<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0068</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-deċiżjoni reċenti tan-Norveġja biex tinbeda l-estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar fl-Artiku</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0095/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Frar 2024 dwar id-deċiżjoni reċenti tan-Norveġja biex tinbeda l-estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar fl-Artiku (2024/2520(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Parlament Norveġiż tad-9 ta’ Jannar 2024 dwar l-attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja fuq il-blata kontinentali Norveġiża – il-ftuħ taż-żona u l-istrateġija għall-ġestjoni tar-riżorsi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali strateġika tal-Ministeru Norveġiż għall-Enerġija tal-minerali f’qiegħ il-baħar fuq il-blata kontinentali Norveġiża tas-27 ta’ Ottubru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Gvern Norveġiż tal-20 ta’ Ġunju 2023 dwar l-attivitajiet minerali fuq il-blata kontinentali Norveġiża – il-ftuħ ta’ żoni u strateġija għall-amministrazzjoni tar-riżorsi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija Norveġiża għall-Ambjent tas-27 ta’ Jannar 2023 dwar is-seduta ta’ smigħ u l-valutazzjoni tal-impatt għall-attivitajiet minerali fuq il-blata kontinentali Norveġiża,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2019 bit-titolu “Il-Patt Ekoloġiku Ewropew” (COM(2019)0640),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Mejju 2020 bit-titolu “Strateġija tal-UE għall-Bijodiversità għall-2030 – Inreġġgħu n-natura lura f’ħajjitna” (COM(2020)0380), ir-riżoluzzjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Ġunju 2021 dwarha<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 25</FIELD></FOOTNOTE>, u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwarha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Mejju 2021 dwar approċċ ġdid għal ekonomija blu sostenibbli fl-UE – it-trasformazzjoni tal-Ekonomija Blu tal-UE għal Futur Sostenibbli (COM(2021)0240),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “Lejn ekonomija blu sostenibbli fl-UE: ir-rwol tas-setturi tas-sajd u tal-akwakultura”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2021 dwar l-Artiku: opportunitajiet, tħassib u sfidi għas-sigurtà<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 24.3.2022, p. 113</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Jannar 2018 dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna fil-kuntest tal-SDGs 2030<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 458, 19.12.2018, p. 9.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta’ Ottubru 2022 dwar il-Momentum favur l-Oċeani biex jissaħħu l-governanza u l-bijodiversità tal-oċeani<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-24 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Inwittu t-triq lejn pjaneta blu sostenibbli – Komunikazzjoni Konġunta dwar l-aġenda tal-UE għall-Governanza Internazzjonali tal-Oċeani” (JOIN(2022)0028),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Novembru 2016 bit-titolu “Il-governanza internazzjonali tal-oċeani: aġenda għall-futur tal-oċeani tagħna” (JOIN(2016)0029),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra n-Note Verbale Nru 21/13 ta’ Ottubru 2023 tal-Kummissjoni li ntbagħtet lill-Ministeru Rjali għall-Affarijiet Barranin tan-Norveġja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, li daħlet fis-seħħ fid-29 ta’ Diċembru 1993, il-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, u d-Deċiżjoni 15/24 tal-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika dwar il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-bijodiversità tal-baħar u kostali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS), b’mod partikolari l-Artikolu 145 tagħha dwar il-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim skont l-UNCLOS dwar il-Konservazzjoni u l-Użu Sostenibbli tal-Bijodiversità tal-Baħar fiż-Żoni ’l barra mill-Ġuriżdizzjoni Nazzjonali (il-Ftehim dwar il-BBNJ),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-mandat tal-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar stabbilita skont l-UNCLOS u l-Ftehim tal-1994 relatat mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tal-UNCLOS,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal (Konvenzjoni OSPAR), li tkopri l-ilmijiet tal-Artiku,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat ta’ Svalbard tal-1920, iffirmat fid-9 ta’ Frar 1920 f’Pariġi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt Ambjentali f’Kuntest Transkonfinali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 104, 24.4.1992, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>, iffirmata f’Espoo fil-25 ta’ Frar 1991 (il-Konvenzjoni Espoo), u l-Protokoll tagħha dwar il-Valutazzjoni Ambjentali Strateġika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 308, 19.11.2008, p. 35.