<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0046</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar għal settur tas-sajd sostenibbli u reżiljenti</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0437/2023 - Rapporteur: Niclas Herbst)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2024 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: il-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar għal settur tas-sajd sostenibbli u reżiljenti (2023/2124(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2023 intitolata “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE: Nipproteġu u nirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar għal sajd sostenibbli u reżiljenti” (COM(2023)0102) (il-“pjan ta’ azzjoni”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Lulju 2023 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-pjan ta’ azzjoni tal-UE: Nipproteġu u nirrestawraw l-ekosistemi tal-baħar għal sajd sostenibbli u reżiljenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 349, 29.9.2023, p. 127.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 39 tiegħu dwar l-iżgurar ta’ livell ġust ta’ għajxien għall-komunitajiet agrikoli u tas-sajd, u l-Artikolu 5 tiegħu dwar il-prinċipju tal-proporzjonalità,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-NU bit-titlu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli), adottata fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York fil-25 ta’ Settembru 2015, u b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 14 tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jinkoraġġixxi l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi marini,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi tat-12 ta’ Diċembru 2015 u, b’mod partikolari, l-Artikolu 2(1)(b) tiegħu dwar l-adattament għall-impatti negattivi tat-tibdil fil-klima b’mod li ma jheddidx il-produzzjoni tal-ikel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar dwar il-Konservazzjoni u l-Użu Sostenibbli tad-Diversità Bijoloġika tal-Baħar ta’ Żoni lil hinn mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali tad-19 ta’ Ġunju 2023 (it-Trattat tan-NU dwar l-Ibħra Internazzjonali) u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/89/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 li tistabbilixxi qafas għal ippjanar tal-ispazju marittimu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 257, 28.8.2014, p. 135.</FIELD></FOOTNOTE> (Direttiva dwar l-Ippjanar tal-Ispazju Marittimu),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/2336 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 li jistabbilixxi kondizzjonijiet speċifiċi għas-sajd tal-istokkijiet tal-baħar fond fl-Atlantiku tal-Grigal u dispożizzjonijiet għas-sajd fl-ilmijiet internazzjonali tal-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2347/2002<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 23.12.2016, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 248, 22.9.2007, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar is-Sallura),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614 tal-15 ta’ Settembru 2022 li jiddetermina ż-żoni eżistenti tas-sajd fil-baħar fond u l-istabbiliment ta’ lista taż-żoni fejn huwa magħruf li jinsabu jew li x’aktarx ikun hemm ekosistemi vulnerabbli tal-baħar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 242, 19.9.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030: Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 intitolata “Aktar ħut fl-ibħra? Miżuri biex jippromwovu l-irkupru tal-istokkijiet ’il fuq mir-Rendiment Massimu Sostenibbli (MSY), inklużi ż-żoni ta’ rkupru tal-istokkijiet tal-ħut u ż-żoni tal-baħar protetti”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 129.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra ir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 intitolata “Lejn ekonomija blu sostenibbli fl-UE: ir-rwol tas-setturi tas-sajd u tal-akwakultura”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tas-7 ta’ Ġunju 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 17 tar-Regolament dwar il-Politika Komuni tas-Sajd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar il-Momentum favur l-Oċeani biex jissaħħu l-governanza u l-bijodiversità tal-oċeani<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Mejju 2023 dwar il-koġestjoni tas-sajd fl-UE u l-kontribut tas-settur tas-sajd għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ ġestjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0132.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Novembru 2023 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2007 li jistabbilixxi miżuri għall-irkupru tal-istokk tas-sallura Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0411.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza tas-26 ta’ Ġunju 2023 dwar il-Pakkett tal-politika tas-sajd għal settur tas-sajd u tal-akkwakultura sostenibbli, reżiljenti u kompetittiv,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-diskors tal-2023 dwar l-Istat tal-Unjoni tat-13 ta’ Settembru 2023 mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen fis-seduta plenarja tal-Parlament Ewropew,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ottubru 2007 intitolata “Politika Marittima Integrata għall-Unjoni Ewropea” (COM(2007)0575),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Gwida tal-Kummissjoni tal-2018 dwar l-Akkwakultura u Natura 2000;
