<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0049</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-enerġija ġeotermali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0432/2023 - Rapporteur: Zdzisław Krasnodębski)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar l-enerġija ġeotermali (2023/2111(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 194 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2023/2413 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001, ir-Regolament (UE) 2018/1999 u d-Direttiva 98/70/KE fir-rigward tal-promozzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2413, 31.10.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi adottati mill-Parlament fl-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (riformulazzjoni)<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0068.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) 2019/943 u (UE) 2019/942 kif ukoll id-Direttivi (UE) 2018/2001 u (UE) 2019/944 biex jittejjeb id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-Unjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi adottati mill-Parlament fl-14 ta’ Settembru 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, (UE) 2018/1724 u (UE) 2019/1020<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0325.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi adottati mill-Parlament fil-21 ta’ Novembru 2023 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ miżuri għat-tisħiħ tal-ekosistema Ewropea tal-manifattura ta’ prodotti ta’ teknoloġija b’emissjonijiet żero netti (l-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti) (COM(2023)0161)<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0401.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Il-Pjan REPowerEU” (COM(2022)0230),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-emendi adottati mill-Parlament fl-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2018/2001 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli, id-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza enerġetika<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2022)0441.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament dwar it-Tassonomija tal-Finanzi Sostenibbli (UE) 2019/2088<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà fis-settur tas-servizzi finanzjarji (ĠU L 317, 9.12.2019, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament Delegat assoċjat li jistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar sabiex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet li fihom attività ekonomika tikkwalifika bħala attività li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew għall-adattament għat-tibdil fil-klima u sabiex jiġi ddeterminat jekk dik l-attività ekonomika tikkawżax ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-objettivi ambjentali l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU L 442, 9.12.2021, p. 1</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 813/2013 tat-2 ta’ Awwissu 2013 li jimplimenta d-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-rekwiżiti tal-ekodisinn għall-ħiters tal-post u għall-ħiters ikkombinati<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU L 239, 6.9.2013, p. 136.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/138 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li jistabbilixxi lista ta’ settijiet tad-data speċifiċi ta’ valur għoli u l-arranġamenti għall-pubblikazzjoni u għall-użu mill-ġdid tagħhom<FOOTNOTE><FIELD> <STRING UNDERLINE="on">ĠU L 19, 20.1.2023, p. 43.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Rinnovabbli ta’ Frar 2023 bit-titolu “Global geothermal market and technology assessment”<FOOTNOTE><FIELD> ISBN: 978-92-9260-495-0.</FIELD></FOOTNOTE> (Valutazzjoni globali tas-suq u t-teknoloġija tal-enerġija ġeotermali),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Osservatorju tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nadifa bit-titolu “Deep Geothermal Heat and Power in the European Union – 2022 Status Report on Technology Development, Trends, Value Chains and Markets”<FOOTNOTE><FIELD> Bruhn, D. et al, <STRING ITALIC="on">Clean Energy Technology Observatory: Deep Geothermal Heat and Power in the European Union – 2022 Status Report on Technology Development, Trends, Value Chains and Markets</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2022.</FIELD></FOOTNOTE> (Sħana u Enerġija minn Sistemi Ġeotermali Profondi fl-Unjoni Ewropea – Rapport tal-Istatus tal-2022 dwar l-Iżvilupp tat-Teknoloġija, ix-Xejriet, il-Ktajjen tal-Valur u s-Swieq),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Osservatorju tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nadifa bit-titolu “Overall Strategic Analysis of Clean Energy Technology in the European Union – Status Report 2022”<FOOTNOTE><FIELD> Georgakaki, A. et al., <STRING ITALIC="on">Clean Energy Technology Observatory: Overall Strategic Analysis of Clean Energy Technology in the European Union – 2022 Status Report</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2022.</FIELD></FOOTNOTE> (Analiżi Strateġika Globali tat-Teknoloġija tal-Enerġija Nadifa fl-Unjoni Ewropea – Rapport tal-Istatus 2022),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni Ewropea bit-titolu “Geothermal plants and applications emissions: overview and analysis”<FOOTNOTE><FIELD> Ernst &Young, RINA Consulting S.p.A, Vito “<STRING ITALIC="on">Study on ‘Geothermal plants’ and applications’ emissions: Overview and analysis</STRING>”, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2020.</FIELD></FOOTNOTE> (Emissjonijiet ta’ impjanti u applikazzjonijiet ġeotermali: ħarsa ġenerali u analiżi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu “District heating and cooling in the EU – Overview of markets and regulatory frameworks under the revised Renewable Energy Directive”<FOOTNOTE><FIELD> Bacquet, A., Galindo Fernández, M., Oger, A. et al., <STRING ITALIC="on">District heating and cooling in the European Union – Overview of markets and regulatory frameworks under the revised Renewable Energy Directive. Annexes 6 and 7 – Final version</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2022.