<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0047</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS) fis-sajd u lakkwakultura - Regolament (UE) Nru 1379/2013</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0406/2023 - Rapporteur: Izaskun Bilbao Barandica)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Jannar 2024 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (OKS) fis-sajd u l-akkwakultura – Regolament (UE) Nru 1379/2013 (2023/2049(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar l-OKS), u l-implimentazzjoni tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikolu 349 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” (COM(2023)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija Mill-Għalqa sal-Platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent” (COM(2020)0381),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2021 dwar strateġija mill-għalqa sal-platt għal sistema tal-ikel ġusta, tajba għas-saħħa u favur l-ambjent<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 184, 5.5.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2023 dwar is-sitwazzjoni tas-sajd fuq skala żgħira fl-UE u l-prospettivi futuri<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-eżitu tan-negozjati dwar ir-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-2020 tal-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd dwar il-kriterji u l-indikaturi għall-inkorporazzjoni tal-aspetti tas-sostenibbiltà għall-prodotti ta’ frott tal-baħar fl-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni fl-ambitu tal-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq (STECF-20-05),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Ewrobarometru Speċjali 515 tal-515 tal-2021 dwar id-drawwiet tal-konsumatur tal-UE fir-rigward tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Mejju 2022 intitolata “Inpoġġu lin-nies l-ewwel, niżguraw tkabbir sostenibbli u inklużiv, nilliberaw il-potenzjal taż-żoni ultraperiferiċi tal-UE” (COM(2022)0198),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) tad-Deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta’ Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta’ rapporti fuq inizjattiva proprja u l-Anness 3 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill Konsultattiv tas-Swieq (MAC)<FOOTNOTE><FIELD> Kunsill Konsultattiv tas-Swieq, “2022 Report on the Functioning of the Common Market Organisation (CMO)”, 30 ta’ Marzu 2022.</FIELD></FOOTNOTE> tat-30 ta’ Marzu 2022 dwar ir-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “L-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1379/2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura” (COM(2023)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill Konsultattiv tas-Swieq (MAC)<FOOTNOTE><FIELD> Kunsill Konsultattiv tas-Swieq, “Improving the Labelling Legislation for Plant-Based Imitations of Fisheries and Aquaculture Products”, 8 ta’ Mejju 2023.</FIELD></FOOTNOTE> tat-8 ta’ Mejju 2023 dwar it-titjib tal-leġiżlazzjoni tat-tikkettar għal imitazzjonijiet ibbażati fuq il-pjanti ta’ prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A9-0406/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi saħaq, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Istrateġija mill-Għalqa sal-Platt, li mekkaniżmi tajbin ta’ traċċabbiltà, li jirrispondu għad-domanda tal-konsumaturi billi jipprovdu informazzjoni dwar fejn, meta, kif u liema ħut inqabad jew tkabbar, inkluż għal prodotti importati minn barra l-UE, huma essenzjali biex tiġi żgurata s-sikurezza tal-ikel, tiġi garantita t-trasparenza għall-konsumaturi, jiġi miġġieled is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u jintlaħqu l-miri tal-Patt Ekoloġiku u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi r-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd rivedut jinkludi titjib kbir fir-regoli dwar it-traċċabbiltà