<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0094</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-Bank Ċentrali Ewropew - rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0412/2023 - Rapporteur: Johan Van Overtveldt)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Frar 2024 dwar il-Bank Ċentrali Ewropew – rapport annwali 2023 (2023/2064(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għall-2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-feedback tal-BĊE tal-25 ta’ Mejju 2023 dwar il-kontribut provdut mill-Parlament bħala parti mir-riżoluzzjoni tiegħu dwar ir-Rapport Annwali 2021 tal-BĊE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u tal-BĊE, b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 21 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 123, 127(1) u (2), 130 u 284(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 3 u 119 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-projezzjonijiet makroekonomiċi tal-persunal tal-Eurosistema tal-15 ta’ Ġunju 2023 għaż-żona tal-euro u d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-djalogi monetarji bejn il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu u l-President tal-BĊE Christine Lagarde tal-20 ta’ Marzu 2023 u l-5 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ġunju 2023 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-euro diġitali (COM(2023)0369),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-arranġamenti fil-forma ta’ skambju ta’ ittri bejn il-Parlament Ewropew u l-BĊE dwar l-istrutturar tal-prattiki għall-interazzjoni fil-qasam tal-attivitajiet tal-banek ċentrali<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0214.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar il-konsegwenzi soċjali u ekonomiċi tal-gwerra Russa fl-Ukrajna għall-UE – it-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE li taġixxi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 75.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Pariġi adottat fl-ambitu tal-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 142(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A9-0412/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi, skont il-projezzjonijiet makroekonomiċi ta’ Ġunju 2023 mill-persunal tal-Eurosistema, it-tkabbir tal-ekonomija taż-żona tal-euro huwa mistenni li jonqos minn 3,5 % fl-2022 għal 0,9 % fl-2023, qabel ma jerġa’ jiżdied għal 1,5 % fl-2024; billi, skont stima immedjata tal-Eurostat, iż-żona tal-euro kibret b’0,6 % biss fl-2023; billi dan il-perċentwal jirrappreżenta l-agħar prestazzjoni sa mir-reċessjoni tal-2020;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi, skont il-projezzjonijiet makroekonomiċi ta’ Settembru 2023 mill-persunal tal-Eurosistema ta’ Settembru 2023 għaż-żona tal-euro, l-inflazzjoni globali hija mistennija li tilħaq medja ta’ 5,6 % 2023, 3,2 % fl-2024 u 2,1 % fl-2025, minkejja t-tnaqqis fil-prezzijiet tal-enerġija u t-tnaqqis tal-konġestjonijiet fil-provvista; billi l-inflazzjoni sottostanti kienet aktar persistenti, u telgħet għal 5,5 % f’Ġunju 2023 u mbagħad naqset għal 4,2 % f’Settembru 2023; billi huwa previst li l-inflazzjoni sottostanti se taqbeż l-inflazzjoni globali fi żmien qrib u li tibqa’ ogħla minnha sal-bidu tal-2024, prinċipalment minħabba ż-żieda qawwija fil-pagi;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi, tl-għaxar żidiet konsekuttivi fir-rati tal-imgħax referenzjarji qed ikollhom konsegwenzi partikolarment dannużi għas-solvenza tal-unitajiet domestiċi u tal-mikrointrapriżi u tal-SMEs f’pajjiżi fejn jippredominaw mudelli ta’ rati tal-imgħax varjabbli;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi, skont it-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni għall-2023, huwa previst li d-defiċits