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 2021 intitolat “L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi (l-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) 2019/1241)” (COM(2021)0583),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Jannar 2022 intitolat “Criteria and guidance for protected areas designations” (Kriterji u gwida għad-deżinjazzjonijiet taż-żoni protetti) (SWD(2022)0023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-servizzi Ekosistemiċi tal-4 ta’ Mejju 2019 intitolat “The global assessment report on biodiversity and ecosystem services” (Ir-rapport annwali ta’ valutazzjoni dwar is-servizzi tal-bijodiversità u l-ekosistemi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar tal-24 ta’ Ġunju 2021 intitolat “EU request on how management scenarios to reduce mobile bottom fishing disturbance on seafloor habitats affect fisheries landing and value” (Talba tal-UE dwar kif ix-xenarji ta’ ġestjoni biex jitnaqqas it-tfixkil tas-sajd mobbli tal-qiegħ fil-ħabitats ta’ qiegħ il-baħar jaffettwaw il-ħatt l-art u l-valur tas-sajd),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 26/2020 tas-26 ta’ Novembru 2020 intitolat “Ambjent tal-baħar: il-protezzjoni tal-UE hija wiesgħa iżda mhux approfondita”,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Konsultattiv għall-Akkwakultura ta’ Ġunju 2023 intitolata “Impact of the Action Plan’s Bottom Trawling Ban on Shellfish Farming” (L-impatt tal-projbizzjoni tat-tkarkir tal-qiegħ fuq trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra) kif ukoll it-tweġiba tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Awwissu 2023 intitolata ‘Answer to the Aquaculture Advisory Council’s Recommendation “Impact of the Action Plan’s Bottom Trawling Ban on Shellfish Farming”’ (Tweġiba għar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Konsultattiv għall-Akkwakultura: L-impatt tal-projbizzjoni tat-tkarkir tal-qiegħ fuq trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra”, kif ukoll l-ittra tagħha tat-3 ta’ April 2023 lill-MEPs David McAllister, Jens Gieseke u Niclas Herbst fuq <STRING ITALIC="on">Krabbenfisherei</STRING> (sajd għall-granċijiet)<FOOTNOTE><FIELD> Ares(2023)3615063.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0437/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-protezzjoni tal-oċean għandha tkun iggwidata mill-prinċipju tal-wirt komuni tal-umanità; billi hemm ħtieġa urġenti li tiżdied l-azzjoni fil-livell globali u tal-UE biex jitreġġa’ lura t-tnaqqis reali, eżistenti u deskritt xjentifikament tal-ekosistemi tal-baħar billi nindirizzaw, fil-limiti tal-kapaċità tagħna, il-pressjonijiet umani u naturali konċepibbli kollha, nappoġġjaw l-irkupru pożittiv tal-istokkijiet tal-ħut, l-ispeċijiet u l-ħabitats tagħhom u nħeġġu l-istudji, ir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam xjentifiku, kif ukoll billi nappoġġjaw s-sajd u t-tekniki li jiżguraw sajd u akkwakultura sostenibbli, bl-involviment sħiħ tal-operaturi, ir-rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali, is-soċjetà ċivili u l-komunitajiet kostali, li jipprovdu kontribut essenzjali għal dan l-objettiv globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi attwalment hemm bosta testi leġiżlattivi, komunikazzjonijiet, strateġiji u regolamenti relatati mal-protezzjoni tal-ambjent u l-ġestjoni tas-sajd, b’mod partikolari dwar ir-restawr tan-natura;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-UE impenjat ruħha li teżegwixxi l-Aġenda 2030 tan-NU, inkluż l-SDG 14, kif ukoll l-obbligi tagħha fil-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-politiki kollha tal-UE relatati kemm mad-dimensjoni esterna kif ukoll ma’ dik esterna tal-ekonomija blu sostenibbli huma ġestiti permezz ta’ struttura ta’ governanza kompartimentalizzata, li tirriżulta f’nuqqas ta’ sinerġiji u twassal għal kunflitti fost il-partijiet ikkonċernati tal-ekonomija blu sostenibbli; billi l-Kummissjoni għandha tapplika approċċ ibbażat fuq l-ekosistema fil-politiki kollha tal-UE relatati mal-ekonomija blu, bħala parti minn qafas legali ġenerali, sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika speċifiċi u jiġi żgurat li dawn jiġu ġestiti permezz ta’ approċċ integrat u konsistenti li jippromwovi sinerġiji bejn l-attivitajiet kollha relatati mal-baħar;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fil-laqgħa tal-Kunsill Agrikoltura u Sajd tal-20 ta’ Marzu 2023, l-Istati Membri esprimew diversi pożizzjonijiet, inkluża kritika, fir-rigward tal-pjan ta’ azzjoni; billi dan l-iskrutinju twettaq mill-parlamenti nazzjonali fi tmien Stati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-pjan ta’ azzjoni jrid ikun allinjat mal-objettivi tal-politika komuni tas-sajd (PKS), li għandha l-għan li tiggarantixxi l-konservazzjoni u l-ġestjoni xierqa tar-riżorsi bioloġiċi tal-baħar u li għandha l-għan li tiżgura li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura, li rriżultaw strateġiċi matul il-kriżijiet riċenti, ikunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’tali mod li jkun konsistenti mal-objettivi tal-ksib ta’ benefiċċji ekonomiċi, soċjali u għall-impjiegi u tal-kontribut għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-proċedimenti legali li għaddejjin inbdew mir-Renju ta’ Spanja fl-14 ta’ Novembru 2022 u mis-sajjieda u l-organizzazzjonijiet tal-produtturi Galizjani fit-13 ta’ Diċembru 2022 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1614, li jistabbilixxi 87 żona fl-ilmijiet tal-UE tal-Grigal tal-Atlantiku fejn l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ kollu huwa pprojbit, li jirrappreżentaw erja totali ta’ 16 419 km² u 17 % taż-żona ta’ bejn 400 u 800 metru fond fejn l-irkaptu tas-sajd tal-qiegħ mhuwiex permess; billi dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni ġie adottat mingħajr valutazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku minn qabel u l-implimentazzjoni tiegħu se twassal għal impatt soċjoekonomiku sever fuq il-flotot tas-sajd ikkonċernati;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-bijodiversità tal-baħar trid tiġi protetta u restawrata f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati kollha, u b’mod partikolari mas-settur tas-sajd u mal-komunità xjentifika;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, skont id-data tal-Kummissjoni, fl-2009, kien hemm biss ħames stokkijiet tal-ħut mistada b’mod sostenibbli fl-UE, iżda sal-2022, dan in-numru kien kiber għal aktar minn 60 u s-sitwazzjoni qed tkompli titjieb<FOOTNOTE><FIELD> Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2023 intitolata “Il-politika komuni tas-sajd illum u għada: Patt dwar is-Sajd u l-Oċeani lejn ġestjoni tas-sajd sostenibbli, ibbażata