</FIELD></FOOTNOTE> (It-Tisħin u t-tkessiħ distrettwali fl-UE – Ħarsa ġenerali lejn is-swieq u l-oqfsa regolatorji taħt id-Direttiva riveduta dwar l-Enerġija Rinnovabbli),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka bit-titolu “The heat pump wave: opportunities and challenges”<FOOTNOTE><FIELD> Toleikyte, A., et al., <STRING ITALIC="on">The Heat Pump Wave: Opportunities and Challenges</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, Lussemburgu, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> (Il-mewġa tal-pompi tas-sħana: opportunitajiet u sfidi),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju tal-Kummissjoni Ewropea tal-2023 bit-titolu “Overview of heating and cooling - Perceptions, markets and regulatory frameworks for decarbonisation”<FOOTNOTE><FIELD> Breitschopf, B., et al., <STRING ITALIC="on">Overview of heating and cooling – Perceptions, markets and regulatory frameworks for decarbonisation – Final report</STRING>, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, 2023.</FIELD></FOOTNOTE> (Ħarsa ġenerali lejn it-tisħin u t-tkessiħ - Perċezzjonijiet, swieq u oqfsa regolatorji għad-dekarbonizzazzjoni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 251, 30.6.2022, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar approċċ Ewropew komprensiv għall-ħżin tal-enerġija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 371, 15.9.2021, p. 58.</FIELD></FOOTNOTE> u r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2023 dwar il-Ħżin tal-Enerġija – Insejsu sistema tal-enerġija tal-UE dekarbonizzata u sigura<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 103, 20.3.2023, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta’ Jannar 2021 dwar l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti u affordabbli għal kulħadd<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 456, 10.11.2021, p. 145.</FIELD></FOOTNOTE>.
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0432/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-enerġija ġeotermali hija prezzjuża u sors lokali ta’ enerġija rinnovabbli li tista’ tipprovdi, b’mod kosteffettiv, elettriku, sħana jew taħlita tat-tnejn konsenjabbli u għandha potenzjal kbir għas-settur tal-enerġija u għall-produzzjoni tas-sħana, kif ukoll għall-produzzjoni sostenibbli ta’ materja prima u tista’ tkun sors ta’ impjiegi ta’ kwalità;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-istrateġija tal-UE dwar l-enerġija solari ddikjarat li l-proporzjon tad-domanda għall-enerġija kopert mis-sħana solari u l-enerġija ġeotermali jrid jiżdied mill-inqas bi tliet darbiet jekk l-UE trid tilħaq il-miri tagħha dwar il-klima u l-enerġija għall-2030;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-produzzjoni u l-użu tal-enerġija jammontaw għal aktar minn 75 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE; billi sfortunatament aktar minn nofs il-konsum finali tal-enerġija fis-settur residenzjali għat-tisħin tal-ispazju huwa kopert mill-fjuwils fossili<FOOTNOTE><FIELD> Eurostat 2021, Energy consumption in households (Il-Konsum tal-enerġija fl-unitajiet domestiċi).</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna wrew il-ħtieġa urġenti li tiżdied l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Ewropa; billi t-tisħin, it-tkessiħ u l-enerġija ġeotermali diġà kkontribwew għall-isforzi tal-UE biex tnaqqas l-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-enerġija ġeotermali tista’ tikkontribwixxi għall-objettivi stabbiliti fil-Pjan REPowerEU, speċjalment biex tiżdied il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa u jiġu diversifikati l-provvisti tal-enerġija u għandha l-potenzjal li tipprovdi elettriku u sħana affidabbli u bi prezz raġonevoli lill-industriji u lin-negozji, b’mod partikolari lill-SMEs, filwaqt li ssaħħaħ il-kompetittività tagħhom, kif ukoll liċ-ċittadini, filwaqt li tindirizza, fost affarijiet oħra, il-problema tal-faqar enerġetiku;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-enerġija ġeotermali hija sors ta’ enerġija rinnovabbli, kostanti u affidabbli li hija faċilment aċċessibbli ladarba l-infrastruttura meħtieġa tkun fis-seħħ u li tipprovdi soluzzjoni lokali u ta’ emissjonijiet żero netti biex tiddekarbonizza n-networks tat-tisħin distrettwali, f’konformità mad-definizzjoni tad-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE> ta’ “sistemi effiċjenti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali”, u li tista’ tikkontribwixxi għall-bini ta’ “komunitajiet tal-enerġija” lokali u għall-awtosuffiċjenza kollettiva fil-konsum tal-enerġija rinnovabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-integrazzjoni tas-settur tal-enerġija ma’ teknoloġiji ġeotermali se jkollha rwol kruċjali biex jittejbu l-flessibbiltà u l-effiċjenza tas-settur tal-enerġija u titnaqqas l-impronta tal-karbonju tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-pompi tas-sħana u t-teknoloġiji tal-enerġija ġeotermali huma elenkati bħala teknoloġiji strateġiċi b’emissjonijiet żero netti għall-Ewropa fl-anness tal-proposta tal-Kummissjoni għal Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-industrija tistma li l-enerġija ġeotermali tista’ tipprovdi aktar minn 75 % tat-tisħin u t-tkessiħ ikkonsmati fl-Ewropa u aktar minn 15 % tal-enerġija elettrika tagħha sal-2040;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-kundizzjonijiet u l-oqfsa ta’ politika komprensivi meħtieġa biex jagħtu spinta lill-iżvilupp u l-użu tal-enerġija ġeotermali fl-Ewropa għadhom nieqsa fil-livell tal-UE; billi avvanzi f’oqsma ta’ politika differenti fil-livell nazzjonali huma meħtieġa wkoll b’mod urġenti sabiex l-atturi ġeotermali jkunu jistgħu jagħtu spinta lill-varar tal-proġetti permezz ta’ riċerka mtejba, it-tisħiħ tal-katina tal-provvista, skemi ta’ appoġġ effiċjenti u sensibilizzazzjoni pubblika akbar.