tal-gvern sei jonqsu għal 3,1 % tal-Prodott Domestiku Gross  fl-2023 u 2,4 % fl-2024; billi d-dejn tal-gvern mal-PDG naqas fiż-żona tal-euro minn 95,0 % għal 91,2 % u fl-UE-27 minn 87,4 % għal 83,7 % fl-2022 u l-2023 rispettivament; billi dan għadu ogħla mill-valuri ta’ referenza tat-Trattat; billi d-dejn u d-defiċits tal-gvern ivarjaw ħafna fost l-Istati Membri;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-BĊE huwa politikament indipendenti, li jfisser li la l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u lanqas il-gvernijiet tal-Istati Membri m’għandhom jipprovaw jinfluwenzawh; din l-indipendenza tirrikjedi li l-BĊE joqgħod lura milli jieħu deċiżjonijiet politiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kummissjoni Ewropea ddikjarat li “il-ħtiġijiet addizzjonali ta’ investiment privat u pubbliku b’rabta mat-tranżizzjonijiet doppji u l-objettivi ta’ politika tagħhom huma stmati għal kważi EUR 650 biljun fis-sena sal-2030”<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissjoni Ewropea (2021). L-ekonomija tal-UE wara l-COVID-19: implikazzjonijiet għall-governanza ekonomika.</FIELD></FOOTNOTE>;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-objettiv primarju tal-BĊE huwa li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet, li huwa ddefinixxa bħala inflazzjoni simetrika ta’ 2 % fuq terminu medju;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi, mingħajr preġudizzju għall-għan primarju ta’ stabbiltà fil-prezzijiet, il-BĊE għandu wkoll jappoġġja l-linji ta’ politika ekonomika ġenerali fl-UE bil-għan li jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-objettivi tal-UE kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-Artikolu 123 tat-TFUE u l-Artikolu 21 tal-Istatut tas-SEBĊ u tal-BĊE jipprojbixxu l-finanzjament monetarju tal-gvernijiet;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-BĊE huwa responsabbli quddiem il-Parlament bħala l-istituzzjoni li tirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ħarsa ġenerali</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 127 tat-TFUE jiddikjara li “L-għan primarju tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali, minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘SEBĊ’ għandu jkun li żżomm l-istabbiltà fil-prezzijiet Mingħajr preġudizzju għall-għan ta’ stabbiltà fil-prezzijiet, is-SEBĊ għandha tappoġġja l-linji ta’ politika ekonomika ġenerali fl-Unjoni bl-għan li tikkontribwixxi għall-ksib tal-oġġettivi tal-Unjoni kif stipulati fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Is-SEBĊ għandha tagixxi skont il-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħ b’kompetizzjoni libera, li jiffavorixxi l-allokazzjoni effiċjenti ta’ riżorsi, u konformement mal-prinċipji stipulati fl-Artikolu 119.”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-indipendenza statutorja tal-BĊE kif minquxa fl-Artikolu 130 tat-TFUE, u jenfasizza, barra minn hekk, li din l-indipendenza għandha dejjem tiġi kkomplementata minn livell korrispondenti ta’ responsabbiltà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinsab imħasseb li, jekk il-BĊE jonqos milli jġib l-inflazzjoni għal-livell fil-mira fil-ħin, filwaqt li jżid l-ispejjeż ta’ finanzjament fiż-żona tal-euro, b’mod partikolari għaċ-ċittadini u l-kumpaniji, il-BĊE jirriskja li jitlef il-kredibbiltà tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar ir-rati persistenti ta’ inflazzjoni għolja, speċjalment ir-rati tal-inflazzjoni sottostanti, u l-impatt detrimentali tagħhom fuq il-kompetittività, l-investimenti, il-ħolqien tal-impjiegi u l-kapaċità tal-akkwist tal-konsumaturi, li jaffettwaw dawk li għandhom introjtu fiss jew limitat b’mod partikolari; jistieden lill-BĊE jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqas ir-rata