<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0056</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Eva Kaili</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0029/2024 - Rapporteur: Ilana Cicurel)</STRING></HIDDEN><TXTLST><DECISION><TI><STRING BOLD="on">Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Frar 2024 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Eva Kaili (2023/2007(IMM))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Eva Kaili, imressqa fil-15 ta’ Diċembru 2022 mill-Kap Prosekutur Ewropew, u mħabbra fis-seduta plenarja fid-19 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li sema’ lil Eva Kaili, f’konformità mal-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta’ Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b’vot dirett universali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1</FIELD></FOOTNOTE>, u b’mod partikolari l-Artikolu 29(2) tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-21 ta’ Ottubru 2008, fid-19 ta’ Marzu 2010, fis-6 ta’ Settembru 2011, fis-17 ta’ Jannar 2013 u fid-19 ta’ Diċembru 2019<FOOTNOTE><FIELD> Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta’ Ottubru 2008, <STRING ITALIC="on">Marra vs De Gregorio u Clemente</STRING>, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-42/06, ECLI:EU:T:2010:102; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Settembru 2011, <STRING ITALIC="on">Patriciello</STRING>, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Jannar 2013, <STRING ITALIC="on">Gollnisch vs il-Parlament</STRING>, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23; is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Diċembru 2019, <STRING ITALIC="on">Junqueras Vies</STRING>, C-502/19, ECLI:EU:C:2019:1115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A9-0029/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>Α.</NO.P>billi l-Kap Prosekutur Ewropew talab it-tneħħija tal-immunità parlamentari ta’ Eva Kaili fil-kuntest ta’ investigazzjoni li għaddejja dwar atti li x’aktarx jikkostitwixxu reat kbir ta’ istigazzjoni ta’ frodi li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea, imwettqa ripetutament, li rriżultaw f’dannu ta’ aktar minn EUR 120 000 u EUR 150 000, punibbli b’terminu ta’ priġunerija ta’ bejn 5 u 15-il sena, kif previst fl-Artikolu 46(1), l-Artikolu 52(2) u l-Artikolu 98(2) tal-Kodiċi Kriminali Grieg u fl-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 4(2)(b) tal-Liġi Nru 2803/2000, flimkien mal-Artikolu 2(1) u l-Artikolu 386(2) tal-Kodiċi Kriminali Grieg, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 26(3) tal-Liġi Nru 4689/2020;
</CONS><CONS>
<NO.P>Β.</NO.P>billi, b’segwitu għal rapport tal-OLAF irreġistrat mill-Kap Prosekutur Ewropew fl-1 ta’ Lulju 2021, il-Prosekutur Delegat Ewropew Grieg fetaħ l-investigazzjoni inkwistjoni fit-8 ta’ Settembru 2021; billi fit-12 ta’ Novembru 2021, f’konformità mar-responsabbiltajiet tagħha, il-Prosekutur Ewropew delegata inkarigata mill-każ talbet lill-OLAF jippreżenta d-dokumenti tal-każ; billi, wara li analizzat il-każ, fit-2 ta’ Frar 2022, talbet investigazzjoni ulterjuri mill-OLAF u t-traduzzjoni tad-dokumenti tal-każ mill-Ingliż għall-Grieg fis-7 ta’ Frar 2022; billi l-OLAF ippreżenta r-rapport finali u d-dokumenti ta’ sostenn tiegħu fit-8 ta’ Diċembru 2022 u t-traduzzjonijiet korrispondenti fl-14 ta’ Diċembru 2022;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">billi l-irregolaritajiet allegati li Eva Kaili kienet taf bihom jirrigwardaw b’mod partikolari:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>nuqqas minn wieħed mill-assistenti parlamentari akkreditati (APAs) tagħha milli jwettaq l-obbligi tiegħu li jkun preżenti fuq il-post tax-xogħol tiegħu bejn it-28 ta’ Settembru 2015 u t-2 ta’ Lulju 2019 u mill-qadi ta’ dmirijietu,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>it-tressiq ta’ talbiet għal ordnijiet ta’ missjonijiet u dikjarazzjonijiet ta’ spejjeż u l-ġbir ta’ rimborżi fir-rigward ta’ missjonijiet mhux imwettqa minn erbgħa mill-APAs ta’ Eva Kaili, bejn Frar 2016 u Marzu 2018 fil-każ tal-ewwel APA, bejn Mejju 2015 u Frar 2020 fil-każ tat-tieni APA, bejn Diċembru 2015 u April 2019 fil-każ tat-tielet APA, u bejn Ottubru 2014 u Frar 2020 fil-każ tar-raba’ APA,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>il-ħlas ta’ parti mis-salarji/spejjeż tal-missjonijiet ta’ APA lil Eva Kaili fuq talba allegata tagħha, bejn it-28 ta’ Settembru 2015 u t-2 ta’ Lulju 2019;</ITEM></LIST>
</CONS></GRCONS><GRCONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, minn naħa, il-Parlament ma jistax jitqies bħala qorti u, min-naħa l-oħra, il-Membru ma jistax, fil-kuntest ta’ proċedura għat-tneħħija tal-immunità, jitqies bħala “akkużat”<FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2019, <STRING ITALIC="on">Briois vs il-Parlament</STRING>, T-214/18, ECLI:EU:T:2019:266.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-allegat reat ma jikkonċernax opinjonijiet jew voti mitfugħa minn Eva Kaili fil-qadi ta’ dmirijietha bħala Membru tal-Parlament Ewropew, skont l-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew jibbenefikaw, fit-territorju nazzjonali tagħhom, minn immunitajiet mogħtija lid-deputati tal-parlament nazzjonali ta’ pajjiżhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jipprevedi, fost affarijiet oħra, li matul il-leġiżlatura, id-deputati ma għandhomx jiġu mħarrka, arrestati, miżmuma l-ħabs jew inkella sottomessi għal xi restrizzjoni oħra mingħajr l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Parlament;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-għan tal-immunità parlamentari huwa li tipproteġi lill-Parlament u lill-Membri tiegħu minn proċedimenti ġudizzjarji relatati ma’ attivitajiet imwettqa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari u li huma inseparabbli minn dawn l-attivitajiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi, f’dan il-każ, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta’ <STRING ITALIC="on">fumus persecutionis</STRING>, jiġifieri elementi fattwali li jindikaw li l-proċedimenti legali inkwistjoni nfetħu bl-intenzjoni li ssir ħsara lill-attività politika tal-Membru u għalhekk tal-Parlament Ewropew;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta’ Eva Kaili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lil Eva Kaili.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></DECISION></TXTLST></SDOCTA>