fuq ix-xjenza, innovattiva u inklużiva” (COM(2023)0103),</FIELD></FOOTNOTE>; billi minkejja li sar progress tajjeb fl-2022 lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-qafas tal-PKS, huwa meħtieġ aktar progress fl-ekosistemi tal-baħar tal-UE, b’mod partikolari fil-Baħar Mediterran u fil-Baħar l-Iswed;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-futur tas-sigurtà tal-ikel se jiddependi wkoll fuq il-kapaċità tagħna li nindirizzaw it-telf tan-natura u l-impatti dejjem jikbru tat-tibdil fil-klima;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ġestjoni tal-ekosistemi tirrikjedi approċċ olistiku li jqis il-kawżi kollha tat-telf tal-bijodiversità, bħas-sajd eċċessiv, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, il-feġġ ta’ speċijiet aljeni, l-erożjoni kostali jew it-telf tal-bijodiversità tal-baħar, inkluż permezz ta’ azzjonijiet li jippermettu li żoni protetti tal-baħar (MPAs) ġestiti kif xieraq u miżuri u attivitajiet effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona, bħat-trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra jkunu ta’ benefiċċju kemm għas-sajd kif ukoll għall-ekosistemi;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-protezzjoni tal-ambjent u s-sostenibbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifaħħar l-isforzi li saru mis-settur tas-sajd tal-UE u l-progress miksub biex is-sajd isir saħansitra aktar sostenibbli u biex jingħata kontribut għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar; iqis li, minkejja dawn l-isforzi u l-progress, l-oċean huwa affettwat minn diversi fatturi oħra bħas-sajd eċċessiv, it-tibdil fil-klima, l-aċidifikazzjoni, l-ispeċijiet aljeni invażivi u sorsi differenti ta’ tniġġis, b’mod partikolari minn attivitajiet u trasport ibbażati fuq l-art, li sa ċertu punt mhumiex fil-kontroll tas-sajjieda u jippreżentaw theddid sinifikanti għall-għajxien tas-sajjieda u għall-ekosistemi tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza l-valur intrinsiku tal-oċean u tal-ispeċijiet kollha li jiddependu minnu; jisħaq li ekosistemi tal-baħar b’saħħithom huma essenzjali għall-ħajja fid-Dinja u jiżvolġu rwol ewlieni fil-benesseri tal-pjaneta; jirrikonoxxi l-ħtieġa li tittejjeb il-protezzjoni tal-oċeani fil-livell globali kif ukoll tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jemmen, bħall-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-politiki tas-sajd u dawk ambjentali, li ekosistemi tal-baħar b’saħħithom huma ta’ benefiċċju għal saħħitna, għas-soċjetà u għall-ekonomija tagħna, u huma essenzjali għall-pjaneta kollha kemm hi u b’mod partikolari għall-popolazzjonijiet li jiddependu fuqhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fl-importanza vitali tal-oċeani bħala pilastru tas-sistemi tal-klima u tal-ikel, peress li dawn ikopru 71 % tal-wiċċ tad-dinja, jipproduċu nofs l-ossiġnu tagħna u jassorbu terz tal-emissjonijiet tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati approċċi ta’ politika u ta’ finanzjament għall-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani; jappella għall-preservazzjoni globali tal-għajxien ibbażat fuq l-oċeani u tal-bijodiversità tal-oċeani; jisħaq fuq ir-rwol kritiku tal-oċeani, b’mod partikolari fis-sekwestru tal-karbonju, l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli, il-ħolqien tal-impjiegi, it-tnaqqis tal-faqar, it-trasport tal-merkanzija u l-komunikazzjoni bl-internet; iwissi dwar l-interdipendenza bejn is-sajd u s-sigurtà tal-ikel, peress li 3,3 biljun ruħ jiddependu fuq l-ikel mill-baħar biex jiksbu mill-inqas 20 % tal-konsum tagħhom ta’ proteini mill-annimali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinnota li l-komunitajiet kostali ilhom jaħsdu l-ikel mill-ibħra tal-Ewropa għal ħafna ġenerazzjonijiet; iqis li s-setturi tas-sajd u tal-akkwakultura u dawn il-komunitajiet kostali jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-ikel sostenibbli fl-ambitu tal-ekonomija blu; jemmen li l-użu u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar għandhom jitqiesu bħala li jikkontribwixxu għall-ekosistemi tal-baħar, mingħajr ma jagħmlulhom ħsara;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Approċċ konsistenti mar-regolamenti eżistenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Iqis li l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni ma għandux approċċ koerenti ma’ prijoritajiet u strateġiji oħra, bħall-iżgurar tas-sigurtà tal-ikel u l-awtonomija strateġika tal-UE; jenfasizza li, barra minn hekk, il-pjan ta’ azzjoni għandu jiġi ġestit permezz ta’ approċċ integrat, konsistenti u bbażat fuq l-ekosistemi li jippromwovi sinerġiji bejn l-attivitajiet marittimi kollha sabiex jiġu evitati l-kunflitti u titrawwem il-kooperazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura tal-enerġija tal-baħar, u li għandu jiżgura kundizzjonijiet ekwi ma’ pajjiżi mhux tal-UE; huwa tal-fehma li kunsiderazzjonijiet bħaż-żieda fil-prezzijiet, it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-PKS u t-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi ma ġewx ikkunsidrati biżżejjed fil-pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jiddispjaċih li l-pjan ta’ azzjoni propost wasal fi żmien meta s-settur tas-sajd qed ibati mill-konsegwenzi tal-invażjoni Russa tal-Ukrajna, iż-żieda u l-imprevedibbiltà tal-prezzijiet taż-żejt u l-Brexit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jenfasizza tħassib ġenerali dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjoni reali mal-partijiet ikkonċernati biex jiġi żgurat appoġġ għall-pjan ta’ azzjoni; jesprimi tħassib ġenerali li l-kunsiderazzjonijiet tal-proporzjonalità ma jitqisux kif xieraq fil-proposti tal-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar li l-pjan ta’ azzjoni għandu jkun konsistenti mal-objettivi tal-PKS biex jiġi żgurat li l-attivitajiet tas-sajd u tal-akkwakultura jkunu ambjentalment sostenibbli fit-tul u jkunu ġestiti b’mod konformi ma’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi; ifakkar li l-pjan ta’ azzjoni għandu jkun konsistenti wkoll mal-objettivi li jiġu żgurati