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żvilupp u potenzjal</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jinnota li l-iżvilupp tat-teknoloġiji wessa’ l-qasam adattat għal proġetti ġeotermali kosteffiċjenti u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-potenzjal ta’ riżorsi ġeotermali li jinsabu kullimkien b’temperatura baxxa u mhux profondi li huma disponibbli fl-Istati Membri kollha; jenfasizza l-potenzjal ta’ enerġija ġeotermali profonda li tista’ tintuża direttament għall-ġenerazzjoni tas-sħana u l-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-enerġija ġeotermali spiss għad għandha rwol periferali fid-diskussjoni dwar l-enerġija rinnovabbli; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-installazzjonijiet ġeotermali ma jeħtiġux materja prima kritika bl-istess mod bħal sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli; jinnota li, abbażi ta’ approċċ sostenibbli taċ-ċiklu tal-ħajja, l-enerġija ġeotermali għandha impatt ambjentali baxx u tipikament tirrikjedi użu limitat tal-art u tista’ faċilment tiġi integrata fil-pajsaġġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jenfasizza li l-enerġija ġeotermali toffri benefiċċji fit-tul li jistgħu jegħlbu l-kostijiet għoljin bil-quddiem assoċjati mal-iżvilupp tagħha, bħall-fatt li hija sors sostenibbli ta’ enerġija b’impatt ambjentali baxx, kostijiet tal-enerġija stabbli u prevedibbli, kostijiet operatorji baxxi, ħajja twila u affidabbiltà li toħloq opportunitajiet ta’ negozju u ta’ impjieg fil-komunitajiet lokali, u tgħin biex titnaqqas id-dipendenza fuq il-fjuwils importati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali ma ġiex sfruttat b’mod suffiċjenti qabel u li l-adozzjoni reċenti tagħha hija kkawżata fil-biċċa l-kbira mill-kriżi tal-enerġija u minn ħtieġa urġenti biex tittaffa l-pressjoni soċjoekonomika tad-domanda għat-tisħin u t-tkessiħ fl-Ewropa; iwissi li l-influss ta’ gass issussidjat, is-sensibilizzazzjoni limitata tal-pubbliku u l-investimenti bil-quddiem għoljin meħtieġa kienu qed ixekklu b’mod effettiv l-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali għal snin sħaħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jissottolinja l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali li tagħti kontribut sostanzjali biex jintlaħqu l-objettivi strateġiċi ewlenin fl-UE, inkluż li jintlaħqu l-miri tal-klima billi jiġu ddekarbonizzati setturi industrijali differenti, tissaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tal-UE billi jissaħħu l-ħtiġijiet ta’ sigurtà tal-enerġija, jitnaqqsu d-dipendenzi mill-fjuwils fossili minn pajjiżi terzi mhux affidabbli, bħar-Russja, tiżdied il-kompetittività tal-industriji Ewropej u tingħata s-setgħa lill-konsumaturi bis-saħħa ta’ provvista tas-sħana u tal-elettriku bi prezz raġonevoli u affidabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jisħaq li l-proċess tal-estrazzjoni ta’ materja prima mill-ilma mielaħ ġeotermali b’mod sostenibbli għall-ambjent jista’ jgħin biex jikkontribwixxi għall-iżgurar ta’ provvista lokali u affidabbli ta’ materja prima kritika strateġika, inkluż il-litju, u għalhekk tissaħħaħ ir-reżiljenza ekonomika tal-UE; jinnota, f’dan ir-rigward, li faċilitajiet li jestrattaw kemm enerġija ġeotermali kif ukoll materja prima joħolqu effetti ta’ impjieg ogħla minn impjanti ġeotermali tradizzjonali kif ukoll jattiraw in-negozji li jkunu mħajra jużaw flussi ta’ riżorsi multipli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għal soluzzjonijiet ġeotermali li huma kapaċi jaħżnu l-enerġija żejda mir-riħ u mix-xemx biex imbagħad tintuża fit-tisħin, it-tkessiħ u l-produzzjoni tal-enerġija, u għar-rwol kruċjali tagħhom fl-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija bbażati fuq sorsi rinnovabbli; jisħaq, f’dan ir-rigward, fuq ir-rwol tal-minjieri li huma partikolarment adattati għall-ħżin termali staġjonali fuq skala kbira u l-ħżin elettriku għal perjodu twil; jissottolinja l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali għall-ibbilanċjar tal-grilja u s-servizzi awżiljarji minħabba l-fattur ta’ kapaċità għolja, il-flessibbiltà tal-provvista u l-potenzjal konsenjabbli tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-akbar potenzjal għall-użu tal-enerġija ġeotermali fl-UE qiegħed fis-sistemi u fin-networks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali ta’ installazzjonijiet ġeotermali baxxi; jenfasizza li jistgħu jipprovdu enerġija rinnovabbli lokali, ta’ karga bażika u flessibbli u protezzjoni minn prezzijiet tal-fjuwils fossili volatili u li jogħlew; jisħaq li l-enerġija ġeotermali tista’ tgħin biex tiddekarbonizza s-settur tat-tisħin u t-tkessiħ li jikkostitwixxi kważi nofs il-konsum finali globali tal-enerġija tal-UE u jikkontribwixxi sa 35 % tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra tal-UE relatati mal-użu tal-enerġija; jinnota l-potenzjal u l-ħtieġa dejjem tikber ta’ tkessiħ distrettwali ġeotermali li se jkun element importanti ta’ adattament sostenibbli għat-tibdil fil-klima fil-bliet peress li temperaturi aktar sħan u mewġiet ta’ sħana huma mistennija li jsiru aktar frekwenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jinnota l-potenzjal sostanzjali tas-sħana ġeotermali għall-proċessi industrijali, b’mod partikolari għal proċessi b’intensità fl-użu tal-enerġija baxxa sa medja (taħt il-200 grad), li jirrappreżenta sa nofs il-produzzjoni tat-tisħin industrijali fl-Ewropa; jisħaq, f’dan ir-rigward, li l-iżvilupp tal-użu tas-sħana ġeotermali għal dan l-iskop se jagħti spinta lill-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej billi jipprovdi sors tas-sħana affidabbli u bi prezz raġonevoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja wkoll il-potenzjal tas-sħana ġeotermali fil-produzzjoni tal-ikel domestika, b’mod partikolari għall-produzzjoni ta’ prodotti agrikoli, l-ortikultura u l-akkwakultura; jinnota li diġà hemm eżempji ta’ suċċess ta’ applikazzjoni ġeotermali f’dawn is-setturi f’reġjuni Ewropej differenti; jissottolinja li l-użu tas-sħana ġeotermali se jikkontribwixxi għad-dekarbonizzazzjoni ta’ dawn is-setturi u għal prattiki aktar sostenibbli u favur