<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0070</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Mewġa ġdida ta’ arresti tal-massa fil-Belarussja tal-attivisti tal-oppożizzjoni u tal-familjari tagħhom</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0110, 0115, 0116, 0126 u 0129/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Frar 2024 dwar il-mewġa ġdida ta’ arresti tal-massa fil-Belarussja tal-attivisti tal-oppożizzjoni u tal-familjari tagħhom (2024/2550(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Belarussja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi f’Jannar 2024, il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Istat tal-Belarussja (KGB) wettaq rejds, interrogazzjonijiet u detenzjonijiet immirati lejn aktar minn 200 membru tal-familji ta’ priġunieri politiċi attwali u preċedenti kif ukoll benefiċjarji tal-inizjattiva “INeedHelpBY” dwar akkużi relatati ma’ “estremiżmu”; billi l-maġġoranza huma ommijiet u nisa ta’ priġunieri politiċi, inklużi Marina Adamovich, mart Mikalai Statkevich, Tatsiana Seviarynets, omm Pavel Seviarynets, u Daria Losik, mart Ihar Losik u li kienet arrestata qabel;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi tressqu akkużi addizzjonali <STRING ITALIC="on">in absentia</STRING> kontra 20 analist politiku, ġurnalist u soċjologu mlaqqgħin l-“analisti ta’ Tsikhanouskaya”, li qed jiffaċċjaw il-konfiska tal-proprjetà u r-revoka taċ-ċittadinanza jekk jinstabu ħatja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-priġunieri politiċi, inklużi l-mexxejja tal-partiti Mikalai Kazlou, Ryhor Kastusiou, Mikalai Statkevich u Pavel Seviarynets, jiffaċċjaw iżolament, tortura, ċaħda tal-kura medika u xogħol furzat;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-aħħar repressjoni tippreċedi l-“elezzjonijiet” parlamentari u lokali fil-25 ta’ Frar; billi l-“liġi dwar il-partiti politiċi” tal-2023 qed tipprevjeni lill-partiti tal-oppożizzjoni demokratika milli jipparteċipaw fl-elezzjonijiet;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-mewġa reċenti ta’ arresti tal-massa fil-Belarussja u jħeġġeġ lir-reġim illeġittimu ta’ Lukashenka jwaqqaf ir-repressjoni, speċjalment kwalunkwe persekuzzjoni marbuta mal-ġeneru, u jfakkar lir-reġim fl-obbligi internazzjonali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ aktar minn 1 400 priġunier politiku, kif ukoll tal-familji tagħhom u tal-persuni detenuti arbitrarjament, u l-kumpens dovut lilhom, filwaqt li jiġu restawrati d-drittijiet sħaħ tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar in-nuqqas ta’ trasparenza, libertà u ġustizzja qabel l-“elezzjonijiet” parlamentari u lokali fil-Belarussja u jistieden lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lill-komunità internazzjonali biex ma jirrikonoxxux ir-riżultati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli u lill-Kunsill iwieġbu billi jimponu sanzjonijiet aktar b’saħħithom fuq ir-reġim ta’ Lukashenka, inkluż kontra oġġetti li jinvolvu xogħol furzat tal-priġunieri politiċi, sanzjonijiet finanzjarji aktar stretti, u sanzjonijiet fuq individwi responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi uffiċjali ta’ livell għoli u membri tal-forzi tas-sigurtà; jitlob tnaqqis ulterjuri tal-preżenza diplomatika tal-Belarussja fl-UE, appoġġ kontinwu għall-vittmi tar-reġim permezz ta’ strumenti speċjali li jippermettulhom jiksbu viżi u permessi ta’ residenza tal-UE u jindirizzaw każijiet ta’ apolidija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw id-dokumentazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, jappoġġjaw it-trasformazzjoni tal-eżami tal-OHCHR tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja f’mekkaniżmu investigattiv kompletament indipendenti, jirrispettaw il-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-Belarussja, u biex jiżdied l-obbligu ta’ rendikont permezz ta’ ġuriżdizzjoni ekstraterritorjali u universali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Itenni s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tal-Belarussja u l-appoġġ tiegħu għall-aspirazzjonijiet leġittimi tiegħu għal futur demokratiku u Ewropew u jibqa’ impenjat li jaħdem bla heda mal-forzi demokratiċi, mas-soċjetà ċivili u mal-media indipendenti għall-benefiċċju tal-poplu tal-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli, lill-Istati Membri, lir-rappreżentanti tal-forzi demokratiċi Belarussi, lill-awtoritajiet <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> Belarussi, lin-NU u lill-OSKE.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>