazzjonali li jistabbilixxu r-regoli u s-sistemi għall-protezzjoni tal-opri tal-baħar u l-persuni abbord japplikaw l-ewwel u qabel kollox għal opri tal-baħar akbar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni li l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-ħajja abbord ma jistgħux jitqiesu separati mill-kundizzjonijiet tas-sikurezza; huwa tal-fehma li l-kundizzjonijiet tajba tax-xogħol u tal-ħajja abbord, kif ukoll modernizzazzjoni adegwata tagħhom, għandhom effetti pożittiv fuq is-sikurezza u fuq il-ħin għall-mistrieħ tas-sajjieda; itenni li dawn l-aspetti għandhom riperkussjonijiet diretti fuq is-sikurezza abbord, peress li perċentwal imdaqqas ta’ korrimenti u inċidenti fuq il-laneċ tas-sajd għadu marbut ma’ żbalji tal-bniedem, ikkaġunati minħabba nuqqas ta’ għarfien u taħriġ jew minħabba għeja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-ogħla standards ta’ sikurezza abbord l-opri tal-baħar, ikun xi jkun id-daqs tagħhom; jinkoraġġixxi s-settur jimplimenta l-aħjar kundizzjonijiet possibbli f’termini ta’ sikurezza abbord;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinsisti fuq il-fatt li, fid-dawl tal-possibbiltajiet offruti bħalissa mill-FEMSA bħala sostenn għas-saħħa, għas-sikurezza, għall-kundizzjonijiet tax-xogħol u għall-effiċjenza enerġetika abbord il-laneċ tas-sajd, l-użu attwali tat-tunnellaġġ gross bħala kriterju għall-kejl tal-kapaċità ta’ sajd fl-UE jaf jostakola t-titjib tal-effiċjenza enerġetika, tas-sikurezza u tal-kumdità tal-opri tal-baħar, inkwantu jillimita l-possibbiltajiet li jiġu sostitwiti u modernizzati jew li jiżdied l-ispazju, anki jekk ma tiżdiedx il-kapaċità ta’ sajd tal-opri tal-baħar; jisħaq fuq il-fatt li dan, min-naħa tiegħu, ixekkel it-titjib tal-karatteristiċi msemmijin qabel, li fl-aħħar mill-aħħar jafu jippromwovu l-impjiegi, l-iżvilupp tal-komunitajiet kostali u l-attraenza tas-settur, b’mod partikolari għaż-żgħażagħ u għan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-Tranżizzjoni tal-Enerġija tas-settur tas-Sajd u tal-Akkwakultura tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> COM(2023)0100.</FIELD></FOOTNOTE>, li timmira li tiżgura li s-settur tas-sajd jikkontribwixxi għall-objettiv li l-UE tilħaq in-newtralità klimatika fl-2050 u, fl-istess ħin, tiżgura li s-sajd fl-UE jkun sostenibbli fuq livell soċjali, ekonomiku u ambjentali; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li din it-tranżizzjoni jkollha tħabbat wiċċha ma’ għadd ta’ ostakli, bħad-definizzjoni u l-limiti attwali tal-kapaċità ta’ sajd; ifakkar li, b’mod ġenerali, il-magni li jaħdmu bl-idroġenu jew bl-ammonijaka jew il-magni elettriċi huma itqal u ikbar meta mqabbla mal-magni diżil ekwivalenti u li, għaldaqstant, l-installazzjoni abbord tagħhom tirrikjedi tunnellaġġ gross ikbar, u barra minn hekk hemm nuqqas ta’ teknoloġiji adegwati, il-kostijiet għoljin tagħhom u l-assenza ta’ attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp speċifikament iċċentrati fuq is-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura; jiddispjaċih li dawn l-ostakli mhumiex indirizzati fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi miżuri biex twieġeb għall-ħtieġa li tiġi ffaċilitata d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija tas-sajd, tissolva l-kwistjoni tat-tixjiħ tal-laneċ tas-sajd u jittejbu s-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol; iqis li tali miżuri jistgħu, fejn xieraq, jinkludu:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>użu sħiħ tat-tunnellaġġ gross disponibbli fi ħdan il-limiti massimi tal-kapaċità nazzjonali,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>definizzjoni mill-ġdid tal-kapaċità tas-sajd, pereżempju, billi jiġi eskluż it-tunnellaġġ relatat ma’ “soċjali u ta’ sikurezza” mill-kalkolu tal-kapaċità tas-sajd,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>żieda fil-limiti tal-kapaċità tas-sajd mil-lat ta’ tunnellaġġ gross u ta’ saħħa tal-magni, mingħajr ma tiżdied il-kapaċità tal-bastimenti li jaqbdu aktar ħut;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmluha aktar faċli għall-professjonisti tal-industrija biex jaċċessaw il-fondi tal-FEMSA;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaċċelleraw ir-riċerka u l-iżvilupp, jadattaw il-politika dwar l-Għajnuna mill-Istat u f’sinerġija mal-FEMSA jipprovdu finanzjament adegwat u suffiċjenti, sabiex is-settur ikun jista’ jikseb id-dekarbonizzazzjoni tal-flotta tal-UE fil-perjodu ta’ żmien strett meħtieġ mill-Patt Ekoloġiku Ewropew u obbligi relatati oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tirrieżamina l-FEMSA, f’konformità mal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji tas-Sajd, adottat fit-12-il Konferenza Ministerjali tiegħu (MC12) fis-17 ta’ Ġunju 2022, bil-ħsieb li tintlaħaq in-newtralità karbonika; jitlob li jiġi approvat finanzjament għal opri tal-baħar ġodda, fil-parametri stabbiliti fil-ftehimiet internazzjonali tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob ukoll li tiġi żviluppata assistenza għat-tranżizzjoni ekonomika biex tiġi avvanzata d-dekarbonizzazzjoni, li tkopri s-segmenti kollha tal-flotta; jinsisti, peress li l-flotta hija antika ħafna, li tali assistenza għandha tintuża wkoll biex tissostitwixxi l-opri tal-baħar eżistenti b’opri tal-baħar aktar effiċjenti, sikuri, teknoloġikament innovattivi u spazjużi li jikkontribwixxu biex is-settur isir aktar attraenti u biex jiġi promoss it-tiġdid ġenerazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkomplementaw il-finanzjament tal-FEMSA, pereżempju permezz tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, RePower EU u Orizzont Ewropa biex jiffaċilitaw id-dekarbonizzazzjoni u jiffinanzjaw ir-riċerka, sabiex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni ekoloġika ġusta li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jappoġġjaw ir-riċerka u jippermettu rkaptu u tekniki innovattivi għal sajd selettiv li jikkontribwixxu għal tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> u fl-użu tal-fjuwil;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pjanijiet pluriennali reġjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol essenzjali tal-pjanijiet pluriennali (MAPs) bħala oqfsa ewlenin għall-ġestjoni fit-tul tas-sajd reġjonali, abbażi tal-aħjar pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli, iżda jiddispjaċih li dawn ma laħqux il-potenzjal sħiħ tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kemm il-pjanijiet pluriennali eżistenti qed jiġu implimentati b’mod effettiv, sabiex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS; fejn meħtieġ, dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati u mtejba, sabiex iqisu kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi u kundizzjonijiet li qed jinbidlu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tesplora, f’koordinazzjoni ma’ sħab oħra fil-qasam, jiġifieri pajjiżi mhux tal-UE u