<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0048</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-aspetti relatati mal-ġeneru taż-żieda fl-għoli tal-ħajja u l-impatt tal-kriżi tal-enerġija</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0430/2023 - Rapporteur: Alice Kuhnke)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar l-aspetti relatati mal-ġeneru taż-żieda fl-għoli tal-ħajja u l-impatt tal-kriżi tal-enerġija (2023/2115(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3(1) u 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8, 9, 10, 119, 122, 127, 151, 153(2), 156, 157, 191 u 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (CFREU) u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tagħha dwar id-drittijiet soċjali u l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, il-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura”, u, b’mod partikolari, l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 1 li jfittex li jtemm il-faqar, l-SDG 5 li jfittex li jikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-għajxien għan-nisa, u l-SDG 8 li jfittex li jikseb tkabbir ekonomiku sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Marzu 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija ta’ Ugwaljanza Bejn is-Sessi għall-2020-2025” (COM(2020)0152),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 328, 21.12.2018, p. 82.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Ġunju 2019 dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/970 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Mejju 2023 li ssaħħaħ l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali jew xogħol ta’ valur ugwali bejn l-irġiel u n-nisa permezz ta’ trasparenza fil-pagi u mekkaniżmi ta’ infurzar<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 132, 17.5.2023, p. 21.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2407 tal-20 ta’ Ottubru 2023 dwar il-faqar enerġetiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna għall-UE – it-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li taġixxi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 75.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Lulju 2022 dwar il-faqar fost in-nisa fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 47, 7.2.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-26 ta’ Mejju 2021 bit-titolu “L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f’azzjoni”<FOOTNOTE><FIELD> Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, “L-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-baġit tal-UE: wasal iż-żmien li l-kliem jissarraf f’azzjoni”, 26 ta’ Mejju 2021.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1563 tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar il-faqar enerġetiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 357, 27.10.2020, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 dwar Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa – l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja (COM(2020)0662),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-data dwar il-prezzijiet u t-taxxi tal-enerġija fl-użu finali tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> L-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija, End-Use Prices Data Explorer, 28 ta’ April 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Fond Monetarju Internazzjonali ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “The Fog of War Clouds the European Outlook” (Iċ-Ċpar tal-Gwerra Jtappan il-Prospettiva Ewropea)<FOOTNOTE><FIELD> Il-Fond Monetarju Internazzjonali, “The Fog of War Clouds the European Outlook”, Ottubru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Eurostat tal-2022 bit-titolu “Living conditions in Europe” (Il-kundizzjonijiet tal-għajxien fl-Ewropa)<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Living conditions in Europe, 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dokument informattiv u analitiku tal-Eurostat tal-10 ta’ Frar 2022 bit-titolu “Energy prices on the rise in the euro area in 2021” (Jiżdiedu l-prezzijiet tal-enerġija fiż-żona tal-euro fl-2021)<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Energy prices on the rise in the euro area in 2021, 10 ta’ Frar 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Eurofound tat-28 ta’ Ottubru 2022 bit-titolu “The cost-of-living crisis and energy poverty in the EU: Social impact and policy responses – Background paper” (Il-kriżi tal-għoli tal-ħajja u l-faqar enerġetiku fl-UE: l-impatt soċjali u r-reazzjonijiet ta’ politika – Dokument ta’ sfond)<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, “The cost-of-living crisis and energy poverty in the EU: Social impact and policy responses – Background paper”, Ottubru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-aħħar stħarriġ elettroniku tal-Eurofound, Living and Working in Europe, tar-rebbiegħa 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Indiċijiet tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri għall-2021 u l-2022 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi<FOOTNOTE><FIELD> Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2021.</FIELD></FOOTNOTE><STRING SUPERSCRIPT="on">,</STRING><FOOTNOTE><FIELD> EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2022.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istħarriġ tal-Ewrobarometru tal-ħarifa 2022<FOOTNOTE><FIELD> Unjoni Ewropea, EP Autumn 2022 Survey: Parlemeter, Jannar 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riċerka tal-Forum Ekonomiku Dinji tas-26 ta’ Jannar 2023<FOOTNOTE><FIELD> WEF, This is why women are bearing the brunt of the cost of living crisis, according to research, Jannar 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Gender perspective on access to energy in the EU” (Il-perspettiva tal-ġeneru dwar l-aċċess għall-enerġija fl-UE) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni fit-18 ta’ Diċembru 2017<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, Gender perspective on access to energy in the EU, 18 ta’ Diċembru 2017.