tal-inflazzjoni f’konformità mal-mandat tiegħu; ifakkar li sitwazzjoni bħal din tikkawża inċertezza ekonomika u żżid l-għoli tal-ħajja għaċ-ċittadini; jenfasizza li dan jista’ jsarraf ta’ żieda f’aspettattivi fl-inflazzjoni, li jkomplu jipperpetwaw ċiklu ta’ żieda fil-prezzijiet u jimminaw l-istabbiltà ekonomika; jinnota li l-miri kwantitattivi tal-inflazzjoni għandhom jintlaħqu fuq perjodu ta’ żmien medju; jistieden lill-BĊE jipprovdi iktar informazzjoni dwar il-monitoraġġ u tal-iffissar tar-rata tal-imgħax newtrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jieħu nota tal-livelli differenti ta’ dejn, defiċits tal-gvern u livelli ta’ investiment pubbliku fl-Istati Membri u r-riskji u l-problemi potenzjali li dan iġib miegħu għall-istabilità ekonomika, il-fiduċja tal-investituri, it-tkabbir ekonomiku u l-prosperità fit-tul; jiddispjaċih li ma ttieħdux passi suffiċjenti għar-riforma tal-kompetittività u l-investiment pubbliku meta r-rati tal-imgħax kienu baxxi; jenfasizza t-tħassib partikolari tiegħu dwar iż-żieda fl-ispejjeż tal-finanzjament tad-dejn, speċjalment fil-każ tad-dejn sovran, minħabba ż-żieda fir-rati tal-imgħax; ifakkar li huwa kruċjali li l-livelli ta’ dejn u d-defiċits tal-gvern jiġu indirizzati b’mod reponsabbli biex jiġu evitati r-riskji marbuta mal-inflazzjoni attwali ħalli jinżammu ekonomija stabbli u tkabbir sostenibbli; iħeġġeġ eżitu rapidu tal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tar-regoli ta’ governanza ekonomika tal-UE; jilqa’ l-opinjoni tal-BĊE f’dan ir-rigward; jirrimarka li politiki fiskali espansjonarji jistgħu jikkontrobattu l-politika tal-BĊE dwar l-issikkar monetarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jiddenunzja l-invażjoni mhux provokata u l-aggressjoni kontinwa tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-impatti negattivi kontinwi mil-lat tal-provvista li dan jinvolvi; jinsab imħasseb dwar ir-riperkussjonijiet dejjiema, imprevedibbli u severi ta’ dan għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropej, b’mod partikolari għall-gruppi l-aktar esposti u vulnerabbli, bħall-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx u l-SMEs; jilqa’ f’dan ir-rigward l-inklużjoni tar-REPowerEU fil-pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza bil-għan li titnaqqas id-dipendenza fuq l-enerġija mir-Russja, tiġi appoġġjata l-awtonomija strateġika u tinstab soluzzjoni għall-impatti mil-lat tal-provvista;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jenfasizza li t-theddid għall-kompetittività Ewropea u r-rwol internazzjonali tal-euro ma jirriżultax biss minn livelli għoljin ta’ inflazzjoni, il-gwerra li għaddejja fl-Ukrajna u l-livelli għoljin u diverġenti ta’ dejn tal-gvern fl-Istati Membri , iżda wkoll l-arkitettura istituzzjonali taż-żona tal-euro, l-ispejjeż dejjem aktar onerużi tar-regolamentazzjoni, il-frammentazzjoni li tiżdied fil-kummerċ globali, u tellieqa imminenti għas-sussidji abbażi ta’ politiki protezzjonisti bejn l-istati; jistieden lill-BĊE jinvestiga t-tisħiħ tar-rwol internazzjonali tal-euro bl-għan li jżid l-attraenza tiegħu bħala munita ta’ riżerva;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Itenni t-twissija tal-President Lagarde li l-appoġġ fiskali għandu jkun temporanju, immirat u speċifiku u m’għandux imur kontra l-kompitu tal-politika monetarja; jistieden lill-Istati Membri jallinjaw il-politiki fiskali rispettivi tagħhom mal-objettiv ġenerali tal-politika monetarja tal-BĊE; ifakkar li l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tirrikjedi politiki fiskali sodi fl-Istati Membri sabiex tkun tista’ tirrispondi għax-xokkijiet esterni; jitlob li l-isforzi fiskali jiffukaw fuq investimenti u riformi produttivi; jirrimarka li l-gvernijiet, kif ukoll il-Kummissjoni, jistgħu jkunu