għall-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura; billi dawn ir-regoli se jiġu implimentati b’mod gradwali wara perjodu ta’ tranżizzjoni – sentejn għall-prodotti friski u ffriżati u ħames snin għall-prodotti pproċessati – u se jiżguraw li l-konsumaturi jirċievu informazzjoni preċiża; billi t-tikkettar imtejjeb se jkun għodda u se jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra s-sajd IUU u biex tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi aktar minn tliet kwarti ta’ dawk li wieġbu l-Ewrobarometru Speċjali 515 tal-2021 iqisu li d-data tal-qbid jew tal-produzzjoni għandha tkun imniżżla fuq it-tikketta għall-prodotti kollha tas-sajd u tal-akkwakultura;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-implimentazzjoni tal-OKS turi livell baxx ta’ interess adozzjoni fir-rigward tal-ħolqien ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-ħut minħabba l-qafas kumpless tal-istruttura u r-rikonoxximent fl-Istati Membri u l-inċertezzi finanzjarji u legali rigward l-appoġġ finanzjarju u l-eliġibbiltà tal-azzjonijiet; billi għandhom jiġu indirizzati wkoll l-ostakoli għal organizzazzjonijiet bħal “cofradías” u “prud’homie de pêche”;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-kundizzjonijiet tal-attività fir-reġjuni ultraperiferiċi jeħtieġu soluzzjonijiet uniċi u xierqa biex jilqgħu l-isfidi tal-iżvilupp endoġenu u l-awtosuffiċjenza tal-ikel;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Introduzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-organizzazzjoni komuni tas-swieq (OKS) hija parti integrali mill-politika komuni tas-sajd (PKS) flimkien ma’ miżuri ta’ konservazzjoni u finanzjarji, u hija vitali biex jintlaħqu l-objettivi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li r-reviżjoni tal-2013 tar-Regolament dwar l-OKS irriżultat f’bidla minn ċerti tipi ta’ interventi għal approċċ aktar orjentat lejn is-suq fit-tul, b’enfasi fuq l-iżvilupp u l-innovazzjoni fis-settur u mingħajr ma tqieset biżżejjed is-sitwazzjoni eċċezzjonali tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Organizzazzjonijiet professjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Iqis li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali huma s-sinsla tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, li jappoġġjaw il-ġestjoni ta’ kuljum tal-PKS u jippermettu l-implimentazzjoni kollettiva tagħha fil-livell tal-produtturi, jiggarantixxu provvista ta’ proteini tajbin għas-saħħa u jippreżervaw l-attività ekonomika u l-wirt kulturali taż-żoni tal-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Huwa tal-fehma li l-OP u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali għandhom rwol ewlieni biex jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi tal-PKS, u huwa għalhekk li jeħtieġ li jiġu appoġġjati u msaħħa aktar; jinnota li huwa essenzjali li jkomplu jiġu mħeġġa l-promozzjoni, l-istabbiliment u l-konsolidazzjoni tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali madwar l-UE, inkluż appoġġ finanzjarju aqwa (li jvarja minn Stat Membru għal ieħor), b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-produzzjoni primarja fil-parti l-kbira għadha frammentata (akkwakultura, ġbir ta’ frott tal-baħar, sajd artiġjanali; iqis li preżenza soda tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u tal-organizzazzjonijiet interprofessjonali hija kruċjali biex titjieb il-prosperità tal-komunitajiet tal-kosta u tal-ġżejjer, jiġi protett l-ambjent marittimu u tissaħħaħ il-pożizzjoni tas-sajjieda u tal-produtturi tal-akkwakultura fil-katina tal-provvista u l-promozzjoni ta’ attivitajiet sostenibbli tas-sajd u l-akkwakultura, b’mod speċjali fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ r-rikonoxximent mill-Kummissjoni li l-pjanijiet tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni (PMPs) huma kruċjali biex jgħinu l-ilħuq tal-objettivi assenjati lill-OKS mill-Artikolu tar-Regolament PKS u li preżenza soda ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi li jiffunzjonaw tajjeb hija fattur deċiżiv; jinnota, madankollu, li jeħtieġ isir aktar biex tiġi appoġġjata l-ħidma ta’ kuljum tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni u sabiex jiġi żgurat aċċess konkret għall-finanzjament għall-organizzazzjonijiet kollha tal-produtturi; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni tipprovdi dokumenti ta’ gwida tal-persunal aġġornati f’dan ir-rigward, kif ukoll azzjoni għal faċilitazzjoni aqwa tal-aċċess għas-suq għat-taqsimiet kollha tal-flotta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkonkludi li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jiffunzjonaw tajjeb ġeneralment ikollhom miżuri u azzjonijiet li jirnexxu, iżda josserva li għad hemm nuqqas ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u organizzazzjonijiet interprofessjonali ddedikati għas-sajjieda artiġjanali, min jiġbor il-frott tal-baħar u min irabbi ħut b’mod partikolari, b’mod speċjali fir-reġjuni ultraperiferiċi; jinnota li l-ostakoli finanzjarji f’xi Stati Membri qed joħolqu diffikultajiet, b’mod speċjali għat-taqsima artiġjanali; jinnota li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li joperaw bħalissa kellhom suċċess partikolari fl-attivitajiet ta’ promozzjoni u komunikazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ r-rikonoxximent mill-Kummissjoni li l-finanzjament u l-ħolqien ta’ strutturi biex iqassmu u jorganizzaw l-appoġġ finanzjarju tal-organizzazzjonijiet professjonali transnazzjonali hija kwistjoni kruċjali; jinnota li dan hu partikolarment pertinenti għas-settur tas-sajd artiġjanali divers tal-kosta, li jikkostitwixxi l-parti l-kbira tal-flotta tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu l-appoġġ amministrattiv u finanzjarju xieraq għall-ħolqien u t-tħaddim ta’ organizzazzjonijiet ġodda tal-produtturi, b’mod speċjali għas-sajd artiġjanali tal-kosta, filwaqt li jenfasizzaw b’mod partikolari l-importanza soċjali u kulturali tagħhom, u jiffaċilitaw id-dispożizzjonijiet għar-rikonoxximent tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri jtejbu l-konsistenza fl-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali u jnaqqsu, safejn huwa possibbli, il-lakuni u d-differenzi eżistenti madwar l-UE, inkluż għall-finanzjament tal-pjanijiet tal-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni, sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet aktar ekwi għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-Istati Membri f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Iqis li bħalissa hemm organizzazzjonijiet fl-Istati Membri li jwettqu kompiti u funzjonijiet li jaqgħu taħt il-mandat tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, iżda li dawn l-organizzazzjonijiet ma jistgħux jikkwalifikaw bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi skont ir-Regolament dwar l-OKS, bħal pereżempju l-kumitati tal-sajd tal-“prud’homie de pêche” u tal-“cofradías”; iqis li dawn l-organizzazzjonijiet għandhom rwol kruċjali fil-livell lokali fir-rigward tal-ġestjoni tar-riżorsi, l-allokazzjoni tal-kwoti u l-indirizzar ta’ kwistjonijiet relatati mal-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-ħut, il-promozzjoni u l-preżervazzjoni tal-prodotti tradizzjonali, b’mod speċjali f’ċerti komunitajiet tal-kosta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jemmen li dawn l-organizzazzjonijiet għandhom jingħataw rikonoxximent fl-ambitu tar-Regolament dwar l-OKS sabiex jingħataw l-istess drittijiet, inkluż l-appoġġ finanzjarju, u responsabbiltajiet bħall-organizzazzjonijiet tal-produtturi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni, f’dan ir-rigward, fil-koordinazzjoni tal-Istati Membri kkonċernati, inkluż billi tikkunsidra li tadatta r-regoli tal-OKS skont dan, fejn meħtieġ, u tiżgura li jkun hemm sistemi xierqa fis-seħħ li jiċċekkjaw li t-tħaddim tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi