<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0055</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0028/2024 - Rapporteur: Angel Dzhambazki)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2024 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos (2023/2185(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos mill-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti tal-Prim’Istanza ta’ Ateni b’rabta mal-proċedimenti kriminali, trażmessa mill-Viċi Prosekutur tal-Qorti Suprema tal-Greċja permezz ta’ ittra datata s-27 ta’ Ġunju 2023 u mħabbra fil-plenarja fl-10 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Georgios Kyrtsos, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’suffraġju universali dirett, tal-20 ta’ Settembru 1976,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra</STRING> vs <STRING ITALIC="on">De Gregorio u Clemente</STRING>, C 200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0028/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Prosekutur tal-Qorti tal-Prim’ Istanza ta’ Ateni talab it-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos, Membru tal-Parlament Ewropew elett għall-Greċja, b’rabta mal-proċedimenti kriminali li għandhom jitressqu kontrih għan-nuqqas ta’ ħlas ta’ ċertu ammont dovut lill-Istat Grieg;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi Georgios Kyrtsos, fil-kapaċità tiegħu bħala viċi direttur tal-kumpanija KMP Ekdotiki Anonimi Etaireia [KMP Publishing plc], huwa akkużat li naqas milli jħallas ċertu ammont dovut lill-Istat Grieg;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-att allegatament imwettaq minn Georgios Kyrtsos jikkostitwixxi reat ta’ nuqqas ta’ ħlas ta’ djun lill-Istat skont l-Artikolu 25(1)(b) tal-Liġi Griega Nru 1882/90, kif sostitwit bl-Artikolu 23(1) tal-Liġi Griega 2523/97, kif emendata bl-Artikolu 18(2) u 28 (2–4) tal-Liġi Griega Nru 2948/01, kif issupplimentata bl-Artikolu 34 tal-Liġi Griega Nru 3016/02, bl-Artikolu 34(1) tal-Liġi Griega Nru 3220/04 u bl-Artikolu 3(1) tal-Liġi Griega Nru 3943/11, kif sostitwita bl-Artikolu 20 tal-Liġi Griega Nru 4321/15, kif emendata bl-Artikolu 71(2) tal-Liġi Griega Nru 4174/13, li ġiet miżjuda mal-Artikolu 8 tal-Liġi Griega Nru 4337/15 u kif issupplimentata bl-Artikolu 469 tal-Liġi Griega Nru 4619/19;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet; billi huwa ċar li l-allegat reat ma għandu l-ebda rabta diretta mal-attivitajiet ta’ Georgios Kyrtsos bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda minflok jirrigwarda l-pożizzjoni tiegħu bħala maniġer tal-kumpanija tal-gazzetti tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reat allegat ma jikkostitwixxi l-ebda opinjoni espressa jew vot mitfugħ fil-qadi tad-dmirijiet ta’ Georgios Kyrtsos bħala Membru tal-Parlament Ewropew fit-tifsira tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi f’konformità mal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-Membri tal-parlament tagħhom, u fit-territorju ta’ kull Stat Membru ieħor, l-immunità minn kull tip ta’ detenzjoni jew proċeduri legali; billi l-immunità ma tistax tintalab meta Membru jinqabad fil-fatt ta’ reat u ma tipprekludix lill-Parlament Ewropew milli jeżerċita d-dritt tiegħu li jirrinunzja għall-immunità ta’ xi wieħed mill-Membri tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jistipula li, matul il-mandat parlamentari tagħhom, il-membri tal-parlament ma jistgħux jiġu akkużati, arrestati, mixħuta l-ħabs jew ristretti bi kwalunkwe mod ieħor mingħajr permess minn qabel mogħti mill-parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi f’dan il-każ, il-Parlament ma sab l-ebda evidenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, li tfisser elementi fattwali li jindikaw li l-investigazzjoni ġudizzjarja inkwistjoni kienet mibdija bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru fil-kapaċità tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi huwa l-Parlament waħdu li jiddeċiedi, f’każ partikolari, jekk ineħħix l-immunità jew le; billi l-Parlament jista’ b’mod raġonevoli jqis il-pożizzjoni tal-Membru meta jiddeċiedi jekk ineħħix jew le l-immunità ta’ tali Membru<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Mote</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440, paragrafu 28;</FIELD></FOOTNOTE>; billi, waqt is-seduta ta’ smigħ tiegħu, Georgios Kyrtsos iddikjara li ma kienx qed joġġezzjona għat-tneħħija tal-immunità parlamentari tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois</STRING> vs <STRING ITALIC="on">il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Georgios Kyrtsos;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtoritajiet kompetenti tal-Greċja u lil Georgios Kyrtsos.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>