<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0082</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (Riżoluzzjoni)</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0053/2024 - Rapporteur: Jan Olbrycht, Margarida Marques)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (05818/2024 – C9-0030/2024 – 2023/0201M(APP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 311, 312 u 323 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (05818/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 312(2) tat-TFUE (C9-0030/2024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.</FIELD></FOOTNOTE>, u d-dikjarazzjonijiet konġunti maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni f’dan il-kuntest<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 444 I, 22.12.2020, p. 4.</FIELD></FOOTNOTE> u d-dikjarazzjonijiet unilaterali relatati<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2020)0357.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2053 tal-14 ta’ Diċembru 2020 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/335/UE, Euratom,<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 424, 15.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.</FIELD></FOOTNOTE> (l-“FII”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2093 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (COM(2023)0337),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 intitolata “Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027” (COM(2023)0336) u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal li jakkumpanjaha (SWD(2023)0336),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Ottubru 2023 dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0335.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2023 dwar l-impatt fuq il-baġit tal-UE tal-2024 taż-żieda tal-kostijiet tat-teħid b’self tal-Istrument tal-Unjoni Ewropea għall-Irkupru<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0194.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2022 dwar it-titjib tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027: baġit tal-UE reżiljenti u adegwat għal sfidi ġodda<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2022)0450.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna għall-UE – it-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li taġixxi<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2022)0219.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 105(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0053/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-perjodu 2021-2027 ma jipprevedix reviżjoni jew rieżami ta’ nofs it-terminu obbligatorji; billi, f’dikjarazzjoni unilaterali fl-ambitu tal-ftehim ta’ Diċembru 2020 dwar il-QFP, il-Kummissjoni impenjat ruħha li sal-1 ta’ Jannar 2024 tippreżenta rieżami tal-funzjonament tal-QFP;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, f’Diċembru 2022, il-Parlament enfasizza li, mill-adozzjoni tal-QFP f’Diċembru 2020, il-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali nbidel immens, u stieden lill-Kummissjoni tressaq ir-rieżami ppjanat tagħha u tipproponi reviżjoni tal-QFP attwali;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jissottolinja li reviżjoni tar-regolament QFP hija prerekwiżit essenzjali għall-iżgurar ta’ appoġġ finanzjarju fuq terminu medju lill-Ukrajna permezz tal-Faċilità għall-Ukrajna, biex ikun possibbli finanzjament akbar għal prijoritajiet ta’ politika mmirati, u biex jiġu salvagwardjati l-programmi tal-Unjoni u l-flessibbiltà tal-baġit fid-dawl ta’ rati tal-imgħax ogħla minn dawk imbassra, u għalhekk kostijiet tas-self tal-Unjoni ogħla minn dawk previsti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill li jemenda l-QFP huwa parti minn pakkett ta’ leġiżlazzjoni u li l-adozzjoni tiegħu se tippermetti li jiġi pprovdut appoġġ rapidu lill-Ukrajna u tiżgura li jistgħu jiġu introdotti kemm jista’ jkun malajr żidiet fil-baġit tal-2024 permezz ta’ baġit emendatorju u għas-snin li jifdal tal-perjodu