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing bit-titolu “Gender Aspects of Energy Poverty” (Aspetti relatati mal-Ġeneru tal-Faqar Enerġetiku), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni fl-1 ta’ Marzu 2023<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, Gender Aspects of Energy Poverty, 1 ta’ Marzu 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “The Gender Dimension and Impact of the Fit for 55 Package” (Id-Dimensjoni tal-Ġeneru u l-Impatt tal-Pakkett “lesti għall-mira ta’ 55 %”) ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għall-Politiki Interni tal-Unjoni fis-6 ta’ Diċembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni tal-Unjoni, Dipartiment Tematiku għad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, The Gender Dimension and Impact of the Fit for 55 Package, 6 ta’ Diċembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-briefing bit-titolu “Energy poverty in the EU” (Il-faqar enerġetiku fl-UE), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari fit-18 ta’ Settembru 2023<FOOTNOTE><FIELD> Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, Energy poverty in the EU, 18 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Settembru 2020 dwar il-massimizzazzjoni tal-potenzjal tal-effiċjenza enerġetika tal-istokk tal-bini tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 385, 22.9.2021, p. 68.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tat-12 ta’ Mejju 2022 tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza fl-enerġija,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tas-7 ta’ April 2021 tal-Kumitat għall-Iżvilupp dwar l-impatti tat-tibdil fil-klima fuq il-popolazzjonijiet vulnerabbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tat-2 ta’ Ottubru 2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 2021 dwar it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, b’enfasi partikolari fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 17.11.2021, p. 62.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 145.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 251, 30.6.2022, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżgurar li t-trasport Ewropew jiffunzjona għan-nisa<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0339.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A9-0430/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-inflazzjoni żdiedet drastikament mill-2021, xprunata primarjament minn kostijiet għoljin tal-enerġija u tal-ikel, u aggravata mill-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, Energy prices on the rise in the euro area in 2021, 10 ta’ Frar 2022.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-pagi mhumiex previsti li jiżdiedu bl-istess rata tal-inflazzjoni, u dan iwassal għal kriżi tal-għoli tal-ħajja; billi din il-kriżi thedded b’mod akut l-għajxien, is-saħħa, il-benesseri, l-indipendenza ekonomika u l-aċċess għall-akkomodazzjoni tan-nisa, filwaqt li tillimita l-kapaċità tal-akkwist tagħhom u l-kapaċità tagħhom li jixtru neċessitajiet bażiċi bħall-ikel, u dan ma jippermettilhomx igawdu standard tal-għajxien deċenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-prezzijiet żdiedu, b’mod ġenerali, bi 11,5 % fl-UE minn Ottubru 2021 u l-ikel ġie affettwat b’mod partikolari, filwaqt li l-inflazzjoni żdiedet għal 17,8 % f’Ottubru 2022; billi, f’konformità mal-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-BĊE ta’ Settembru 2023 għaż-żona tal-euro, l-inflazzjoni medja għall-2023 hija stmata li se tkun ta’ 5,6 %, li hija reviżjoni ’l fuq tal-projezzjonijiet preċedenti; billi skont il-Eurofound, iż-żidiet fir-rati tal-pagi nominali f’ħafna pajjiżi għall-2023 f’ħafna każijiet ma kinux biżżejjed biex tinżamm il-kapaċità tal-akkwist tal-ħaddiema nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-pandemija tal-COVID-19, iż-żieda fil-kriżi tal-għoli tal-ħajja u l-gwerra kontra l-Ukrajna intensifikaw kriżi preeżistenti u l-kundizzjonijiet prekarji tax-xogħol u tal-għajxien li ħafna nisa qed jiffaċċjaw; billi l-implikazzjonijiet assoċjati mal-ġeneru ta’ kriżijiet bħal dawn ikomplu jipperpetwaw l-inugwaljanzi sistemiċi bejn il-ġeneri f’diversi setturi;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi n-nisa fid-diversità kollha tagħhom huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja, peress li għandhom it-tendenza li jkunu fost l-ifqar parti tal-popolazzjoni, u jirrappreżentaw 70 % tal-1,3 biljun<FOOTNOTE><FIELD> Il-proġett dwar is-sigurtà tal-ġeneri, Can 70 % of the World’s Poor Celebrate International Women’s Day? Marzu 2022.</FIELD></FOOTNOTE> ruħ li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ faqar; billi n-nisa jitqiegħdu b’mod konsistenti fi żvantaġġ minħabba fatturi strutturali u kulturali bħan-normi tradizzjonali tal-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi n-nisa huma sovrarappreżentati f’impjiegi prekarji, f’forom flessibbli ta’ xogħol, f’kuntratti atipiċi u flessibbli (xogħol part-time, xogħol temporanju, impjiegi informali) u huma sovrarappreżentati fost il-ħaddiema b’paga minima; billi n-nisa għandhom it-tendenza wkoll li jkollhom introjti u ġid aktar baxxi bħala riżultat tad-differenzi fil-pagi u fil-pensjonijiet, u għalhekk huma aktar probabbli li jirrapportaw diffikultajiet biex ilaħħqu mal-ħajja u għadhom iġorru piż sproporzjonat ta’ xogħol ta’ indukrar mhux imħallas, u dan iħallihom b’inqas riżorsi biex jipproteġu lilhom infushom mill-impatt negattiv tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja; billi n-nisa huma affettwati wkoll b’mod partikolari mill-faqar tal-ħin, definit bħala n-nuqqas ta’ ħin suffiċjenti għall-mistrieħ u d-divertiment tal-individwu wara li jitnaqqas il-ħin meħtieġ għal impjieg bi ħlas u xogħol mhux imħallas, u b’hekk ma jkunux jistgħu jnaqqsu s-sigħat tax-xogħol mingħajr ma jaqgħu (aktar) fil-faqar;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi n-nisa għandhom it-tendenza li jkunu l-“assorbituri tax-xokkijiet tal-faqar li jġorru r-responsabbiltà ewlenija u l-piż mentali għall-ippjanar, ix-xiri u l-preparazzjoni tal-ikel għall-familji tagħhom u l-koordinazzjoni ta’ diversi kompiti oħra ta’ indukrar u tal-unità domestika bħall-immaniġġjar tal-baġit ta’ unitajiet domestiċi foqra u għalhekk huma affettwati ferm aktar miż-żieda fl-għoli tal-ħajja u l-kriżi tal-enerġija; billi dan ir-rwol bħala indokraturi primarji fil-familja jpoġġi sehem sproporzjonat tal-piż tal-indukrar u tax-xogħol domestiku mhux imħallas fuq in-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi kriżijiet suċċessivi kellhom impatti negattivi fuq in-nisa madwar id-dinja kollha, u dan fixkel il-progress rigward l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; billi n-nisa huma partikolarment affettwati mid-diżinvestiment u mit-tnaqqis fil-baġit fis-servizzi pubbliċi bħall-edukazzjoni, is-saħħa u t-trasport u l-assistenza soċjali peress li huma aktar probabbli li jaħdmu fihom, jiddependu fuqhom, u jsiru l-fornituri ta’ dawn is-servizzi pubbliċi meta jitwaqqfu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-importanza tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bejn in-nisa u l-irġiel fl-aċċess għall-impjiegi u x-xogħol, u l-promozzjoni