benefiċċji ekonomiċi, soċjali u tal-impjiegi, kif ukoll jikkontribwixxi għad-disponibbiltà tal-provvisti tal-ikel u jagħmel l-aħjar użu mill-opportunitajiet tas-sajd disponibbli biex titnaqqas id-dipendenza fuq swieq mhux tal-UE; jilqa’ kwalunkwe objettiv li jippermetti approċċ konsistenti bejn il-PKS u politiki oħra, b’mod partikolari l-leġiżlazzjoni ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappoġġja l-ħtieġa li jissaħħu u jittejbu l-proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni xjentifiċi, li għandhom jitwettqu b’mod li jkun konsistenti ma’ politiki oħra tal-UE, proġetti pilota u proġetti xjentifiċi li jittrattaw l-innovazzjoni u r-riċerka, bħal dawk, pereżempju, li għandhom l-għan li jnaqqsu u jissostitwixxu l-użu tal-mikroplastiks;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Restawr tal-ekosistemi tal-baħar</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ koerenza fit-titlu tal-pjan ta’ azzjoni, kif ukoll in-nuqqas ta’ sett olistiku ta’ proposti fil-pjan ta’ azzjoni, peress li l-jan jiffoka prinċipalment fuq it-tibdil tal-prattiki tas-sajd li jaffettwaw l-ispeċijiet u l-ħabitats u ma jindirizzax il-potenzjal għal allinjament bejn it-tekniki u l-prattiki tas-sajd u l-protezzjoni jew ir-restawr tal-ekosistemi; ifakkar fir-rilevanza speċifika tal-ksib ta’ bilanċ bejn ir-rekwiżiti għall-utenti u l-kisbiet għan-natura biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà u ċ-ċarezza legali, u jisħaq fuq il-ħtieġa li s-sajjieda jkunu parti mis-soluzzjoni, minflok ma jiġu ppreżentati bħala l-kawża tal-problema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-pjan ta’ azzjoni jindirizza wkoll il-potenzjal li jiġu introdotti miżuri addizzjonali biex tingħata spinta lis-selettività, inklużi innovazzjonijiet biex tittejjeb is-selettività tal-irkaptu u t-tagħmir tas-sajd u miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet ta’ ferħ tal-ħut u l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi; ifakkar li l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet tal-baħar sensittivi jridu jitnaqqsu u, fejn possibbli, eliminati sabiex ma jheddux l-istatus ta’ konservazzjoni ta’ dawn l-ispeċijiet, kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ t-talbiet tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi; jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa urġenti li tittieħed azzjoni biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ dniefel komuni u dniefed suwed billi jiġi stabbilit għeluq għal żmien qasir ta’ ċerti żoni tas-sajd flimkien ma’ apparat akustiku deterrenti u sistemi ta’ monitoraġġ imtejba, f’konformità mal-parir xjentifiku; ifakkar li l-kumpens u l-inċentivi finanzjarji huma disponibbli fl-ambitu tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA) għall-mitigazzjoni tal-impatti soċjoekonomiċi ta’ dawk il-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati u appoġġjati inizjattivi għar-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, li jistgħu jinħolqu biss jekk dawk li jfasslu l-politika jinvolvu ruħhom u jikkooperaw bis-sħiħ ma’ dawk li l-għajxien tagħhom jiddependi fuq dawk iż-żoni tal-baħar; jitlob, għal dak l-għan, appoġġ finanzjarju għal studji xjentifiċi u ġbir ta’ data dwar l-ekosistemi tal-baħar, kumpens finanzjarju u inċentivi, pereżempju permezz tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA), li għandu jintuża biex jipprovdi appoġġ effettiv għall-flotot tas-sajd tal-UE li jgħaddu għal tekniki tas-sajd aktar selettivi, u b’mod partikolari biex jiġu appoġġati s-sajjieda l-aktar affettwati mir-restrizzjonijiet, kif ukoll biex jittaffew l-impatti soċjoekonomiċi tal-miżuri restrittivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq, pereżempju, li l-istudji xjentifiċi juru li ż-żieda fid-daqsijiet tal-malji u fid-daqsijiet minimi ta’ ħatt l-art tagħmilha possibbli biex l-iżgħar fost il-ħut jitħalla fl-ilma u għalhekk jiżdiedu l-possibbiltajiet li l-popolazzjonijiet tal-ħut jirriproduċu, u dan iwassal għal rendimenti ogħla għas-sajjieda u ħatt l-art ogħla għal kull unità ta’ sforz;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Itenni l-objettivi tal-protezzjoni ta’ mill-inqas 30 % u l-protezzjoni stretta ta’ mill-inqas 10 % tal-ibħra tal-UE sal-2030; jinnota li l-UE għamlet progress fid-deżinjazzjoni ta’ MPAs ġodda, kemm bħala parti min-network Natura 2000 tal-UE kif ukoll permezz ta’ deżinjazzjonijiet nazzjonali komplementari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żoni tal-baħar protetti (MPAs)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza li l-MPAs huma diversi f’termini ta’ daqs, speċijiet, ħabitats u ekosistemi li għandhom jiġu protetti, huma stabbiliti b’objettivi ta’ konservazzjoni differenti, u m’għandhomx jitqiesu bħala żoni uniformi li kollha jġibu l-benefiċċji ta’ MPAs ġestiti tajjeb għall-ekosistemi tal-baħar; iqis, għalhekk, li l-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni jippreżenta approċċ simplifikat iżżejjed u ġeneralizzat iżżejjed, u b’hekk jagħti l-impressjoni li l-MPAs kollha jistgħu jiġu implimentati u ġestiti bl-istess mod, kif jidher pereżempju mill-proposti relatati ma’ ċerti rkapti tas-sajd u mal-eliminazzjoni gradwali tas-sajd mobbli tal-qiegħ fl-MPAs kollha sal-2030; jitlob approċċ ibbilanċjat fir-rigward tad-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-MPAs, filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ kull żona speċifika, iżda wkoll l-attivitajiet li tradizzjonalment jużaw dawk iż-żoni, kif ukoll l-ambjent dinamiku u li qed jinbidel li jirriżulta mit-tibdil fil-klima, filwaqt li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni effettiva tas-sajjieda fid-deżinjazzjoni u l-ġestjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinnota li hemm kunsens xjentifiku qawwi li l-MPAs jistgħu jkunu ta’ benefiċċju għas-sajd minħabba l-effett konsegwenzjali tagħhom u l-effetti pożittivi tagħhom fuq ir-reklutaġġ, pereżempju permezz tal-protezzjoni ta’ siti ta’ riproduzzjoni, tal-ferħ tal-ħut u ħuta omm kbira b’kapaċitajiet riproduttivi għoljin, kif muri f’diversi MPAs madwar