tal-QFP; jissottolinja li r-reviżjoni tal-QFP tirrappreżenta titjib ċar fl-istatus quo, għalkemm xi aspetti li jinsabu fl-abbozz tar-regolament tal-Kunsill mhumiex manifestament mixtieqa, u jħallu l-baġit tal-UE taħt pressjoni, b’marġini u flessibbiltà limitati, bi tnaqqis fi programmi ewlenin bħall-Orizzont Ewropa, l-UE għas-Saħħa, kif ukoll il-politika ta’ koeżjoni u l-politika agrikola komuni, u b’ambizzjoni mnaqqsa f’oqsma ta’ politika importanti orjentati lejn il-futur, bħas-sovranità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-Parlament sostna li r-reviżjoni għandha tiffoka primarjament fuq l-indirizzar tal-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u fuq l-għoti ta’ flessibbiltà adegwata lill-Unjoni biex tirrispondi għall-ħtiġijiet emerġenti u għall-kriżijiet, b’approċċ strutturali għall-appoġġ tal-Ukrajna u għall-ġestjoni tal-kostijiet ta’ self tan-Next Generation EU u b’finanzjament imtejjeb għall-politika esterna, għall-migrazzjoni u għall-awtonomija strateġika u għall-kompetittività; jinnota li dawn il-prijoritajiet kienu kollha riflessi fil-proposta tal-Kummissjoni ta’ Ġunju 2023 għal reviżjoni u huma kollha preżenti, tal-anqas sa ċertu punt, fl-abbozz tar-regolament tal-Kunsill li l-Parlament huwa mitlub japprova;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-Parlament ħadem malajr u b’mod kostruttiv mill-bidu biex il-pakkett tal-QFP jiġi adottat b’mod rapidu; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċess kien ostakolat minn diffikultajiet politiċi fost l-Istati Membri, li wasslu għal dewmien mhux mixtieq fil-Kunsill; jitlob li l-bidliet introdotti f’din ir-reviżjoni jiġu implimentati mingħajr aktar dewmien, b’mod partikolari biex jiġi żgurat il-pagament f’waqtu tal-appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna, fid-dawl tal-urġenza tal-bżonnijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Huwa jinsab iddiżappuntat li l-Kunsill u l-Kummissjoni ma applikawx id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-FII biex jippermettu impenn xieraq aktar kmieni fil-proċess; jinsisti li, fil-futur, trid tiġi stabbilita kooperazzjoni fil-bidu ta’ kwalunkwe proċedura ta’ reviżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jistabbilixxi hawn taħt il-kunsiderazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-aspetti differenti tar-reviżjoni tal-QFP;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Appoġġ għall-Ukrajna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jilqa’ l-pakkett ta’ finanzjament ta’ EUR 50 biljun għall-Ukrajna għall-perjodu 2024-2027, li jgħaqqad għotjiet (EUR 17-il biljun) ma’ self b’termini favorevoli ħafna (EUR 33 biljun) u li huwa ankrat fil-baġit tal-UE; jenfasizza li l-emenda tar-regolament QFP li l-Parlament huwa mitlub japprova hija prerekwiżit biex jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jissottolinja li din is-soluzzjoni strutturali fuq terminu medju tagħti ċertezza lill-poplu tal-Ukrajna, filwaqt li tippermetti lill-gvern iżomm servizzi essenzjali u jgħin lill-pajjiż fit-triq tiegħu lejn ir-rikostruzzjoni, l-irkupru u s-sħubija mal-UE; iqis ukoll li l-pakkett ta’ finanzjament huwa simbolu vitali tal-impenn fit-tul tal-Unjoni fil-konfront tal-Ukrajna u tal-poplu tagħha, u jibgħat sinjal importanti ta’ dak l-impenn kemm lil donaturi ewlenin oħra kif ukoll lill-Federazzjoni Russa; jimpenja ruħu li jimmonitorja l-ħtiġijiet futuri ta’ finanzjament tal-Ukrajna, filwaqt li jqis l-iżviluppi internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li, bil-Faċilità għall-Ukrajna inkorporata fil-baġit tal-UE, se tiġi żgurata sistema ta’ kontrokontrolli meħtieġa għall-infiq u għall-kontrolli finanzjarji meħtieġa, u r-Riżerva tal-Ukrajna li tkopri l-komponent tal-għotjiet tal-Faċilità se tiġi mmobilizzata mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Intestaturi 4 u 6 - Migrazzjoni u dimensjoni esterna</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li EUR 3,1 biljun addizzjonali fi flus ġodda se jiġu pprovduti għall-Intestatura 6 (il-viċinat