l-Organizzazzjonijiet Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd (RFMOs) rilevanti, jekk pjanijiet pluriennali simili għal dawk fis-seħħ f’baċiri oħra tal-baħar jistgħux jiġu proposti għall-bqija tal-ilmijiet tal-UE, b’mod partikolari fil-Lvant tal-Mediterran u fil-Baħar l-Iswed, u kif dawn jistgħu jikkomplementaw u jaħdmu flimkien mal-għodod ta’ ġestjoni li jeżistu diġà f’dawn il-baċiri tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu żgurati sinerġiji bejn il-pjanijiet pluriennali reġjonali u l-politiki marittimi speċifiċi għal kull baċir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jemmen li huwa imperattiv li l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha kompetenti għall-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll il-Kunsilli Konsultattivi (ACs), li għandhom rwol fundamentali f’dan ir-rigward, ikunu involuti bis-sħiħ fid-definizzjoni, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet pluriennali f’konformità mal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza li s-sajd huwa s-settur l-aktar dipendenti fuq stokkijiet b’saħħithom, produttivi u reżiljenti u ekosistemi tal-baħar u li dawn l-ekosistemi huma milquta wkoll mill-ħafna użi oħra tal-ambjent tal-baħar, u mill-attivitajiet li jseħħu fih, bħat-trasport marittimu u t-turiżmu, l-iżvilupp urban u tal-kosta, l-isfruttament tal-materja prima u s-sorsi tal-enerġija, inkluża l-estrazzjoni minn qiegħ il-baħar, apparti li huma milquta mit-tniġġis tal-baħar u t-tibdil fil-klima; konsegwentement, jenfasizza l-ħtieġa li tittejjeb l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema fil-livell reġjonali, nazzjonali u Ewropew, fejn il-pjanijiet pluriennali u għodod oħra ta’ ġestjoni għandhom rwol kruċjali x’jaqdu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ miżuri konsistenti ta’ ġestjoni tas-sajd fir-rigward ta’ stokkijiet transżonali f’reġjuni koperti minn diversi pjanijiet pluriennali, kif ukoll għal reġjuni mhux koperti mill-pjanijiet pluriennali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-governanza</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jirrakkomanda b’qawwa, minħabba l-importanza strateġika tas-sajd u l-akkwakultura bħala sors ta’ ikel tajjeb għas-saħħa, b’ħafna proteini u b’livell għoli ta’ kwalità, li din il-politika tingħata r-rikonoxximent strateġiku addizzjonali li jistħoqqilha fi ħdan il-Kummissjoni u li s-servizzi responsabbli tal-Kummissjoni jkollhom għadd adegwat ta’ esperti fis-sajd u fl-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jitlob li, fil-kompożizzjonijiet futuri tal-Kulleġġ tal-Kummissarji, ikun hemm Kummissarju ddedikat esklussivament għas-sajd, l-akkwakultura u l-affarijiet marittimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-Kummissjoni tinkludi informazzjoni dettaljata biżżejjed fir-rapporti annwali tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 50 tal-PKS, sabiex l-implimentazzjoni tal-PKS mill-Kummissjoni tkun tista’ tiġi mmonitorjata u vvalutata b’mod effettiv; jistieden ukoll lill-Kummissjoni, meta tirrevedi l-PKS, temenda l-Artikolu 49 sabiex tistabbilixxi skadenza għal rapport li għandu jiġi ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għaxar snin wara r-rieżami u kull ħames snin minn dakinhar ’il quddiem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja aħjar lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni u fl-iżgurar tar-rispett tal-objettivi tal-PKS u tal-konformità magħhom; jissottolinja li huwa essenzjali li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jkunu trasparenti fil-ġestjoni tagħhom tar-riżorsi tas-sajd; jenfasizza li ġestjoni trasparenti hija vitali biex jiġi żgurat livell għoli ta’ fiduċja fost iċ-ċittadini tal-UE u biex tinżamm ir-reputazzjoni tajba tas-settur tas-sajd tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jipproponi lill-Kummissjoni u lill-Kunsill li l-Parlament Ewropew jingħata status ta’ osservatur, filwaqt li tiġi żgurata rappreżentanza politika sħiħa, fin-negozjati annwali dwar l-opportunitajiet tas-sajd;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ir-reġjonalizzazzjoni u l-involviment tal-partijiet ikkonċernati</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tissaħħaħ ir-reġjonalizzazzjoni fil-PKS, b’mod li jippermetti lir-reġjuni u lill-awtoritajiet lokali jkunu aktar involuti fl-abbozzar, l-iżvilupp u l-evalwazzjoni tal-programmi operattivi nazzjonali għas-sajd u fil-ġestjoni tas-sajd b’mod aktar ġenerali, filwaqt li jsir użu sħiħ mill-possibilitajiet eżistenti fil-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet reġjonali, filwaqt li jiġi applikat approċċ armonizzat għall-ġestjoni tas-sajd madwar l-UE; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kooperazzjoni tagħhom fi ħdan il-gruppi reġjonali, flimkien mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, il-Kunsilli Konsultattivi u l-awtoritajiet lokali u reġjonali f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament Bażiku tal-PKS sabiex ifasslu miżuri ta’ konservazzjoni reġjonali permezz ta’ rakkomandazzjonijiet konġunti li jkunu mfassla aħjar għall-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull baċir marittimu partikolari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza r-rwol fundamentali tal-Kunsilli Konsultattivi fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni tal-partijiet ikkonċernati u fl-iżgurar tal-parteċipazzjoni adegwata u ġusta tagħhom fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jenfasizza wkoll li l-Kunsilli Konsultattivi huma essenzjali biex jipprovdu esperjenza u għarfien lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri, kif ukoll biex jippreżentaw rakkomandazzjonijiet dwar kwistjonijiet relatati mal-ġestjoni tas-sajd u mal-aspetti soċjoekonomiċi u ta’ konservazzjoni tas-sajd u l-akkwakultura u jispjegaw il-problemi tas-settur u ta’ partijiet ikkonċernati oħra, u b’hekk jappoġġjaw u jtejbu l-leġiżlazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jissottolinja li l-Kunsilli Konsultattivi għandhom ukoll rwol ewlieni fil-kuntest tar-reġjonalizzazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-partijiet ikkonċernati reġjonali u l-Kunsilli Konsultattivi jkollhom rwol akbar fin-negozjati u l-konsultazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi, speċjalment ir-Renju Unit u n-Norveġja; jindika li l-Kummissjoni hija responsabbli għall-organizzazzjoni tan-negozjati ma’ pajjiżi terzi b’mod li jingħata lok għal interazzjonijiet u skambji diretti bejn il-partijiet ikkonċernati fuq iż-żewġ naħat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jappoġġja l-kompożizzjoni tal-Kunsilli Konsultattivi, b’maġġoranza fir-rappreżentanza ta’ operaturi soċjoekonomiċi meta mqabbla ma’ gruppi oħra ta’ interess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet ikkonċernati fil-Kunsilli Konsultattivi, f’atmosfera ta’ ħidma tajba bbażata fuq ir-rispett, l-inklużjoni tal-opinjonijiet kollha mill-gruppi differenti