ta’ appoġġ għaċ-ċittadini u għall-industriji mhux biss permezz ta’ miżuri fiskali, iżda wkoll billi jiffokaw fuq riformi soċjalment ekwilibrati u li jsaħħu t-tkabbir kif ukoll l-investiment pubbliku u privat  fl-infrastruttura; jinnota, madankollu, li l-arkitettura taż-żona tal-euro attwalment hija bbażata fuq il-premessa ta’ dominanza monetarja; jinnota li l-livelli għoljin ta’ inflazzjoni jirrikjedu impenn qawwi mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jiġu indirizzati l-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-kriżi inflazzjonarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jinnota li l-politiki monetarji tal-BĊE mmirati lejn it-twettiq tal-mandat primarju tiegħu huma soġġetti għal valutazzjoni tal-proporzjonalità; jinnota li l-valutazzjoni tal-proporzjonalità tqis l-impatt tal-miżuri tal-politika monetarja fuq l-ekonomija usa’ u l-politiki ekonomiċi; jisħaq li, meta jiffaċċja għażla bejn settijiet differenti ta’ politiki li jwasslu b’mod ugwali għall-istabbiltà tal-prezzijiet, il-BĊE jeħtieġlu jagħżel dawk li jappoġġaw bl-aħjar mod il-politiki ekonomiċi ġenerali fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ fit-tul tal-BĊE għal kompletar maħsub sew tal-unjoni ekonomika u monetarja, l-unjoni bankarja u l-unjoni tas-swieq kapitali; ifakkar li dan jikkontribwixxi għal firxa akbar ta’ riskji fi ħdan l-unjoni monetarja u għall-istabbiltà finanzjarja msaħħa tagħha, kif ukoll għall-irkupru ekonomiku u soċjali tal-UE, għat-tnaqqis tad-dipendenza fuq self bankarju, u għall-kompetizzjoni mas-swieq Asjatiċi u Amerikani; ifakkar li hija meħtieġa rieda politika ċara biex isir progress fit-tlestija tal-unjoni bankarja u tal-unjoni tas-swieq kapitali; jinnota l-appoġġ tal-BĊE għall-istabbiliment ta’ skema Ewropea kompleta ta’ assigurazzjoni tad-depożiti; jirrikonoxxi li l-kondiviżjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju huma interkonnessi u li l-iskemi ta’ protezzjoni istituzzjonali għandhom rwol ewlieni fil-protezzjoni u l-istabbilizzar tal-istituzzjonijiet membri; jistieden lill-BĊE jimmonitorja s-sitwazzjoni rigward is-self li ma jrendix;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jissottolinja r-rwol ċentrali tal-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fl-ekonomija, fil-konverġenza ekonomika u soċjali u fl-impjiegi tal-UE; jinsab speċjalment imħasseb dwar l-effett li l-pandemija tal-COVID-19 u l-gwerra ta’ aggressjoni Russa fl-Ukrajna qed ikollhom fuq l-SMEs; itenni li jeħtieġ li jiġu eliminati l-ostakoli burokratiċi li jxekklu l-investimenti transfruntiera fl-EU, li jittaffa l-piż fiskali fuq l-SMEs meta mqabbla mal-korporazzjonijiet kbar, li jiġu ssimplifikati l-oqfsa legali biex jiġi attirat il-kapital, li jitħeġġeġ id-dħul tal-SMEs fis-swieq finanzjarji u jiġi promoss il-litteriżmu finanzjarju bejn iċ-ċittadini biex jitkattar l-għarfien dwar il-benefiċċji tal-investimenti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Politika monetarja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinnota li l-inflazzjoni globali (headline) niżlet minn 8,4 % fl-2022 għal 5,2 % fl-2023, prinċipalment immexxija minn prezzijiet tal-enerġija aktar baxxi u t-tnaqqis tal-konġestjonijiet fil-provvista; josserva, madankollu, li l-inflazzjoni għadha ogħla mil-livell fil-mira ta’ 2 %; jirrikonoxxi l-previżjoni tal-BĊE ta’ 2,1 % fl-2025; jinsab imħasseb dwar l-effetti sekondarji, dwar l-aspettattivi dwar l-inflazzjoni tan-negozji u l-unitajiet domestiċi li jibqgħux ankrati, u l-possibbiltà ta’ żvilupp tal-pagi u l-prezzijiet flimkien meta l-aspettattivi tal-inflazzjoni u għalhekk il-pagi qed jiżdiedu b’mod ġenerali, u l-ħtieġa li jitqiesu l-implikazzjonijiet tagħha għat-tkabbir u l-impjiegi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jinnota li