u d-dinja), flimkien ma’ EUR 4,5 biljun oħra f’fondi diżimpenjati u ridistribwiti, li għandhom jerġgħu jintużaw fl-intestatura, għal total ta’ EUR 7,6 biljun ippjanati li jintefqu fuq appoġġ għal miżuri ta’ migrazzjoni u rifuġjati f’pajjiżi terzi u fuq finanzjament imtejjeb għall-adeżjoni għall-Balkani tal-Punent bejn l-2024 u l-2027; jissottolinja wkoll li l-ħolqien tal-Faċilità għall-Ukrajna u l-appoġġ imsaħħaħ għall-Balkani tal-Punent se joħolqu wkoll spazju għal appoġġ finanzjarju akbar għall-Moldova fit-triq tagħha lejn l-adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, bit-tneħħija mill-Intestatura 6 tal-garanziji tal-Bank Ewropew tal-Investiment relatati mal-Ukrajna u s-sussidji għar-rati tal-imgħax għal self ta’ assistenza makrofinanzjarja lill-Ukrajna fl-2022 għal total ta’ EUR 1,9 biljun, ir-reviżjoni tnaqqas aktar il-pressjoni fuq l-intestatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Huwa jinsab iddiżappuntat ħafna li la r-riżerva fil-programm għall-Strument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali, u lanqas l-għajnuna umanitarja ma ġew rinfurzati bħala parti mir-reviżjoni tal-QFP u li, minkejja t-titjib, l-intestatura kollha kemm hi se tibqa’ taħt pressjoni sinifikanti għall-bqija tal-perjodu tal-QFP minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika diffiċli u l-kombinazzjoni ta’ kriżijiet globali; jistenna li l-ħtiġijiet ta’ għajnuna umanitarja jibqgħu jaqbżu l-ammonti bbaġitjati, u għalhekk għandu l-ħsieb, li jimmonitorja bir-reqqa, u meta meħtieġ jindirizza, dawk il-ħtiġijiet fil-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Ifakkar li, skont ir-Regolament NDICI, il-fondi diżimpenjati għandhom jiġu impenjati mill-ġdid għal-linja baġitarja ta’ oriġini tagħhom; jenfasizza li d-deċiżjonijiet dwar ir-riallokazzjoni tal-fondi diżimpenjati jridu jirrispettaw il-bilanċ intern u d-distribuzzjoni bejn il-linji baġitarji previsti fir-Regolament NDICI; jisħaq li t-tqassim preċiż tal-fondi fil-linji baġitarji huwa deċiż esklużivament mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali, u huwa determinat li jiżgura li l-UE tkompli tipprovdi appoġġ finanzjarju essenzjali u għajnuna għall-iżvilupp lin-Nofsinhar Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jissottolinja li l-appoġġ finanzjarju għall-pajjiżi terzi għandu jingħata permezz ta’ programmi fl-Intestatura 6, li jiżguraw sorveljanza robusta u jiggarantixxu l-prerogattivi tal-Parlament; jisħaq li l-użu tal-Faċilitajiet ma għandhomx jintużaw ħlief jekk ma jkunx hemm għażla oħra fil-qafas tal-għoti ta’ appoġġ finanzjarju; jenfasizza li l-mudell ta’ governanza użat fil-Faċilità għall-Ukrajna, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu estensiv tad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill, huwa speċifiku għall-kuntest li fih se jopera, u għalhekk huwa eċċezzjonali u ma għandux jiġi rreplikat għall-ebda strument futur ta’ dan it-tip;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jilqa’ l-ammont ta’ EUR 2 biljun addizzjonali fl-Intestatura 4 (migrazzjoni u ġestjoni tal-fruntieri), li se jkun kruċjali fl-implimentazzjoni tal-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, u se jgħin biex tittaffa l-pressjoni fuq il-programmi u l-aġenziji deċentralizzati fl-intestatura;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP)</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li l-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa hija maħsuba bħala lieva biex jinħolqu sinerġiji bejn l-istrutturi tal-programmi eżistenti, u b’hekk tgħin biex tiġi żgurata l-awtonomija strateġika miftuħa tal-Unjoni, titnaqqas id-dipendenza fuq pajjiżi mhux tal-UE, u tingħata spinta lill-investiment f’setturi strateġiċi u jitmexxew ’il quddiem it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; itenni li STEP għandha taġixxi bħala pjattaforma ta’ ttestjar għal Fond għas-Sovranità operattiv fil-perjodu tal-QFP li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Ifakkar, f’dak ir-rigward, li STEP kienet mistennija