ta’ partijiet ikkonċernati, segretarjati imparzjali, presidenti b’rotazzjoni u rieżamijiet tal-prestazzjoni esterni, regolari u indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-Kunsilli Konsultattivi jiġu involuti fil-ħidma tal-Parlament Ewropew, u għaldaqstant jirrakkomanda li jsiru skambji regolari bejn ir-rappreżentanti tal-Kunsilli Konsultattivi u l-Kumitati rilevanti tal-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li m’hemmx biżżejjed monitoraġġ u trasparenza fir-rigward ta’ kif il-parir tal-Kunsilli Konsultattivi jitqies fit-teħid ta’ deċiżjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni tfassal proċedura biex tagħti lill-Kunsilli Konsultattivi fehim aħjar tar-riżultati tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom, bħall-kunsiderazzjoni ta’ rapport annwali, kif ukoll l-inklużjoni ta’ spjegazzjonijiet fi proposti speċifiċi mill-Kummissjoni, bħal fil-premessi tal-atti leġiżlattivi rilevanti, dwar kif tqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsilli Konsultattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipparteċipa b’mod sistematiku u attiv fil-laqgħat tal-Kunsilli Konsultattivi u tikkomunika aħjar dwar il-valur tal-parir tagħhom, kif ukoll lill-Istati Membri biex jipprovdu appoġġ xieraq għall-funzjonament tal-Kumitati Konsultattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Iqis li l-koġestjoni hija mudell parteċipattiv u b’responsabbiltà konġunta, ibbażat fuq approċċ minn isfel għal fuq, li huwa trasparenti, proattiv u demokratiku, u li jgħin biex tiġi ġġenerata aktar kondiviżjoni tal-għarfien għall-ġestjoni tas-sajd, fi ħdan kultura ta’ responsabbiltà, filwaqt li tistabbilixxi network ta’ fiduċja u tikkontribwixxi biex jonqsu l-kunflitti u biex jingħelbu l-ostakli għall-implimentazzjoni tal-innovazzjonijiet u l-miżuri meħtieġa fil-ġestjoni tas-sajd, kif ukoll fil-ħolqien, l-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta’ Żoni tal-Baħar Protetti, fejn uriet li rnexxiet ħafna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni mħabbra fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-PKS illum u għada biex twettaq, bejn ir-rebbiegħa tal-2023 u s-sajf tal-2024, proġett ta’ prospettiva parteċipattiv madwar l-UE kollha dwar “Is-Sajd tal-Futur” ibbażat fuq intervisti fil-post;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Deċiżjonijiet ibbażati fuq ix-xjenza u valutazzjonijiet tal-impatt</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibbaża l-inizjattivi politiċi u leġiżlattivi kollha tagħha (inkluż l-atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu restrizzjonijiet fuq is-sajd) fuq l-aħjar pariri xjentifiċi, tekniċi u ekonomiċi disponibbli (inkluż l-għarfien empiriku tas-sajjieda) u l-konsultazzjoni u l-parteċipazzjoni tas-settur tas-sajd u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra u fuq valutazzjonijiet tal-impatt soċjoekonomiku preċedenti bl-użu ta’ għodod innovattivi bħal dawk żviluppati fil-proġett CABFishman, li janalizza l-impatti tas-sajd fuq iż-żoni tal-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi umani u materjali tagħhom u jgħammruhom għal kampanji u proġetti xjentifiċi adatti sabiex ikollhom biżżejjed għarfien tal-ispeċijiet li jkunu fil-mira tal-politiki ta’ konservazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jitlob li l-FEMSA jipprovdi appoġġ effettiv għal tekniki tas-sajd aktar selettivi u b’inqas impatt fuq il-flotot tas-sajd tal-UE, u b’mod partikolari biex jappoġġja lis-sajjieda milquta l-aktar mir-restrizzjonijiet, abbażi ta’ valutazzjonijiet tal-impatt xjentifiċi dwar l-użu ta’ tekniki tas-sajd speċifiċi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippromwovi l-kunċett xjentifiku tal-“pixxekoloġija” li għandu l-għan li jirrikonċilja l-miżuri ta’ konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ħajjin tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Iqis li l-Kunsilli Konsultattivi għandhom jingħataw il-possibbiltà li jikkontribwixxu għall-pariri li l-Kummissjoni titlob mingħand il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) sabiex titrawwem kollaborazzjoni aktar mill-qrib bejn ix-xjentisti u l-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinforma b’mod sistematiku lill-Parlament Ewropew dwar dawn it-talbiet, b’mod partikolari l-mod li bih jikkontribwixxu għall-objettivi tal-PKS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-integrazzjoni tas-sajd f’kuntest ta’ politika usa’</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li s-sajd u l-akkwakultura jingħataw post ġust meta mqabbla ma’ setturi oħra fit-tfassil tal-politika u fl-ippjanar tal-ispazju; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi stabbilit bilanċ aħjar bejn id-diversi attivitajiet ekonomiċi li jappartjenu għall-Ekonomija Blu sabiex jitnaqqsu u jiġu evitati l-kunflitti u jitrawmu sinerġiji, speċjalment mal-infrastrutturi tal-enerġija rinnovabbli marittimi<FOOTNOTE><FIELD> Skont ir-rapport speċjali tal-Qorti tal-Awdituri tal-5 ta’ Lulju 2023 dwar “Enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fl-UE”: “Il-konsegwenzi negattivi potenzjali tal-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli lil hinn mill-kosta fuq is-settur tas-sajd jeħtieġ li jiġu identifikati u indirizzati aħjar” (https://www.eca.europa.eu/ECAPublications/SR-2023-22/SR-2023-22_MT.pdf, paġna 41).</FIELD></FOOTNOTE>, permezz tad-Direttiva dwar l-ippjanar tal-ispazju marittimu<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2014/89/UE tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135).</FIELD></FOOTNOTE>; jindika li dan jirrikjedi parteċipazzjoni wiesgħa u inklużiva tal-partijiet ikkonċernati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Ifakkar li r-rekwiżiti tal-ħarsien tal-ambjent iridu jiġu integrati fil-PKS bl-għan li jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli, f’konformità mat-TFUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jenfasizza li huwa impossibbli li s-sajd jiġi ġestit bħala politika awtonoma, u jistieden lill-Kummissjoni timplimenta l-PKS f’sinerġija mal-politiki pubbliċi kollha tal-UE li jolqtu l-idrosfera u filwaqt li tqis l-isfidi kollha assoċjati maż-żoni marittimi tal-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jissottolinja li, b’mod partikolari, il-PKS trid tkun konsistenti mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, b’mod partikolari mal-objettiv li jinkiseb status ambjentali tajjeb kif stabbilit fid-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2008/56/KE tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19).