ikun konformi mar-regoli applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 irriżultat fl-għeluq f’daqqa tal-biċċa l-kbira tal-ħwienet għall-prodotti tal-ikel akkwatiku frisk, inkluż fir-reġjuni ultraperiferiċi, u b’hekk kien opportun li terġa’ tiġi stabbilita l-għażla li jintużaw mekkaniżmi ta’ għajnuna għall-ħżin u li dawn jiġu estiżi biex ikopru l-OP tal-akkwakultura u tat-trobbija tal-molluski;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Standards komuni tal-kummerċjalizzazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li ħafna mill-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni inklużi fir-Regolament dwar l-OKS tal-2013 imorru lura għas-snin tmenin u disgħin; jinnota li skont l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni, dawn l-istandards ġeneralment kienu rilevanti u effiċjenti u ġabu valur miżjud;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jirrimarka li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni u l-konsultazzjonijiet sottostanti identifikaw opportunitajiet għas-simplifikazzjoni, ir-razzjonalizzazzjoni u l-immodernizzar tal-istandards; jinnota li sabet ukoll livell relattivament baxx ta’ monitoraġġ mill-awtoritajiet nazzjonali fir-rigward tal-iżgurar tal-konformità mal-istandards, u għaldaqstant huwa aktar kruċjali minn qatt qabel li tiġi armonizzata l-leġiżlazzjoni dwar il-monitoraġġ u l-ispezzjonijiet fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Iqis li l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti tal-ikel akkwatiku mqiegħda fis-suq tal-UE, indipendentement mill-oriġini tagħhom, għandhom jaderixxu ma’ standards armonizzati tas-sostenibbiltà ambjentali u soċjali; jitlob li dawn l-istandards jiġu inklużi fil-ftehimiet kummerċjali u l-miżuri adottati fl-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd (RFMOs), għax huwa importanti li jiġi żgurat li l-operaturi jkollhom kundizzjonijiet ekwi u li l-produtturi tal-UE ma jkunux żvantaġġjati b’mod indebit fis-suq; jemmen li huwa vitali li jiġi sfruttat il-potenzjal taċ-ċertifikazzjoni, b’mod speċjali d-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-benefiċċji tagħhom f’termini ta’ sostenibbiltà ambjentali, sabiex jiġu promossi l-prodotti tal-akkwakultura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni identifikat nuqqasijiet fil-qafas eżistenti f’termini tal-ħila tiegħu li jilħaq l-objettivi tar-Regolament dwar l-OKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżid l-isforzi tagħha biex tidentifka każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni u tiżgura kundizzjonijiet ekwi fl-Istati Membri kollha; jissuġġerixxi, b’mod speċifiku, li għandhom jitqiesu l-prattiki tajba fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-konformità mal-leġiżlazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni u dwar il-ħarsien tal-ekosistema;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jindika li huwa essenzjali li l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti kollha kummerċjalizzati fl-UE jkunu allinjati u aġġornati f’konformità mar-rekwiżiti u l-objettivi tal-PKS sabiex jissaħħu l-kompetizzjoni ġusta u ċ-ċarezza fost l-atturi kollha, li huwa essenzjali biex tiġi enfasizzata l-integrazzjoni ta’ parametri referenzjarji soċjali u ambjentali biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà dinjija jinnota, f’dan ir-rigward, li għandhom jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tas-swieq fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-informazzjoni għall-konsumatur</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jaqbel li biex l-OKS tilħaq għalkollox l-objettivi tagħha, l-awtoritajiet kompetenti jeħtieġ li jiżguraw li l-konsumaturi jkunu infurmati, permezz ta’ kampanji promozzjonali, edukattivi u ta’ kummerċjalizzazzjoni, dwar il-benefiċċji marbuta man-nutrizzjoni, is-saħħa u s-sostenibbiltà meta nieklu prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, il-varjetà