livelli għoljin ta’ inflazzjoni jaffettwaw b’mod sproporzjonat lill-unitajiet domestiċi b’introjtu aktar baxx, li jonfqu proporzjon ogħla tal-baġit tagħhom fuq il-ħtiġijiet; jisħaq fuq il-fatt li t-tnaqqis tal-inflazzjoni lura għal-livell fil-mira tagħha huwa għalhekk importanti wkoll biex tinżamm il-koeżjoni soċjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jesprimi l-inkwetudini tiegħu għar-rata persistentement għolja ta’ inflazzjoni sottostanti, minkejja li issa ilha fit-triq tan-niżla għal diversi xhur; josserva li l-inflazzjoni inizjalment bdiet tiżdied minħabba ostakli fil-provvista; jifhem li ż-żieda fil-pagi hija mistennija li tibqa’ titla’, immexxija minn kumpens għall-inflazzjoni u mis-suq tax-xogħol ristrett;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jirrimarka li l-inflazzjoni diġà bdiet togħla aktar mil-livelli fil-mira f’Lulju 2021, minħabba ostakli fil-provvista, u b’hekk saħansitra qabel l-aggressjoni sħiħa mhux provokata u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna, li aggravat il-pressjoni inflazzjonarja; jinnota, madankollu, li l-BĊE beda jindirizza l-inflazzjoni biss f’Ġunju 2022, minkejja li l-kriżi tal-COVID-19 uriet li huwa kapaċi jaġixxi fil-ħin; jinnota li banek ċentrali oħra aġixxew aktar malajr; jinnota li l-BĊE għandu jaġixxi malajr biex jissodisfa l-mandat tiegħu li jieħu d-deċiżjonijiet kollha tiegħu abbażi tal-indikaturi ekonomiċi u finanzjarji; isostni li rispons aktar rapidu seta’ kellu impatt aktar bikri fuq id-dinamika tal-prezzijiet, filwaqt li jevita żieda ta’ 10,6 % bħal f’Ottubru 2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jkompli bl-analiżi tal-proroga tal-provvista/domanda tal-inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ id-dikjarazzjoni tal-President Lagarde dwar il-ġlieda kontra l-inflazzjoni sakemm ikun meħtieġ, filwaqt li jenfasizza li n-normalizzazzjoni tal-politika monetarja tista’ tinkiseb permezz ta’ taħlita ta’ politiki fiskali, monetarji u strutturali; ifaħħar it-talba tal-President Lagarde għall-umilità u għall-aġġornament regolari għall-mudelli tal-BĊE; jistieden lill-BĊE, madankollu, jirrevedi u jtejjeb b’mod fundamentali l-mudelli tiegħu u r-rwol tagħhom fit-tfassil tal-politika tiegħu fid-dawl tal-prestazzjoni inferjuri tal-mudelli f’dawn l-aħħar snin, sabiex jaġġustahom għal xejriet ekonomiċi ġodda u xejriet fis-swieq finanzjarji tal-UE u globali, filwaqt li jqis it-tagħlimiet meħuda mill-kriżijiet li għaddejjin u dawk preċedenti u l-isfidi għat-tfassil tal-politika monetarja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Ifakkar li l-istabbiltà tal-prezzijiet għadha ’l bogħod milli tintlaħaq; jinnota l-livell simetriku fil-mira tal-inflazzjoni ta’ 2 % fuq terminu medju; josserva li l-inflazzjoni, fl-aħħar 10 snin, jew kienet ferm taħt jew akbar minn dan il-livell fil-mira; jieħu nota wkoll li l-inflazzjoni qabdet xejra ’l isfel, li toqrob l-objettiv fuq terminu medju tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jitlob lill-BĊE biex jiddefinixxi aħjar it-tifsira ta’ “terminu medju” u jeżamina l-possibbiltà ta’ approċċ aktar kwalitattiv għall-istabbiltà tal-prezzijiet, filwaqt li jżomm biżżejjed marġni biex jieħu l-benefiċċji li ġġib magħha l-istabbiltà tal-prezzijiet filwaqt li jitħalla biżżejjed marġni biex jitnaqqas ir-riskju ta’ deflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jappoġġja d-deċiżjoni tal-BĊE li jnaqqas il-programmi tiegħu ta’ xiri ta’ assi, fid-dawl tal-likwidità eċċessiva fis-suq; jinnota, madankollu, li l-BĊE għadu beħsiebu jinvesti mill-ġdid il-pagamenti prinċipali minn titoli li jimmaturaw mixtrija fl-ambitu tal-Programm ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija (PEPP) sa mill-inqas tmiem l-2024; jinnota t-tħabbira tal-BĊE dwar id-dekarbonizzazzjoni