</FIELD></FOOTNOTE>, u tiġi implimentata filwaqt li tirrispetta t-tliet pilastri tas-sostenibbiltà b’mod ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li politiki u strateġiji oħra tal-UE jqisu biżżejjed il-PKS u jkunu koerenti magħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa ta’ approċċ olistiku, li jiżgura appoġġ xieraq għas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, meta jiġu implimentati miżuri mfassla biex itejbu l-kundizzjonijiet għall-ambjent tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 13 tat-TFUE jipprevedi li, fil-formulazzjoni u fl-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd tal-UE, l-UE u l-Istati Membri tagħha għandhom iqisu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tat-trattament xieraq tal-annimali, filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi jew amministrattivi u d-drawwiet tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid aktar l-għarfien ibbażat fuq ix-xjenza dwar it-trattament xieraq tal-annimali akkwatiċi u tqis din ir-riċerka fi żviluppi futuri tal-politika fis-sajd u fl-akkwakultura; jenfasizza li, kwalunkwe żvilupp tal-politika futur għandu jqis ukoll il-fattibbiltà prattika fil-ġestjoni tas-sajd u tal-akkwakultura u l-impatt ekonomiku u operattiv potenzjali fuq l-operaturi u l-attivitajiet, u għandu jqis ukoll il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Iqis li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti purament ibbażati fuq il-pjanti bl-isem kummerċjali “ħut” jew speċijiet ta’ ħut tista’ twassal għal konfużjoni għall-konsumaturi meta jixtruhom; jafferma li l-isem kummerċjali “ħut” jew speċijiet ta’ ħut għandu jkun riżervat fis-suq intern għall-prodotti tas-sajd jew tal-akkwakultura li joriġinaw mill-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi, taġġorna u tagħti kontenut regolatorju lill-kunċett ta’ “żona li tiddependi ħafna mis-sajd”, sabiex dan ir-rikonoxximent jipprovdi trattament differenzjat immirat lejn il-preżervazzjoni tas-sajd f’dawn iż-żoni permezz ta’ distribuzzjoni preferenzjali tal-kwoti tas-sajd; jappoġġja l-fehma li l-elementi li jiddefinixxu kunċett aġġornat ta’ “żona li tiddependi ħafna mis-sajd” għandhom jinkludu l-produzzjoni ta’ proteini tal-annimali ta’ kwalità, il-kontribut għas-sigurtà tal-ikel jew l-iżgurar ta’ valur miżjud għoli għall-qabdiet u prodotti oħra tal-baħar, kif ukoll l-importanza soċjali tal-attività;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sajd fuq skala żgħira</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jinnota li xi aspetti tal-PKS jaf ma jaħsbux b’mod adegwat għas-settur tas-sajd fuq skala żgħira u li jeħtieġ li jiġu żgurati r-rwol soċjoekonomiku vitali tiegħu f’ħafna komunitajiet tal-kosta u r-rwol strateġiku tiegħu fid-disponibbiltà tal-provvista tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-PKS għandha tqis biżżejjed in-natura varjata, il-karatteristiċi speċifiċi u l-problemi tas-setturi tas-sajd fuq skala żgħira u tal-frott tal-baħar bil-qoxra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ involviment u parteċipazzjoni akbar tal-professjonisti tas-sajd fuq skala żgħira fil-ġestjoni, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki tas-sajd, kif ukoll fl-Kunsilli Konsultattivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Huwa tal-fehma li rieżami tal-PKS għandu jinkludi definizzjoni komuni, wiesgħa u xierqa ta’ sajd fuq skala żgħira, artiġjanali u tal-kosta; jenfasizza li din id-definizzjoni għandha tkun prammatika, tista’ titkejjel u ċara; jenfasizza wkoll li din id-definizzjoni għandha tirriżulta minn valutazzjoni xierqa li tqis il-karatteristiċi u l-kriterji speċifiċi tat-taqsima tas-sajd fuq skala żgħira, aktar milli tiffoka biss fuq it-tul tal-opra tal-baħar, sabiex naslu għal definizzjoni ta’ sajd fuq skala żgħira li tirrifletti aħjar ir-realtà ta’ din it-taqsima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-Kunsilli Konsultattivi, tipproponi definizzjoni armonizzata li għandha tiġi inkluża f’rieżami tar-Regolament Bażiku tal-PKS sabiex din tkopri l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar is-sajd, fejn xieraq; iqis li l-ebda waħda mill-bidliet deskritti hawn fuq m’għandu jkollha impatt fuq l-implimentazzjoni tal-FEMSA matul il-perjodu baġitarju attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jisħaq fuq il-bżonn ta’ emenda għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran, magħruf ukoll bl-isem “Regolament dwar il-Mediterran”, li jistabbilixxi r-regoli dwar il-karatteristiċi tekniċi tal-irkaptu tas-sajd u tal-użu tiegħu u li sfortunatament huwa obsolet u għaldaqstant jippreżenta ostaklu biex jintlaħqu l-għanijiet ewlenin tal-Politika Komuni tas-Sajd, b’mod partikolari dawk relatati mas-sajd fuq skala żgħira;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Allokazzjoni ta’ kwoti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jenfasizza li, skont l-Artikolu 17, meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd disponibbli għall-flotta tagħhom, l-Istati Membri għandhom jużaw kriterji trasparenti u oġġettivi, inklużi dawk ta’ natura ambjentali, soċjali u ekonomika; jenfasizza li huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddeterminaw il-kriterji li jużaw meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-metodi ta’ allokazzjoni attwali bbażati fil-parti l-kbira fuq drittijiet storiċi jippermettu ċertu livell ta’ stabbiltà ekonomika fis-settur tas-sajd, li tista’ tkun kundizzjoni li tippermetti lill-operaturi jinnovaw u jadottaw tekniki aktar sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jisħaq li sistema faċilment aċċessibbli ta’ opportunitajiet tas-sajd flimkien ma’ kriterji trasparenti għall-allokazzjoni tagħha u trasparenza dwar l-applikazzjoni prattika tagħha tippermetti skrutinju aħjar, kundizzjonijiet ekwi, opportunitajiet indaqs għall-partijiet ikkonċernati kollha u aktar prevedibbiltà, stabbiltà u ċertezza tad-dritt għas-sajjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas ta’ trasparenza fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd f’ċerti Stati Membri u jitlob li l-kriterji jsiru pubbliċi, f’konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Iqis li l-metodi ta’ allokazzjoni għandhom jiġu żviluppati u applikati bl-involviment tal-komunitajiet tas-sajd, l-awtoritajiet reġjonali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, filwaqt li jiġi żgurat li s-segmenti kollha tal-flotta, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema jkunu rappreżentati b’mod ġust, abbażi tal-aħjar parir xjentifiku disponibbli, u li dawn għandhom jinkludu salvagwardji bħal perjodi ta’ avviż li jippermettu lis-sajjieda jadattaw f’każ li l-Istati Membri jiddeċiedu li jibdlu l-metodu ta’ allokazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kunsill iqis l-ispeċifiċitajiet u l-ħtiġijiet ta’ kull taqsima tal-flotta, inkluż it-taqsima tas-sajd fuq skala żgħira, meta jalloka l-opportunitajiet tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Ifakkar fir-rwol tal-Artikolu 17 tal-PKS bħala għodda biex tipprovdi inċentivi għal sajd b’impatt baxx u fuq skala żgħira u li huwa f’idejn l-Istati Membri li jagħmlu użu mill-possibbiltajiet offruti minnha, bħal inċentivi biex jintuża rkaptu tas-sajd aktar selettiv jew biex jintużaw tekniki