wiesgħa ta’ speċijiet disponibbli u l-importanza li tinftiehem l-informazzjoni fuq it-tikketti, filwaqt li tiġi evitata l-miżinformazzjoni tal-konsumaturi u jiġi żgurat l-allinjament mas-sistemi tal-ikel tal-UE; jemmen li biex il-konsumaturi jkunu jistgħu jagħmlu għażliet infurmati, għandhom jirċievu informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-prodotti mibjugħa fis-suq tal-UE, u li din l-informazzjoni għandha tikkonforma mal-istess regoli, irrispettivament mill-oriġini tal-prodotti u mill-mezz ta’ produzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jenfasizza li l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd ippropona li l-informazzjoni għall-konsumatur tittejjeb billi tiġi inkluża informazzjoni aktar dettaljata dwar iż-żona tal-qbid, l-irkaptu tas-sajd u l-metodi tal-produzzjoni fl-OKS; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tikkunsidra li ssaħħaħ l-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni sabiex tinkludi aktar informazzjoni fuq it-tikketti, bħal pereżempju l-ingredjenti, iż-żona ġeografika tas-sajd, l-irkaptu tas-sajd, fost l-oħrajn, mingħajr ma jiżdiedu piżijiet amministrattivi żejda għall-produtturi u għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi;  hu tal-fehma li għandhom isiru rieżamijiet perjodiċi biex tkun żgurata l-konformità u tiġi vvalutata l-effettività ta’ dawn l-istandards armonizzati, għax dan se jgħin biex jiġu identifikati oqsma ta’ titjib u biex jiġi żgurat li l-istandards jibqgħu rilevanti u aġġornati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jemmen li l-konsumaturi għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw l-oriġini tal-prodotti, peress li din l-informazzjoni hija ta’ valur dejjem ikbar għall-konsumaturi Ewropew, u tħeġġiġhom jikkonsmaw ikel lokali prodott jew miksub fiż-żona tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa li tinbidel is-sistema attwali tal-identifikazzjoni tal-prodotti tas-sajd skont iż-żona tal-FAO, għax din ma tidentifikax l-oriġini tagħhom b’mod ċar jew fid-dettall, u tista’ toħloq konfużjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri ippromwovu u jistabbilixxu deżinjazzjonijiet ta’ kwalità protetti ġodda fid-dawl tal-benefiċċji magħrufa u evidenzjati tagħhom għall-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura tal-UE u jitlob kummerċjalizzazzjoni aħjar ta’ dawn il-prodotti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffaċilita l-applikazzjoni tar-regoli futuri, li se jkun ta’ benefiċċju sinifikattiv għal dawk l-istrutturi ta’ kwalità, u se jnaqqsu, safejn hu possibbli, iż-żmien meħtieġ biex jiġu trattati l-applikazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jargumenta li t-traċċabbiltà u l-miżuri ta’ trasparenza relatati huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità mar-regoli applikabbli tal-PKS; jemmen li jekk dawn il-miżuri jkunu appoġġjati minn sistema ta’ tikkettar xierqa, li għandha tkun meħtieġa għall-prodotti tal-ikel akkwatiċi pproċessati, friski u ppreżervati, dawn jistgħu jiggarantixxu li l-informazzjoni pprovduta lill-konsumaturi tkun preċiża, ċara, kompluta, ta’ fiduċja u affidabbli; jenfasizza l-fatt li sistema ta’ tikkettar bħal din hija vitali għall-ġlieda kemm kontra l-frodi alimentari, inkluż it-tikkettar ħażin, kif ukoll is-sajd IUU; iqis li t-traċċabbiltà tal-prodotti trid tiġi msaħħa u ggarantita tul l-istadji kollha tal-katina tal-valur, sabiex tipprovdi mhux biss benefiċċji ekonomiċi u kummerċjali, iżda wkoll tikkontribwixxi għall-isforzi favur il-ħarsien tas-saħħa; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-introduzzjoni mir-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd il-ġdid, taċ-ċertifikat CATCH għall-prodotti importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni rċeviet, fil-konsultazzjonijiet tagħha, rapporti li jindikaw li r-rekwiżiti obbligatorji ta’ informazzjoni għall-konsumatur ma kinux