tal-parteċipazzjonijiet tal-bonds korporattivi tiegħu, għalkemm ix-xaqliba titlef l-effikaċja meta ma jsir l-ebda investiment mill-ġdid; jenfasizza l-importanza tal-kwalità tal-kollateral;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jinnota li l-kunċett tan-newtralità tas-suq huwa relatat mal-prinċipju ta’ “ekonomija ta’ suq miftuħ b’kompetizzjoni libera”; jistieden lill-BĊE, filwaqt li jirrispetta l-indipendenza tiegħu, jindirizza l-fallimenti tas-suq u jiżgura l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi fuq perjodu ta’ żmien twil, filwaqt li jibqa’ kemm jista’ jkun apolitiku, u jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità f’diversi okkażjonijiet; jenfasizza li tali deċiżjonijiet ma jridux isiru għad-detriment tal-kisba tal-objettiv primarju tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta’ investimenti pubbliċi u privati wara għexieren ta’ snin ta’ nuqqas ta’ investiment sabiex titnaqqas id-dinamika tal-inflazzjoni mil-lat tal-provvista u jittejjeb il-potenzjal tat-tkabbir sostenibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jisħaq li trażmissjoni uniformi tal-politika monetarja hija vitali għall-kisba tal-mandat tal-BĊE li jżomm stabbli l-prezzijiet; jissottolinja li d-diverġenza eċċessiva fir-rendimenti sovrani tagħmel il-kundizzjonijiet tal-kreditu inkonsistenti mat-trażmissjoni uniformi tal-politika monetarja u tagħmel it-tnaqqis tad-dejn pubbliku estremament diffiċli; jinnota, f’dan il-kuntest, it-tnedija tal-Istrument għall-Protezzjoni tat-Trażmissjoni biex jappoġġja t-trażmissjoni effettiva tal-politika monetarja fiż-żona tal-euro kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Mandat sekondarju</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Ifakkar li l-Artikolu 127 tat-TFUE jirrikjedi li l-BĊE jappoġġja l-linji ta’ politika ekonomika ġenerali, kif stabbilit fl-Artikolu 3 tat-TUE, li jidħol fil-mandat tiegħu, sakemm ma jippreġudikax l-objettiv tal-istabbiltà tal-prezzijiet; jindika li hemm ġerarkija ċara bejn l-objettivi tal-BĊE; ifakkar li t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali huma fost il-prijoritajiet komuni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar rapporti reċenti tal-midja ta’ preġudizzji politiċi fi ħdan il-BĊE rigward l-hekk imsejħa politiċi ekoloġiċi; ifakkar li enfasi soda fuq il-mandat tal-BĊE għall-istabbiltà tal-prezzijiet hija ta’ importanza kbira għall-integrità u l-appoġġ pubbliku tal-istituzzjoni; jinnota l-importanza tal-pluraliżmu għall-kultura istituzzjonali tal-BĊE; jistieden lill-BĊE jinvestiga u jindirizza malajr kwalunkwe suspett ta’ preġudizzji ideoloġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar lill-BĊE jiddedika kapitlu speċifiku fir-rapport annwali tiegħu biex jispjega kif interpreta l-objettivi sekondarji tiegħu u kif aġixxa fuqhom u l-impatt potenzjali tiegħu fuq il-mandat primarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-BĊE, bħala istituzzjoni tal-UE li qed taġixxi fil-limiti tal-mandat tagħha, huwa marbut bl-impenji tal-UE fl-ambitu tal-Ftehim ta’ Pariġi; iħeġġeġ lill-BĊE jkompli jivvaluta sa liema punt it-tibdil fil-klima potenzjalment jaffettwa l-kapaċità tiegħu li jżomm l-istabbiltà tal-prezzijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ t-tħabbira tal-BĊE ta’ aktar titjib fl-għodod u l-kapaċitajiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-Eurosistema sabiex jiġu inklużi aħjar ir-riskji relatati mal-klima u mal-ambjent, b’mod partikolari peress li t-tibdil fil-klima u l-fenomeni estremi tat-temp jistgħu jwasslu għal volatilità akbar tal-prezzijiet, speċjalment fis-settur agroalimentari; jistieden lill-BĊE jkompli l-ħidma tiegħu fuq it-testijiet tal-istress tar-riskju klimatiku żviluppati biex tiġi vvalutata r-reżiljenza tal-banek u