tas-sajd b’inqas konsum tal-enerġija jew b’inqas impatt fuq il-ħabitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni se tibda diskussjonijiet bejn l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati bil-ħsieb li jitħejja vade mecum dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd sabiex ittejjeb it-trasparenza, tippromwovi prattiki tas-sajd sostenibbli fl-UE kollha, u tappoġġja s-sajd fuq skala żgħira u tal-kosta;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-organizzazzjonijiet u x-xrieki tal-produtturi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="DASH"><INT.LI LEVEL="0">Jissottolinja r-rwol tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fil-promozzjoni tas-sostenibbiltà, fil-kontribut għad-disponibbiltà tal-provvista tal-ikel u fit-tisħiħ tat-tkabbir u l-impjiegi fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura permezz ta’, fost l-oħrajn:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-ġestjoni u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet kollettivi,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>l-irbit tal-produtturi, tal-ewwel xerrejja u tal-konsumaturi fil-katina tal-provvista,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-promozzjoni ta’ prodotti tas-sajd vijabbli u sostenibbli għall-konsumaturi billi jipparteċipaw fi skemi ta’ ċertifikazzjoni,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>il-promozzjoni tal-konformità mar-regolamentazzjoni tas-sajd, filwaqt li tiġi appoġġjata t-traċċabbiltà u jissaħħu t-trasparenza u l-kwalità tad-data fid-dikjarazzjonijiet tal-qbid sabiex jiġi miġġieled is-sajd IUU,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>–</SYMBOL>id-distribuzzjoni u l-ġestjoni, f’xi Stati Membri, tal-kwoti tas-sajd;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Barra minn hekk jinnota li f’ħafna Stati Membri, huma relattivament ftit is-sajjieda fuq skala żgħira li jappartjenu għal organizzazzjoni tal-produtturi, u saħansitra inqas is-sajjieda fuq skala żgħira li għandhom organizzazzjoni tal-produtturi speċifika tagħhom, u dan jillimita l-kapaċità tagħhom li jibbenifikaw minn dan il-kanal biex jaċċessaw il-kwoti tas-sajd; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffaċilitaw u jinkoraġġixxu l-ħolqien ta’ organizzazzjoni tal-produtturi minn, u għal, sajjieda fuq skala żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jisħaq li l-assoċjazzjonijiet tas-sajjieda bħax-xrieki, li jsegwu l-objettivi ewlenin ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fl-ambitu tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq<FOOTNOTE><FIELD> Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, għandhom ikunu eliġibbli biex jirċievu għajnuna finanzjarja fuq bażi ugwali mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi rikonoxxuti fil-preżent; jinsisti, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri kkonċernati, il-Kummissjoni u x-xrieki għandhom jikkunsidraw flimkien l-għażliet u s-soluzzjonijiet rilevanti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tiġdid ġenerazzjonali u r-rwol tan-nisa</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jirrimarka li l-istandards tal-PKS huma fost l-ogħla fid-dinja u jagħtu kontribut importanti għas-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali u li, għalkemm għad hemm ħafna lok għal titjib, il-progress li sar f’dawn l-aħħar deċennji juri x’jista’ jsir għal kontribut ulterjuri għas-sostenibbiltà tal-istokkijiet u tal-ħabitats tal-ħut min-naħa l-waħda u għaż-żieda fid-dħul tas-sajjieda u tas-sidien tal-bastimenti min-naħa l-oħra; jenfasizza li l-promozzjoni ta’ standards għoljin f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali tas-settur tas-sajd, fost fatturi oħra, hija kruċjali biex tiġi attirata ġenerazzjoni ġdida ta’ sajjieda u tiġi pprovduta stabbiltà ekonomika fit-tul għas-settur tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jinnota li l-ħarsien tal-ambjent huwa qasam ta’ tħassib li kulma jmur qed jikber għall-Ewropej, u b’mod partikolari għall-ġenerazzjonijiet iżgħar; jisħaq fuq l-importanza tal-ġestjoni sostenibbli tas-sajd biex jiġu attirati sajjieda żgħażagħ; jitlob, f’dan ir-rigward, il-promozzjoni ta’ sajd b’impatt baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura li parti mill-kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-ambitu tal-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli tiġi allokata wkoll, fejn possibbli, għall-integrazzjoni aħjar taż-żgħażagħ u n-nisa fis-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura, għar-restawr tal-ambjent tal-baħar u għat-titjib tal-għarfien dwar l-istat tal-klima u l-ambjent tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li ż-żgħażagħ jiġu attirati mhux biss lejn attivitajiet tas-sajd fuq il-baħar, iżda anki lejn il-ġestjoni tal-impriżi tas-sajd u lejn l-akkwakultura, biex b’hekk jiġi żgurat tiġdid ġenerazzjonali fis-settur kollu tal-ikel akkwatiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jenfasizza li t-tiġdid ġenerazzjonali huwa importanti biex jiġu miġġielda l-isfidi demografiċi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom iż-żoni tal-kosta u ż-żoni rurali tal-madwar, b’mod partikolari, u se jikkontribwixxi għall-preżervazzjoni tal-wirt kulturali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-FEMSA 2021-2027 jipprovdi assistenza u appoġġ għas-sajjieda żgħażagħ li jixtru opra tal-baħar jew impriża tas-sajd għall-ewwel darba; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu t-tiġdid ġenerazzjonali billi jappoġġjaw lill-persuni li jixtiequ jibdew karriera fis-settur tas-sajd u jneħħu l-ostakli, bħal pereżempju billi jindirizzaw il-kost għoli tal-bidu tan-negozju, l-instabbiltà tal-introjtu, l-inugwaljanza bejn il-ġeneri u n-nuqqas ta’ stabbiltà tal-karriera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, biex tipprovdi miżuri ġodda,u lis-settur biex jieħu miżuri, li se jistimulaw l-inklużjoni taż-żgħażagħ u n-nisa fil-livelli kollha tas-settur u jippromwovu aħjar it-tiġdid ġenerazzjonali, b’mod partikolari billi jagħmlu l-impjiegi kollha fil-katina tal-valur tas-sajd u tal-akkwakultura aktar attraenti, sikuri u mħallsa aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu żgurati informazzjoni u taħriġ xierqa, speċjalment għaż-żgħażagħ, biex tiġi żgurata l-kondiviżjoni tal-għarfien b’mod partikolari fir-rigward tal-kontribut tas-sajd għall-kwistjonijiet ta’ sostenibbiltà; jemmen li dan huwa importanti sabiex tiġi garantita kemm is-sitwazzjoni personali tagħhom billi jingħata kontribut għat-titjib tal-introjtu tagħhom, kif ukoll, b’estensjoni, il-koeżjoni tal-komunitajiet lokali tagħhom, speċjalment fir-reġjuni tal-kosta l-aktar iżolati, li għandhom anqas opportunitajiet ta’ impjieg;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jissottolinja li t-tiġdid ġenerazzjonali jrid iqis l-objettivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-ħtieġa li tiġi żgurata