l-ambjent, filwaqt li jnaqqas l-ispejjeż tal-produzzjoni, l-ispejjeż għoljin tal-enerġija, il-volatilità tal-prezzijiet għall-produtturi kif ukoll jippromwovi r-reżiljenza fis-sistemi tal-ikel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota l-potenzjal ta’ użu kaskata, fejn l-istess fluwidu ġeotermali jintuża għal diversi skopijiet; jisħaq fuq il-ħtieġa li jitrawmu sinerġiji intersettorjali bejn is-settur ġeotermali u setturi oħra, inkluż permezz tal-użu kondiviż ta’ siti, infrastruttura, data u ħiliet tal-forza tax-xogħol;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Iqis li l-preżenza tal-enerġija ġeotermali għandha titqies meta tiġi ddeżinjata l-pożizzjoni ġeografika ta’ “widien tal-industrija b’emissjonijiet żero netti” bħala parti mill-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero Netti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Rakkomandazzjonijiet ta’ politika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġeotermali tal-UE li tagħti gwida konkreta lill-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet lokali biex jaċċelleraw l-użu tal-enerġija ġeotermali sabiex jiġi dekarbonizzat it-tisħin u jingħata kontribut għall-indipendenza enerġetika tal-UE u biex jintlaħaq l-objettiv li mill-inqas jiġi ttriplikat is-sehem tad-domanda għall-enerġija koperta mis-sħana solari u l-enerġija ġeotermali sal-2030 kif imħabbar fl-Istrateġija Solari tal-UE; jenfasizza li, fl-2022, 151 negozju u industrija stiednu lill-Kummissjoni tħejji strateġija Ewropea biex jiġi sfruttat il-potenzjal tal-enerġija ġeotermali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri nazzjonali u fl-UE kollha għall-enerġija ġeotermali għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tal-potenzjal ġeotermali tal-Ewropa, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet ġeoloġiċi u klimatiċi varjati, u fuq stima tal-kosteffiċjenza tal-varar ta’ soluzzjonijiet ġeotermali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibbaża l-istrateġija fuq valutazzjoni komprensiva tal-potenzjal tal-enerġija ġeotermali fis-sottosuperfiċe mhux profonda, medja, profonda u profonda ħafna fis-27 Stat Membru; jinnota li din il-valutazzjoni għandha tgħin biex tidentifika l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali għal diversi użi, inkluż iżda mhux limitat għal, tisħin, tkessiħ distresttwali, proċessi industrijali, produzzjoni tal-ikel, pompi tas-sħana, ġenerazzjoni tal-elettriku, u produzzjoni ta’ idroġenu u litju rinnovabbli; jinnota li dan l-istudju għandu jivvaluta wkoll l-impatt tal-iżvilupp tal-enerġija ġeotermali fuq id-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kompetittività, l-għoti tas-setgħa lill-konsumaturi, u l-kosteffettività meta mqabbla ma’ sorsi tal-enerġija oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza fl-istrateġija l-ostakli għall-iżvilupp ta’ proġetti ġeotermali, inklużi kwistjonijiet transfruntiera u tipprovdi gwida dwar l-aħjar prattiki tal-użu tal-enerġija ġeotermali fl-UE għal awtoritajiet nazzjonali u lokali, żviluppaturi tal-proġetti u istituzzjonijiet finanzjarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ s-sensibilizzazzjoni li qed tikber dwar l-enerġija ġeotermali fil-livell nazzjonali, kif ukoll l-appoġġ li qed jikber għaliha; jitlob lill-Istati Membri jsegwu l-eżempju ta’ pajjiżi li żviluppaw pjanijiet direzzjonali ġeotermali, miri u miżuri ta’ politika ddedikati għall-enerġija ġeotermali<FOOTNOTE><FIELD> Bħall-inizjattivi nazzjonali mnedija mill-Polonja (Programm Pluriennali għall-Iżvilupp tal-Użu ta’ Riżorsi Ġeotermali fil-Polonja – 2022), Franza (Pjan ta’ Azzjoni Nazzjonali dwar l-Enerġija Ġeotermali – 2023) u l-Ġermanja (L-Istrateġija għall-Enerġija Ġeotermali Ġermaniża 2022).</FIELD></FOOTNOTE>; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi ffaċilitat l-iskambju ta’ informazzjoni dwar dawn il-miżuri u d-data biex jiġu appoġġjati l-politiki ġeotermali u biex jiġu promossi l-aħjar prattiki u l-kondiviżjoni tal-għarfien eżistenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi “alleanza ġeotermali”, li tinkludi l-Istati Membri, faċilitaturi tal-adozzjoni ġeotermali, l-industrija, il-komunità xjentifika u s-soċjetà ċivili, li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u timplimenta l-istrateġija ġeotermali futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni tesplora l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali biex tikkontribwixxi għall-objettivi tal-produzzjoni tal-idroġenu nadif stabbiliti fil-pjan REPowerEU;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Tisħin u tkessiħ distrettwali ġeotermali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja l-ħtieġa li jiġu mmodernizzati n-networks eżistenti tat-tisħin u t-tkessiħ u li jinbnew oħrajn ġodda bl-użu tal-potenzjal tal-enerġija ġeotermali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu inċentivi b’saħħithom biex jappoġġjaw dan ta’ hawn fuq u jiffavorixxu s-sistemi ta’ tisħin u tkessiħ tar-raba’ u l-ħames ġenerazzjoni; jinnota li l-iżvilupp ta’ networks ta’ tisħin u tkessiħ huwa integrali għat-tħejjija ta’ pjanijiet ta’ tisħin muniċipali komprensivi, kif meħtieġ mid-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika, u huwa allinjat mal-objettivi tal-pjanijiet nazzjonali għall-enerġija u l-klima; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lill-Istati Membri b’linji gwida għat-tħejjija ta’ dawn il-pjanijiet, inkluż għall-valutazzjoni tal-potenzjal ġeotermali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jilqa’ l-għadd dejjem jikber ta’ proġetti li jinvolvu l-konverżjoni ta’ infrastruttura ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali diġà eżistenti f’tisħin u tkessiħ distrettwali bbażati fuq l-enerġija ġeotermali; jenfasizza b’mod partikolari l-potenzjal ta’ tali konverżjonijiet f’pajjiżi Ewropej Ċentrali u tal-Lvant, fejn dawn jistgħu jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-politiki ta’ dekarbonizzazzjoni; jisħaq li dawn l-azzjonijiet għandhom ikunu appoġġjati b’mod wiesa’ mill-Fondi għall-Modernizzazzjoni, għal