tgħaqqad finanzjament ġdid għal InvestEU u għal Orizzont Ewropa, għall-Fond għall-Innovazzjoni u għall-Fond Ewropew għad-Difiża mal-prijoritizzazzjoni mill-ġdid tal-fondi fl-ambitu tal-programmi eżistenti, b’mod partikolari permezz ta’ żieda fil-prefinanzjament u fil-kofinanzjament fl-ambitu tal-programmi tal-politika ta’ koeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ t-tisħiħ tal-kapaċità ta’ investiment fid-difiża tal-Unjoni permezz tat-tisħiħ ta’ EUR 1,5 biljun tal-Fond Ewropew għad-Difiża; jesprimi dispjaċir, madankollu, għar-riżorsi addizzjonali globalment limitati biex jiġu appoġġjati l-objettivi ta’ STEP u n-nuqqas ta’ finanzjament ġdid għall-programmi l-oħra, b’riperkussjonijiet negattiv fuq l-investimenti ekoloġiċi u diġitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Pagamenti tal-imgħax ta’ Next Generation EU</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill jistabbilixxi strument speċjali mhux limitat lil hinn mill-limiti massimi (l-istrument tal-EURI) biex ikopri mill-anqas parti min-nuqqas fil-kost tas-self tan-Next Generation EU, li se jipprovdi ċertezza lis-swieq finanzjarji; ifakkar li n-nuqqas bħalissa huwa stmat għal EUR 15-il biljun bejn l-2025 u l-2027; jissottolinja li, mingħajr reviżjoni tal-QFP, kwalunkwe nuqqas jista’ jiġi ssodisfat biss billi jitnaqqsu l-programmi u tiġi eżawrita l-flessibbiltà baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jisħaq li l-kostijiet ta’ ripagament tan-Next Generation EU huma soġġetti għall-kundizzjonijiet tas-suq, influwenzati minn fatturi esterni, u b’hekk huma karatteristikament volatili u li r-ripagament tal-kostijiet tas-self huwa impenn legali mhux diskrezzjonali għall-Unjoni; itenni, għalhekk, li huwa ferm kontra li r-ripagament tal-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU jiġi soġġett għal limitu massimu taħt intestatura tal-QFP fin-negozjati tal-QFP tal-2020; ifakkar li huwa sostna ripetutament li l-kostijiet kollha tas-self tan-Next Generation EU għandhom jiġu kkunsidrati lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP, u dan jikkosititwixxi soluzzjoni strutturali komprensiva biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ ripagament tan-Next Generation EU, li żdiedu minħabba ż-żieda fir-rati tal-imgħax u li rrikjedu użu sostanzjali tal-flessibbiltà tal-baġit fl-2023 u fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jissottolinja li l-istrument tal-EURI jikkonsisti minn żewġ kompartimenti u l-ewwel wieħed li għandu jintuża fih ammont ekwivalenti għal fondi diżimpenjati filwaqt li t-tieni jikkonsisti minn garanzija ta’ sostenn magħmula minn kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-Istati Membri; ifakkar il-fehma li ilha teżisti tal-Parlament li l-approprjazzjonijiet diżimpenjati għandhom jibqgħu fil-baġit u għandhom jiġu impenjati mill-awtorità baġitarja fil-proċedura baġitarja annwali; jilqa’, għalhekk, dan il-pass importanti biex jiġi rikonoxxut li l-approprjazzjonijiet impenjati fil-baġit għandhom jibqgħu fil-baġit u jgħinu biex tiġi pprovduta l-flessibbiltà baġitarja tant meħtieġa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jinnota li, qabel ma jsir rikors għall-istrument speċjali, l-awtorità baġitarja hija mistennija teżamina l-possibbiltà li tkopri parti minn kwalunkwe nuqqas fl-intestaturi u permezz tal-Istrumenti ta’ Flessibbiltà u ta’ Marġini Uniku; jenfasizza li dan il-proċess irid ikun oġġettiv u bbażat fuq ħtiġijiet reali u ma jista’ jkun xprunat minn ebda parametru referenzjarju arbitrarju; ifakkar, f’dan il-kuntest, li d-Dikjarazzjoni Konġunta miftiehma mit-tliet istituzzjonijiet bħala parti mill-ftehim tal-QFP tal-2020, fejn in-nefqa biex jiġu koperti l-kostijiet ta’ finanzjament tan-Next Generation EU “għandha l-għan li ma tnaqqasx il-programmi u l-fondi”, għadha tapplika u sservi bħala punt ta’ referenza għall-awtorità baġitarja; għandu l-ħsieb, għalhekk, li jiżgura li l-programmi kollha jkollhom ir-riżorsi xierqa, u li jinżammu l-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ rispons tal-baġit permezz tal-proċedura baġitarja annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li l-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni affidabbli, f’waqtha u preċiża dwar il-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU u dwar il-ħlasijiet mistennija tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza matul il-proċedura baġitarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jenfasizza li, skont it-Trattati, il-Kunsill Ewropew ma għandu l-ebda rwol, la fil-proċedura baġitarja u lanqas fil-proċedura leġiżlattiva; jisħaq li kwalunkwe diskussjoni dwar l-Istrument tal-EURI fil-Kunsill Ewropew ma tridx tfixkel il-kalendarju prammatiku għall-proċedura baġitarja miftiehma f’konformità mal-FII ta’ kull sena u ma trid bl-ebda mod tikkundizzjona l-iżvolġiment tal-proċedura baġitarja; jissottolinja li se jkun partikolarment viġilanti f’dan ir-rigward u jiżgura li l-prerogattivi tal-awtorità baġitarja kif stabbiliti fit-Trattati jiġu rrispettati bis-sħiħ u li l-FII jiġi osservat bis-sħiħ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Flessibbiltà u Strumenti Speċjali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jindika ż-żieda fil-ħtiġijiet mill-bidu tal-QFP għall-għajnuna umanitarja u r-rispons ta’ emerġenza ġewwa u barra l-Unjoni, u għall-appoġġ fir-rigward tad-diżastri naturali, li qed isiru aktar frekwenti u aktar intensi b’mod partikolari minħabba t-tibdil fil-klima; huwa konvint li tali ħtiġijiet x’aktarx li jiżdiedu; jilqa’, għalhekk, il-fatt li r-Riżerva ta’ Solidarjetà u Għajnuna ta’ Emerġenza (SEAR) se tiżdied b’EUR 1,5 biljun għall-bqija tal-perjodu tal-QFP, għalkemm għadu mħasseb li, anke b’din iż-żieda, il-ħtiġijiet x’aktarx li ma jiġux issodisfati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jilqa’ l-fatt, barra minn hekk, li f’konformità mal-pożizzjoni li ilha teżisti tal-Parlament, l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill jaqsam l-istrument f’żewġ partijiet - ir-Riżerva ta’ Solidarjetà Ewropea għal diżastri naturali u emerġenzi tas-saħħa pubblika fl-ambitu tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea, u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza għal rispons rapidu għal emerġenzi fl-Unjoni u barra minnha; iqis li din l-arkitettura riveduta se tiffaċilita l-implimentazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinsab imħasseb, madankollu, li l-perċentwal maqsum bejn iż-żewġ riżervi, b’żewġ terzi allokati lir-Riżerva ta’ Solidarjetà u terz lir-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza, mhuwiex kompletament allinjat mal-bilanċ tal-ħtiġijiet fl-ewwel tliet snin tal-QFP, li kienu eqreb għal proporzjon ta’ 65 %-35 %;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li ammonti potenzjali mhux użati fl-ambitu tar-Riżerva ta’ Solidarjetà u r-Riżerva ta’ Għajnuna f’Emerġenza, li kieku jintilfu, se jerġgħu jsiru disponibbli għall-Istrument ta’ Flessibbiltà fis-sena ta’ wara, u dan jistabbilixxi prinċipju importanti biex tittejjeb il-flessibbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Strument ta’ Flessibbiltà</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jirrikonoxxi li, permezz taż-żieda ta’ EUR 2 biljun tal-Istrument ta’ Flessibbiltà bejn l-2024 u l-2027, u permezz tal-ħolqien tal-istrument speċjali tal-EURI għall-qbiż tal-kost tas-self tan-Next Generation EU, l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill inaqqas xi ftit mill-pressjoni fuq il-baġit; iqis, madankollu, li, minħabba l-loġika tal-proċedura li twassal għall-attivazzjoni tal-istrument speċjali l-ġdid u n-nuqqas fl-infiq amministrattiv minħabba l-inflazzjoni, iż-żieda hija fil-biċċa l-kbira allokata minn qabel; jibqa’ mħasseb li, f’konformità max-xejriet tal-użu fis-snin bikrija tal-QFP, iż-żieda tista’ ma toħloqx spazju baġitarju suffiċjenti biex l-Unjoni tkun tista’ twieġeb għal ċirkostanzi mhux previsti u għal ħtiġijiet emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li, fir-rigward tal-flessibbiltà u tar-rispons