<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0053</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Is-sitwazzjoni fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0086/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE (2024/2512(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4(3) u 7(1) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Diċembru 2021 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2021)0569),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 57, 18.2.2021, p. 17.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament RRF),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-istat tad-dritt fl-Ungerija, b’mod partikolari dawk tat-12 ta’ Settembru 2018<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66).</FIELD></FOOTNOTE>, tat-8 ta’ Lulju 2021<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ksur tal-liġi tal-UE u tad-drittijiet taċ-ċittadini LGBTIQ fl-Ungerija b’riżultat tal-bidliet legali adottati mill-Parlament Ungeriż (ĠU C 99, 1.3.2022, p. 218).</FIELD></FOOTNOTE>, tal-15 ta’ Settembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (ĠU C 125, 5.4.2023, p. 463).</FIELD></FOOTNOTE>, tas-16 ta’ Jannar 2020<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Jannar 2020 dwar is-seduti ta’ smigħ li għaddejjin bħalissa skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE fir-rigward tal-Polonja u l-Ungerija (ĠU C 270, 7.7.2021, p. 91).</FIELD></FOOTNOTE>, tal-24 ta’ Novembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż (ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74).</FIELD></FOOTNOTE> u tal-1 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE (ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023, ELI: https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2023/1223/oj?locale=mt).</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar ir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2021 – 2027 (COM(2023)0336),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0335.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-kapitoli tal-pajjiżi dwar l-Ungerija fir-rapporti annwali tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt, b’mod partikolari dak tal-2021, tal-2022 u dak tal-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, kif stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE u kif riflessi fil-Karta u inkorporati fit-trattati internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-konformità ta’ Stat Membru mal-valuri li jinsabu minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE hija kundizzjoni għat-tgawdija tad-drittijiet kollha li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-Trattati għal dak l-Istat Membru; billi skont l-Artikolu 7 tat-TUE, l-Unjoni tista’ tivvaluta l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 jew tista’ tiddetermina l-eżistenza ta’ ksur serju u persistenti minn Stat Membru tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi għal diversi snin, l-istat tad-dritt kien qed jiddeterjora fl-Ungerija bħala riżultat tal-azzjonijiet sistematiċi tal-gvern tagħha; billi din is-sitwazzjoni ma ġietx indirizzata biżżejjed, għad hemm ħafna tħassib u għad hemm ħafna kwistjonijiet; billi s-sitwazzjoni ta’ diversi gruppi vulnerabbli, b’mod partikolari n-nisa, il-persuni LGBTIQ+, ir-Rom, il-migranti, il-persuni li jfittxu ażil u r-rifuġjati ddeterjorat b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin, u għadhom qed jiffaċċjaw ksur tad-drittijiet fundamentali mingħajr istituzzjonijiet indipendenti li kapaċi jew lesti jipproteġuhom; billi n-nuqqas tal-istat tad-dritt wassal għal kontroll kemm fuq il-media statali kif ukoll fuq dik privata u l-abbuż kostanti tal-liġijiet tax-xogħol diġà laxki mill-Gvern Ungeriż, kif ukoll għad-degradazzjoni ambjentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fit-3 ta’ Mejju 2023, l-Assemblea Nazzjonali Ungeriża adottat pakkett ta’ riforma ġudizzjarja mingħajr skrutinju parlamentari jew konsultazzjoni pubblika xierqa; billi dan il-pakkett, minkejja żidiet