l-UE kollha; jenfasizza li, meta jirnexxu, l-MPAs joffru benefiċċji soċjoekonomiċi sostanzjali, speċjalment għall-komunitajiet kostali u għas-setturi tas-sajd u tat-turiżmu, u li l-MPAs jistgħu jwettqu funzjonijiet ekoloġiċi ewlenin għar-riproduzzjoni tal-popolazzjonijiet tal-ħut, billi jipprovdu pereżempju żoni ta’ riproduzzjoni u ta’ tkabbir, u jtejbu r-reżiljenza tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri għall-fatt li strumenti effettivi oħra għall-ħarsien tal-ambjent, bħal miżuri effettivi oħra ta’ konservazzjoni bbażati fuq iż-żona, għandhom jiġu kkunsidrati fil-pjan ta’ azzjoni biex jgħinu fil-kisba tal-miri u jimmassimizzaw l-effetti tal-miżuri li diġà ġew implimentati f’ambjent dinamiku u li qed jinbidel li jirriżulta mit-tibdil fil-klima, kif ukoll biex jgħinu biex tinżamm il-proporzjonalità fil-miżuri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw il-miżuri protettivi jew restrittivi meħtieġa biex jintlaħqu l-miri ta’ konservazzjoni u restawr speċifiċi għal kull waħda minn dawn l-MPAs kollha, inklużi l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jintlaħqu l-miri, u permezz ta’ finanzjament suffiċjenti, u dan għandu jibda miż-żoni l-aktar f’riskju u ż-żoni ta’ Natura 2000 li għandhom l-għan li jipproteġu l-ħabitats tal-baħar; ifakkar fl-obbligi legali tal-Istati Membri u jenfasizza li l-Kummissjoni fetħet proċeduri kontra ċerti Stati Membri li preżumibbilment ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom previsti fid-Direttiva dwar il-Ħabitats<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ambjent naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7)</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iqis li l-MPAs u żoni protetti oħra huma għodod, mhux objettivi fihom infushom; jirrikonoxxi li s-suċċess tagħhom jinsab fl-aċċettazzjoni u t-tħaddin tagħhom mis-sajjieda, il-komunitajiet kostali u partijiet ikkonċernati oħra; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jniedu u jiffinanzjaw programmi ta’ riċerka xjentifika u jitlob l-inklużjoni tas-settur tas-sajd, inkluż il-komponent artiġjanali tiegħu, kif ukoll partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, fit-tfassil, il-ġestjoni, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u s-sorveljanza tal-MPAs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Iqis li l-objettiv tal-involviment tax-xjenza, tas-settur tas-sajd u tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha ma jistax jiġi segwit biss mill-UE, speċjalment fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ prattiki ħżiena minn flotot barranin; jitlob li jsiru aktar sforzi biex jiġu indirizzati attivitajiet globali li huma ta’ detriment għall-protezzjoni tal-oċeani, inkluż minn flotot ta’ pajjiżi mhux tal-UE, bħall-flotta Ċiniża, u li tingħata kunsiderazzjoni għall-istabbiliment ta’ network globali tal-MPAs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-impatt tal-estrazzjoni taż-żejt u l-gass fuq l-ambjent tal-baħar, kif ukoll fuq is-sajd u l-akkwakultura; itenni l-appell tiegħu għall-projbizzjoni tal-attivitajiet industrijali estrattivi kollha li jagħmlu ħsara lill-ambjent bħall-estrazzjoni minerarja u l-estrazzjoni tal-fjuwils fossili f’MPAs;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT> <STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Irkaptu tas-sajd b’kuntatt mal-qiegħ </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza li ħafna bastimenti tal-Unjoni joperaw bi rkapti tas-sajd mobbli b’kuntatt mal-qiegħ, u li ħafna reġjuni kostali huma soċjalment u ekonomikament dipendenti fuq attivitajiet li jużaw irkapti mobbli u fissi b’kuntatt mal-qiegħ, bħal attivitajiet ta’ trobbija tal-frott tal-baħar bil-qoxra; jenfasizza li r-restrizzjonijiet fuq jew l-għeluq taż-żoni tas-sajd għal irkapti tas-sajd b’kuntatt mal-qiegħ mhumiex sempliċiment kwistjoni ta’ ċaqliq tal-attività tal-bastimenti tas-sajd lejn żoni tas-sajd differenti; jisħaq li huwa meħtieġ li jitqiesu, fost affarijiet oħra, ir-riżorsi disponibbli possibbli li jistgħu jinqabdu b’dan l-irkaptu, l-esperjenzi prattiċi tas-sajjieda, il-preżenza u r-ridistribuzzjoni ta’ bastimenti tas-sajd f’żoni kontigwi sabiex jiġi evitat trikkib li jista’ jwassal għal kunflitt dwar l-użu tal-ispazju, żieda fil-pressjoni f’żoni oħra tas-sajd u d-deterjorament tal-kundizzjonijiet tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Ifakkar li l-passi lejn ir-reġjonalizzazzjoni li saru matul l-aħħar riforma tal-PKS kienu tentattiv biex nitbiegħdu minn approċċ wieħed tajjeb għal kulħadd fejn id-deċiżjonijiet kienu ċentralizzati żżejjed fl-UE; jilqa’ l-miżuri proposti fil-pjan ta’ azzjoni għat-titjib tal-kooperazzjoni reġjonali; iqis, madankollu, li l-pjan ta’ azzjoni jieħu ċerti passi fid-direzzjoni opposta, b’mod partikolari fir-rigward tal-proposti tiegħu dwar it-tkarkir tal-qiegħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li kien hemm diversi inizjattivi fil-pjan ta’ azzjoni u barra minnu li jikkonċernaw l-istess tekniki tas-sajd li ħolqu taħlita ta’ inizjattivi u qajmu dubji dwar il-koerenza u l-prevedibbiltà tal-azzjonijiet li se jittieħdu fil-livell tal-UE u li għandhom impatt serju fuq il-fiduċja tas-sajjieda u tal-komunitajiet tas-sajd fil-proċessi ta’ politika u ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet (UE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iqis li kwalunkwe pjan biex jiġu implimentati dispożizzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ kwalunkwe rkaptu tas-sajd partikolari jeħtieġ li jsir f’konformità ma’ politiki oħra, u jqis il-partijiet ikkonċernati kollha, kif ukoll l-aspetti rilevanti kollha tas-sigurtà tal-ikel u dawk soċjoekonomiċi, ambjentali, tekniċi u xjentifiċi; itenni li l-azzjonijiet appoġġjati b’kunsens u appoġġjati minn dawn il-kunsiderazzjonijiet se jkollhom suċċess akbar u effett pożittiv fuq l-implimentazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jemmen li l-konsegwenzi ta’ kwalunkwe pjan ta’ azzjoni jew proposta leġiżlattiva jeħtieġ li jkunu bbażati fuq valutazzjonijiet u evalwazzjonijiet xjentifiċi u