ġew issodisfati f’xi Stati Membri; jinnota li l-implimentazzjoni madwar l-UE hija meqjusa bħala irregolari u dan huwa partikolarment sinifikanti f’xi segmenti, bħal dawk tal-bejjiegħa tal-ħut u tal-fornituri tal-ikel tal-massa; ifakkar li t-tikkettar irid jipprovdi deskrizzjoni preċiża tal-prodotti tas-sajd u mhux tas-sajd, jevita l-frodi u r-reklamar qarrieq li hu ta’ ħsara għall-konsumaturi u għas-sajjieda, b’mod partikolari meta jissemmew prodotti sostituti, peress li f’ħafna każijiet jintużaw stampi li jġiegħlu lill-konsumaturi jaħsbu li ċerti prodotti huma prodotti tas-sajd meta fil-fatt ma jkunux; jinsab imħasseb dwar il-fatt li xi prodotti fis-suq, bħal pereżempju prodotti bbażati fuq il-pjanti, jintużaw għalihom termini użati esklużivament mill-prodotti tas-sajd, minkejja li mhumiex prodotti tas-sajd; iqis li l-Kummissjoni għand tinvestiga aktar din il-kwistjoni, abbażi tar-rapporti li waslu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Iqis, għaldaqstant, li l-isem kummerċjali “ħut” jew “speċi ta’ ħut” għandu jkun riżervat għal prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura ta’ oriġini annimali fis-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni, f’dan ir-rigward, tirrevedi l-leġiżlazzjoni eżistenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni ta’ prodotti bbażati fuq il-pjanti li jimmitaw prodtti tas-sajd u l-akkwakultura sabiex ikun żgurat li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni korretta u preċiża li tevita kwalunkwe ftehim ħażin u żżomm l-opportunitajiet indaqs fis-suq tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-regoli tal-kompetizzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali jistgħu jiġu eżentati mill-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni sabiex jilħqu l-objettivi tagħhom, soġġetti għal ċerti kundizzjonijiet, inkluż li l-attivitajiet tagħhom ma jwasslux għat-tqassim tas-swieq, ma jeskludux il-kompetizzjoni u ma jeliminawx il-kompetizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li din l-eżenzjoni hija essenzjali biex tippermetti xi prattiki tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali, bħall-kontroll tal-kwantitajiet imqiegħda fis-suq mill-membri tagħhom sabiex jistabbilizzaw is-swieq u l-prezzijiet, jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konservazzjoni u jevitaw il-ħela tal-ikel; jikkonkludi li korpi kollettivi tal-produtturi mhux rikonoxxuti (bħal pereżempju l-kooperattivi u l-“cofradías”) ma jistgħux jibbenefikaw mill-eżenzjoni skont il-kriterji attwali għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jissottolinja li madwar 70 % tal-frott tal-baħar ikkunsmat fl-UE huwa importat minn pajjiżi barra mill-UE, u dan ifisser li l-UE hija dipendenti fuq dawn l-importazzjonijiet għall-konsum tagħha; jenfasizza li s-sajd, l-akkwakultura u s-setturi relatati jridu jkunu kapaċi jagħmlu qligħ sabiex ikunu jsitgħu jagħmlu l-investimenti meħtieġa biex joperaw, filwaqt li l-qligħ huwa possibli biss jekk il-prodotti jkunu kompetittivi fil-konfront tal-prodotti importati minn pajjiżi barra mill-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżguraw li l-politika kummerċjali tal-UE tippermetti kundizzjonijiet ekwi bejn il-prodotti tal-UE u dawk importati, u jippromwovu l-konsum ta’ prodotti tal-ikel akkwatiċi sosotenibbli (ambjentalment, ekonomikament u soċjalment) tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tibda djalogu mal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u ma’ partijiet ikkonċernati rilevanti oħra dwar kwoti tariffarji awtonomi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-informazzjoni dwar is-suq u l-ġestjoni tal-kriżijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Ifakkar li l-Osservatorju Ewropew tas-Suq tal-Prodotti tas-Sajd u tal-Akkwakultura (EUMOFA) jipprovdi informazzjoni dwar is-suq lill-operaturi fis-settur tas-sajd biex jgħinhom jifhmu aħjar ix-xejriet tas-suq; jinnota