sussegwenti, ma jagħmel xejn biex jirrevedi l-ħatriet politiċi reċenti fl-ogħla livelli tas-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi fit-12 ta’ Diċembru 2023, l-Assemblea Nazzjonali Ungeriża adottat pakkett ta’ “protezzjoni tas-sovranità nazzjonali” mingħajr skrutinju parlamentari jew konsultazzjoni pubblika xierqa; billi dan il-pakkett jipprovdi lill-eżekuttiv b’aktar opportunitajiet biex isikket u jistigmatizza l-ilħna u l-avversarji indipendenti;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Ungerija hija waħda mill-akbar riċevituri tal-fondi tal-UE (b’aktar minn EUR 32 biljun fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni u fondi NextGenerationEU allokati lill-Ungerija fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) attwali); billi d-deterjorament tal-istat tad-dritt fl-Ungerija joħloq riskju sinifikanti għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE u għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE fl-Ungerija;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt huwa tal-akbar importanza, peress li huwa wieħed mill-aktar strumenti effettivi li jippermetti l-protezzjoni tal-baġit tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi fil-15 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2506 dwar miżuri għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni mill-ksur tal-prinċipji tal-istat tad-dritt fl-Ungerija<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 94.</FIELD></FOOTNOTE>; billi skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni kienet qed timmonitorja l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ rimedju proposti mill-Ungerija matul il-proċedura fil-qafas tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2506; billi l-miżuri jinkludu s-sospensjoni ta’ 55 % tal-impenji baġitarji fl-ambitu ta’ tliet programmi operattivi tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll projbizzjoni fuq id-dħul f’impenji legali ma’ kwalunkwe trust ta’ interess pubbliku stabbilita abbażi tal-Att Ungeriż IX tal-2021 jew kwalunkwe entità miżmuma minn tali trust ta’ interess pubbliku; billi f’Diċembru 2023, il-Kummissjoni evalwat mill-ġdid is-sitwazzjoni tal-Ungerija u kkonfermat li r-riskju għall-baġit tal-Unjoni baqa’ l-istess minn Diċembru 2022, u l-miżuri tal-Kunsill la għandhom jiġu adattati u lanqas jitneħħew;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fil-15 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni dwar l-approvazzjoni tal-valutazzjoni tal-pjan għall-irkupru u r-reżiljenza għall-Ungerija, li stabbiliet diversi objettivi intermedji li għandhom jiġu implimentati b’mod effettiv qabel is-sottomissjoni tal-ewwel talba għal pagament; billi fis-7 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill adotta deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tapprova l-pjan emendat għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Ungerija, inkluż kapitolu REPowerEU;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fit-22 ta’ Diċembru 2022, il-Kummissjoni adottat Ftehim ta’ Sħubija mal-Ungerija; billi l-Kummissjoni approvat ukoll diversi programmi operattivi, filwaqt li rreferiet għal diversi kundizzjonijiet abilitanti orizzontali u tematiċi; billi l-Kummissjoni kkonkludiet li l-Ungerija ma ssodisfatx il-kundizzjoni abilitanti orizzontali fuq il-Karta fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja u d-dispożizzjonijiet ta’ diversi liġijiet li joħolqu riskji serji għad-drittijiet LGBTIQ+, il-libertà akkademika u d-dritt għall-ażil; billi l-Ungerija kkonkludiet fl-awtovalutazzjoni tagħha dwar in-nuqqas ta’ twettiq ta’ diversi kundizzjonijiet abilitanti tematiċi u l-Kummissjoni ħadet nota ta’ dan; billi kemm il-kundizzjonijiet abilitanti orizzontali kif ukoll dawk tematiċi jridu jiġu rrispettati matul il-perjodu kollu ta’ programmazzjoni għan-nefqa li għandha tiġi rimborżata mill-baġit tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi fit-13 ta’ Diċembru 2023, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni fejn qieset li