Tranżizzjoni Ġusta u ta’ Koeżjoni; jitlob li investimenti appoġġjati mill-Fond għall-Modernizzazzjoni, li jappoġġjaw il-konverżjoni ta’ sistemi tat-tisħin distrettwali eżistenti, dejjem iqisu l-potenzjal tal-enerġija ġeotermali li għandha tiġi fornuta f’tali sistemi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-fatt li ta’ spiss wisq l-iżvilupp ta’ proġetti ġeotermali huwa prevenut jew imdewwem b’mod sinifikanti min-nuqqas ta’ networks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali żviluppati; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata koordinazzjoni bejn il-kumpaniji tal-enerġija u l-awtoritajiet lokali biex b’mod konġunt jippjanaw, jinvestu u jimmaniġġjaw networks ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ftit mill-proġetti ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali ġeotermali reċenti ġew implimentati b’mudelli ta’ negozju ġodda li jippermettu lill-kumpaniji privati, inklużi kumpaniji tal-utilitajiet, jibnu infrastruttura pubblika f’isem l-awtoritajiet lokali; jistieden lill-Istati Membri jesploraw possibbiltajiet regolatorji innovattivi biex irawmu l-iżvilupp ta’ tisħin u tkessiħ distrettwali ġeotermali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li d-data ssir disponibbli minn networks ta’ tisħin distrettwali eżistenti, inklużi l-livell ta’ modernizzazzjoni u d-domanda għas-sħana, lill-partijiet ikkonċernati ġeotermali fl-Ewropa kollha; jissottolinja li din id-data hija kruċjali biex jiġi evalwat il-potenzjal ta’ reġjun u biex ikun hemm involviment mal-awtoritajiet lokali matul l-istadji inizjali ta’ proġett; jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tikkoordina d-disponibbiltà tad-data eżistenti dwar tisħin u tkessiħ distrettwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Disponibblità tad-data</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jinnota li n-nuqqas ta’ aċċess faċli għal data dwar is-sottosuperfiċe huwa bħalissa ostaklu importanti għat-tneħħija tar-riskji u għalhekk il-varar ta’ malajr ta’ proġetti tal-enerġija ġeotermali; jissottolinja li aċċess faċli u ekwu għad-data dwar is-sottosuperfiċe fl-Istati Membri huwa kruċjali għall-fażi ta’ evalwazzjoni tal-proġett; jissottolinja, barra minn hekk, li dan in-nuqqas ta’ aċċess għad-data jipprevjeni lix-xjenzati milli joħolqu mudelli ġeoloġiċi li huma essenzjali biex ibassru l-potenzjal u r-rendiment tal-enerġija ġeotermali f’żona tas-sottosuperfiċe partikolari u li għalhekk huma kruċjali biex inaqqsu l-inċertezza għall-iżviluppaturi tal-proġetti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jesploraw metodi għall-ġbir ta’ tipi differenti ta’ data ġeoloġika minn entitajiet pubbliċi u privati bil-għan li jorganizzawha, jissistematizzawha u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku billi jestendu l-bażi tad-data ġeoloġika bażika eżistenti li tuża l-formati diġitali għall-ġbir tad-data u jagħmluha disponibbli; jinnota li dan għandu jinkiseb f’konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data, dwar il-protezzjoni ta’ data kummerċjalment sensittiva, inkluża l-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali, u dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali kif ukoll kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà, u fejn meħtieġ jiġu inklużi inċentivi jew kumpens għall-kondiviżjoni tad-data minn entitajiet privati; jesprimi l-opinjoni li d-data ġeoloġika ffinanzjata pubblikament meħtieġa għal proġetti ġeotermali (bħal dawk miksuba minħabba appoġġ pubbliku riċevut għal tħaffir esploratorju) għandha tkun disponibbli għall-pubbliku f’perjodu qasir ta’ żmien stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f’xi Stati Membri d-data ġeoloġika miżmuma minn entitajiet privati ssir disponibbli mingħajr ħlas għall-pubbliku wara ċertu perjodu ta’ żmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tesplora l-benefiċċji u l-ostakli għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-għoti ta’ aċċess għal data tas-sottosuperfiċe u l-ħżin ta’ data ġeoloġika fuq portal ċentralizzat fil-livell tal-UE li jkun liberament u faċilment aċċessibbli għal kulħadd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jisħaq li f’żoni li ma għandhomx biżżejjed data dwar is-sottosuperfiċe, il-gvernijiet jista’ jkollhom rwol fil-finanzjament tal-immappjar tar-riżorsi ġeotermali u t-tħaffir esploratorju; jilqa’ l-fatt li xi Stati Membri diġà ħadu passi f’din id-direzzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja dan il-ġbir ta’ data permezz ta’ proġetti rilevanti, bħall-Infrastruttura Ewropea tad-Data Ġeoloġika (EGDI), li għandha l-għan li toħloq atlas ta’ riżorsi ġeotermali madwar l-UE kollha; jenfasizza r-rilevanza tas-Servizz ta’ Monitoraġġ tal-Art ta’ Copernicus (CLMS), li jista’ jipprovdi data tat-temperatura tal-art affidabbli, li hija utli b’mod partikolari għall-enerġija ġeotermali tas-superfiċe.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-potenzjal ġeotermali li l-bjar u l-minjieri taż-żejt u tal-gass inattivi jiġu adattati għal skopijiet differenti; jistieden lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni ma’ kumpaniji taż-żejt, tal-gass u tal-faħam, iħejju inventarji u mapep pubbliċi, inklużi speċifikazzjonijiet, ta’ infrastruttura tal-idrokarburi eżawrita, abbandunata u li ma għadhiex tintuża, li għandha potenzjal li tintuża bħala riżorsa ġeotermali; jisħaq fuq il-ħtieġa li tingħata prijortà lill-fondi għat-twettiq ta’ studji dettaljati dwar il-kundizzjonijiet ta’ din l-infrastruttura sabiex jiġi vvalutat il-potenzjal ta’ kull sit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-natura frammentata tal-istatistika dwar l-enerġija ġeotermali; jisħaq li huwa diffiċli ħafna li jiġi vvalutat l-użu tal-enerġija ġeotermali fl-Ewropa minħabba n-nuqqas ta’ standards għar-rapportar ta’ data tal-industrija; jistieden lill-Istati Membri biex, f’kooperazzjoni mal-industrija u l-Kummissjoni, jirrevedu l-proċeduri eżistenti għall-ġbir tad-data statistika għall-enerġija ġeotermali u jirreplikaw l-aħjar prattiki fis-settur billi joħolqu standards