soċjoekonomiċi; jinnota n-nuqqas ta’ perspettiva dwar il-konsegwenzi ta’ ċerti aspetti ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni, pereżempju t-talbiet tal-Kummissjoni lill-Istati Membri biex jipprojbixxu s-sajd mobbli tal-qiegħ fl-MPAs li huma siti Natura 2000 skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats li jipproteġu qiegħ il-baħar u l-ispeċijiet tal-baħar sat-tmien ta’ Marzu 2024 minn naħa waħda, filwaqt li min-naħa l-oħra, b’mod parallel u bl-istess skadenza, it-talbiet tiegħu li l-Istati Membri jipprovdu informazzjoni dwar kif beħsiebhom jiżguraw li s-sajd tal-qiegħ mobbli jitneħħa gradwalment fl-MPAs kollha sal-2030 mingħajr ma jistennew, pereżempju, għall-konklużjonijiet xjentifiċi u soċjoekonomiċi ta’ proposti preċedenti; jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li approċċ ġenerali li jipprojbixxi s-sajd mobbli b’kuntatt mal-qiegħ mhuwiex xieraq biex jintlaħqu l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iqis li l-miżuri relatati mat-tkarkir tal-qiegħ għandhom jiġu vvalutati f’konformità mal-gwida kollha possibbli, bħal dik tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar jew il-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd, kif ukoll mal-aħjar data xjentifika disponibbli; iqis li dawn il-miżuri għandhom iqisu li t-tkarkir tal-qiegħ huwa wieħed mill-aktar irkapti tas-sajd komuni u regolati fl-Ewropa u li għandu jkun, bi prijorità, irregolat fil-qafas tar-Regolament dwar il-Miżuri Tekniċi (ir-Regolament (UE) 2019/1241<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105).</FIELD></FOOTNOTE>), li l-għan tiegħu huwa, kif jindika t-titolu tiegħu, “il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jinnota li korpi xjentifiċi bħall-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar u ħafna studji xjentifiċi rieżaminati bejn il-pari wrew u rrikonoxxew li l-irkaptu tas-sajd mobbli b’kuntatt mal-qiegħ għandu impatt fuq l-ekosistemi; jenfasizza, madankollu, li l-effett tat-tkarkir huwa varjabbli u, skont diversi fatturi bħat-tip ta’ sajd, huwa meqjus mix-xjenza bħala sostenibbli u kompatibbli mal-kisba tal-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ qiegħ il-baħar jew mal-istokkijiet li qed jiġu sfruttati ’l fuq mil-livelli ta’ rendiment massimu sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza li l-intenzjoni tal-Kummissjoni li timponi miżuri permezz tal-pjan ta’ azzjoni tagħha, minflok ma tħalli lill-koleġiżlaturi jiddeċiedu, toħloq ir-riskju li tippreġudika l-governanza tajba u d-djalogu bejn il-partijiet ikkonċernati u l-livelli differenti ta’ amministrazzjoni u toħloq ir-riskju li timmina l-bilanċ interistituzzjonali u r-rwol ta’ kull istituzzjoni fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sallur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza l-kumplessità u d-diversità tal-ġestjoni tal-istokk tas-sallur, li ma tistax tiġi limitata għal approċċ wieħed iffukat fuq il-baħar; itenni li r-Regolament dwar is-Sallur instab li kien adegwat għall-iskop tiegħu mill-evalwazzjoni tal-Kummissjoni fl-2020; huwa madankollu tal-fehma li hemm bżonn ta’ implimentazzjoni aħjar tar-Regolament dwar is-Sallur u ta’ azzjonijiet imsaħħa addizzjonali mill-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat approċċ komprensiv fl-implimentazzjoni tar-Regolament; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mir-Regolament dwar is-Sallur bħala l-politika ewlenija għall-ġestjoni u l-irkupru tal-istokk tas-sallura, filwaqt li jiżguraw approċċ olistiku u konsistenti li jkopri kemm l-istadji tal-ħajja tal-baħar kif ukoll tal-ilma ħelu tas-sallura u jindirizza kemm l-impatti tas-sajd kif ukoll dawk mhux tas-sajd billi jimplimentaw bis-sħiħ miżuri fl-oqsma rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-miżuri meħuda barra mill-kuntest tar-Regolament dwar is-Sallura jistgħu jimminaw il-konsistenza tal-politika adottata; jesprimi tħassib serju għalhekk fir-rigward tal-approċċ mhux olistiku meħud fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/194 tat-30 ta’ Jannar 2023 li jistabbilixxi għall-2023 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, kif ukoll li jistabbilixxi għall-2023 u għall-2024 tali opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut tal-baħar fond, ĠU L 28, 31.1.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, li rrestrinġa s-sajd għas-sallura billi introduċa perjodu ta’ għeluq ta’ sitt xhur mingħajr konsultazzjoni xierqa mal-partijiet ikkonċernati u mingħajr ma kkunsidra pakkett sħiħ ta’ miżuri f’oqsma ta’ politika oħra jew kumpens xieraq, inklużi miżuri li jqisu l-effetti soċjoekonomiċi; iqis, għalhekk, li għandha ssir analiżi minn qabel tal-irkupru tal-ispeċijiet, kif ukoll tar-rwol possibbli tagħhom fil-ġlieda kontra l-ispeċijiet invażivi qabel ma jiġu kkunsidrati aktar miżuri restrittivi, kif imħabbra fil-pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu għall-ħolqien ta’ grupp ta’ esperti speċifiku għas-sallura biex tiġi żgurata rappreżentanza sħiħa u bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jaġġornaw b’mod regolari l-pjanijiet tagħhom ta’ ġestjoni tas-sallur u jaderixxu mal-obbligi ta’ rappurtar tagħhom previsti fir-Regolament dwar is-Sallur;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-reazzjonijiet tal-Istati Membri għall-pjan ta’ azzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota l-għadd kbir ta’ dikjarazzjonijiet u dikjarazzjonijiet ċari minn rappreżentanti tal-Istati Membri li jqajmu tħassib ċar dwar il-pjan ta’ azzjoni u l-inċertezzi assoċjati miegħu; jinnota li l-Istati Membri esprimew dubji b’mod speċjali dwar l-approċċ simplistiku żżejjed meħud mill-Kummissjoni fir-rigward tar-restrizzjonijiet tat-tkarkir tal-qiegħ fl-MPAs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Iqis l-oppożizzjoni tal-iżvilupp tal-industrija tas-sajd bil-protezzjoni tal-bijodiversità tal-baħar mhijiex valida; jemmen li t-tnejn li huma jistgħu jinkisbu b’mod ibbilanċjat, kif iddikjarat mir-rappreżentanti tal-Istati Membri wara l-preżentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ grupp ta’ djalogu