<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0051</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża, il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u r-riskji ta’ eskalazzjoni reġjonali</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0068, 0071 u 0073/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża, il-ħtieġa li jintlaħaq ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u r-riskji ta’ eskalazzjoni reġjonali (2024/2508(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-kunflitt fil-Lvant Nofsani, b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar l-attakki terroristiċi ta’ stmellija mill-Ħamas kontra Iżrael, id-dritt ta’ Iżrael li jiddefendi ruħu f’konformità mad-dritt umanitarju u internazzjonali u s-sitwazzjoni umanitarja f’Gaża<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0373.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, b’mod partikolari r-Riżoluzzjoni 2720 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tat-22 ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokoll tad-29 ta’ April 1994 dwar ir-Relazzjonijiet Ekonomiċi bejn il-Gvern tal-Istat ta’ Iżrael u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina, li tirrappreżenta l-poplu Palestinjan, u l-Ftehim ta’ Oslo II tat-28 ta’ Settembru 1995,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dritt umanitarju internazzjonali, b’mod partikolari l-Konvenzjonijiet ta’ The Hague tal-1899 u l-1907 u l-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra tal-1949 u l-Protokolli Addizzjonali tagħhom,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-lista tal-UE ta’ organizzazzjonijiet terroristiċi, li tinkludi l-Ħamas,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali kontra l-ħtif tal-ostaġġi tal-1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fis-7 ta’ Ottubru 2023, it-terroristi tal-Ħamas wettqu attakk fuq Iżrael li kien ilu ppjanat, u deliberatament qatlu 1 139 ċittadin Iżraeljan u barrani, inkluż 36 tifel u tifla; billi l-Ħamas ħadet aktar minn 240 persuna bħala ostaġġ, li 136 minnhom  għadhom qed jinżammu fl-Istrixxa ta’ Gaża f’kundizzjonijiet terribbli; billi mis-7 ta’ Ottubru 2023 ’l hawn, indarbu aktar minn 5 400 Iżraeljan; billi l-Ħamas ta’ kuljum qed tkompli tispara rokits b’mod indiskriminat lejn Iżrael;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi fit-8 ta’ Jannar 2024, l-esperti tan-NU sejħu l-korp ta’ evidenza dejjem jikber dwar il-vjolenza sesswali li hu rrappurtat li twettqet mill-Ħamas fl-irħula Iżraeljani bħala “partikolarment ta’ ħruxija”, u għamlu referenza għall-allegazzjonijiet ta’ tortura sesswali, stupri u stupri tal-istess vittma minn grupp, kif ukoll attakki sesswali; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kkundannaw bil-qawwa d-delitti mwettqa mill-Ħamas u appellaw ripetutament għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha miżmuma fl-Istrixxa ta’ Gaża;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi waqt pawża umanitarja, 81 ostaġġ ġew meħlusa bħala parti minn ftehim li sar bil-medjazzjoni tal-Eġittu u tal-Qatar, bi skambju mal-ħelsien ta’ detenuti Palestinjani, filwaqt li aktar għajnuna umanitarja tħalliet tidħol fl-Istrixxa ta’ Gaża; billi l-ostaġġi li nħelsu waqt il-pawża umanitarja, prinċipalment nisa u tfal, irrakkontaw li sfaw abbużati psikoloġikament, fiżikament u sesswalment minn dawk li ħatfuhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Ħamas hija organizzazzjoni terroristika rikonoxxuta