tranżizzjoni diġitali anke f’ekonomija blu sostenibbli; iqis, madankollu, li t-tiġdid ġenerazzjonali ma jridx iwassal għal kunflitt bejn il-ġenerazzjonijiet u għandu jinkludi sajjieda ta’ kull età biex jiġi żgurat bilanċ fit-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali sabiex jiġi żgurat li l-wirt tal-esperjenza ma jintilifx; jappella wkoll għal mobilità u opportunitajiet ta’ impjieg imtejba fl-UE kollha, mingħajr diffikultajiet jew restrizzjonijiet rigward ir-rikonoxximent tal-ħiliet u t-taħriġ tas-sajjieda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti tan-nisa fl-appoġġ loġistiku u amministrattiv għal-laneċ tas-sajd kif ukoll fil-kummerċjalizzazzjoni u l-ipproċessar tal-ħut; jenfasizza, madankollu, li dan ir-rwol spiss jiġi injorat jew bilkemm huwa viżibbli, b’mod partikolari bħala sajjieda jew kaptani tal-opri tal-baħar kif ukoll ir-rwol tagħhom fix-xjenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tvara inizjattivi biex tirrikonoxxi l-ħidma tan-nisa fis-sajd u ssaħħaħ il-viżibbiltà tar-rwol tagħhom, kemm billi tiffavorixxi l-inkorporazzjoni tagħhom fid-diversi oqsma tas-settur kif ukoll billi tappoġġja rappreżentanza aħjar tan-nisa fl-organizzazzjonijiet u l-entitajiet rappreżentattivi kollha, u tiżgura pagament ugwali bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Ifakkar li l-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-perjodu 2020 - 2025 tirrikjedi li l-fondi rilevanti tal-UE jappoġġjaw azzjonijiet bħall-FEMSA biex jiġu promossi l-bilanċ tan-nisa bejn ix-xogħol u l-ħajja privata tagħhom u l-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol, jiġu promossi investimenti f’faċilitajiet ta’ kura, tiġi appoġġjata l-intraprenditorija femminili u tiġi miġġielda s-segregazzjoni skont il-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu ħilithom biex jiżguraw li kull programm u azzjoni mmirati biex jattiraw liż-żgħażagħ lejn is-settur tas-sajd li jitwettqu fl-ambitu tal-PKS jeħtieġ jikkontribwixxi għall-kisba tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-dimensjoni esterna tal-PKS u l-governanza tal-oċeani</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni jinvesti aktar sforz fil-promozzjoni tal-PKS bħala mudell ta’ politika għall-governanza tal-oċeani, billi tuża l-pożizzjoni tal-UE fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, fil-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli, u b’mod aktar ġenerali fil-fora internazzjonali; jenfasizza li dan se jkun essenzjali biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta għall-operaturi tal-UE u biex jiġu difiżi l-interessi tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura tal-UE fil-livell globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja d-distribuzzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-UE, filwaqt li tiżgura li dawn jiġu allokati għas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Jitlob li jissaħħaħ ir-rwol tal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi qafas ġenerali għall-mandati ta’ negozjar għall-parteċipazzjoni f’dawn l-organizzazzjonijiet; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tiżgura l-involviment tal-Parlament fl-istadji l-aktar bikrija tal-abbozzar ta’ miżuri u rakkomandazzjonijiet għall-adozzjoni fi ħdan l-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd, b’mod li ma jdgħajjifx il-pożizzjoni ta’ negozjar tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Iqis li ma għandu jkun hemm l-ebda żona tal-oċean u l-ebda riżorsa tas-sajd rilevanti li ma jkunux koperti mill-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi l-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd ġodda, fejn ikun meħtieġ, kif ukoll l-adattament ta’ dawk eżistenti, f’fora internazzjonali, biex jittejbu l-protezzjoni tal-istokkijiet tal-ħut u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd u jiġu mħarsa l-attivitajiet sostenibbli tal-flotot li joperaw f’dawn iż-żoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jirrimarka li l-ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli ma’ pajjiżi mhux tal-UE jipprovdu benefiċċji reċiproċi kemm lill-UE kif ukoll lill-pajjiżi sħab; jissottolinja li ftehimiet ta’ sħubija dwar is-sajd sostenibbli reċenti jinkludu klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u jintegraw il-ħtiġijiet tal-popolazzjonijiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Iqis li huwa imperattiv li l-Kummissjoni tirrispetta għalkollox l-aspetti kollha tal-liġi internazzjonali meta tinvolvi ruħha fid-dimensjoni esterna tal-PKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-objettivi tal-PKS ikunu integrati bis-sħiħ fil-pożizzjoni tal-UE fil-fora ambjentali internazzjonali kollha, bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB) jew il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta’ Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), fejn jiġu diskussi kwistjonijiet relatati mar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-importazzjonijiet u l-kummerċ u s-sajd illegali, mhux regolat u mhux rappurtat</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Iqis li l-prodotti tal-ikel akkwatiku importati jridu jkunu soġġetti għal proċeduri rigorużi ta’ monitoraġġ u ċertifikazzjoni, biex jiġi żgurat li jiġu minn sajd sostenibbli, u bi standards ambjentali, soċjali u tas-saħħa għoljin, li jkunu stretti daqs dawk applikati għall-prodotti tal-UE; huwa tal-fehma li dan għandu jkun meħtieġ permezz ta’ klawżoli speċifiċi fil-ftehimiet kummerċjali ġodda nnegozjati mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jirrimarka li s-sistema ta’ traċċabbiltà għall-prodotti tal-ikel akkwatiku frisk, iffriżat u pproċessat importati fl-Unjoni, inkluż għal-lojns tat-tonn importati fl-ambitu tar-reġim tal-kwoti tariffarji awtonomi (ATQs), hija essenzjali sabiex jintlaħqu l-aspettattivi tal-konsumaturi permezz ta’ informazzjoni bl-għan li tittejjeb is-sikurezza tal-ikel u li jkunu possibbli verifiki fuq l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi, flimkien ma’ miżuri biex jiġi miġġieled is-sajd IUU; jitlob approċċ aktar armonizzat fl-UE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tal-IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Ifakkar li l-UE hija l-akbar suq ta’ importazzjoni għall-frott tal-baħar u għall-prodotti tal-akkwakultura, u l-aktar wieħed attraenti; jitlob li din il-pożizzjoni ta’ setgħa kummerċjali tiġi ingranata biex jiġu mħarsa l-interessi tal-konsumaturi tal-UE fil-promozzjoni ta’ standards għoljin u tas-setturi tal-UE, biex jiġi evitat li s-sħab tagħha jmorru lura mill-ftehimiet jew impenji u biex jitrawmu kundizzjonijiet ekwi fil-livell internazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards soċjali, ekonomiċi u ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit jinkorpora rabta diretta bejn id-dispożizzjonijiet dwar il-kummerċ u dawk dwar is-sajd; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li