tal-ugwaljanza fil-karrieri u l-kategoriji professjonali, fit-taħriġ vokazzjonali u fis-salarji huma essenzjali, waqt li fl-istess ħin jissaħħaħ ix-xogħol bi drittijiet u jiġu protetti n-negozjar kollettiv u d-drittijiet tat-trade unions;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-kriżi tal-enerġija fl-Ewropa enfasizzat il-ħtieġa li jiġi riformat is-suq Ewropew tal-elettriku; billi, bl-indiċjar tal-prezzijiet tal-elettriku mal-prezzijiet tal-gass, is-suq ħoloq opportunitajiet sostanzjali għall-ispekulazzjoni, li rriżultaw f’diffikultajiet sinifikanti għall-kumpaniji, b’mod partikolari l-SMEs, u għall-unitajiet domestiċi, speċjalment dawk li jinkludu persuni f’sitwazzjonijiet vulnerabbli jew li jgħixu f’żoni rurali, inklużi n-nisa, li huma partikolarment f’riskju; billi din l-ispekulazzjoni ekonomika kkontribwiet għaż-żieda fil-kostijiet tal-enerġija; billi r-regolamentazzjoni tal-prezzijiet fis-settur tal-enerġija hija waħda mill-għodod ewlenin biex jiġu ggarantiti d-drittijiet ekonomiċi u soċjali tan-nies, u jiġi żgurat li kulħadd ikollu aċċess għall-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ fit-tranżizzjoni lejn enerġija ekoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Kunsill laħaq ftehim fir-riforma tas-suq tal-elettriku li għandu l-għan li jagħmel il-prezzijiet tal-elettriku inqas dipendenti mill-prezzijiet volatili tal-fjuwils fossili, jipproteġi lill-konsumaturi minn żidiet qawwija fil-prezzijiet, jaċċelera l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jtejjeb il-protezzjoni tal-konsumatur;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi t-tibdil fil-klima u d-diżastri relatati mal-klima jaggravaw il-kriżi tal-għoli tal-ħajja u għandhom impatt partikolari fuq in-nisa, peress li, statistikament, in-nisa jinsabu f’riskju akbar ta’ faqar; billi l-gruppi li diġà jgħixu fil-marġni qed jintlaqtu l-agħar mill-volatilità tas-sistema tal-enerġija mill-fjuwils fossili, filwaqt li l-gruppi ekonomiċi l-kbar bħall-kumpaniji tal-enerġija u tal-ikel qed jagħmlu profitti rekord;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-faqar enerġetiku jirrappreżenta sfida enormi u problema soċjali serja għall-UE; billi anki qabel il-kriżi attwali, fl-2021, 6,9 % tal-unitajiet domestiċi kollha tal-Unjoni kienu għadhom lura fir-rigward tal-ħlas tal-kontijiet tal-utilitajiet tagħhom, u 6,4 % indikaw li ma setgħux iżommu djarhom sħan; billi, fl-2020, kważi 15 % tal-unitajiet domestiċi kollha kienu qed jgħixu fi djar li kien qed jidħlilhom l-ilma, kellhom problemi fis-soqfa jew problemi ta’ tmermir<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat, EU statistics on income and living conditions.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi, fl-2022, aktar minn 41 miljun Ewropew ma setgħux iżommu djarhom sħan b’mod adegwat; billi dan in-numru huwa ekwivalenti għall-popolazzjonijiet tal-Greċja, il-Portugall, l-Ungerija u l-Iżvezja f’daqqa, li jfisser li dawk in-nies ikollhom jagħżlu bejn li jsaħħnu djarhom u jixtru l-ikel; billi huwa stmat li ċ-ċifra tista’ tkun ferm ogħla, u l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku (EPOV) tal-UE jgħid li n-numru huwa aktar minn 50 miljun unità domestika affettwata; billi l-faqar enerġetiku huwa fenomenu multidimensjonali, meqjus li huwa kkawżat minn taħlita ta’ introjtu baxx, kostijiet għoljin tal-enerġija u effiċjenza enerġetika ħażina fil-bini;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-bini jirrappreżenta 40 % tal-konsum finali tal-enerġija fl-UE u 36 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tagħha relatati mal-enerġija, u 75 % tal-bini tal-UE għadu ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-faqar enerġetiku huwa aggravat mill-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri, b’mod partikolari dawk relatati mal-introjtu, bħad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, il-pensjonijiet u l-parteċipazzjoni; billi d-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi għadha ta’ 12,7 % madwar l-UE<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, The gender pay gap situation in the EU.</FIELD></FOOTNOTE>; billi l-effett kumulattiv ta’ dawn id-disparitajiet bejn il-ġeneri fl-introjtu matul il-ħajja ta’ mara jwassal biex in-nisa jirċievu introjtu tal-irtirar li, fl-UE, huwa bħala medja 35 % inqas minn dak li jirċievu l-irġiel; billi d-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali mhuwiex dejjem rispettat u għadu waħda mill-akbar sfidi fl-isforzi biex tingħeleb id-diskriminazzjoni fil-pagi; billi għad hemm disparitajiet konsiderevoli fid-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet fl-Istati Membri tal-UE, li jvarjaw minn 2,6 % fl-Estonja għal 46,1 % f’Malta; billi d-differenza bejn il-ġeneri fil-pensjonijiet twassal biex in-nisa jkunu f’riskju ogħla ta’ faqar fix-xjuħija u ta’ esklużjoni soċjali;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi n-nisa, b’mod partikolari l-ommijiet waħedhom u dawk li jesperjenzaw diskriminazzjoni intersezzjonali abbażi tal-etniċità, ir-razza, l-istatus tal-migrazzjoni, l-orjentazzjoni sesswali, id-diżabbiltà jew l-età, huma aktar probabbli li jaqgħu f’faqar enerġetiku; billi dan ifisser li l-kriżi attwali tal-għoli tal-ħajja se taggrava l-faqar enerġetiku abbażi tal-ġeneru fl-UE; billi hija meħtieġa aktar data diżaggregata dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u intersezzjonali; billi, skont in-NU, id-dinja qed tiffaċċja l-akbar kriżi tal-għoli tal-ħajja għal ġenerazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi fl-2022 aktar minn kwint tal-popolazzjoni tal-UE li jgħixu f’unitajiet domestiċi bi tfal dipendenti kienu f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali; billi lejn l-aħħar tal-2022, 44 % tal-ommijiet waħedhom u 31 % tan-nisa waħedhom ipprevedew li se jkollhom diffikultajiet biex jaffordjaw il-kostijiet tal-enerġija fix-xhur ta’ wara<FOOTNOTE><FIELD> Eurofound, The cost-of-living crisis and energy poverty in the EU: Social impact and policy responses – Background paper, Ottubru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-kriżijiet tal-enerġija u s-sehem ogħla tal-kostijiet tal-enerġija fl-introjtu totali tan-nisa jnaqqsu l-kapaċità finanzjarja tagħhom li jibnu eżistenza awtonoma u dan jagħmilha aktar diffiċli għan-nisa mingħajr introjtu jew b’introjtu baxx li jaħarbu l-vjolenza domestika u l-abbuż minn sieħeb li jkunu marbuta miegħu finanzjarjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-faqar enerġetiku huwa assoċjat ma’ impatti sinifikanti fuq is-saħħa fiżika u psikoloġika tal-bniedem peress li, pereżempju, it-temperaturi kesħin fil-kmamar huma marbuta ma’ riskji