speċjali magħmul mid-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent (DĠ ENV) u d-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (DĠ MARE) tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet interessati; iqis li r-rwol tal-grupp ta’ djalogu għandu jkun li jiffaċilita l-għarfien u d-diskussjonijiet possibbli bejn il-komunitajiet tas-sajd u dawk ambjentali, kif ukoll li jagħti lill-Istati Membri pjattaforma għat-trasparenza u d-djalogu dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet direzzjonali tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Implikazzjonijiet legali tal-pjan ta’ azzjoni tal-Kummissjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu li jeżerċita l-prerogattivi u l-kompetenzi tal-Parlament fir-rigward ta’ kwalunkwe inizjattiva, bħal proposti leġiżlattivi u atti delegati jew ta’ implimentazzjoni, inklużi dawk marbuta jew mhux marbuta mal-pjan ta’ azzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li, għalkemm il-pjan ta’ azzjoni mhuwiex legalment vinkolanti, l-implimentazzjoni tiegħu se tinvolvi kostijiet soċjoekonomiċi sinifikanti għall-Istati Membri u l-flotot tagħhom, peress li fih madwar 90 miżura fil-forma ta’ regolamenti, gwida, analiżijiet, pjanijiet direzzjonali, studji, rapporti u inizjattivi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jwettqu l-istudji meħtieġa fi żmien xieraq fil-qafas tat-tħejjija għal kwalunkwe regolament jew inizjattiva ġdida jew riformata, kif ukoll iqisu u jinvolvu ruħhom fil-proċessi tal-ippjanar spazjali tal-baħar, bejn ir-reġjuni u l-baċiri tal-baħar, iżda wkoll fost Stati Membri differenti u ma’ pajjiżi mhux tal-UE biex jiġu żgurati benefiċċji soċjoekonomiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jemmen li l-miżuri inklużi fil-pjan ta’ azzjoni għandhom isegwu, fejn possibbli, il-proċedura leġiżlattiva ordinarja biex tiġi żgurata trasparenza akbar u għandhom jinkludu valutazzjoni tal-impatt ġenwina, bl-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota bi tħassib in-nuqqas ta’ ċarezza dwar il-konsegwenzi legali tal-pjan ta’ azzjoni, minħabba dikjarazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, pereżempju matul il-preżentazzjoni tagħha lill-Kumitat għas-Sajd tal-Parlament u lil partijiet interessati differenti; iqis li dan ma ġabx ċarezza u stabbiltà għas-settur tas-sajd u kellu impatt dannuż fuq ħafna setturi tal-industrija tas-sajd fi żmien meta l-inċertezzi kkawżati mill-konsegwenzi kumulattivi ta’ diversi kriżijiet qed ikunu ta’ piż kbir fuq il-moral tan-nies li jaħdmu fl-industrija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jinnota bi tħassib li l-Kummissjoni qed tuża dejjem aktar strumenti mhux vinkolanti, bħal komunikazzjonijiet, li huma komunement imsejħa “liġi mhux vinkolanti”, biex tippreżenta miżuri ta’ politika konkreti ħafna mingħajr ma tagħti segwitu għalihom bi proposti leġiżlattivi; iqis li kwalunkwe inċertezza bejn it-tifsira legali intiża tal-komunikazzjonijiet ippreżentati u l-effett legali reali tagħhom x’aktarx taffettwa ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà għas-settur, kif ukoll tqajjem mistoqsijiet legali rigward il-bilanċ istituzzjonali u l-limiti u l-eżerċizzju tal-kompetenzi tal-UE; jemmen, għalhekk, li l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni m’għandhomx jintużaw biex jitressqu miżuri vinkolanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jiddispjaċih li l-komunikazzjoni mill-Kummissjoni u, b’mod partikolari, mid-DĠ MARE u d-DĠ ENV, inkludiet dikjarazzjonijiet konfliġġenti rigward l-effetti vinkolanti tal-pjan ta’ azzjoni; jistieden lid-DĠ MARE u lid-DĠ ENV jagħti każ aktar tal-karatteristiċi speċifiċi tas-settur tas-sajd qabel ma jippreparaw jew jipproponu inizjattivi konġunti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aspetti soċjoekonomiċi u s-sigurtà tal-ikel</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jappoġġja d-diskors tal-President tal-Kummissjoni dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2023, li jiddikjara li għal kull att leġiżlattiv ġdid se jitwettaq kontroll tal-kompetittività; jitlob li l-pjan ta’ azzjoni, il-proposti leġiżlattivi kollha relatati mas-sajd u inizjattivi oħra jinkludu kontroll tal-kompetittività għall-impatt soċjoekonomiku tagħhom fuq l-attivitajiet differenti u l-effett tagħhom fuq il-komunitajiet kostali, kif ukoll fuq is-settur tas-sajd rikreattiv u l-effett kumulattiv fuq id-disponibbiltà tal-provvista tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-pjan ta’ azzjoni mhuwiex akkumpanjat minn studju soċjoekonomiku, valutazzjoni tal-impatt b’analiżi xjentifika jew rapport intermedjarju u ma jipproponi l-ebda tip ta’ miżuri ta’ finanzjament addizzjonali għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik enerġetika; jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-fatt li dokumenti strateġiċi, bħal dan il-pjan ta’ azzjoni, għandhom jiġu ppreżentati lill-partijiet interessati differenti u jqisu l-fehmiet tagħhom b’mod aktar koordinat u ċar, u għandhom jinkludu valutazzjonijiet ambjentali, soċjali, ekonomiċi u legali sħaħ tal-implimentazzjoni tagħhom; jitlob li jiġu stabbiliti l-mezzi kollha meħtieġa, inklużi inċentivi u mekkaniżmi ta’ kumpens, għal tranżizzjoni ġusta u bbilanċjata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Ifakkar li l-Istati Membri jeħtiġilhom jimplimentaw bis-sħiħ l-Artikolu 17 tal-PKS meta jallokaw l-opportunitajiet tas-sajd; jistieden lill-Istati Membri jallokaw opportunitajiet tas-sajd abbażi ta’ kriterji trasparenti u oġġettivi bbażati fuq il-prestazzjoni soċjali u ambjentali tal-flotot tas-sajd u jimplimentaw l-Artikolu 17 bħala għodda biex jinċentivaw prattiki tas-sajd responsabbli b’impatt baxx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jenfasizza li l-pjan ta’ azzjoni għandu jikkontribwixxi b’mod ugwali għall-pilastri tas-sostenibbiltà fil-PKS (ambjentali, soċjali u ekonomika) u, fost affarijiet oħra, jikkontribwixxi għat-tkabbir tal-produttività, kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti fis-settur, b’mod partikolari għas-sajd fuq skala