n-negozjati dwar is-sajd mar-Renju Unit kif ukoll ma’ stati oħra tal-kosta fl-Atlantiku tal-Grigal ikunu marbuta wkoll ma’ kwistjonijiet relatati mal-kummerċ u mal-aċċess għas-suq uniku tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-politika ta’ tolleranza żero tal-UE fir-rigward tas-sajd IUU, fid-dawl tal-fatt li dan tal-aħħar għadu jseħħ fil-livell internazzjonali, inkluż eżempji li jvarjaw minn nuqqas ta’ trasparenza dwar operazzjonijiet tas-sajd illegali għal skjavitù moderna, bħal fil-każ ta’ xi opri tal-baħar Ċiniżi, u jiddispjaċih li frott tal-baħar mhux awtorizzat għadu jinbiegħ f’għadd ta’ swieq tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jirrimarka li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw is-sajd IUU u jiżguraw li l-konsum tal-frott tal-baħar fl-UE ma jikkontribwixxix għalih;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Jitlob li l-ftehimiet kollha ta’ kummerċ ħieles ma’ pajjiżi terzi jinkludu taqsima dwar l-indirizzar tas-sajd IUU;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-reġjuni ultraperiferiċi</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Iqis li xi aspetti tal-PKS ma jindirizzawx biżżejjed il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kkonċernati jindirizzaw din is-sitwazzjoni abbażi tal-Artikolu 349 tat-TFUE u permezz ta’ approċċ reġjonalizzat, kif minqux fil-PKS, u, fejn meħtieġ, jagħmlu l-aġġustamenti meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jindika l-karatteristiċi speċifiċi tas-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura fir-reġjuni ultraperiferiċi; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi programm ta’ għażliet relatati b’mod speċifiku mal-periferiċità u l-insularità (POSEI) għas-sajd u l-akkwakultura, simili għal dak tal-agrikoltura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jenfasizza li l-appoġġ nazzjonali u tal-UE għat-tiġdid tal-flotot artiġjanali huwa ta’ importanza vitali għal dawn ir-reġjuni; jistieden lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, tadatta l-linji gwida tagħha għall-analiżi tal-bilanċ bejn il-kapaċità tas-sajd u l-opportunitajiet tas-sajd (COM(2014)0545) għall-karatteristiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jitwettqu studji robusti biex jiġu vvalutati r-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar fl-ilmijiet kollha tal-Unjoni u, b’mod partikolari, fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu appoġġjati metodi selettivi tas-sajd, bħal irkaptu ankrat biex jinġema’ l-ħut użat minn flotot artiġjanali fir-reġjuni ultraperiferiċi, dment li rkaptu bħal dan jikkontribwixxi għas-sajd sostenibbli u selettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti r-riżorsi meħtieġa biex jittejjeb l-għarfien xjentifiku taż-żoni ekonomiċi esklużivi tar-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tibdil fil-klima u sfidi oħra għall-futur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Jenfasizza li l-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih huma sfidi ewlenin li mhumiex indirizzati biżżejjed mill-PKS attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>137.</NO.P>Jenfasizza li l-isforzi li saru mill-industrija tas-sajd biex ittejjeb is-sostenibbiltà tal-istokkijiet u biex timpenja ruħha li żżommhom f’kundizzjoni tajba ladarba jintlaħaq status tajjeb se jitilfu t-tifsira tagħhom jekk it-tibdil fil-klima ma jiġix indirizzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>138.</NO.P>Jenfasizza bil-qawwa l-ħtieġa li r-riċerka xjentifika tiffoka aktar fuq l-interazzjonijiet bejn l-istokkijiet tal-ħut u l-bidliet ambjentali minħabba t-tibdil fil-klima, sabiex jiġi evitat li l-industrija tas-sajd tieħu t-tort kollu għall-eżawriment tal-istokkijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>139.</NO.P>Jisħaq li s-sajjieda u l-bqija tal-katina tal-frott tal-baħar mhumiex kawża tat-tibdil fil-klima, iżda pjuttost vittmi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>140.</NO.P>Iqis li s-settur tal-akkwakultura kapaċi jipprovdi kontribut konsistenti għas-servizzi tal-ekosistema għas-soċjetà, u li l-akkwakultura tal-għadajjar, il-kultivazzjoni tal-algi u t-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra jistgħu jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-UE u għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima; jenfasizza, madankollu, li s-sekwestru tal-karbonju permezz tal-kultivazzjoni tal-algi u tat-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra huwa limitat u jiddependi mill-metodu ta’ produzzjoni u l-użu meta l-prodott jinħasad; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu ktajjen tal-provvista qosra u effiċjenti, fejn xieraq, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>141.</NO.P>Jindika li ċerti prattiki tal-akkwakultura, bħat-trobbija tal-maskli jew tal-gajdri u l-polikultura tal-għadajjar, jistgħu jkunu mudelli ta’ suċċess għal sistemi futuri tal-krediti tat-tnaqqis ta’ emissjonijiet tal-karbonju, fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-klima; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw dan it-tip ta’ negozju ekoloġiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>142.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jkomplu jinkoraġġixxu l-promozzjoni tat-trobbija tal-algi u jiffaċilitaw l-użu u l-iżvilupp tal-algi bħala ikel u għalf; jenfasizza li fil-kultivazzjoni tal-algi hemm potenzjal mhux sfruttat għall-ħolqien ta’ impjiegi ġodda u għall-forniment ta’ servizzi tal-ekosistema u ta’ ikel u għalf aktar ekoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>143.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis, meta tirrevedi l-Politika Komuni tas-Sajd, li l-karatteristiċi tal-oċean (it-temperatura, id-densità, is-salinità, is-saturazzjoni tal-ossiġenu, eċċ.) inbidlu matul dawn l-aħħar 10 snin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>144.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ ekosistemi aktar reżiljenti permezz ta’ żoni tal-baħar protetti konnessi u ġestiti b’mod effettiv, bħala bażi għal setturi tas-sajd reżiljenti u li joffru profitt ekonomiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>145.</NO.P>Jenfasizza li, għas-sajd, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tinkiseb permezz ta’ żoni tas-sajd u speċijiet fil-mira diversifikati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>146.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi umani u finanzjarji għax-xjenza tas-sajd relatata mat-tibdil fil-klima u mad-dekarbonizzazzjoni tal-flotta, filwaqt li janalizzaw l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-istat taż-żoni tas-sajd u l-ambjent tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>147.</NO.P>Jitlob li jkun hemm innovazzjoni fil-monitoraġġ tal-impatt tat-tibdil fil-klima fuq l-istokkijiet fil-qafas ta’ kollaborazzjoni mill-qrib bejn il-komunità xjentifika u l-partijiet ikkonċernati, sabiex tiżdied ir-reattività u jiġu żviluppati għodod ta’ ġestjoni adatti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>148.