akbar ta’ stress, tfixkil fl-irqad, mard respiratorju u mard ċirkolatorju<FOOTNOTE><FIELD> EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; billi n-nisa jiffaċċjaw riskji sinifikanti għas-saħħa u s-sikurezza mit-tniġġis tal-arja fl-unitajiet domestiċi, u minn nuqqas ta’ dawl u, skont studju tad-WHO, in-nisa għandhom riskju relattiv ogħla mill-irġiel li jiżviluppaw problemi tas-saħħa minħabba l-esponiment għad-duħħan minn fjuwils solidi, inklużi l-mard pulmonari ostruttiv kroniku u l-kanċer tal-pulmun; billi d-djar kesħin u r-riskji għas-saħħa assoċjati ġew rikonoxxuti bħala kawża potenzjali waħda ta’ mortalità eċċessiva fix-xitwa<FOOTNOTE><FIELD> EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi ż-żoni rurali, interni, ultraperiferiċi u ż-żoni f’riskju għoli ta’ depopolazzjoni huma partikolarment esposti għall-faqar enerġetiku, minħabba l-introjti relattivi aktar baxxi tal-unitajiet domestiċi li jinsabu f’dawn iż-żoni u minħabba l-ħtiġijiet speċifiċi tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi tal-bdiewa; billi, barra minn hekk, hemm inqas investimenti fit-titjib tal-effiċjenza enerġetika fis-settur tal-akkomodazzjoni; billi n-nisa li jgħixu f’dawn iż-żoni huma aktar suxxettibbli li jaqgħu f’faqar enerġetiku u huma affettwati b’mod sproporzjonat minn aċċess inadegwat għal enerġija nadifa u affordabbli peress li spiss ikunu l-utenti primarji tal-enerġija domestika;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi ftit hemm għarfien jew data disponibbli dwar l-impatt tal-faqar enerġetiku fuq in-nisa fl-UE; billi l-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE ma jipprovdix data diżaggregata skont il-ġeneru fis-sett ta’ indikaturi tiegħu aċċessibbli għall-pubbliku; billi ftit Stati Membri biss adottaw definizzjonijiet tal-faqar enerġetiku u indikaturi tal-faqar enerġetiku, li normalment ma jqisux il-ġeneru;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-enerġija solari mhux biss tista’ toffri soluzzjoni għall-kriżi attwali tal-enerġija, iżda jista’ jkollha wkoll impatt pożittiv fuq l-ugwaljanza u l-ekwità bejn il-ġeneri madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi n-nisa fis-settur tal-enerġija għandhom it-tendenza li jaħdmu aktar f’kumpaniji fejn il-pagi huma aktar baxxi, aktar milli fis-settur mhux tal-enerġija; billi 20 % biss tar-rwoli tal-maniġment superjuri huma okkupati minn nisa fis-settur tal-enerġija u għalhekk in-nisa għandhom rwol insuffiċjenti fil-livell maniġerjali tal-kumpaniji tal-enerġija; billi l-inklużjoni sħiħa tan-nisa f’dawn il-pożizzjonijiet tgħin biex tippromwovi l-innovazzjoni, timplimenta modi ġodda ta’ ġestjoni u tippromwovi d-diversità fil-forza tax-xogħol, u b’hekk trawwem ċiklu pożittiv ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri li jikkontribwixxi għat-tranżizzjoni lejn enerġija ekoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi, skont in-NU, in-nisa jistgħu jkunu aġenti b’saħħithom tal-bidla fit-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa; billi l-ħolqien ta’ ambjent favorevoli għall-intraprenditorija tan-nisa u l-enerġija sostenibbli se jirrikjedi wkoll kollaborazzjoni ma’ firxa wiesgħa ta’ partijiet ikkonċernati mis-settur privat; billi l-indirizzar tad-differenzi eżistenti bejn il-ġeneri fl-aċċess għall-finanzi, l-informazzjoni, it-teknoloġija, l-oġġetti u s-servizzi, huwa importanti biex jitnaqqsu r-riskji tal-investiment u jitħeġġeġ l-aċċess għal finanzjament korporattiv għall-imprendituri nisa fl-enerġija sostenibbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi ż-żieda fl-aċċess tan-nisa għall-enerġija u l-opportunitajiet sostenibbli hija prerekwiżit għat-taffija tal-faqar u għat-tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika tan-nisa madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi, skont il-Forum Ekonomiku Dinji, is-settur tal-enerġija qed jiġġieled kontra nuqqas deplorevoli ta’ gradwati nisa fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STEAM), u dan inaqqas l-għażla ta’ applikanti potenzjali; billi n-nisa jirrappreżentaw 52 % tal-popolazzjoni Ewropea u l-maġġoranza tal-gradwati terzjarji fl-UE, iżda jirrappreżentaw biss 17,9 % tal-professuri tal-ogħla livell akkademiku fl-oqsma tal-inġinerija u t-teknoloġija<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, She figures 2021, Novembru 2021.</FIELD></FOOTNOTE>, jirrappreżentaw tnejn minn kull ħames xjenzjati u inġiniera u għalhekk jirrappreżentaw biss 34 % tal-forza tax-xogħol fil-karrieri fix-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija u l-matematika (STEM)<FOOTNOTE><FIELD> Kummissjoni Ewropea, Towards a manifesto for gender-inclusive STE(A)M education and careers, Ottubru 2022.</FIELD></FOOTNOTE>; billi t-tranżizzjoni tal-enerġija tista’ tiggwadanja b’mod sinifikanti mill-għarfien u l-esperjenza tan-nisa;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-Kummissjoni ma wettqitx l-impenn tagħha stabbilit fl-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri biex tintegra perspettiva tal-ġeneru fl-inizjattivi ewlenin kollha tal-Kummissjoni, inkluż il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-politiki relatati;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi l-Kummissjoni hija obbligata tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri skont it-Trattati; billi, madankollu, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri tqis li perspettiva tal-ġeneru ma ġietx integrata fil-baġit tal-UE peress li elementi essenzjali, bħall-analiżi tal-ġeneru, l-objettivi relatati mal-ġeneru, l-indikaturi u l-obbligu ta’ rendikont permezz tar-rapportar, huma fil-biċċa l-kbira neqsin;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi l-kwistjonijiet ta’ ugwaljanza bejn il-ġeneri huma fil-biċċa l-kbira neqsin mill-pilastri tat-tranżizzjoni ekoloġika u tat-trasformazzjoni diġitali tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u dan jirrappreżenta opportunità mitlufa biex l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi integrata b’mod effettiv fl-objettivi klimatiċi u ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi studju mitlub mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (FEMM) juri li l-irġiel spiss jingħataw preferenza fuq in-nisa u gruppi emarġinati oħra fir-rigward tat-tfassil ta’ sussidji u appoġġ fl-ambitu tal-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”, kif ukoll f’politiki, programmi u fondi oħra għat-tranżizzjoni ekoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-perspettiva tal-ġeneru hija nieqsa mill-politiki u l-miżuri tal-Istati Membri u tal-UE li għandhom l-għan li jikkontrobattu u jtaffu l-effetti tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja; billi madwar żewġ terzi tal-miżuri introdotti mill-Istati Membri biex itaffu ż-żieda fir-rati tal-inflazzjoni mhumiex immirati lejn gruppi partikolari f’sitwazzjonijiet vulnerabbli u jipprovdu biss soluzzjonijiet fuq terminu qasir minflok reazzjonijiet li jikkontribwixxu għal tranżizzjoni soċjalment ġusta u ekoloġika bħall-promozzjoni tal-iffrankar tal-enerġija jew it-tranżizzjoni lejn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-azzjoni tal-UE għandha tqis l-importanza tal-kunċett tal-ġustizzja klimatika u l-impenn tal-partijiet kollha għall-Ftehim ta’ Pariġi, li jirrispettaw, jippromwovu u jikkunsidraw l-obbligi tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, meta jieħdu azzjoni biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Soluzzjonijiet sensittivi għall-ġeneru għall-faqar enerġetiku u ż-żieda fl-għoli tal-ħajja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni twettaq l-impenn pożittiv li ħadet il-President von der Leyen biex tippromwovi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-tfassil kollu tal-politika u jisħaq li jeħtieġ li jsir aktar peress li hemm nuqqas ta’ perspettiva tal-ġeneru fl-inizjattivi ewlenin dwar il-klima, l-enerġija u l-ambjent li ġew ippreżentati; jappella biex il-Patt Ekoloġiku Ewropew jiżgura tranżizzjoni ġusta u soċjalment ekwa li taħdem għal kulħadd billi tiġi żviluppata strateġija intersezzjonali trasformattiva għall-ġeneru biex jiġi indirizzat il-faqar enerġetiku u billi jiżdied l-investiment pubbliku f’akkomodazzjoni soċjali, affordabbli u effiċjenti fl-użu tal-enerġija, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa, li spiss jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-ġestjoni tal-enerġija tal-unitajiet domestiċi, iżda ma jkollhomx aċċess ugwali għar-riżorsi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddispjaċih li r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2407 tal-20 ta’ Ottubru 2023 dwar il-faqar enerġetiku<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2407, 23.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE> u l-gwida li takkumpanjaha<FOOTNOTE><FIELD> Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-faqar enerġetiku. Gwida tal-UE dwar il-faqar enerġetiku. Dokument ta’ akkumpanjament (SWD(2023)0647).</FIELD></FOOTNOTE> jonqsu milli jirrikonoxxu l-aspetti relatati mal-ġeneru tal-faqar enerġetiku u l-ħtieġa essenzjali ta’ data diżaggregata skont il-ġeneru biex jiġu vvalutati b’mod adegwat il-ħtiġijiet tal-unitajiet domestiċi vulnerabbli bħala indikatur ewlieni; huwa mħasseb li l-Kummissjoni ma ħaddnitx il-bosta talbiet tal-Parlament Ewropew, tas-soċjetà ċivili u tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) biex jiġu żviluppati indikaturi speċifiċi għall-ġeneru ħalli jiġi żgurat li t-tranżizzjoni ekoloġika tkun soċjalment ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-UE tippromwovi pakkett straordinarju biex tappoġġja lill-persuni li qed jitħabtu maż-żieda qawwija fl-għoli tal-ħajja, inklużi EUR 100 biljun għall-familji, speċjalment il-familji b’ġenitur wieħed – li l-maġġoranza l-kbira tagħhom huma mmexxija min-nisa – l-aktar milquta mill-faqar enerġetiku u mill-inqas EUR 20 biljun biex tiżdied l-iskema tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri u lill-UE jiggarantixxu b’mod urġenti utilitajiet u ikel affordabbli għall-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u, b’mod partikolari, għal dawk li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali; jisħaq li ħadd m’għandu jkollu jbati l-kesħa fl-eqqel tax-xitwa jew is-sħana żejda fix-xhur jikwu tas-sajf u jitlob lill-Istati Membri u lill-UE jipprojbixxu l-iskonnessjonijiet min-network tal-enerġija; jisħaq li ż-żieda fl-effiċjenza enerġetika permezz tar-rinnovazzjoni tal-akkomodazzjoni għandha tkun prijorità fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Ifakkar li b’aktar minn 50 miljun ruħ affettwati mill-faqar enerġetiku fl-UE, għandha tingħata assistenza finanzjarja biex tappoġġja lill-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx f’konformità mal-istandards minimi tal-prestazzjoni tal-enerġija; iqis li huwa importanti li l-Istati Membri jiggarantixxu aċċess għall-elettriku għall-persuni vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Ifakkar li l-faqar enerġetiku jaffettwa lin-nisa b’mod sproporzjonat fl-UE kollha u għalhekk l-Istati Membri għandhom jiddedikaw l-appoġġ meħtieġ biex itaffu l-faqar enerġetiku fost in-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni urġenti biex jindirizzaw il-faqar u l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu fost in-nisa, speċjalment fost il-gruppi vulnerabbli, inklużi l-ommijiet waħedhom, in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa minn sfondi razzjali u etniċi, il-persuni LGBTIQ+, in-nisa migranti u rifuġjati, in-nisa anzjani u n-nisa f’żoni rurali jew depopolati; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija Ewropea ambizzjuża kontra l-faqar għall-2030, inkluż il-faqar tal-ħin, b’miri konkreti għat-tnaqqis tal-faqar u b’enfasi biex jintemm il-faqar tan-nisa u jitkisser iċ-ċiklu interġenerazzjonali tar-riskji ta’ faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jadottaw miżuri speċifiċi biex jiġġieldu r-riskju tal-faqar fix-xjuħija u jieħdu approċċ sensittiv għall-ġeneru meta jirriformaw is-sistemi tal-pensjonijiet, jadattaw l-età tal-irtirar u jsaħħu l-pensjonijiet u l-benefiċċji u s-servizzi soċjali bħall-indukrar fit-tul, filwaqt li jqisu s-sottorappreżentanza tan-nisa fis-suq tax-xogħol, kif ukoll is-segregazzjoni tas-suq tax-xogħol u d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tipproponi, meta jkun xieraq, atti leġiżlattivi ġodda biex twaqqaf lill-ispekulaturi milli jagħmlu l-aċċess għall-enerġija mhux affordabbli għan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jenfasizza li l-aċċess għall-elettriku għandu rwol fundamentali fit-tnaqqis tal-faqar u fl-iżgurar ta’ parteċipazzjoni sħiħa u ugwali fis-soċjetà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Enerġija tal-Kummissjoni jiżviluppa pjan ta’ azzjoni dwar il-ġeneru li jiżgura li l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE dwar l-enerġija, inkluż id-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija kif imsemmi fid-Direttiva (UE) 2018/2001, tintegra d-dimensjoni tal-ġeneru u tiżviluppa miżuri speċifiċi, indikaturi u fondi mmirati biex jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku, u b’mod partikolari l-konsegwenzi marbuta mal-ġeneru tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-inklużjoni tad-dimensjonijiet tal-ġeneru u intersezzjonali