li sit web u bażi tad-data ddedikati ilhom online minn April 2013 u ilhom kompletament operattivi mid-dħul fis-seħħ tal-OKS riveduta, u minnhom jibbenefikaw il-korpi ta’ riċerka, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali, għax iżidu l-aċċess għall-informazzjoni u d-data dwar is-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li l-EUMOFA jipprovdi informazzjoni dwar is-suq imsejsa fuq in-nomenklatura mħallta eżistenti tat-tariffa doganali komuni tal-UE; iqis li din tal-aħħar għandha tiġi aġġornata sabiex tinkludi kategoriji ġodda ta’ prodotti ta’ ħut li jinbiegħu u jinxtraw b’volumi li qed jiżdiedu fl-UE, u toffri għodod diġitali aktar intwittivi u komprensivi; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi kif ittejjeb l-informazzjoni dwar is-suq tal-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura, b’mod speċifiku ttejjeb l-analiżi tas-suq billi tiddistingwi bejn partijiet differenti tal-Ewropa bi drawwiet differenti ta’ konsum ta’ speċijiet ta’ ħut;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinnota li l-EUMOFA ntuża biex ġew skattati miżuri ta’ kriżi biex ġie indirizzat l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, matul ir-reviżjoni li jmiss tal-OKS, tikkunsidra l-possibbiltà li tistabbilixxi sistema jew riżerva ta’ kriżi, inkluż għajnuna għall-ħżin, bħala mezz biex tipproteġi s-settur minn kwalunkwe sitwazzjoni eċċezzjonali li jaf tinħoloq fis-settur tas-sajd u l-akkwakultura tal-UE; ifakkar li reċentement kellha tiġi provduta għajnuna eċċezzjonali biex tiġi indirizzati l-kriżi kkawżata mill-pandemija tal-COVID-19; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-użu ta’ għajnuna ta’ dan it-tip u tiżgura li din tkun imfassla apposta għad-disturb speċifiku tas-suq, filwaqt li tuża bħala bażi l-mudell ta’ riżerva ta’ kriżi li jintuża għal setturi tal-ikel oħrajn, u tqis miżuri oħra li jistgħu jkunu ta’ benefiċċju biex itaffu disturbi qawwija tas-suq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konklużjonijiet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jilqa’ l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-regoli tal-OKS; jenfasizza l-ħtieġa ta’ aktar sforzi biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu infurmati kif xieraq, jittejjeb it-tikkettar, tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq u tiżdied it-traċċabbiltà tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura u l-frott tal-baħar kif ukoll il-politiki inklużivi fir-rigward tal-ġeneri u taż-żgħażagħ; jinnota li xi Stati Membri għandhom gvernijiet aktar fil-baxx mil-livell tal-istat li għandhom il-kompetenza għall-sajd, il-frott tal-baħar u l-akkwakultura, u li dan għandu jiġi rispettat mill-Kummissjoni u mill-istituzzjonijiet ikkonċernati l-oħra għall-avvazz tal-implimentazzjoni tal-OKS;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jemmen li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtieġ li jagħmlu aktar sforzi biex jiksbu implimentazzjoni aktar uniformi tar-Regolament dwar l-OKS fis-setturi kollha, billi jqisu biżżejjed il-kundizzjonijiet speċifiċi li joperaw fihom is-swieq fir-reġjuni ultraperiferiċi; huwa tal-fehma li implimentazzjoni aktar uniformi tista’ tgħin biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-konsumatur fil-prodotti tal-ikel akkwatiku mqiegħda fis-suq uniku, u taqdi l-għanijiet tal-iżvilupp endoġenu u l-awtosuffiċjenza tal-ikel fir-reġjuni ultraperiferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li jiġu involuti l-partijiet ikkonċernati kollha matul il-katina kollha tal-provvista; jissottolinja, f’dan ir-rigward, il-ħidma siewja tal-kunsill konsultattiv tas-swieq (MAC) applikabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta proposta għal qafas leġiżlattiv għal sistemi tal-ikel sostenibbli bil-għan li ttejjeb it-trasparenza u tipprovdi lill-konsumaturi b’aktar informazzjoni; jenfasizza li l-proposta għandha tirrikonoxxi l-importanza ta’ prodotti tas-sajd u l-akkwakultura sostenibbli u tajbin għas-saħħa, li jtejbu l-valur tas-settur tas-sajd;  jenfasizza l-ħtieġa li dan il-qafas leġiżlattiv ġdid jinkludi l-importanza tal-konsum tal-ħut f’dieta tajba għas-saħħa; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li dan ma joħloqx piż amministrattiv addizzjonali u jkun allinjat mal-kundizzjoni ta’ sostenibbiltà stabbilita fil-leġiżlazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jilqa’ l-eżitu tan-negozjati dwar ir-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Kontroll tas-Sajd, b’mod partikolari r-regoli li għandhom l-għan li jsaħħu d-dispożizzjonijiet dwar it-traċċabbiltà għall-prodotti kollha tas-sajd, frott tal-baħar u akkwakultura, inkluż prodotti importati minn pajjiżi barra mill-UE; huwa tal-fehma li din l-informazzjoni dwar it-traċċabbiltà se tkun importanti ħafna għall-konsumaturi Ewropej, kemm fil-kontinent kif ukoll barra minnu; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi aktar azzjoni bl-istess rekwiżiti għall-prodotti kollha, indipendentement minn kemm ikunu proċessati, il-kategorija tal-ikel jew l-Istat Membri li l-kumpanija tkun ibbażata fih, tiżgura li l-informazzjoni provduta tkun preċiża, ċara, kompluta u armonizzata fl-Istati Membri u fit-territorji kollha, b’kompetenza għas-sajd, u fil-kategoriji kollha tal-prodotti, sabiex tasal għand il-konsumaturi aħħarija f’format sempliċi u aċċessibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jemmen li l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar użu mill-EUMOFA, b’mod speċjali f’oqsma fejn l-EUMOFA jintuża anqas, għax dan għandu jtejjeb aktar id-data miġbura u l-analiżi tas-suq ta’ partijiet differenti tal-Ewropa bi drawwiet differenti ta’ konsum tal-ħut, filwaqt li joffri għodod diġitali aktar intwittivi u komprensivi permezz tal-istrument; huwa tal-fehma li dan jista’ jagħmel id-data tal-EUMOFA aktar siewja għall-analizzar tas-suq, anke differenzjata skont ir-reġjun, b’mod partikolari meta jkun hemm bidliet drastiċi, bħal dawk li seħħew matul il-kriżi tal-COVID-19, bil-ħsieb li jiġu attivati għodod u għażliet għall-kriżijiet biex jiġi stabbilizzat is-suq;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Huwa konvint li t-titjib tat-traċċabbiltà u tat-trasparenza fil-katina tal-provvista tas-settur tal-ikel akkwatiku huwa kruċjali għall-ġlieda kontra s-sajd IUU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri kollha biex jadattaw il-kriterji għar-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-organizzazzjonijiet interprofessjonali sabiex jirrikonoxxu l-organizzazzjonijiet differenti kollha fl-Istati Membri li jwettqu kompiti li fil-biċċa l-kbira jaqgħu taħt il-mandat ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi; jenfasizza, f’dan ir-rigward, organizzazzjonijiet bħal “cofradías” u “prud’homies de pêche”, kif ukoll dawk li joperaw fir-reġjuni periferiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti bidu għal miżuri aktar effettivi biex telimina l-ostakoli għall-organizzazzjonijiet tal-produtturi biex jaqdu għalkollox il-missjoni tagħhom billi tindirizza d-diffikultajiet tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi tas-sajd artiġjanali tal-kosta u tal-gżejjer fir-rigward ta’ trattament differenzjat min-naħa tal-amministrazzjonijiet nazzjonali, fi kwistjonijiet bħar-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi, il-finanzjament minn ġurnata għall-oħra, l-appoġġ amministrattiv jew l-eliġibbiltà tal-miżuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat l-impenn tal-partijiet ikkonċernati kollha, matul il-katina kollha tal-provvista tas-settur tas-sajd u l-akkwakultura u s-soċjetà ċivili, biex tiżdied il-fiduċja u l-komprensjoni fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-OKS, b’mod partikolari permezz taż-żamma u t-tisħiħ tal-kollaborazzjoni mal-kunsill konsultattiv tas-swieq;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>