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tfassal għodod u finanzjament biżżejjed għas-setturi milquta mit-tibdil fil-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>149.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, sabiex tippromwovi l-ekonomija ċirkolari fis-settur tas-sajd, tistabbilixxi programmi Ewropej għas-sajjieda biex jiġbru l-iskart fil-baħar, jekk ikunu jistgħu jagħmlu dan, matul il-perjodi meta ma jkunux jistgħu jistadu, u b’hekk jissupplimentaw l-introjtu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>150.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw u jsegwu d-dispożizzjonijiet kollha tal-PKS li ma ġewx implimentati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Is-sajd rikreattiv</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>151.</NO.P>Jisħaq fuq l-urġenza u l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tad-data mill-qabdiet tas-sajd rikreattiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu fil-Qafas Ewropew għall-Ġbir tad-Data, stabbilit bir-Regolament (UE) 2017/1004<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2017/1004 tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta’ qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (ĠU L 157, 20.6.2017, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, l-ispeċijiet kollha soġġetti għal TACs u kwoti, apparti dawk inklużi fil-pjanijiet ta’ ġestjoni pluriennali (MAPs) u taħt l-obbligu ta’ ħatt l-art;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>152.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa ta’ data biex jiġi vvalutat l-impatt tas-sajd rikreattiv fl-UE fuq l-ekosistema tal-baħar u fuq ir-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar f’ilmijiet tal-UE, inkluż data dwar qabdiet inċidentali, b’mod partikolari speċijiet protetti fl-ambitu tal-liġi tal-Unjoni jew dik internazzjonali, data dwar l-impatti tas-sajd rikreattiv fuq il-ħabitats tal-baħar, inkluż żoni marittimi vulnerabbli, u data dwar l-impatti tas-sajd fuq il-katini alimentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>153.</NO.P>Jissottolinja li s-sajd rikreattiv jista’ jkollu impatt sinifikanti fuq l-istokkijiet tal-ħut; jilqa’ l-progress li sar fir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li s-sajd rikreattiv isir b’mod li jkun kompatibbli mal-objettivi tal-PKS;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-akkwakultura</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>154.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-akkwakultura biex tiġi ggarantita s-sigurtà tal-ikel fit-tul u biex tikkontribwixxi biex tintlaħaq id-domanda dinjija għall-ikel akkwatiku li kulma jmur qegħda dejjem tikber, kif ukoll fil-kontribut tagħha għall-ħolqien tat-tkabbir u tal-impjiegi għaċ-ċittadini tal-UE, biex jiġu ppreservati aħjar l-ekosistemi u l-bijodiversità u biex tkun parti minn ġestjoni aktar ċirkolari tar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>155.</NO.P>Jenfasizza li l-frott tal-baħar tat-trobbija, bħala sors ta’ proteina għall-ikel għandu impronta tal-karbonju iżgħar u jeħtieġ l-inqas użu ta’ riżorsi naturali minn bhejjem terrestri oħra, u għandu rwol importanti x’jaqdi biex jgħin fil-bini ta’ sistema alimentari sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>156.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tal-linji gwida strateġiċi u l-Pjanijiet Strateġiċi Nazzjonali Pluriennali għall-iżvilupp ta’ akkwakultura sostenibbli u reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>157.</NO.P>Jiddispjaċih li l-akkwakultura Ewropea ilha staġnata mill-2014, u li l-progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv u fl-integrazzjoni tal-akkwakultura fl-ippjanar spazjali marittimu, kostali u intern kien limitat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>158.</NO.P>Jissottolinja li l-akkwakultura Ewropea għadha ’l bogħod milli tilħaq il-kapaċità sħiħa tagħha u li r-rata ta’ dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni hija għolja ħafna, peress li kważi 75 % tal-frott tal-baħar totali li jiġi kkunsmat fl-UE jiġi importat minn pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>159.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu t-tkabbir ta’ akkwakultura b’impatt ambjentali baxx, li tinkludi mhux biss il-molluski u l-algi iżda wkoll it-trobbija tal-ħut bil-pinen tal-ilma ħelu u tal-baħar, aktar milli tippromwovi t-tkabbir ta’ akkwakultura b’livell trofiku baxx; jenfasizza b’mod partikolari l-importanza tal-produzzjoni tal-ħut bil-pinen fil-provvista tas-suq tal-UE, minħabba l-iskala tat-tunnellaġġ importat involut (94 % fl-2021);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>160.</NO.P>Ifakkar li l-pajjiżi produtturi l-kbar mhux tal-UE qed ikomplu jippromwovu b’mod qawwi t-tkabbir tas-settur tagħhom tat-trobbija tal-ħut bil-pinen, u l-UE hija s-suq ewlieni tal-esportazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>161.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-linji gwida strateġiċi riveduti u l-pjanijiet nazzjonali pluriennali u jippromwovu s-sostenibbiltà fit-tul tagħhom b’enfasi mhux biss fuq is-sostenibbiltà ambjentali iżda wkoll fuq is-sostenibbiltà ekonomika u soċjali tal-akkwakultura tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>162.</NO.P>Jiddispjaċih li l-politika kummerċjali attwali tal-UE ma tissalvagwardjax kundizzjonijiet ekwi bejn il-produtturi tal-UE u dawk mhux tal-UE li se jippermettu lis-settur tal-akkwakultura jikseb riżultati ekonomiċi sostenibbli u min-naħa l-oħra jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tar-reġjuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>163.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-akkwakultura biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-ikel fit-tul u tikkontribwixxi biex tintlaħaq id-domanda dinjija li kulma jmur qed tikber għall-ikel akkwatiku, kif ukoll il-kontribut tagħha għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi għaċ-ċittadini tal-UE, biex jiġu ppreservati aħjar l-ekosistemi u l-bijodiversità u li tagħmel parti minn ġestjoni aktar ċirkolari tar-riżorsi; jiddispjaċih li l-akkwakultura Ewropea ilha staġnata mill-2014, u li l-progress fit-tnaqqis tal-piż amministrattiv u fl-integrazzjoni tal-akkwakultura fl-ippjanar tal-ispazju marittimu, kostali u intern kien limitat; jenfasizza li l-akkwakultura Ewropea għadha ’l bogħod mill-ilħuq tal-kapaċità sħiħa, u li 75 % tal-frott tal-baħar ikkunsmat fl-UE jitrabba f’faċilitajiet barra mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-linji gwida strateġiċi u l-pjanijiet nazzjonali riveduti u tippromwovi s-sostenibbiltà ambjentali, ekonomika u soċjali fit-tul tagħhom;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>164.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>