l-korporazzjonijiet fid-dawl tar-riskju tat-tranżizzjoni klimatika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jieħu nota tal-pjan ta’ azzjoni tal-BĊE u l-pjan direzzjonali dettaljat tiegħu ta’ azzjonijiet relatati mat-tibdil fil-klima biex il-kunsiderazzjonijiet dwar it-tibdil fil-klima jkomplu jiġu inkorporati aktar fil-qafas u l-mudelli ta’ politika tiegħu; jinnota li l-pjan direzzjonali dwar il-klima ma jinkludix operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ekoloġiċi mmirati aktar fit-tul jew strumenti simili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għall-konverġenza soċjoekonomika; jirrimarka li dawn l-objettivi jintlaħqu l-aħjar meta l-ekonomija soċjali tas-suq topera f’ambjent makroekonomiku stabbli bbażat fuq livelli ta’ prezzijiet prevedibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Aspetti Oħra</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jiġbed l-attenzjoni għad-diverġenza kostanti tal-bilanċi tat-TARGET2 fi ħdan is-SEBĊ; jibża’ li dan jista’ jwassal għal kunflitt fil-futur; jinnota li l-interpretazzjoni ta’ dawn id-diverġenzi hija kkontestata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jilqa’ l-attenzjoni li l-BĊE jagħti lir-riskji ta’ attakki ċibernetiċi; iħeġġeġ lill-BĊE biex ikompli b’din is-sensibilizzazzjoni, speċjalment fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku attwali; jistieden lill-BĊE ma jillaxkax il-monitoraġġ tiegħu tal-iżvilupp ta’ tipi ġodda ta’ assi diġitali, bħall-kriptoassi, jiġifieri l-kriptovaluti u r-riskji relatati f’termini ta’ ċibersigurtà, ħasil tal-flus, frodi tat-taxxa, finanzjament tat-terroriżmu u attivitajiet kriminali oħra relatati mal-anonimità pprovduta mill-kriptoassi u jistieden, f’dan ir-rigward, lill-BĊE jżomm l-impenn tiegħu għar-reżiljenza tal-infrastruttura diġitali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jieħu nota tal-progress tal-BĊE dwar il-proġett tal-euro diġitali u jilqa’ d-djalogu tiegħu mal-Parlament f’dan ir-rigward; itenni li, bil-ħsieb li l-UE tkun fuq quddiem nett fit-trasformazzjonijiet diġitali fis-settur tal-pagamenti, euro diġitali jrid jirrispetta l-kompetizzjoni fix-xenarju tal-pagamenti bankarji u diġitali; jissottolinja li euro diġitali ma jridx jissostitwixxi l-flus kontanti bħala mezz ta’ pagament, irid jirrispetta l-privatezza taċ-ċittadini u tan-negozji u ma jridx jipperikola l-istabbiltà finanzjarja; iqis li l-euro diġitali se jkollu suċċess biss jekk joffri valur miżjud tanġibbli li jiġi kkomunikat b’mod ċar liċ-ċittadini Ewropej; ifakkar li l-introduzzjoni tal-euro diġitali tiddependi fuq deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bħala koleġiżlaturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jikkondividi t-tħassib tal-BĊE dwar iż-żieda tas-settur bankarju parallel u r-riskji li jista’ joħloq għall-istabbiltà finanzjarja; jenfasizza l-ħtieġa ta’ regolamentazzjoni adegwata tal-intermedjarji finanzjarji mhux bankarji, li jippermettu lis-settur jikkompeti fuq l-istess livell mas-settur bankarju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jilqa’ l-qafas Basel III, peress li se jsaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur bankarju; iwissi dwar ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità; itenni t-tħassib tal-BĊE f’dan ir-rigward; jenfasizza li s-superviżjoni bankarja għandha tkun ibbażata fuq ir-riskju; jissottolinja l-importanza ta’ kundizzjonijiet ekwi internazzjonali u l-kompetittività tal-banek Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jinnota li l-BĊE jadatta s-sistemi tiegħu għall-avvanzi teknoloġiċi bħall-integrazzjoni tal-intelliġenza artifiċjali fil-mudelli għall-ipproċessar u għall-analiżi tad-data tiegħu ħalli jgħinu jtejbu l-analiżi u t-teħid tad-deċiżjonijiet fil-qasam monetarju; jinnota