internazzjonalment li tħaddan vjolenza estrema; billi l-għan prinċipali ddikjarat tagħha huwa li teqred lil Iżrael u tirrifjuta soluzzjoni ta’ żewġ Stati; billi sa mit-twaqqif tagħha kienet responsabbli għal ħafna attakki suwiċida bil-bombi u attakki fatali oħra fuq ċivili u suldati Iżraeljani; billi fl-1997 id-Dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti kklassifika lill-Ħamas bħala organizzazzjoni terroristika, li kienet segwita minn deċiżjoni simili mill-UE; billi fl-2005, Iżrael irtira kompletament mill-Istrixxa ta’ Gaża, u ħalla l-amministrazzjoni tagħha f’idejn l-Awtorità Palestinjana;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi minn meta seħħ l-attakk tas-7 ta’ Ottubru 2023, ir-rispons tal-armata Iżraeljana fl-Istrixxa ta’ Gaża wassal biex aktar minn 23 000 persuna nqatlu, inkluż 10 000 tifel u tifla, 60 000 indarbu u kważi żewġ miljuni ġew spustati, skont ċifri rrappurtati lill-Uffiċċju għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji tan-Nazzjonijiet Uniti (OCHA); billi t-tfal jirrappreżentaw madwar nofs il-popolazzjoni tal-Istrixxa ta’ Gaża; billi nqerdet 30 % tal-infrastruttura ċivili kollha; billi, b’mod partikolari, l-infrastruttura tal-ilma, inkluż l-impjanti u l-pipelines tat-trattament, fil-biċċa l-kbira nqerdet jew inqatgħet mill-awtoritajiet Iżraeljani, filwaqt li żewġ pipelines biss infetħu mill-ġdid f’Diċembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi nqatlu aktar minn 140 membru tal-persunal tan-NU, li huwa l-ogħla għadd ta’ mwiet fl-istorja tan-NU; billi skont Reporters Mingħajr Fruntieri, inqatlu mill-inqas 81 ġurnalist u ħaddiem tal-media, inkluż 18 li nqatlu b’konnessjoni ma’ ħidmiethom jew propju waqt li kienu qed jaħdmu; billi aktar minn 600 ħaddiem mediku u pazjent inqatlu fl-isptarijiet, skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO); billi skont l-UNICEF, aktar minn 370 skola ġarrbu ħsarat mit-28 ta’ Diċembru 2023; billi skont id-WHO, żewġ terzi tal-isptarijiet fl-Istrixxa ta’ Gaża nqerdu, filwaqt li terz bilkemm għadhom operattivi; billi l-Ħamas tuża sptarijiet u faċilitajiet oħra tas-saħħa bħala postijiet ta’ kenn għall-attivitajiet terroristiċi tagħha; billi l-IDF kixfet is-sistema tal-mini taħt l-Isptar Al-Shifa, kif ukoll f’partijiet oħra tal-Istrixxa ta’ Gaża;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-awtoritajiet Iżraeljani jikkontrollaw id-dħul u l-ħruġ mill-Istrixxa ta’ Gaża fil-punti kollha tal-qsim tal-fruntiera, inkluż dak tal-fruntiera mal-Eġittu; billi skont l-OCHA, il-kontroll Iżraeljan fuq il-punti ta’ dħul u ħruġ tal-Istrixxa ta’ Gaża qed jillimita l-għajnuna serjament, u kien hemm tnaqqis sinifikanti fit-trakkijiet tal-għajnuna li tħallew jgħaddu mis-7 ta’ Ottubru 2023; billi l-popolazzjoni kollha fl-Istrixxa ta’ Gaża qed iġġarrab insigurtà tal-ikel akuta, filwaqt li 50 % qed jesperjenzaw nuqqas ta’ ikel estrem u l-possibbiltà li jmutu bil-ġuħ u 26 % qed iġarrbu ġuħ katastrofiku u l-possibbilità li jmutu bil-ġuħ, skont il-Klassifikazzjoni Integrata tal-Fażijiet tas-Sigurtà tal-Ikel (IPC) tal-21 ta’ Diċembru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi oġġetti essenzjali, inkluż tagħmir mediku u pannelli solari, ma tħallewx jidħlu fl-Istrixxa ta’ Gaża; billi l-UE qed tmexxi l-isforzi biex tipprovdi għajnuna umanitarja lill-Istrixxa ta’ Gaża b’finanzjament għall-aġenziji tan-NU, tagħmir mediku u provvisti urġenti oħra, u żiedet l-għajnuna tagħha b’erba’ darbiet mis-7 ta’ Ottubru 2023; billi fil-21 ta’ Novembru 2023, wara rieżami tal-assistenza finanzjarja tal-UE għall-Palestina, il-Kummissjoni rrappurtat li “l-ebda flus ma ġew iddevjati għal skopijiet mhux intenzjonati”;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-attakki mill-forzi Iżraeljani u mill-abitanti ta’ insedjamenti qatlu mill-inqas 330 Palestinjan fix-Xatt tal-Punent mis-7 ta’ Ottubru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Eġittu ppropona pjan bi tliet punti għal waqfien mill-ġlied permanenti, li jinkludi tregwa umanitarja preliminari għal perjodu rinnovabbli ta’ ġimagħtejn biex 40 ostaġġ Iżraeljan jiġu skambjati ma’ 120 priġunier Palestinjan, li matulha l-ostilitajiet għandhom jieqfu, it-tankijiet għandhom jirtiraw, u provvisti essenzjali bħall-ikel, l-għajnuna medika, il-gass għat-tisjir u l-fjuwil għandhom jitħallew jidħlu;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fetħet investigazzjoni dwar it-territorji Palestinjani okkupati fl-2021; billi fid-29 ta’ Diċembru 2023, l-Afrika t’Isfel ippreżentat applikazzjoni kontra Iżrael fil-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ); billi fl-10 ta’ Ottubru 2023, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI kkonferma li l-mandat tal-qorti japplika għall-kunflitt attwali;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-riskju ta’ eskalazzjoni fir-reġjun huwa l-ogħla wieħed f’deċennji minħabba l-azzjonijiet aggressivi tal-Iran u l-użu ta’ proxies bħala mezz ta’ destabbilizzazzjoni deliberata tar-reġjun; billi attakki tal-Houthi kellhom fil-mira t-tbaħħir kummerċjali fl-Istrett ta’ Bab el-Mandeb mid-19 ta’ Novembru 2023, meta r-ribelli Houthi ħatfu l-bastiment Galaxy Leader irreġistrat fil-Ġappun; billi diversi pajjiżi rritaljaw militarjament;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-Iran ipprovda armi u finanzjament lir-ribelli Houthi, lill-Hezbollah u lill-Ħamas; billi l-Qatar ilu jipprovdi appoġġ finanzjarju lill-Ħamas; billi tqajmu mistoqsijiet mis-servizzi tal-intelligence tal-Punent dwar l-għarfien minn qabel tal-Qatar dwar l-attakk tas-7 ta’ Ottubru 2023 mill-Ħamas fuq Iżrael;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jappella għal waqfien mill-ġlied permanenti u li jerġgħu jinbdew l-isforzi lejn soluzzjoni politika dment li l-ostaġġi kollha jiġu rilaxxati immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet u li l-organizzazzjoni terroristika Ħamas tiġi xolta; itenni l-appoġġ sod tiegħu għal soluzzjoni negozjata ta’ żewġ Stati abbażi tal-linji tal-1967 b’żewġ Stati sovrani, demokratiċi li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà garantita, b’Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ Stati, u b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi l-aktar dieqa profonda tiegħu għall-vittmi innoċenti fuq iż-żewġ naħat; jikkundanna mill-ġdid, u bl-aktar mod qawwi possibbli, l-attakki terroristiċi ta’ stmellija mwettqa mill-grupp terroristiku Ħamas kontra Iżrael; jikkundanna r-rispons militari sproporzjonat Iżraeljan, li kkawża mwiet ta’ ċivili fuq skala bla preċedent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jappella li jiġi żgurat l-aċċess umanitarju sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet mediċi tal-ostaġġi kollha u li jiġu rilaxxati l-katavri tal-ostaġġi mejta; ifakkar li t-teħid ta’ ostaġġi huwa ksur tad-dritt internazzjonali u jikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jappella li min wettaq u organizza dawn id-delitti jiġi pproċessat u