għall-kriżijiet, ir-reviżjoni tal-QFP tista’ titqies biss bħala opportunità mitlufa;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Riżorsi Proprji Ġodda</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu għall-pjan direzzjonali legalment vinkolanti fl-FII, li fih il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jintroduċu biżżejjed riżorsi proprji ġodda biex tal-anqas ikopru r-ripagament tal-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU u, lil hinn mill-QFP attwali, il-kapital;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għan-nuqqas ta’ progress fil-Kunsill dwar il-proposti ta’ riżorsi proprji preżentati u jfakkar li ħa l-passi kollha meħtieġa biex jippermetti adozzjoni rapida; jistieden lill-Kunsill japprova l-proposti mingħajr aktar dewmien; jissottolinja li l-progress fir-rigward ta’ riżorsi proprji ġodda ġenwini lil hinn mill-proposti eżistenti għadu vitali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Pagamenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jissottolinja li l-kredibbiltà tal-Unjoni tiddependi mill-iżgurar li jkun hemm approprjazzjonijiet ta’ pagament adegwati biex jiġi żgurat li l-benefiċjarji jirċievu l-flus li jkunu dovuti lilhom fi żmien xieraq; ifakkar li huwa mistenni li jkun hemm żieda qawwija fil-ħtiġijiet ta’ pagament fl-aħħar snin tal-perjodu tal-QFP, anki minħabba l-aġġustament fl-ambitu u r-regoli għall-użu tal-fondi ta’ koeżjoni li jirriżultaw mir-regolament STEP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jesprimi dispjaċir, għalhekk, għall-fatt li l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill ma jadottax il-proposta tal-Parlament dwar it-tneħħija tal-limitu massimu annwali f’approprjazzjonijiet ta’ pagament għar-rikors għall-Istrument ta’ Marġini Uniku, li kien jelimina kwalunkwe riskju ta’ kriżi ta’ pagamenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinnota li l-abbozz tar-regolament tal-Kunsill jipprovdi xi flessibbiltà fil-limiti massimi tal-pagamenti billi jippermetti ammont ekwivalenti għall-porzjon mhux użat tal-aġġustament annwali massimu għal-limitu massimu tal-pagamenti tal-2025 li għandu jiġi riportat għall-2026, għalkemm dan ma jeliminax kompletament ir-riskju ta’ arretrat; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet ta’ pagament u tipproponi kwalunkwe azzjoni ta’ rimedju meħtieġa lill-awtorità baġitarja fi żmien xieraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Impatt fuq il-baġit tal-UE </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jissottolinja li, għall-kuntrarju tal-baġits nazzjonali fejn l-inflazzjoni taffettwa l-valur nominali kemm tad-dħul kif ukoll tal-infiq, il-limiti massimi tal-infiq tal-QFP jiżdiedu kull sena bi 2 %, filwaqt li l-limitu massimu tar-riżorsi proprji huwa aġġustat skont l-inflazzjoni; ifakkar li l-inflazzjoni naqqset il-valur f’termini reali tal-QFP b’EUR 74 biljun skont il-Kummissjoni, filwaqt li d-dħul mitlub mill-Istati Membri għan-nefqa tal-QFP naqas bħala perċentwal tal-introjtu nazzjonali gross (ING), u r-ribassi għall-ħames Stati Membri benefiċjarji, li huma marbuta mal-inflazzjoni, żdiedu b’rata ogħla mil-limiti massimi tal-QFP;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jibqa’ mħasseb li, anke wara r-reviżjoni, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn totali jammontaw biss għal 1,02 % tal-ING u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament totali jammontaw biss għal 1,01 % tal-ING; ifakkar li, oriġinarjament, l-approprjazzjonijiet ta’ pagament fil-QFP attwali kienu ppjanati li jkunu stabbiliti għal 1,10 % tal-ING; jirrikonoxxi, fl-istess ħin, l-isfidi baġitarji li qed jiffaċċjaw ħafna Stati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jiddeplora t-tnaqqis fil-programmi ewlenin fir-reviżjoni tal-QFP, speċjalment f’dawk imsaħħa speċifikament bħala parti mill-ftehim tal-QFP tal-2020, u huwa mħasseb b’mod partikolari dwar is-sinjal politiku li dan it-tnaqqis jagħti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għat-tnaqqis ta’ EUR 2,1 biljun