</FIELD></FOOTNOTE> (il-Protokoll SEA),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Grupp ta’ Livell Għoli għal Ekonomija Sostenibbli tal-Oċeani, li n-Norveġja hija membru fundatur tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 122 tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura (IUCN) bit-titolu “Protection of deep-ocean ecosystems and biodiversity through a moratorium on seabed mining” (Il-protezzjoni tal-ekosistemi tal-oċeani fondi u l-bijodiversità permezz ta’ moratorju fuq it-tħaffir f’qiegħ il-baħar),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU bit-titolu “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-aġenda 2030 għal Żvilupp Sostenibbli”, adottata fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York fil-25 ta’ Settembru 2015, u b’mod partikolari l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDG) 14 tal-Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli, li jinkoraġġixxi l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani, l-ibħra u r-riżorsi marini,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport ta’ valutazzjoni globali tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi Ekosistemiċi ta’ Mejju 2019 dwar il-bijodiversità u s-servizzi ekosistemiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21) f’Pariġi fit-12 ta’ Diċembru 2015, u li daħal fis-seħħ fl-4 ta’ Novembru 2016, inklużi d-deċiżjonijiet sussegwenti tas-COP,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-24 ta’ Settembru 2019 dwar l-oċeani u l-krijosfera fi Klima li qed tinbidel,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi fid-9 ta’ Jannar 2024, l-Istorting, il-Parlament Norveġiż, approva deċiżjoni li tippermetti li tiġi esplorata żona ta’ 281 200 kilometru kwadru fl-Artiku għal estrazzjoni minerarja potenzjali minn qiegħ il-baħar; billi l-proċess huwa miftuħ u aktar deċiżjonijiet dwar il-pjanijiet ta’ estrazzjoni jew il-permessi tal-estrazzjoni minerarja jiddependu minn deċiżjonijiet demokratiċi ulterjuri mill-Gvern Norveġiż, f’konformità mal-Att Norveġiż dwar il-Minerali ta’ Qiegħ il-Baħar; billi skont id-deċiżjoni, l-ewwel pjanijiet ta’ estrazzjoni jridu jiġu approvati mill-Istorting;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Aġenzija Norveġiża għall-Ambjent tqis li l-valutazzjoni tal-impatt ambjentali fiha lakuni sinifikanti fl-għarfien dwar in-natura, it-teknoloġija u l-effetti ambjentali potenzjali u li għalhekk ma tipprovdix bażi suffiċjenti għall-estrazzjoni tal-minerali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi n-Norveġja u l-UE jgawdu minn relazzjoni profonda u fit-tul bħala ġirien u sħab, jikkondividu objettivi politiċi komuni u valuri fundamentali u jagħmlu parti mis-suq uniku permezz taż-Żona Ekonomika Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi parti kbira miż-żona esploratorja proposta tinsab fuq il-blata kontinentali estiża Norveġiża u parti kbira miż-żona ’l fuq mill-blata kontinentali estiża titqies bħala ibħra internazzjonali u żoni għas-sajd internazzjonali; billi din il-blata kontinentali hija soġġetta għad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta’ Svalbard tal-1920; billi ż-żona taqa’ taħt iż-Żona ta’ Protezzjoni tas-Sajd ta’ Svalbard, li tippermetti lill-partijiet tal-Istat, inklużi 22 Stat Membru tal-UE u 23 stat ieħor, ikollhom opportunità ugwali biex jistabbilixxu s-sajd;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi f’Ottubru 2023 l-UE bagħtet <STRING ITALIC="on">note verbale</STRING> lin-Norveġja li fiha esprimiet it-tħassib tagħha dwar l-effetti negattivi sinifikanti mill-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar imħabbra fuq l-istokkijiet tal-ħut, is-sajd u l-aċċess għal postijiet tas-sajd, inkluż fuq il-blata kontinentali tal-arċipelagu ta’ Svalbard;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi n-Norveġja hija firmatarja tal-Konvenzjoni Espoo u tal-Protokoll SEA, li jfisser li n-Norveġja għandha obbligu legali li tevita impatti transkonfinali sinifikanti; billi n-Norveġja għandha wkoll obbligu legali li tipproteġi l-ambjent tal-baħar skont il-Konvenzjoni OSPAR;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-ekosistemi