kkastigat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar li Iżrael għandu d-dritt li jiddefendi lilu nnifsu fil-limiti tad-dritt internazzjonali, li jiddeskrivi li l-partijiet kollha f’kunflitt jeħtieġ li jiddistingwu bejn kumbattenti u ċivili f’kull waqt u li l-attakki jeħtieġ li jkunu diretti biss lejn objettivi militari, u li ċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili m’għandhomx ikunu fil-mira tal-attakki; jiddeplora l-abbuż mill-Ħamas tal-infrastruttura ċivili Palestinjana, l-operazzjonijiet ta’ ġlied tiegħu f’żoni b’densità għolja ta’ popolazzjoni ċivili, il-bini ta’ mini u l-użu ta’ tarki umani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar is-sitwazzjoni umanitarja mwiegħra u li qed tiddeterjora malajr fl-Istrixxa ta’ Gaża u l-impatt gravi tagħha fuq il-popolazzjoni ċivili; jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta’ aċċess umanitarju sħiħ, rapidu, sikur u mingħajr xkiel għall-Istrixxa ta’ Gaża kollha; jenfasizza l-obbligi tal-partijiet fil-kunflitt skont id-dritt umanitarju internazzjonali rigward l-għoti ta’ assistenza umanitarja; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iżraeljani jiżguraw l-aċċess kontinwu tal-għajnuna umanitarja lill-Istrixxa ta’ Gaża, b’enfasi fuq it-twassil mingħajr interruzzjoni ta’ oġġetti essenzjali bħall-fjuwil, l-ikel, l-ilma, il-provvisti mediċi u l-kenn, f’konformità mad-dritt internazzjonali, u jitlob ir-restawr immedjat ta’ infrastruttura vitali, b’mod partikolari biex jiġi evitat ir-riskju ta’ ġuħ katastrofiku, kif ukoll it-tixrid possibbli ta’ mard infettiv;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jappella għal inizjattiva Ewropea biex jitkompla l-progress fir-rigward tas-soluzzjoni ta’ żewġ Stati; jenfasizza l-ħtieġa assoluta ta’ tnedija mill-ġdid u immedjata tal-proċess ta’ paċi; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-Isforz ta’ Jum il-Paċi għal Paċi fil-Lvant Nofsani li tnieda mill-UE u l-Lega Għarbija eżatt qabel l-attakki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu tintemm l-okkupazzjoni tat-territorji Palestinjani; ifakkar li l-insedjamenti Iżraeljani fix-Xatt tal-Punent, inkluż f’Ġerusalemm tal-Lvant, huma illegali skont id-dritt internazzjonali; jappella li jitnaqqsu t-tensjonijiet fix-Xatt tal-Punent, inkluż f’Ġerusalemm tal-Lvant; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fil-vjolenza mill-abitanti estremisti ta’ insedjamenti mwettqa kontra l-Palestinjani u jappella li jiġu imposti miżuri restrittivi fuq abitanti estremisti ta’ insedjamenti li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali; jitlob li l-mexxejja politiċi għolja tal-Ħamas jiżdiedu mal-lista ta’ terroristi tal-UE, inkluż Ismail Haniyeh, Khaled Mashal, Khalil al-Hayya u Mahmoud Zahar, sabiex il-fondi u l-assi finanzjarji tagħhom fl-Istati Membri tal-UE jiġu ffriżati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jinsab ixxukkjat li l-mexxejja tal-Ħamas akkumulaw ġid kbir għad-detriment taċ-ċivili Palestinjani li fil-biċċa l-kbira qed jgħixu fil-faqar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Inizjattiva Għarbija għall-Paċi tal-2002, li tipproponi normalizzazzjoni sħiħa tar-relazzjonijiet bejn l-Istat ta’ Iżrael u l-Istati Għarab kollha bi skambju għall-irtirar sħiħ ta’ Iżrael mit-territorji Palestinjani u Għarab kollha okkupati mill-1967 u t-tpartit ta’ art ekwivalenti maqbul reċiprokament bejn Iżrael u l-Palestina; ifakkar fl-appoġġ tiegħu għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn Iżrael u