l-kundizzjoni abilitanti orizzontali dwar il-Karta kienet ġiet issodisfata fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja; billi din id-deċiżjoni tfisser li l-awtoritajiet Ungeriżi jistgħu jibdew jitolbu rimborżi sa madwar EUR 10,2 biljun mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew naqas milli jilħaq unanimità fl-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023 dwar deċiżjoni biex jiġi emendat il-QFP għall-2021-2027; billi dan in-nuqqas allegatament kien ir-riżultat tal-oppożizzjoni tal-Prim Ministru tal-Ungerija; billi n-nuqqas li jintlaħaq ftehim dwar ir-reviżjoni tal-QFP jipperikola serjament il-kontinwità u l-prevedibbiltà tal-għajnuna finanzjarja mogħtija mill-UE lill-Ukrajna, b’implikazzjonijiet strateġiċi serji għall-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi matul l-aħħar għaxar snin, l-Ungerija nbidlet f’reġim ibridu ta’ awtoburokrazija elettorali, skont l-indiċijiet rilevanti;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni s-sejbiet, it-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu espressi fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Ungerija; jikkundanna l-isforzi intenzjonati, kontinwi u sistematiċi tal-Gvern Ungeriż biex jimmina l-valuri li fuqhom hija msejsa l-UE minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE; jinsab imħasseb ħafna dwar l-erożjoni ulterjuri tad-demokrazija, kif ukoll id-deterjorament tal-istat tad-dritt u s-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija sa mill-adozzjoni mill-Parlament tar-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022, b’mod partikolari, l-adozzjoni reċenti tal-pakkett ta’ “protezzjoni tas-sovranità nazzjonali”; ifakkar li l-Gvern Ungeriż biss huwa responsabbli biex ireġġa’ lura l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u r-rispett tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għan-nuqqas tal-Kunsill li jagħmel progress sinifikattiv fil-proċeduri li għaddejjin tal-Artikolu 7(1) tat-TUE; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza l-iżviluppi ġodda kollha li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; itenni t-talba tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet fil-kuntest ta’ din il-proċedura; jissottolinja li l-Kunsill jikkondividi r-responsabbiltà għall-protezzjoni tal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE u li n-nuqqas ta’ dan ikollu konsegwenzi dejjiema u potenzjalment dannużi; jistieden lill-Kunsill Ewropew u lill-Istati Membri jieħdu azzjoni u jiddeterminaw jekk l-Ungerija wettqitx ksur serju u persistenti tal-valuri tal-UE skont l-Artikolu 7(2) tat-TUE; jinsisti li r-rwol u l-kompetenzi tal-Parlament għandhom jiġu rrispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet tal-Prim Ministru tal-Ungerija, li ddeċieda li jimblokka d-deċiżjoni dwar ir-reviżjoni essenzjali tal-QFP, inkluż il-pakkett ta’ għajnuna għall-Ukrajna, b’nuqqas sħiħ ta’ rispett u ksur tal-interessi strateġiċi tal-UE; jemmen li tali azzjonijiet jiksru l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, kif minqux fit-Trattati; jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-UE bl-ebda mod ma tista’ iċċedi għal rikatt u tinnegozja l-interessi strateġiċi tal-UE u l-alleati tagħha billi tirrinunzja l-valuri tagħha; itenni bil-qawwa l-insistenza tiegħu dwar il-ħtieġa għal tisħiħ urġenti u mmirat tal-QFP, li jipprovdi għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini u jwettaq l-impenji politiċi li diġà ttieħdu, inkluż il-finanzjament għall-Ukrajna; jistieden lill-Kunsill Ewropew jaqbel b’mod urġenti dwar tali pożizzjoni fis-summit straordinarju tal-1 ta’ Frar 2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2023 li tikkonferma li r-riskju għall-baġit tal-Unjoni baqa’ l-istess minn Diċembru 2022, u b’hekk ġew estiżi l-miżuri adottati skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità; huwa tal-fehma li dan jikkonferma t-tħassib u r-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Parlament dwar il-kwistjoni; itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li