għar-rapportar ta’ data tal-industrija;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Finanzjament</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni li l-inċertezza dwar ir-riżorsi tas-sottosuperfiċe tagħmilha diffiċli li jiġi żgurat il-finanzjament għall-proġetti; jinnota li l-fażi inizjali tal-proġett, bħall-fażi ta’ esplorazzjoni u kostruzzjoni, tirrikjedi ammont sinifikanti ta’ kostijiet bil-quddiem u riskji intraprenditorjali kbar li jfixklu d-deċiżjoni ta’ investiment, jistieden lill-Istati Membri jesploraw soluzzjonijiet ta’ tneħħija tar-riskji finanzjarji xierqa għall-maturità tas-swieq lokali tagħhom, bħal għotjiet, self li jistgħu jiġu kkonvertiti f’għotjiet, garanziji appoġġjati mill-Istat, assigurazzjoni ta’ esplorazzjoni u mekkaniżmi ta’ hedging, u jinnota eżempji ta’ mekkaniżmi ta’ kopertura tar-riskju li huma sostnuti mhux biss minn fondi pubbliċi iżda wkoll minn kontribuzzjonijiet mis-settur privat; jinnota, f’dan ir-rigward, li skema ta’ mitigazzjoni tar-riskju finanzjarju tal-UE tkun partikolarment utli għall-inqas swieq maturi fis-settur ġeotermali; jinnota l-importanza ta’ miżuri oħra ta’ tneħħija tar-riskji bħall-għoti ta’ aċċess faċli għad-data tas-sottosuperfiċe, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar tipi ġodda ta’ mudelli kummerċjali li joffru sinerġiji bejn il-finanzjament pubbliku u privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jesprimi tħassib li, minħabba kostijiet bil-quddiem għoljin għat-tħaffir u l-installazzjoni, hemm it-tendenza li dawn jiskoraġġixxu li jintgħażlu pompi tas-sħana ġeotermali (GHPs) bi preferenza għal soluzzjonijiet teknoloġiċi inqas effiċjenti; jistieden lill-Istati Membri jesploraw inċentivi finanzjarji possibbli biex dan id-distakk jonqos, inkluż permezz ta’ mudelli ta’ finanzjament “ħallas hekk kif iġġemma’” (PAYS); jistieden lill-Kummissjoni tindirizza din il-kwistjoni fil-pjan ta’ azzjoni dwar il-pompi tas-sħana tal-UE li ġej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jisħaq li l-kostijiet bil-quddiem għoljin qed ifixklu t-tkabbir tal-enerġija ġeotermali, b’mod partikolari għal atturi b’riżorsi finanzjarji limitati, u jġiegħluhom jiffavorixxu investimenti li huma aktar profittabbli fi żmien qasir, iżda li joffru sostenibbiltà ambjentali aktar baxxa; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-passi xierqa biex tiżgura li l-proġetti ġeotermali jitqiesu aħjar meta jintużaw il-fondi u l-istrumenti Ewropej eżistenti; jitlob lill-Kummissjoni tiddedika riżorsi taħt il-fondi eżistenti biex tappoġġja l-esplorazzjoni, l-iżvilupp, il-modernizzazzjoni ta’ proġetti ġeotermali, b’mod partikolari dawk ibbażati fuq teknoloġiji innovattivi, u t-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kwistjonijiet regolatorji</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jisħaq li regoli ta’ għoti ta’ permessi aktar mgħaġġlin għall-enerġija ġeotermali, f’konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE eżistenti, jiffaċilitaw il-varar ta’ proġetti tal-enerġija ġeotermali fl-UE kollha; jinnota li l-proġetti tal-enerġija ġeotermali profondi bħalissa huma soġġetti għal liġijiet imfassla għal proġetti ta’ estrazzjoni minerarja fuq skala kbira, li huma diffiċli li wieħed jikkonforma magħhom, b’mod partikolari għal proġetti ġeotermali fuq skala iżgħar; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jirrevedu l-liġijiet eżistenti dwar l-estrazzjoni minerarja sabiex jirriflettu aħjar l-ispeċifiċità tal-proġetti ġeotermali u jiżviluppaw regoli ta’ għoti ta’ permessi ddedikati għall-enerġija ġeotermali, filwaqt li jqisu l-fatt li teknoloġiji ġeotermali differenti għandhom impatti u riskji differenti b’mod sinifikanti għall-ġeoloġija u l-ambjent; jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi linji gwida biex tiżgura l-livell meħtieġ ta’ koerenza, b’mod simili għall-approċċ meħud għall-qafas regolatorju li jappoġġja l-ħżin tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING> (id-Direttiva 2009/31/KE<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2009/31/KE tat-23 ta’ April 2009 dwar il-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, id-Direttivi 2000/60/KE, 2001/80/KE, 2004/35/KE, 2006/12/KE, 2008/1/KE u r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 114).</FIELD></FOOTNOTE>);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li f’xi Stati Membri l-iskadenzi għall-valutazzjoni tal-proġetti huma msejsa fuq il-prinċipju tal-approvazzjoni taċita taħt kundizzjonijiet definiti b’mod ċar sakemm ma tkunx meħtieġa tweġiba skont id-dritt tal-UE jew dak nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jesploraw il-benefiċċji li jiġi applikat dan il-prinċipju għall-proġetti ġeotermali, u l-ostakli għalih, u jikkunsidraw l-introduzzjoni tiegħu fil-leġiżlazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jesprimi tħassib li l-proġetti ġeotermali jħabbtu wiċċhom ma’ proċessi ta’ għoti ta’ permessi twal; iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu proċessi ta’ għoti ta’ permessi simplifikati u diġitalizzati aktar effiċjenti għal proġetti ġeotermali ġodda u għall-espansjoni tal-faċilitajiet eżistenti, inkluż billi joħolqu punt uniku ta’ servizz – fejn dan għadu ma sarx – għall-proċess kollu ta’ għoti ta’ permessi fost l-awtoritajiet u jipprovdu appoġġ lill-awtoritajiet lokali biex jiżguraw li l-forza tax-xogħol tagħhom ikollha ħiliet adegwati; jemmen li dawn il-punti uniċi ta’ servizz għandhom jippromwovu wkoll il-kondiviżjoni tal-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament miġbura mill-Kummissjoni permezz ta’ portal ċentralizzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jinnota d-differenzi bejn l-isfruttament ġeotermali f’ambjenti urbani u rurali; jiġbed l-attenzjoni għall-ispeċifiċità ta’ proġetti ta’ tisħin ġeotermali urbani u jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw proċeduri ta’ għoti ta’ permessi aktar effiċjenti u ssimplifikati għal proġetti ta’ tisħin ġeotermali, inkluż jiffaċilitaw l-aċċess għal irqajja’ ta’ art urbani adattati għal impjanti