żgħira, u swieq stabbli, jiżgura prodotti sikuri għall-ikel u kwalitattivi u sostenibbli mingħajr ma jikkomprometti s-sigurtà u l-awtonomija tal-ikel billi jippermetti lis-sajjieda jagħmlu użu sħiħ mill-kwoti tas-sajd allokati lilhom, u jikkontribwixxi għall-irkupru u l-protezzjoni ambjentali biex jittaffa t-tibdil fil-klima u jkun hemm adattament għall-impatti tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jilqa’ t-talba tal-Kummissjoni biex tinġabar data dwar l-impatt tas-sajd rikreattiv, iżda jissottolinja l-ħtieġa li jitqiesu wkoll l-impatti ekonomiċi u soċjali tal-attivitajiet tas-sajd rikreattiv sostenibbli; iqis li s-sajd rikreattiv jista’ joffri opportunitajiet eċċellenti biex jitrawwem l-approċċ ta’ “xjenza taċ-ċittadini”;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Azzjoni internazzjonali u reċiproċità</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Iqis it-Trattat tan-NU dwar l-Ibħra Internazzjonali bħala kisba sinifikanti fil-livell internazzjonali għall-protezzjoni tal-oċeani; jiddispjaċih, madankollu, li l-pjan ta’ azzjoni ma jinsistix biżżejjed fuq il-ħtieġa li tiġi inkluża r-reċiproċità fil-ftehimiet internazzjonali; iqis għalhekk li huwa essenzjali li, fil-livell internazzjonali, l-UE taħdem ma’ kontropartijiet oħra biex timplimenta regoli b’objettivi u għanijiet simili għal dawk stabbiliti mill-PKS, speċjalment l-Artikolu 28(2)(d) tagħha, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li l-UE taħdem mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, b’mod partikolari l-pajjiżi fl-Afrika, il-Karibew u l-Oċean Paċifiku, biex tipprepara għall-iżvilupp futur tal-enerġija rinnovabbli tal-baħar billi tikkondividi l-għarfien espert tal-UE fl-ippjanar tal-baħar u l-iżvilupp industrijali; jistieden lill-UE żżid il-bini tal-kapaċità u l-finanzjament għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw fil-qasam tat-titjib tal-ġestjoni tal-oċeani u tal-kosta, l-iżvilupp ta’ strateġiji tal-ekonomija tal-oċeani, it-tnaqqis tal-lakuni fil-governanza u l-indirizzar tas-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat u l-kummerċ illeċitu fir-riżorsi tal-baħar; jissottolinja l-importanza li jiġu ppreżentati risponsi li jissodisfaw il-ħtiġijiet lokali għal enerġija b’emissjonijiet żero, li jiżguraw li l-ekosistemi tal-baħar ikunu protetti u li jippreservaw attivitajiet tradizzjonali bħas-sajd; jisħaq fuq l-importanza li jiġu involuti l-komunitajiet kostali fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet; jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu appoġġjati prattiki tas-sajd sostenibbli fir-reġjuni ultraperiferiċi, ibbażati fuq l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u l-ġestjoni tas-sajd, l-akkwakultura u t-turiżmu, bħala mod biex jiġi żgurat l-iżvilupp soċjoekonomiku fit-tul ta’ dawn ir-reġjuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jitlob lill-UE tippromwovi t-trasparenza fis-sajd u industriji estrattivi oħra fuq il-baħar fil-pajjiżi sħab, peress li din hija essenzjali biex jitwaqqaf is-sajd eċċessiv, it-telf tal-bijodiversità u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li l-pajjiżi kostali li qed jiżviluppaw jistgħu jimplimentaw l-istandards deskritti fl-Inizjattiva għat-Trasparenza tas-Sajd u l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi biex tittejjeb it-trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob li kwalunkwe restrizzjoni, kemm jekk ibbażata fuq il-pjan ta’ azzjoni kif ukoll jekk le, għandha tiġi riflessa awtomatikament għall-prodotti importati minn pajjiżi mhux tal-UE, speċjalment minħabba l-fatt li l-UE timporta 70 % tal-ħut li tikkonsma; jenfasizza li huwa essenzjali li tiġi żgurata l-konsistenza bejn il-politiki interni u esterni, kif ukoll kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tal-UE u dawk mhux tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li l-qabdiet ta’ rkaptu tal-qiegħ mobbli jammontaw għal 25 % tal-qabdiet totali Ewropej; jemmen li regoli ġodda ta’ ġestjoni, b’mod partikolari limitazzjonijiet jew restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ tekniki tas-sajd fil-livell tal-UE, m’għandhomx joħolqu riskju għas-sigurtà tal-ikel, u lanqas ma għandhom iwasslu għal żieda fl-importazzjonijiet ta’ prodotti tas-sajd, u saħansitra inqas jekk dawn il-prodotti jinqabdu bl-użu ta’ rkaptu tas-sajd b’użu limitat jew ristrett fl-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-ħidma flimkien mas-settur tas-sajd</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jappoġġja l-isforzi kontinwi tas-settur tas-sajd biex itejjeb is-selettività tat-tekniki tas-sajd u jnaqqas l-impatt ambjentali tiegħu; jenfasizza l-eżempji pożittivi ta’ restawr tal-istokkijiet tal-ispeċijiet f’żoni protetti filwaqt li jinżammu l-attivitajiet tas-sajd; jappoġġja aktar sforzi biex tingħata spinta lill-arranġamenti ta’ koġestjoni fejn il-partijiet interessati lokali jerfgħu r-responsabbiltà għall-ġestjoni sostenibbli u jinvestu aktar fir-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ rkaptu u tekniki ġodda tas-sajd; jenfasizza r-rwol tas-sajjieda bħala “gwardjani tal-baħar”, l-impenn tagħhom li jirrestawraw l-istokkijiet tal-ħut u l-kontribut tagħhom għall-irkupru tal-ekosistemi tal-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinnota li, skont il-Kummissjoni, sar progress tanġibbli lejn sajd aktar sostenibbli fuq il-post matul l-aħħar deċennji bis-saħħa tal-PKS; jenfasizza, madankollu, li dan l-irkupru rriżulta għoli għall-biċċa l-kbira tal-komunitajiet tas-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, mis-sajjieda għar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-protezzjoni u r-restawr tal-ekosistemi tal-baħar, u li jistgħu jappoġġjaw sajd sostenibbli u reżiljenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jisħaq li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-emanċipazzjoni tan-nisa fid-dawl tar-rwol kruċjali tan-nisa u ż-żgħażagħ, speċjalment fl-ekonomija sostenibbli bbażata fuq l-oċeani u ż-żoni ta’ konservazzjoni tal-baħar;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>