fl-iskemi kollha għall-effiċjenza enerġetika u l-elettriku rinnovabbli, inkluż id-dritt għall-kondiviżjoni tal-enerġija, sabiex jappoġġjaw lil dawk iċ-ċittadini l-aktar affettwati mill-faqar enerġetiku; jirrikonoxxi l-kontribut ta’ inizjattivi mmexxija min-nisa għal soluzzjonijiet ta’ enerġija sostenibbli u r-rwol strumentali tan-nisa fit-tfassil ta’ tali soluzzjonijiet fil-livelli kollha, inklużi l-livelli tal-unitajiet domestiċi, tal-komunità, lokali, nazzjonali u Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha sabiex jinkiseb l-aħjar rispons għall-kriżi tal-enerġija, li taffettwa lin-nisa b’mod sproporzjonat; f’dan ir-rigward, jistieden lill-Kummissjoni tħejji rapport dwar il-konsegwenzi relatati mal-ġeneru taż-żieda fl-għoli tal-ħajja minħabba l-kriżi tal-enerġija, inkluża valutazzjoni tal-ġeneru tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tagħha dwar il-faqar enerġetiku; jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw il-prezzijiet tal-enerġija, tat-trasport u ta’ oġġetti essenzjali oħra bil-ħsieb li jiġu żviluppati miżuri speċifiċi għall-ġlieda kontra r-riskju tal-esklużjoni soċjali u l-faqar, b’enfasi fuq l-aċċess għal akkomodazzjoni, trasport, ġustizzja u enerġija affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tirrikjedi lill-Istati Membri jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-ġeneri obbligatorji fil-pjanijiet nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, inkluż meta jirrapportaw dwar il-faqar enerġetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida speċifiċi dwar kif jiġi żgurat li l-Istati Membri japplikaw b’mod korrett l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u l-analiżi tal-ġeneru meta jfasslu l-Pjanijiet Nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima (NECP), inklużi miżuri u azzjonijiet biex itaffu l-faqar enerġetiku; iqis li l-inkorporazzjoni ta’ analiżi tal-ġeneru b’perspettiva intersezzjonali fl-NECPs hija kruċjali għall-promozzjoni ta’ tranżizzjoni tal-enerġija soċjalment ġusta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-investiment pubbliku f’politiki li, direttament jew indirettament, għandhom l-għan li jikkontrobattu l-effetti negattivi tal-kriżi tal-għoli tal-ħajja fuq in-nisa fid-diversità kollha tagħhom, filwaqt li jipproteġu lill-vittmi tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru u li jiggarantixxu aċċess għal servizzi pubbliċi ta’ kwalità għolja u bla ħlas għall-indukrar, l-edukazzjoni, is-saħħa, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u l-akkomodazzjoni, it-trasport u l-enerġija affordabbli, kif ukoll aċċess għal impjieg deċenti; jistieden lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni speċjali lir-reġjuni rurali, interni u ultraperiferiċi u lir-reġjuni f’riskju ta’ depopolazzjoni li spiss ma jkollhomx provvista adegwata ta’ dawn is-servizzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza li l-impatt tal-inflazzjoni u tal-kostijiet tal-enerġija għoljin qed idgħajfu s-servizzi pubbliċi, li n-nisa huma aktar probabbli li jiddependu fuqhom u li n-nisa huma aktar probabbli li jaħdmu fihom; jisħaq fuq il-fatt li t-tnaqqis fil-baġits tal-Istati Membri għall-indukrar tat-tfal, l-edukazzjoni u l-attivitajiet ta’ qabel l-iskola u għall-persuni li jindukraw għandu implikazzjonijiet diretti għan-nisa li jwettqu l-maġġoranza tal-kompiti addizzjonali involuti; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament għall-infrastruttura soċjali b’mod partikolari għas-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-indukrar u jagħtu prijorità lill-akkomodazzjoni soċjali u lill-investiment fil-modifika retroattiva tad-djar biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jisħaq li l-kriżi tal-kost tal-enerġija, flimkien mal-kriżi tal-għoli tal-ħajja, qed ikollha impatt negattiv fuq l-inklużjoni ekonomika u soċjali, is-saħħa u d-drittijiet fundamentali tan-nisa, inkluża s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; jenfasizza li madwar terz tan-nies jgħidu li rrinunzjaw għall-kura medika fl-2022, u aktar qed jirrapportaw li qed jiġu mġiegħla jirrinunzjaw għall-kura medika minħabba żieda fil-kostijiet, ħinijiet itwal ta’ stennija, u nuqqasijiet ta’ tobba u mediċini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob li jiġi żgurat introjtu minimu adegwat, skont ir-rakkomandazzjonijiet Ewropej, bl-għan li jiġu promossi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, is-sigurtà tal-introjtu u l-indipendenza ekonomika tan-nisa; ifakkar li pagi minimi adegwati huma salvagwardja meħtieġa biex tiġi żgurata distribuzzjoni aktar ġusta tal-pagi u biex tiġi ggarantita paga minima li tipproteġi lin-nisa; jenfasizza li l-istrumenti msemmija hawn fuq jeħtieġ li jirrispettaw id-drittijiet stabbiliti fil-ftehimiet kollettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni żżomm lura milli tippromwovi kwalunkwe rakkomandazzjoni politika li twassal għal żieda fir-relazzjonijiet tax-xogħol prekarji, it-tneħħija tar-regolamentazzjoni tas-sigħat tax-xogħol, it-tnaqqis fis-salarji, attakk fuq in-negozjar kollettiv, jew il-privatizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi u tas-sigurtà soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jappella għal politika tat-trasport pubbliku li tqis l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, b’mod partikolari billi tespandi u ttejjeb is-servizz tat-trasport pubbliku u toffri mobbiltà effettiva sabiex in-nisa jkunu jistgħu jsibu xogħol u jipparteċipaw b’mod aktar attiv fis-suq tax-xogħol (u jiksbu bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li ma tinħoloq ebda bużżieqa spekulattiva artifiċjali għad-detriment tal-benessri tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar li akkomodazzjoni adegwata hija dritt fundamentali li jrid jiġi protett u rikonoxxut bħala prerekwiżit għall-eżerċizzju tad-drittijiet fundamentali l-oħra, għall-aċċess għalihom u għal ħajja dinjituża; jiddispjaċih li bħala riżultat tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza fir-rigward tal-akkomodazzjoni, ħafna nisa jgħixu f’kundizzjonijiet insikuri, mhux dinjitużi u perikolużi, u jinsabu f’riskju akbar ta’ vjolenza u li jispiċċaw mingħajr post fejn jgħixu; jisħaq li l-evizzjonijiet furzati u ksur ieħor tad-dritt għall-akkomodazzjoni għandhom impatt sproporzjonat fuq in-nisa u jsaħħu l-inugwaljanzi eżistenti, u dan jirrappreżenta ostaklu sinifikanti għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tipproponi, meta jkun xieraq, atti leġiżlattivi ġodda biex timmitiga l-finanzjalizzazzjoni tas-swieq tal-akkomodazzjoni u twaqqaf lill-ispekulaturi milli joħolqu sitwazzjoni fejn l-akkomodazzjoni