ġeotermali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni dwar il-modalitajiet ta’ ħidma mal-awtoritajiet lokali biex jiġu stabbiliti pjanijiet lokali għat-tisħin u t-tkessiħ b’enfasi fuq l-enerġija ġeotermali, sabiex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni tal-użu tal-enerġija ġeotermali kemm fil-pjanijiet ta’ ġestjoni urbana kif ukoll fl-approċċi moderni għall-ġestjoni tal-ispazju taħt l-art;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li l-permessi għall-installazzjonijiet ġeotermali jridu jsiru aktar faċli għall-promoturi tal-proġetti biex dawn ikunu jistgħu jestenduhom ħalli jkopru l-estrazzjoni ta’ materja prima jew il-produzzjoni tal-idroġenu mill-kapaċità eżistenti taħt l-istess kuntratt ta’ lokazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ gwida għall-aġenziji tal-għoti ta’ permessi dwar l-aħjar prattiki biex jimmaniġġjaw applikazzjonijiet ta’ għoti ta’ permessi għall-enerġija ġeotermali mhux profonda u l-interferenza potenzjali fl-ilma tax-xorb biex jiġi aċċellerat il-proċess ta’ għoti ta’ permessi filwaqt li tiġi żgurata l-applikazzjoni sħiħa ta’ standards ambjentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jesprimi dispjaċir li analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja qed tiġi applikata għall-enerġija ġeotermali iżda mhux għal enerġija rinnovabbli oħra, u dan jikkontradixxi l-approċċ newtrali għat-teknoloġija tar-Regolament tat-Tassonomija<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).</FIELD></FOOTNOTE>, jimminimizza l-potenzjal kbir tal-enerġija ġeotermali bħala kontribut għad-dekarbonizzazzjoni, b’mod speċjali fil-provvista tas-sħana, u jesponiha għal kundizzjonijiet kompetittivi mhux ugwali għal sorsi tal-enerġija rinnovabbli oħra; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tirrieżamina l-klassifikazzjoni tal-applikazzjonijiet tal-enerġija ġeotermali fid-dispożizzjonijiet tat-tassonomija sabiex l-enerġija ġeotermali titqiegħed fuq l-istess livell regolatorju bħar-riħ u x-xemx;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jisħaq li l-enerġija ġeotermali għandu jkollha l-istess status regolatorju, inkluż fl-akkwist tal-UE, kif diġà jeżisti għal sorsi oħra ta’ enerġija rinnovabbli, u fil-Qafas Temporanju ta’ Kriżi u ta’ Tranżizzjoni, kif ukoll fi kwalunkwe miżura sussegwenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Forza tax-xogħol, taħriġ u ħiliet</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar rapporti ta’ xogħol b’lura u dewmien fl-installazzjoni ta’ GHPs, fit-tħaffir tal-bjar u fl-għoti ta’ permessi meħtieġa minħabba nuqqas ta’ persunal kwalifikat; jenfasizza li l-ħtieġa ta’ forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati se tkompli tiżdied fil-futur u jħeġġeġ lill-Istati Membri, f’kollaborazzjoni mal-industrija u, fejn xieraq, mat-trade unions, iżidu l-miżuri għat-taħriġ tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid ta’ speċjalisti għall-enerġija ġeotermali peress li grupp adegwat ta’ ħaddiema se jkun kritiku biex jintlaħqu l-objettivi għall-użu tal-enerġija ġeotermali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-iskemi ta’ ċertifikazzjoni jew skemi ta’ kwalifika ekwivalenti huma disponibbli partikolarment għall-installaturi ta’ sistemi ġeotermali mhux profondi u pompi tas-sħana fuq skala żgħira;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinnota li għadd limitat biss ta’ korsijiet universitarji huma ddedikati għall-enerġija ġeotermali u huma ta’ durata qasira u fakultattivi, bil-maġġoranza tal-klassijiet offruti li jkopru biss il-ħiliet bażiċi; għalhekk iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkooperaw mal-istabbilimenti edukattivi bl-għan li jaġġornaw u jsaħħu l-lawrji ddedikati għall-enerġija ġeotermali sabiex il-ġenerazzjonijiet futuri ta’ ħaddiema fis-settur jitħarrġu b’mod adegwat; jilqa’ l-proġetti appoġġjati mill-Erasmus+ li jirrimedjaw in-nuqqas ta’ gradwati ġodda kwalifikati fil-katina tal-valur tal-enerġija ġeotermali, bħall-programm Geo3En li għandu l-għan li jqiegħed il-pedamenti għal lawrja ta’ Erasmus Mundus Master futura fl-inġinerija ġeotermali; jissottolinja li l-industrija ġeotermali teħtieġ li tqajjem kuxjenza fost l-istudenti, u l-persunal tat-tagħlim dwar is-settur ġeotermali u l-opportunitajiet ta’ karriera li joffri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Żvilupp teknoloġiku</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jisħaq li, filwaqt li l-UE hija l-mexxej fir-riċerka u l-iżvilupp, il-privattivi ta’ valur għoli, il-pubblikazzjonijiet u l-manifattura ġeotermali, huma meħtieġa miżuri ta’ appoġġ għat-teknoloġiji ġeotermali tal-ġenerazzjoni li jmiss fil-livell Ewropew u nazzjonali sabiex tinżamm din il-pożizzjoni, b’mod partikolari fil-ħżin ġeotermali u l-applikazzjonijiet industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jinnota li l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-enerġija ġeotermali rċieva ferm inqas finanzjament minn setturi oħra, bil-Fond għall-Innovazzjoni li s’issa appoġġja biss żewġ proġetti dwar l-enerġija ġeotermali; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tappoġġja l-investimenti fir-riċerka u l-iżvilupp għal teknoloġiji ġeotermali, bħall-iżvilupp ta’ teknoloġija affidabbli tal-pompi u tekniki ġodda ta’ tħaffir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja, b’mod partikolari, l-importanza ta’ proġetti ta’ ħżin idroelettriku u termali ppompjat taħt l-art; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ dawn is-soluzzjonijiet u jimplimentaw impjanti pilota fuq skala kbira; jitlob li jingħata appoġġ usa’ lil dawn il-proġetti, b’mod partikolari dawk żviluppati abbażi ta’ minjieri u barrieri dekummissjonati li jistgħu jinbidlu f’ġibjuni tal-ilma, fis-sejħiet tal-Fond tal-Innovazzjoni tal-UE u l-qafas Orizzont Ewropa, peress li din is-soluzzjoni tista’ tkun biċċa vitali biex jiġu żviluppati sistemi tal-elettriku dekarbonizzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza li xi Stati Membri esprimew tħassib dwar in-nuqqas ta’ konformità ta’ xi pompi tas-sħana importati mal-istatus