r-riċevituri finali jew il-benefiċjarji tal-fondi tal-UE ma jiġux imċaħħda minn dawn il-fondi, kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt; jissottolinja li l-miżuri li jindirizzaw il-ksur tal-istat tad-dritt huma essenzjali sabiex tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jesprimi d-dispjaċir tiegħu u jafferma mill-ġdid it-tħassib serju tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jitqies li l-kundizzjoni abilitanti orizzontali tal-Karta kienet ġiet issodisfata fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja, u b’hekk l-awtoritajiet Ungeriżi setgħu jissottomettu talbiet għal rimborż sa EUR 10,2 biljun mingħajr mekkaniżmi ta’ kontroll jew proċeduri ta’ akkwist pubbliku adegwati fis-seħħ biex jiggarantixxu ġestjoni finanzjarja tajba u l-protezzjoni tal-baġit tal-UE; jemmen li din id-deċiżjoni tikkontradixxi politikament id-deċiżjoni li jiġu estiżi l-miżuri adottati skont ir-Regolament dwar il-Kundizzjonalità u jesprimi d-diżappunt tiegħu li l-Parlament ma kienx infurmat b’mod adegwat matul il-proċess; jissottolinja li l-Kummissjoni għandha l-kompitu li tivvaluta b’mod indipendenti u oġġettiv il-konformità tal-Ungerija mal-leġiżlazzjoni applikabbli, mingħajr ma tikkomprometti d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jemmen li anke wara r-riformi reċenti, l-Ungerija ma tissodisfax l-istandard ta’ indipendenza ġudizzjarja stabbilit fil-Karta, kif indikat mill-esperti fl-Ungerija u internazzjonalment, peress li l-miżuri adottati ma jiżgurawx salvagwardji suffiċjenti kontra l-influwenza politika u jistgħu jiġu evitati jew applikati b’mod inadegwat; jinsab imħasseb, b’mod partikolari, dwar il-persistenza tal-ostakli għar-referenzi preliminari, il-problemi bl-allokazzjoni ta’ każijiet fil-Kúria (il-Qorti Suprema tal-Ungerija), u s-sistema defiċjenti għan-nomina tal-President tal-Kúria; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkondividi, flimkien mad-deċiżjoni, ġustifikazzjoni dettaljata bil-miktub; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid id-deċiżjoni tagħha, b’mod partikolari fid-dawl tal-miżuri nazzjonali meħuda sa mill-adozzjoni tagħha, u żżomm lura milli tiżborża kwalunkwe fond sakemm il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tkun ġiet implimentata bis-sħiħ u l-miżuri adottati jkunu wrew l-effettività tagħhom fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lill-Kummissjoni biex tiżgura li ma jsir l-ebda pagament fl-ambitu tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza lill-awtoritajiet Ungeriżi sakemm l-objettivi intermedji (inklużi dawk imsejħa “objettivi intermedji importanti immens”) u l-miri marbuta mal-ewwel pagament ikunu ntlaħqu b’mod sodisfaċenti u jkunu wrew is-sostenibbiltà tagħhom fil-prattika; huwa tal-fehma li l-arranġamenti attwali ta’ awditjar u kontroll stabbiliti mill-awtoritajiet Ungeriżi, permezz ta’ proċedura rapida biex jiġu ssodisfati l-kriterji meħtieġa għar-riformi ġudizzjarji, iridu juru riżultati konkreti, sostenibbli u verifikabbli fil-prattika, b’mod partikolari fir-rigward tal-indirizzar ta’ kwistjonijiet sistemiċi, qabel ma jkunu jistgħu jiġu żborżati l-fondi tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni aġġornata ġdida, b’mod partikolari, tal-istat tal-indipendenza ġudizzjarja fl-Ungerija, b’mod speċjali fid-dawl tal-iżviluppi minn meta ttieħdet id-deċiżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li l-awtoritajiet Ungeriżi jridu jiggarantixxu opportunitajiet indaqs għall-aċċess għall-finanzjament tal-UE mill-individwi, il-kumpaniji, is-soċjetà ċivili, l-NGOs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jridu jiżguraw sorveljanza ġudizzjarja indipendenti, kif ukoll mekkaniżmi ta’ lmenti imparzjali u effettivi; jikkundanna l-prattiki diskriminatorji sistemiċi rrappurtati kontra l-akkademja, il-ġurnalisti, il-partiti politiċi u s-soċjetà ċivili, kif ukoll kumpaniji f’ċerti setturi; jiddispjaċih dwar il-prattiki kummerċjali politikament motivati li jagħtu vantaġġ inġust lill-kompetituri, proċeduri ta’ akkwist pubbliku mhux trasparenti u manipulati, offerti ta’ akkwiżizzjoni mill-gvern u entitajiet b’rabtiet mal-Prim Ministru, u l-użu tal-fondi tal-UE biex jagħmlu l-alleati politiċi tal-gvern aktar sinjuri f’kontradizzjoni mar-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku; jisħaq li l-istat tad-dritt huwa kruċjali għal suq uniku li jiffunzjona fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti tal-presidenza tal-Kunsill fit-tmexxija ’l quddiem tal-ħidma tal-Kunsill dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE, l-iżgurar tal-kontinwità tal-aġenda tal-UE u r-rappreżentanza tal-Kunsill fir-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE; jistaqsi kif il-Gvern Ungeriż se jkun jista’ iwettaq dan il-kompitu b’mod kredibbli fl-2024, fid-dawl tan-nuqqas ta’ konformità tagħha mad-dritt tal-UE u l-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE, kif ukoll il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali; ifakkar li, f’xi każijiet, il-President tal-Kunsill Ewropew jista’ jiġi sostitwit mill-membru tal-Kunsill Ewropew li jirrappreżenta l-Istat Membru li jkollu l-Presidenza ta’ sitt xhur tal-Kunsill; jitlob lill-Kunsill isib soluzzjonijiet xierqa biex itaffi dawn ir-riskji mill-aktar fis possibbli; ifakkar li l-Parlament jista’ jieħu miżuri xierqa jekk ma tinstabx tali soluzzjoni; jistieden lill-President tal-Kunsill u lill-Istati Membri jibdew proċeduri immedjatament biex jirriformaw il-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kunsill, sabiex jintemm l-abbuż tad-dritt tal-veto u r-rikatt fil-Kunsill Ewropew u f’istituzzjonijiet Ewropej oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jisħaq li l-miżuri meħtieġa għar-rilaxx tal-finanzjament tal-UE, kif definiti mid-deċiżjonijiet rilevanti meħuda skont ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, ir-Regolament RRF u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt, iridu jiġu ttrattati bħala pakkett wieħed integrali, u li l-ebda pagament ma għandu jsir anke jekk ikun hemm progress f’qasam wieħed jew aktar iżda jkunu għadhom jippersistu nuqqasijiet f’qasam ieħor; jibqa’ impenjat li jiżgura li l-fondi tal-UE jilħqu lill-popolazzjoni Ungeriża, inkluż permezz ta’ finanzjament dirett għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, u għas-soċjetà ċivili, ladarba l-kundizzjonijiet ikunu ġew issodisfati u jisħaq li l-awtoritajiet Ungeriżi jerfgħu r-responsabbiltà unika għas-sitwazzjoni attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tagħmel użu sħiħ mill-għodod disponibbli għaliha ħalli tindirizza r-riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni, b’mod partikolari miżuri finanzjarji u proċeduri ta’ ksur imħaffa, applikazzjonijiet għal miżuri interim quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u azzjonijiet rigward in-nuqqas ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tagħha; jistenna azzjoni fil-pront wara l-adozzjoni tal-pakkett ta’ “protezzjoni tas-sovranità nazzjonali”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali tiegħu biex jieħu l-passi meħtieġa mill-aktar fis possibbli fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li wasslet għat-tneħħija tal-iffriżar ta’ EUR 10,2 biljun, inkluża t-talba għall-analiżi tas-Servizz Legali skont l-Artikolu 149, bl-għan li tiġi rieżaminata l-legalità tad-Deċiżjoni C(2023)9014 quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; ifakkar fil-possibbiltà li l-Parlament juża kwalunkwe waħda mill-miżuri legali u politiċi għad-dispożizzjoni tiegħu jekk il-Kummissjoni tirrilaxxa finanzjament mingħajr ma jiġu ssodisfati l-kriterji jew jekk tonqos milli tiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni rilevanti, filwaqt li tqis ir-responsabbiltà tagħha li taġixxi bħala l-gwardjan tat-Trattati u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE; ifakkar li l-Kummissjoni hija politikament responsabbli quddiem il-Parlament;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll lin-Nazzjonijiet Uniti.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>