tal-Artiku ġew identifikati bħala li huma ta’ importanza ambjentali ċentrali għall-bijodiversità, għall-istokkijiet tal-ħut u għar-regolamentazzjoni tal-klima; billi dawn l-ekosistemi partikolarment vulnerabbli diġà qed jiffaċċjaw pressjoni mit-tibdil fil-klima, li tirriżulta f’oċeani aktar aċidużi u aktar sħan, li x’aktarx jaffettwaw ix-xejriet tal-migrazzjoni ta’ stokkijiet importanti tal-ħut; billi l-estrazzjoni ta’ minerali f’qiegħ il-baħar tal-Artiku tirriskja li tirrilaxxa l-metan maħżun f’ekosistemi sottoglaċjali u ħamrija permafrost tal-Artiku; billi l-ekosistemi tal-Artiku huma suxxettibbli ħafna għat-tniġġis u għal impatti oħra tal-bniedem; billi l-proċessi meħtieġa ta’ tiswija jew tindif huma diffiċli ħafna biex jitwettqu minħabba l-kundizzjonijiet naturali ħorox u d-distanzi twal għall-portijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-baħar fond huwa l-eqdem bijoma fuq il-pjaneta u huwa ż-żona tal-pjaneta li l-umanità l-anqas taf dwarha; billi l-baħar fond huwa maħsub li għandu l-akbar bijodiversità fid-Dinja, jipprovdi servizzi ambjentali kritiċi, inkluż is-sekwestru tal-karbonju fit-tul, u huwa vulnerabbli għal disturbi umani; billi l-oċean jassorbi madwar 90 % tas-sħana żejda u 25 % tal-emissjonijiet globali tas-CO<STRING SUBSCRIPT="on">2</STRING>; billi tqajjem tħassib serju dwar l-impatti tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar fuq it-telfien tal-bijodiversità u fuq il-funzjonament tal-ekosistema, li l-effetti tagħha se jibqgħu jinħassu minn ħafna ġenerazzjonijiet futuri; billi l-oċean għandu jiġi rikonoxxut fil-livell internazzjonali bħala ġid komuni globali u għandu jiġi protett fid-dawl tal-uniċità u l-interkonnettività tiegħu u s-servizzi essenzjali tal-ekosistema li jipprovdi; billi l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jiddependu minn dawn is-servizzi għas-sopravivenza u l-benesseri tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Ftehim dwar il-BBNJ ġie konkluż f’Ġunju 2023; billi l-UE u n-Norveġja kienu fost l-ewwel firmatarji tat-trattat; billi l-Ftehim dwar il-BBNJ kien prijorità għall-UE, li mexxiet negozjati fil-livell globali permezz tal-Koalizzjoni ta’ Ambizzjoni Għolja tal-BBNJ, koalizzjoni mnedija fis-Summit “One Ocean” fi Brest fi Frar 2022 li n-Norveġja ssieħbet ukoll; billi l-Ftehim dwar il-BBNJ jirrikjedi li jitwettqu valutazzjonijiet dwar l-impatt tal-attivitajiet ekonomiċi fuq il-bijodiversità fl-ibħra internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-istat attwali tal-għarfien xjentifiku ma jippermettix valutazzjoni preċiża tal-impatt ambjentali tal-estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar, u għad hemm bżonn ta’ sforz internazzjonali ta’ riċerka biex jintlaħaq kunsens xjentifiku dwar dan is-suġġett; billi l-Kummissjoni saħqet fuq il-ħtieġa ta’ riċerka fit-tul sabiex tivvaluta verament l-impatti tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar; billi l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni prematuri jistgħu jikkawżaw ħsara permanenti u irriversibbli lill-ekosistemi; billi hija meħtieġa aktar riċerka xjentifika biex wieħed jifhem bis-sħiħ l-effetti potenzjali tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar fuq l-ambjent tal-baħar u l-bijodiversità;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ftuħ ta’ din iż-żona għall-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar jista’ jkun ta’ detriment għall-istokkijiet tal-ħut u għas-sajd, u jista’ jkollu impatt fuq l-aċċess tal-bastimenti tal-Istati Membri tal-UE għaż-żoni tas-sajd fiż-żona; billi l-interessi internazzjonali tas-sajd, inkluż is-sajd tal-UE, ma tqisux fil-valutazzjoni tal-impatt għal din id-deċiżjoni; billi f’Novembru 2021, il-Kunsilli Konsultattivi Ewropej tas-Sajd fuq Distanzi Twal, tal-Istokkijiet Pelaġiċi u tal-Ilmijiet tal-Majjistral talbu moratorju fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar, wara rakkomandazzjonijiet simili fl-2020 u fl-2019; billi l-Assoċjazzjoni Norveġiża tas-Sajjieda kienet ukoll kritika ħafna tad-deċiżjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi fuq livell internazzjonali, għadd dejjem akbar ta’ Stati, inklużi seba’ Stati Membri tal-UE (il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Portugall, Spanja u l-Iżvezja) esprimew appoġġ għal moratorju, pawża ta’ prekawzjoni jew projbizzjoni totali fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar; billi f’Settembru 2021, il-Kungress Dinji tal-Konservazzjoni tal-IUCN adotta b’maġġoranza kbira mozzjoni li titlob moratorju fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar, inkluż mill-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar, b’appoġġ mill-Awstrija, mill-Ġermanja, mill-Portugall, mir-Rumanija, minn Spanja u mill-Iżvezja, fost l-oħrajn;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi 37 istituzzjoni finanzjarja li jirrappreżentaw EUR 3,3 triljun ta’ assi kkombinati qajmu tħassib dwar l-attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar lill-istati membri tal-Awtorità Internazzjonali dwar Qiegħ il-Baħar; billi kumpaniji internazzjonali bħal Volvo, BMW, Google, Samsung, Phillips, Northvolt u Volkswagen esprimew l-appoġġ tagħhom għal moratorju fuq l-estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar u impenjaw ruħhom li ma jixtrux jew jiffinanzjaw minerali minn qiegħ il-baħar; billi Equinor, l-akbar kumpanija tan-Norveġja, enfasizzat il-ħtieġa li jinkiseb aktar għarfien dwar l-estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar lil hinn mill-kosta tan-Norveġja u kkonkludiet li dan għadu mhuwiex vijabbli minħabba r-riskju ambjentali; billi l-Inizjattiva ta’ Finanzjament tal-Programm tan-NU għall-Ambjent wissiet lill-komunità tal-finanzjament li, fil-forma attwali tagħhom, ma hemm l-ebda mod prevedibbli li l-finanzjament ta’ attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja minn qiegħ il-baħar jista’ jkun konsistenti mal-Prinċipji ta’ Finanzi Sostenibbli tal-Ekonomija Blu;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi parti kbira mid-domanda għall-materja prima tista’ u għandha tiġi ssodisfata permezz tal-użu ta’ miżuri ta’ riċiklaġġ u ta’ ekonomija ċirkolari, l-iżvilupp ta’ materjali ta’ sostituzzjoni u politiki għat-tnaqqis tad-domanda;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Istorting tad-9 ta’ Jannar 2024 biex jinfetħu żoni għal attivitajiet f’qiegħ il-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li d-deċiżjoni tal-Istorting tinkludi proċess għall-immappjar, l-akkwist tal-għarfien u l-valutazzjonijiet kontinwi tal-impatt ambjentali ta’ attivitajiet potenzjali ta’ estrazzjoni minerarja, u ma tagħtix approvazzjoni awtomatika għal attivitajiet ta’ estrazzjoni minerarja, peress li l-ewwel pjanijiet ta’ estrazzjoni jridu jiġu approvati mill-Istorting, skont id-deċiżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu moratorju internazzjonali fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar, inkluż fl-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar, sakemm l-effetti tal-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar fuq l-ambjent tal-baħar, il-bijodiversità u l-attivitajiet tal-bniedem fuq il-baħar ikunu ġew studjati u rriċerkati biżżejjed u l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar tista’ tiġi ġestita sabiex jiġi żgurat li ma jkun hemm ebda telfien jew degradazzjoni tal-ekosistemi tal-bijodiversità tal-baħar; jistieden lill-pajjiżi kollha japplikaw il-prinċipju ta’ prekawzjoni u jappoġġjaw moratorju internazzjonali fuq l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Ifakkar fl-obbligi tan-Norveġja bħala parti minn diversi trattati, b’mod partikolari t-Trattat ta’ Svalbard, għal diversi ftehimiet relatati mal-ġestjoni tal-istokkijiet tas-sajd f’dik iż-żona, il-Konvenzjoni OSPAR għall-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar tal-Atlantiku tal-Grigal, inklużi l-ilmijiet tal-Artiku, kontra l-effetti negattivi tal-attivitajiet tal-bniedem u tal-Konvenzjoni Espoo; jisħaq li l-Ftehim dwar il-BBNJ ġie ffirmat kemm mill-UE kif ukoll min-Norveġja, u jistieden lill-partijiet l-oħra kollha għall-UNCLOS, inkluża n-Norveġja, biex jiffirmawh u jirratifikawh mingħajr dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lin-Norveġja tkompli timpenja ruħha mal-UE fl-ispirtu ta’ sħubija reċiproka u l-Alleanza Ekoloġika ffirmata f’April 2023 sabiex tindirizza t-tħassib kollu u tiżgura l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar u tal-ekosistemi tal-Artiku; jistieden lill-Kummissjoni u lin-Norveġja jinvolvu ruħhom fi djalogu kontinwu u jiskambjaw riċerka u għarfien xjentifiċi dwar qiegħ il-baħar u l-ġestjoni sostenibbli tal-oċean; jissottolinja li n-Norveġja u l-UE, permezz tal-istrateġiji rispettivi tagħhom, isegwu approċċ simili fir-rigward ta’ politika bbilanċjata dwar il-materja prima bbażata fuq il-mitigazzjoni tad-domanda, l-użu mill-ġdid, l-effiċjenza, ir-riċiklaġġ, l-użu tal-flussi tal-iskart u s-sostituzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istorting u lill-Gvern tan-Norveġja.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>