l-Istati Għarab kollha; jappella b’urġenza għall-inklużjoni sħiħa tal-Awtorità Palestinjana f’dan il-proċess, f’konformità mal-isforzi tal-UE u tan-NU biex tinkiseb soluzzjoni ta’ żewġ Stati għall-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jisħaq li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta’ Diċembru 2023, “itenni t-talba tiegħu li l-partijiet kollha fil-kunflitt jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali, inkluż id-dritt umanitarju internazzjonali” u “ifakkar li l-faċilitajiet ċivili u umanitarji, u l-faċilitajiet tan-NU, kif ukoll il-persunal umanitarju, u l-persunal mediku, u l-mezzi tat-trasport tagħhom, iridu jiġu rispettati u protetti, skont id-dritt umanitarju internazzjonali”; jikkundanna l-qtil ta’ ġurnalisti, ħaddiema tal-media, persunal tan-NU u ħaddiema tal-kura tas-saħħa u jtenni l-importanza tal-ħidma tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-NU għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA), li bħalissa qed tipprovdi kenn lil aktar minn miljun persuna spostata internament u saret il-pjattaforma primarja għall-assistenza umanitarja lill-popolazzjoni tal-Istrixxa ta’ Gaża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-ordnijiet ta’ evakwazzjoni tal-Gvern Iżraeljan, li jispostaw bil-forza lill-popolazzjoni ċivili mit-Tramuntana tal-Istrixxa ta’ Gaża għan-Nofsinhar tal-Istrixxa ta’ Gaża, u jillimitawhom għal inqas minn terz tat-territorju ta’ Gaża, filwaqt li jkollhom fil-mira tagħhom żoni u infrastruttura ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni li l-UE hija l-akbar donatur ta’ għajnuna umanitarja u ta’ żvilupp għat-territorji Palestinjani okkupati; jinsisti li l-għajnuna għall-iżvilupp tal-UE lill-Awtorità Palestinjana ma għandhiex tiġi mfixkla jew interrotta; jilqa’ l-ħatra ta’ Sigrid Kaag bħala Koordinatur Għoli Umanitarju u ta’ Rikostruzzjoni għal Gaża; jilqa’ l-isforzi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha biex jipprovdu għajnuna umanitarja lill-poplu tal-Istrixxa ta’ Gaża; jilqa’ l-fatt li l-finanzjament umanitarju tal-UE għall-Istrixxa ta’ Gaża żdied b’erba’ darbiet f’dawn l-aħħar tliet xhur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi jikkostitwixxi komponent essenzjali tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Iżrael, kif ukoll tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Awtorità Palestinjana;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni l-appoġġ qawwi tal-UE għall-ħidma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ); jappella li dawk responsabbli għal atti terroristiċi u għal ksur tad-dritt internazzjonali jinżammu responsabbli u jappella, għal dan l-għan, li jiġu investigati d-delitti tal-gwerra kollha possibbli; itenni li l-attakki intenzjonati fuq iċ-ċivili huma ksur serju tad-dritt internazzjonali, kif inhu wkoll it-trasferiment furzat ta’ popolazzjonijiet; jitlob ġustizzja għall-vittmi ta’ qtil illegali u tortura sesswali mill-Ħamas matul l-attakki tas-7 ta’ Ottubru 2023; jieħu nota tal-kawża mressqa mill-Afrika t’Isfel kontra Iżrael fil-QIĠ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jappoġġja rwol akbar għaż-żewġ missjonijiet ċivili tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni tal-UE – l-Uffiċċju ta’ Koordinazzjoni tal-UE għall-Appoġġ tal-Pulizija Palestinjana u l-Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah – sabiex it-tnejn li huma jipparteċipaw fl-iffaċilitar tat-twassil tal-assistenza umanitarja fl-Istrixxa ta’ Gaża, u fit-titjib tal-effiċjenza tal-Awtorità Palestinjana fix-Xatt tal-Punent;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki mill-Hezbollah tal-Libanu u r-rokits tal-Iran illanċjati mis-Sirja kontra Iżrael wara l-attakki tas-7 ta’ Ottubru 2023; jinsab imħasseb ħafna dwar il-mijiet ta’ strajks fin-Nofsinhar tal-Libanu u fit-Tramuntana ta’ Iżrael li saru minn dak iż-żmien ’l hawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu li minnufih jinbdew miżuri ta’ tnaqqis tat-tensjoni intiżi biex jevitaw l-eskalazzjoni potenzjali tat-tensjonijiet attwali tul il-fruntiera Iżraeljana-Libaniża f’kunflitt fuq skala kbira; jissottolinja l-importanza li tiġi applikata r-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-11 ta’ Awwissu 2006; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) jappoġġja l-isforzi diplomatiċi kollha biex il-partijiet kollha jitressqu lejn il-mejda wara r-rieda espressa tal-Libanu li jilħaq ftehim dwar it-tnaqqis tat-tensjoni; jappella għal trażżin miż-żewġ naħat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar fl-importanza li jingħata appoġġ tal-UE lill-Forza Interim tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libanu u lill-forzi armati u l-forzi tas-sigurtà interna tal-Libanu sabiex iwettqu r-rwol essenzjali tagħhom; ifakkar li l-gruppi armati kollha, inkluż il-Hezbollah, jeħtiġilhom jiddiżarmaw f’konformità mar-Riżoluzzjoni 1701 (2006) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, l-attakki tal-Houthis fuq it-tbaħħir kummerċjali ’l barra mill-kosta tal-Jemen; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-bastiment Galaxy Leader irreġistrat fil-Ġappun, inklużi ċ-ċittadini Rumeni u Bulgari, li ilhom jinżammu mid-19 ta’ Novembru 2023; jistieden lill-Istati Membri biex jagħmlu sforzi immedjati u koordinati biex jindirizzaw dawn l-attakki, inkluż billi joħolqu operazzjoni navali skont il-politika komuni ta’ sigurtà u difiża, b’kooperazzjoni mill-qrib mal-atturi reġjonali u l-imsieħba internazzjonali; jilqa’ l-“Operation Prosperity Guardian” immexxija mill-Istati Uniti biex tissalvagwardja t-tbaħħir u l-libertà tan-navigazzjoni fil-Baħar l-Aħmar, li trid tiġi żgurata f’kull mument;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Iħeġġeġ lill-VP/RGħ jikkoordina dawn l-isforzi biex iwieġeb għas-sitwazzjoni ħalli jitwassal rispons qawwi tal-UE sabiex jiġi protett id-dritt ta’ passaġġ kif minqux fil-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar tal-1982; iħeġġeġ lill-VP/RGħ iżomm u jappoġġja l-proċess ta’ paċi mmexxi min-NU biex jintemm il-kunflitt fil-Jemen;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jiddenunzja r-rwol li għandhom stati terzi u entitajiet mhux statali fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, materjali u operattiv lill-Ħamas u lill-Hezbollah; jappella li jitnedew investigazzjonijiet bir-reqqa biex jiġu determinati l-oriġini tal-fondi u s-sistemi tal-armi użati minnhom; jappella lill-UE timponi sanzjonijiet fuq l-istati u l-entitajiet li ffaċilitaw l-attakki, b’mod partikolari l-Iran u l-Qatar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jikkundanna ż-żieda qawwija fl-antisemitiżmu, il-mibegħda kontra l-Musulmani u r-razziżmu madwar l-Ewropa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-proċess ta’ paċi fil-Lvant Nofsani, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tal-Lega tal-Istati Għarab, lill-Knesset u lill-Gvern ta’ Iżrael, lill-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>