ma tkunx affordabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-awtoritajiet lokali, inklużi l-awtoritajiet tal-bliet, l-għażla li jissikkaw il-kontroll tagħhom fuq il-pjattaformi online tal-kiri tal-akkomodazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-provvista u l-għażla tal-akkomodazzjoni pubblika disponibbli u jindirizzaw l-impatt taż-żidiet fir-rati tal-imgħax ikkawżati mill-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tħeġġeġ lill-Istati Membri jissalvagwardjaw il-provvisti tal-enerġija f’żoni ’l bogħod miċ-ċentri urbani sabiex iż-żoni rurali jipprovdu l-kundizzjonijiet minimi ta’ kumdità għan-nisa u l-familji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jisħaq li l-piż imqiegħed fuq il-konsumaturi l-aktar vulnerabbli kkawżat mill-volatilità tas-swieq tal-enerġija jista’ jitnaqqas b’mod sinifikanti billi tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tal-bini;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-kumpaniji tal-enerġija jieħdu approċċ proporzjonali fir-rigward tal-iskonnessjoni tal-utenti min-network tal-enerġija, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet, l-isfidi u diffikultajiet oħra tan-nisa, l-ommijiet waħedhom, in-nisa b’diżabbiltà, in-nisa akbar fl-età, il-bniet, kif ukoll in-nisa li jgħixu f’żoni rurali u interni matul kriżi tal-għoli tal-ħajja, li huwa inerenti għall-kriżi tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintegraw perspettiva tal-ġeneru u intersezzjonali fid-definizzjonijiet tagħhom tal-faqar enerġetiku, sabiex jippermettu t-tqabbil u l-monitoraġġ ta’ din ir-realtà b’mod li jmur lil hinn mill-kunċett ġenerali ta’ “unitajiet domestiċi vulnerabbli”, u b’hekk jippermettu fehim aħjar tas-sitwazzjonijiet differenti fi ħdan kull unità domestika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Itenni t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni, lill-Eurostat u lill-Istati Membri biex ikomplu jiżviluppaw u jtejbu l-ġbir ta’ data, statistika, riċerka u analiżi diżaggregati skont il-ġeneru u intersezzjonali, peress li dan huwa l-uniku mod biex jiġi żgurat li sitwazzjonijiet speċifiċi ma jiġux injorati u jservu bħala bażi għal tfassil ta’ politika infurmat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jitolbu data diżaggregata skont il-ġeneru dwar il-faqar enerġetiku mill-Eurostat; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku tal-UE juża tali data biex jiżviluppa u jagħżel indikaturi speċifiċi għall-ġeneru li jippermettu l-iżvilupp ta’ politika bbażata fuq l-evidenza f’dak il-qasam, f’konsultazzjoni mal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jemmen li l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz akbar biex jinkludu data diżaggregata skont il-ġeneru fil-pjanijiet nazzjonali ta’ rinnovazzjoni tal-bini tagħhom sabiex il-politiki u l-miżuri jkunu mmirati aħjar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jitrawmu riċerka u innovazzjoni kontinwi sensittivi għall-ġeneru fl-industrija tal-elettriku rinnovabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri u lill-UE jiżguraw b’mod urġenti utilitajiet affordabbli għall-SMEs immexxija min-nisa, b’mod partikolari għal dawk li jiffaċċjaw diskriminazzjoni intersezzjonali; jirrikonoxxi li l-intrapriżi mmexxija min-nisa u l-intrapriżi lokali b’perċentwal għoli ta’ ħaddiema nisa spiss ikunu parti vitali mill-produzzjoni ta’ oġġetti essenzjali; jisħaq li l-intraprendituri nisa m’għandhomx iġorru piż sproporzjonat tal-ispekulazzjoni ekonomika u għandhom jingħataw aċċess ugwali għall-opportunitajiet li toffri t-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li jittaffa l-impatt inugwali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li l-prinċipji tat-trattament ugwali u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri għandhom ikunu fil-qalba tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” u għandhom ikunu riflessi fid-deċiżjonijiet dwar il-politika, l-ippjanar u l-investiment;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Lejn tranżizzjoni ekoloġika inklużiva fir-rigward tal-ġeneru</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Ifakkar li tranżizzjoni ekoloġika ġusta hija meħtieġa biex jiġu evitati kriżijiet futuri severi u żieda fil-faqar; ifakkar, barra minn hekk, li t-tranżizzjoni ekoloġika tkun soċjalment ġusta biss jekk tinkludi perspettiva tal-ġeneru u tiggarantixxi opportunitajiet indaqs għan-nisa u għal dawk li jesperjenzaw diskriminazzjoni intersezzjonali kif ukoll l-inklużjoni sinifikanti tagħhom fil-proċess ta’ tfassil tal-politika; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni taħtar koordinatur tal-UE dwar il-ġeneru u l-klima b’persunal u finanzjament suffiċjenti, u tintroduċi valutazzjonijiet tal-impatt fir-rigward tal-ġeneri fil-politiki u l-leġiżlazzjoni kollha tal-UE, b’mod partikolari fl-inizjattivi tal-Patt Ekoloġiku Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Ifakkar li l-estensjoni tal-aċċess għall-enerġija ekoloġika u l-promozzjoni tal-affordabbiltà tagħha huma ċentrali biex jinkiseb żvilupp aktar inklużiv u sostenibbli; jirrikonoxxi kif il-kostijiet tat-teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li qed jonqsu b’rata mgħaġġla u l-mudelli kummerċjali ġodda joffru soluzzjonijiet tal-enerġija li huma promettenti ħafna biex jiġi aċċelerat l-aċċess għall-enerġija sostenibbli għan-nisa fid-diversità kollha tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jisħaq li n-nisa għandhom rwol strateġiku u ta’ benefiċċju x’jaqdu fit-tranżizzjoni ekoloġika peress li huma atturi ewlenin fl-iżvilupp ta’ xejriet ta’ konsum u produzzjoni sostenibbli u ekoloġikament sodi, kif ukoll fin-negozju u fit-tfassil tal-politika fil-livelli kollha; jenfasizza l-ħtieġa immedjata li jiġi rikonoxxut il-potenzjal tagħhom fit-trawwim tal-enerġija sostenibbli u li jingħata kontribut għall-ilħuq ta’ bosta SDGs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jiddispjaċih li, skont in-NU, il-potenzjal tan-nisa bħala intraprendituri fis-settur tal-enerġija mhuwiex utilizzat biżżejjed; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-intraprendituri nisa fil-qasam tal-enerġija sostenibbli u lill-Istati Membri biex inaqqsu d-differenzi eżistenti bejn il-ġeneri u jtejbu l-aċċess tagħhom għall-informazzjoni, it-teknoloġija, l-oġġetti u s-servizzi, is-swieq u l-finanzi b’mod partikolari billi jsaħħu s-servizzi ta’ intermedjazzjoni finanzjarja tradizzjonali u innovattivi bħall-pjattaformi integrati bbażati fuq l-internet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Ifaħħar lill-gvernijiet lokali/nazzjonali jew lill-kumpaniji privati li qed jagħmlu sforzi kbar biex jindirizzaw