fil-pakkett finanzjarju għal Orizzont Ewropa, li jmur kontra l-objettiv iddikjarat mill-Kunsill stess li jinvesti 3 % tal-Prodott Domestiku Gross fir-riċerka u l-iżvilupp; jinsisti li investiment akbar fir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropea (R&I) huwa llum prerekwiżit għall-Ewropa biex tiżgura l-kompetittività ekonomika tagħha ta’ għada; jinnota li ż-żieda fl-investiment fir-R&I hija meħtieġa biex l-Ewropa żżomm jew tiżviluppa t-tmexxija teknoloġika tagħha fis-setturi l-aktar milquta mit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali; jirrimarka li t-tnaqqis fl-attivitajiet Ewropej tar-R&I huwa kuntrarju għall-wegħdiet magħmula mill-mexxejja tal-UE biex tingħata spinta lill-kompetittività tal-UE u tissaħħaħ l-awtonomija strateġika miftuħa tagħha; jirrimarka, madankollu, li l-Parlament għen biex jittaffa l-impatt tat-tnaqqis f’Orizzont Ewropa billi għamel disponibbli EUR 100 miljun ta’ diżimpenji fis-settur ta’ riċerka skont l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju għall-benefiċċju tal-programm, minbarra l-ammont ta’ EUR 500 miljun diġà miftiehem fl-2020; ifakkar li l-Parlament kien ilhu jitlob l-użu mill-ġdid tad-diżimpenji fis-settur ta’ riċerka;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-politiki tas-saħħa u l-impenn politiku ċar fil-ftehim tal-QFP tal-2020 biex tingħata prijorità lill-finanzjament tas-saħħa; jinsab, għalhekk, ferm iddiżappuntat bit-tnaqqis ta’ EUR 1 biljun għall-programm l-UE għas-Saħħa; jikkunsidra li tali deċiżjoni x’aktarx timmina t-tħejjija għal kwalunkwe pandemija ulterjuri u tillimita l-kapaċità tal-Unjoni li tappoġġja s-sistemi tas-saħħa pubblika; jirrimarka, madankollu, li, fuq talba tal-Parlament, il-profil tal-infiq tal-programm ġie adattat sabiex jittaffa l-impatt tat-tnaqqis fuq l-implimentazzjoni prattika billi l-effett tat-tnaqqis jinfirex b’mod aktar uniformi fuq is-snin li jifdal;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li l-pakketti nazzjonali allokati minn qabel ma għandhomx jiġu aġġustati fir-reviżjoni tal-QFP; jilqa’, għalhekk, id-deċiżjoni li l-pakketti nazzjonali allokati minn qabel ma jintmessux u li ma jiġux ikkunsidrati fil-mekkaniżmu biex jiġi kopert in-nuqqas fil-kostijiet tas-self tan-Next Generation EU; jiddeplora, madankollu, it-tnaqqis fl-azzjonijiet ta’ ġestjoni diretta fl-ambitu tal-politika ta’ koeżjoni (-EUR 0,4 biljun) u l-Politika Agrikola Komuni (-EUR 0,7 biljun), u b’hekk jitnaqqas il-potenzjal u l-impatt sħiħ ta’ dawk l-azzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrikonoxxi li kemm il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) kif ukoll ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit (BAR) ma kinux meħtieġa sa fejn kien previst u li hemm lok li jiġu aġġustati l-pakketti tagħhom; jikkunsidra li l-ammonti minn dawn l-istrumenti speċjali kellhom jerġgħu jintużaw għal skopijiet oħra fil-baġit, pereżempju biex jissaħħaħ l-Istrument ta’ Flessibbiltà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Implimentazzjoni tal-Pakkett tal-QFP</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni dettaljata lill-awtorità baġitarja dwar kif beħsiebha timmaniġġja l-bidliet kollha fil-programmi u l-istrumenti speċjali sabiex, kemm jista’ jkun, it-twettiq tal-objettivi fundamentali tagħhom ikun jista’ jintlaħaq, u tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar l-impatt tar-reviżjoni fuq il-baġit tal-UE kollu kemm hu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Huwa lest li jippromulga kwalunkwe bidla leġiżlattiva u baġitarja meħtieġa mingħajr dewmien żejjed fid-dawl tal-urġenza tal-kwistjoni; ifakkar, f’dak ir-rigward, fid-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar l-integrazzjoni tal-eżitu tar-reviżjoni tal-QFP fil-baġit għall-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jinsisti li l-Parlament se jiżgura li l-prerogattivi tiegħu fil-proċedura baġitarja annwali jiġu rrispettati bis-sħiħ fl-implimentazzjoni ta’ dan il-pakkett;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>