iddikjarat tagħhom ta’ effiċjenza enerġetika; jisħaq li l-valutazzjoni tal-konformità minn partijiet terzi (minflok l-awtodikjarazzjoni) għandha tiġi diskussa bħala parti mir-reviżjoni tar-regoli dwar it-tikkettar tal-enerġija tal-ekodisinn;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Territorji fi tranżizzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq li l-isfruttament tal-potenzjal ġeotermali, b’mod partikolari għat-tisħin distrettwali, huwa wieħed mir-riżorsi naturali li jistgħu jikkontribwixxu għal tranżizzjoni tal-enerġija ġusta fiż-żoni affettwati billi jikkumpensa għat-telf ta’ impjiegi, meta l-minjieri u faċilitajiet estrattivi oħra ma jibqgħux joperaw, jeqred il-faqar enerġetiku, u jsaħħaħ l-awtosuffiċjenza tal-komunitajiet lokali u l-amministrazzjonijiet tagħhom billi jnaqqas id-dipendenza tagħhom fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jiddispjaċih li mhux qed jiġi kompletament sfruttat il-potenzjal ta’ adattament għal skopijiet differenti għal applikazzjonijiet ġeotermali ta’ ġibjuni tal-idrokarburi eżawriti, abbandunati jew li ma għadhomx jintużaw kif ukoll ta’ bjar taż-żejt u tal-gass;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-proġetti eżistenti ta’ adattament għal skopijiet ġodda f’minjieri dekummissjonati, fejn it-teknoloġija applikata tal-ħżin tal-enerġija termali fil-kaverni tkun kapaċi tipprovdi tisħin jew tkessiħ; jinnota l-iżvilupp ta’ proġetti li jippjanaw li jużaw riżervi taż-żejt għall-ħżin tal-enerġija ġeotermali; jieħu nota tal-proġetti li għaddejjin biex il-bjar taż-żejt u tal-gass dekummissjonati jiġu adattati mill-ġdid għal applikazzjonijiet ġeotermali, u b’hekk jitnaqqsu ħafna r-riskji tal-esplorazzjoni u l-kostijiet tat-tħaffir;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jinnota li ħafna minn dawn il-proġetti qed jiġu implimentati mill-industrija tal-fjuwils fossili, li tqishom bħala opportunità biex ikunu parti mit-tranżizzjoni tal-enerġija, u li hemm bżonn ta’ involviment bikri, saħansitra aktar b’saħħtu, ta’ din l-industrija fl-esplorazzjoni tal-potenzjal għall-enerġija ġeotermali; jisħaq li valutazzjoni bikrija tar-riżorsi, filwaqt li l-minjieri jkunu għadhom aċċessibbli, tiżgura l-iżvilupp aktar effiċjenti tal-użu alternattiv tagħhom; jinnota li għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lir-reġim ta’ responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu mill-opportunitajiet ta’ finanzjament Ewropej eżistenti biex jappoġġjaw it-taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol fiż-żoni ta’ tranżizzjoni, bil-għan li jikkapitalizzaw mill-impjiegi li jinħolqu minn proġetti ġeotermali; jinnota li l-ħiliet tal-industrija taż-żejt u tal-gass jistgħu jiġu applikati u jkunu ta’ valur għoli għas-settur ġeotermali; jisħaq, għalhekk, fuq il-ħtieġa li jiġu attirati u appoġġjati ħaddiema rilevanti għas-settur ġeotermali, inkluż billi jinħolqu inċentivi u programmi ta’ taħriġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni ultraperiferiċi biex jiżviluppaw sorsi tal-enerġija rinnovabbli f’konformità mal-karatteristiċi ġeografiċi, ġeoloġiċi u meteoroloġiċi tagħhom; jirrimarka li minħabba l-pożizzjoni remota ġeografika tagħhom, dawn ir-reġjuni mhumiex konnessi mal-grilji tal-enerġija tal-Ewropa; jinnota li biċċa kbira mir-reġjuni ultraperiferiċi huma territorji volkaniċi, li jippreżentaw potenzjal għoli għall-produzzjoni kemm ta’ enerġija ġeotermali tas-superfiċe kif ukoll dik profonda; jissottolinja r-rwol essenzjali li l-enerġija ġeotermali jista’ jkollha f’dawn ir-reġjuni biex tiggarantixxi l-awtonomija tal-enerġija tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Viżibbiltà u aċċettazzjoni pubblika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għall-immappjar online ta’ installazzjonijiet ġeotermali eżistenti f’belt jew reġjun partikolari bħala prattika tajba li tista’ żżid il-viżibbiltà ta’ soluzzjonijiet ġeotermali u tgħin fl-appoġġ għal deċiżjonijiet ta’ investiment pubbliku u privat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jinnota li l-fatt li l-pubbliku jaċċetta l-proġetti ġeotermali għadu sfida, b’mod partikolari abbażi ta’ tħassib ambjentali bħall-interferenza possibbli fl-ilmijiet ta’ taħt l-art, l-emissjonijiet tal-gass mhux kondensibbli, l-isfruttament żejjed tar-riżorsi tal-ilma, u l-attività siżmika; ifakkar fl-importanza li jinżammu standards ambjentali u xjentifiċi għoljin fl-istadji kollha tal-proġetti tal-enerġija ġeotermali u li jittieħed approċċ ta’ valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja sostenibbli; jisħaq li l-osservanza stretta ta’ dawn ir-rekwiżiti, it-trasparenza tal-investiment, involviment akbar tal-partijiet interessati, u l-involviment tal-komunitajiet lokali fil-fażijiet tal-ippjanar u tal-implimentazzjoni jistgħu jservu bħala mod effiċjenti biex jiġi indirizzat it-tħassib pubbliku u tingħeleb in-nuqqas ta’ fiduċja; jistieden lill-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-industrija ġeotermali u l-Istati Membri, tiżviluppa linji gwida u l-aħjar prattiki għall-kooperazzjoni bejn il-promoturi tal-proġetti u l-awtoritajiet u l-komunitajiet lokali sabiex tinbena l-fiduċja, jitrawwem l-appoġġ u jinħolqu relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni internazzjonali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu kondiviżi l-aħjar prattiki, l-għarfien teknoloġiku, ir-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni dwar it-teknoloġiji ġeotermali ma’ pajjiżi sħab u organizzazzjonijiet li diġà żviluppaw enerġija ġeotermali profonda u tas-superfiċe fuq skala akbar jew li jinsabu fil-proċess li jimplimentaw pjanijiet ambizzjużi biex ikabbru malajr is-settur tal-enerġija ġeotermali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-inklużjoni tal-enerġija ġeotermali fl-aġenda ta’ kooperazzjoni mal-pajjiżi li qed jiżviluppaw fid-dawl tat-trasferiment ta’ teknoloġiji ambjentalment sodi, tal-kondiviżjoni tal-għarfien u tal-bini tal-kapaċità biex tiġi ssodisfata d-domanda dejjem tikber għall-enerġija;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>