id-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi tal-faqar enerġetiku u jħeġġiġhom ikomplu din il-ħidma billi jinkorporaw perspettiva tal-ġeneru kull fejn possibbli u jiżguraw li l-lingwa/komunikazzjoni użata tkun inklużiva fir-rigward tal-ġeneru u offruta bil-Braille għal dawk li jeħtiġuha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li n-nisa huma sottorappreżentati b’mod sinifikanti f’pożizzjonijiet ewlenin tat-tfassil tal-politika dwar it-tibdil fil-klima, it-tranżizzjoni tal-enerġija u l-ambjent, u jappella lill-UE u lill-Istati Membri għal miżuri ta’ azzjoni pożittiva bħal kwoti temporanji biex jiżguraw rappreżentanza ugwali u diversa f’pożizzjonijiet ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fl-istituzzjonijiet tal-UE, il-korpi governattivi u l-awtoritajiet pubbliċi fil-livelli kollha ta’ governanza u fil-korpi pubbliċi assoċjati; jistieden lill-Istati Membri jippromwovu l-parteċipazzjoni sinifikanti tan-nisa fl-ippjanar, il-politiki u l-programmi reattivi għal kwistjonijiet ta’ ġeneru, inkluż l-ippjanar fiskali tagħhom u jiżguraw li tali politiki jqisu l-impatti differenzjali tat-tibdil fil-klima u tal-kriżijiet tal-enerġija fuq in-nisa u l-irġiel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li sabiex jiżguraw li l-forza tax-xogħol tal-UE tkun ippreparata bis-sħiħ biex taħdem b’mod attiv lejn l-ilħuq tal-objettivi klimatiċi tagħha, l-Istati Membri għandhom jimmiraw li jnaqqsu d-disparità bejn il-ġeneri fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-bini, inkluż permezz tal-pjanijiet nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, bħala l-aġenziji ewlenin fil-qasam tal-ambjent u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fis-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti, il-UNEP u l-UN Women ingħaqdu flimkien biex jiżviluppaw Programm Globali għall-promozzjoni tal-Intraprenditorija tan-Nisa għall-enerġija sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-aġenziji rilevanti tal-UE jieħdu nota ta’ dan il-programm u jippromwovu objettivi intraprenditorjali sostenibbli simili fi ħdan l-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jissottolinja li t-teknoloġija u l-pjattaformi diġitali qed isiru kruċjali fil-proċess ġenerali tal-għoti tal-edukazzjoni u t-taħriġ lin-nisa u l-bniet kif ukoll f’ħafna proċessi tal-għażla tax-xogħol; jiddispjaċih dwar l-impatti negattivi tal-aċċess mhux ugwali għat-teknoloġija, li jista’ jfixkel l-iżvilupp tal-litteriżmu diġitali tan-nisa u tal-bniet u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li n-nisa u l-bniet fid-diversità kollha tagħhom, inklużi n-nisa waħedhom u n-nisa anzjani u dawk in-nisa li jgħixu f’żoni rurali, żoni interni u żoni f’riskju għoli ta’ depopolazzjoni ma jiġux affettwati b’mod sproporzjonat mill-faqar enerġetiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jnaqqsu d-differenza bejn il-ġeneri fis-settur tal-enerġija billi jindirizzaw is-sottorappreżentanza tan-nisa fil-karrieri STEAM u jiżguraw li n-nisa jkollhom aċċess ugwali għal korsijiet ta’ taħriġ vokazzjonali u korsijiet ta’ sensibilizzazzjoni fis-suġġetti STEAM inklużi dawk dwar l-effiċjenza enerġetika u s-suffiċjenza enerġetika u joħolqu rabta pożittiva bejn l-akkwist tal-għarfien u l-iżvilupp ta’ ħiliet essenzjali għal opportunitajiet ta’ impjieg emerġenti fit-tranżizzjoni diġitali u ekoloġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-objettivi aħħarin tal-inklużjoni, l-ugwaljanza u l-kisba tal-bilanċ bejn il-ġeneri fis-settur tal-enerġija għadhom ma ntlaħqux; jistieden lill-awtoritajiet tal-edukazzjoni rispettivi fl-Istati Membri jinkoraġġixxu b’mod partikolari lill-bniet jieħdu interess fis-settur tal-enerġija billi jiġġieldu kontra l-istereotipi marbuta mal-ġeneru fl-għażliet edukattivi u jrawmu l-fiduċja tagħhom dwar il-pussess tal-ħiliet meħtieġa biex isiru impjegati, innovaturi u pijunieri fis-settur tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq li s-settur tal-enerġija huwa wieħed mill-aktar industriji żbilanċjati fl-UE fir-rigward tal-ġeneri, fejn in-nisa jirrappreżentaw biss 24 % tal-forza tax-xogħol<FOOTNOTE><FIELD> EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2023.</FIELD></FOOTNOTE>, kif ukoll fir-rigward tas-segregazzjoni okkupazzjonali u ġerarkika tal-ġeneri; jistieden lill-kumpaniji tal-enerġija privati u pubbliċi jeqirdu kwalunkwe forma ta’ diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru jew ta’ kwalunkwe raġuni oħra kif stabbilit fl-Artikolu 21 tas-CFREU; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-persistenza tal-inugwaljanzi strutturali bejn il-ġeneri li jipperpetwaw l-ostakli għad-dħul u ż-żamma tal-forza tax-xogħol fis-settur tal-enerġija, inkluż ir-rispett u l-promozzjoni tal-użu tad-drittijiet tal-maternità u tal-paternità; jissottolinja li l-kumpaniji tal-enerġija li jippromwovu l-ugwaljanza jirrappreżentaw ambjenti tax-xogħol aktar attraenti għall-impjegati u l-impjegati potenzjali kollha tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jilqa’ l-inizjattivi li jippromwovu lin-nisa biex isiru intraprendituri fil-qasam tal-enerġija solari, eolika, ġeotermali u idroelettrika, peress li dan huwa ta’ benefiċċju għan-nisa involuti kif ukoll għall-komunità usa’, u jistieden lill-Istati Membri jidentifikaw kwalunkwe ostaklu li jipprevjeni lin-nisa milli jaħdmu f’dawn is-setturi; jistieden lill-kumpaniji privati fis-settur tal-enerġija jiżguraw li t-teknoloġija tal-enerġija solari, eolika, ġeotermali u idroelettrika, u l-innovaturi nisa tagħha, jingħataw is-setgħa li jappoġġjaw it-tranżizzjoni tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jinnota l-objettivi ewlenin tal-Kummissjoni fi ħdan l-istrateġija tal-UE għall-enerġija solari, li tfittex li tagħmel is-sistemi tal-enerġija solari tal-UE aktar kompetittivi u reżiljenti; jirrikonoxxi kif l-enerġija solari, eolika, ġeotermali u idroelettrika qed tagħti aċċess akbar lin-nisa għall-enerġija, b’mod partikolari fiż-żoni rurali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi integrat it-tħassib tan-nisa dwar is-sikurezza fir-rigward tal-użu tat-tidwil meta jitfasslu u jiġu ppjanati politiki urbani u ta’ mobbiltà bil-ħsieb li jiġu promossi spazji pubbliċi li jkunu sikuri u ħielsa minn fastidju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jimpenjaw ruħhom favur l-ibbaġitjar skont il-ġeneru u jiżguraw li dan jiġi applikat għall-baġit kollu tal-UE, u li r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri jiġu implimentati bis-sħiħ, inkluż fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali attwali u l-implimentazzjoni tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>