li dawn l-iżviluppi kollha għandhom isiru dejjem fil-parametri ta’ sigurtà biex jiġu evitati riskji operattivi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Akkontabbiltà</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ għall-formalizzazzjoni, bil-miktub, tal-prattiki attwali ta’ akkontabbiltà bejn il-BĊE u l-Parlament; jirrikonoxxi l-approċċ miftuħ u disponibbli tal-BĊE fil-konfront tal-Parlament; jistieden lill-BĊE u lill-Parlament jagħmlu użu sħiħ mill-arranġamenti ta’ akkontabbiltà u trasparenza u, fejn possibbli, ikomplu jsaħħu dawn l-arranġamenti, mingħajr preġudizzju għall-indipendenza tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jissuġġerixxi li l-BĊE joħloq uffiċċju ta’ evalwazzjoni intern għall-valutazzjoni <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> tad-deċiżjonijiet ta’ politika tiegħu, mingħajr ma jinċidi fuq l-indipendenza tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jilqa’ r-rispons sostanzjali u dettaljat tal-BĊE dwar ir-riżoluzzjoni tal-Parlament dwar ir-rapport annwali tal-BĊE għall-2021; jistieden lill-BĊE jżomm dan l-impenn għall-akkontabilità u t-trasparenza, u jkompli jippubblika l-feedback bil-miktub tiegħu dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament fir-rapporti annwali tal-BĊE kull sena;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Josserva li żewġ membri biss tal-Bord Eżekuttiv u tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma nisa; jistieden lill-Istati Membri taż-żona tal-euro jagħmlu l-parti tagħhom u jinkorporaw il-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-proċessi tal-ħatra tagħhom sabiex jiżguraw opportunitajiet indaqs għall-ġeneri kollha għall-pożizzjoni ta’ gvernatur tal-banek ċentrali nazzjonali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinnota li l-aħħar statistiċi disponibbli dwar l-iżbilanċ bejn il-ġeneri fl-istruttura organizzattiva tal-BĊE jindikaw li l-perċentwal tan-nisa fil-karigi maniġerjali kollha tal-BĊE għola; jistieden lill-BĊE jkompli l-ħidma tiegħu biex isaħħaħ l-opportunitajiet indaqs għall-ġeneri kollha fl-organizzazzjoni tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ l-politika l-ġdida ta’ komunikazzjoni tal-BĊE, li tinkludi modi aktar aċċessibbli biex jiġu spjegati u ppreżentati deċiżjonijiet ta’ politika tal-BĊE liċ-ċittadini u lill-partijiet ikkonċernati u jistieden lill-BĊE jkompli jsaħħaħ il-komunikazzjoni tiegħu dwar l-objettivi tal-politika tal-bank ċentrali u r-risponsi għall-kriżijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jinnota l-ħatra reċenti tal-President il-ġdid tal-Bord Superviżorju u jfakkar lill-BĊE jqis aħjar u jirrispetta l-prerogattivi tal-Parlament Ewropew fil-proċeduri ta’ ħatra futuri, b’mod partikolari fir-rigward tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-qafas tal-etika tal-BĊE u l-Kodiċi ta’ Kondotta, peress li jiffurmaw salvagwardja għall-integrità tal-BĊE u jaġixxu bħala l-bażi għall-fiduċja pubblika u fl-aħħar mill-aħħar għall-kredibbiltà tal-BĊE; jinnota li dan il-qafas jiggwida lill-persunal tal-BĊE u lill-uffiċjali ta’ livell għoli dwar kif għandhom jittrattaw il-lobbyists; jistieden lill-BĊE jeżamina mill-ġdid il-qafas b’mod regolari f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jistieden lill-BĊE jidħol fi djalogu mal-parlamenti nazzjonali, filwaqt li jirrispetta b’mod strett l-indipendenza politika tiegħu; jemmen li dan isaħħaħ il-leġittimità u l-politiki tal-BĊE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jappella lill-BĊE biex iġib f’konformità l-qafas tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta tiegħu mad-Direttiva tal-UE dwar l-Informaturi;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Bank Ċentrali Ewropew.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>