<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0104</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni - rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0389/2023 - Rapporteur: David McAllister)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2024 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni - rapport annwali 2023 (2023/2117(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 21u 36 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-15 ta’ Ġunju 2023 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà bit-titolu “CFSP Report – Our priorities in 2023” (Rapport tal-PESK– Il-prioritajiet tagħna fl-2023”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża - Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, approvat mill-Kunsill Ewropew fl-24 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku tan-NATO adottat mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fis-Summit tan-NATO f’Madrid fid-29 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 u l-15 ta’ Diċembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-29 u tat-30 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-23 u l-24 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Faċilità tal-Ukrajna (COM(2023)0338),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Bank Ewropew tal-Investiment tal-1 ta’ Diċembru 2021 bit-titolu “Il-Portal Globali” (JOIN(2021)0030),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 bit-titolu “Komunikazzjoni tal-2023 dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE” (COM(2023)0690),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tat-tkabbir tal-2023 u l-Pjan tat-Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li ġew ippreżentati mill-Kummissjoni fit-8 ta’ Novembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2023 dwar id-deċiżjoni li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna u mar-Repubblika tal-Moldova, li jinfetħu negozjati tal-adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji għas-sħubija, u li jingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat lill-Georgia bil-fehim li għad iridu jittieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2023 dwar il-politika ta’ tkabbir tal-UE (COM(2023)0690) tat-8 ta’ Novembru 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Frar 2024 dwar l-operazzjoni militari ppjanata ta’ Iżrael f’Rafah,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-7 ta’ Ġunju 2023 bit-titolu “Aġenda Ġdida għar-Relazzjonijiet bejn l-UE u l-Amerika Latina u l-Karibew” (JOIN(2023)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fit-23 ta’ Frar 2023 bit-titolu “Principles of the Charter of the United Nations underlying a comprehensive, just and lasting peace in Ukraine” (Prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li fuqha hija bbażata l-paċi komprensiva, ġusta u dejjiema fl-Ukrajna (A/RES/ES-11/6), u riżoluzzjonijiet preċedenti tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-aggressjoni kontra l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fis-7 ta’ April 2022 bit-titolu “Suspension of the rights of membership of the Russian Federation in the Human Rights Council” (Sospensjoni tad-drittijiet ta’ sħubija tal-Federazzjoni Russa fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem) (A/RES/ES-11/3),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni bit-titolu “Transforming our world: the 2030 Agenda for Sustainable Development” (Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli” (Aġenda 2030) (A/RES/70/1), li ġiet adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-NU fil-25 ta’ Settembru 2015 fis-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fi New York u li stabbiliet l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar Missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill (PESK) 2022/1970 tas-17 ta’ Ottubru 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 270, 18.10.2022, p. 93.</FIELD></FOOTNOTE> u 2022/2507 tad-19 ta’ Diċembru 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 110.</FIELD></FOOTNOTE> li jemendaw id-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2023 dwar ir-relazzjonijiet UE-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/404, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/404/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u r-relazzjonijiet UE-Ażerbajġan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/405, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/405/oj.</FIELD></FOOTNOTE>, ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2023 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-imblokk fin-Nagorno-Karabakh<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 104.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2023 dwar is-sitwazzjoni fin-Nagorno-Karabakh wara l-attakk mill-Ażerbajġan u t-theddid kontinwu kontra l-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0356.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-PSDK ċivili u ta’ forom oħra ta’ assistenza tal-UE fir-rigward tas-sigurtà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0106.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar ir-relazzjoni strateġika u s-sħubija tal-UE mal-Qarn tal-Afrika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>	wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 dwar id-deterjorament tal-libertajiet fundamentali f’Hong Kong, b’mod partikolari l-każ ta’ Jimmy Lai<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0242.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0219.</FIELD></FOOTNOTE> u r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022 dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 61.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar każijiet ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, adottati f’konformità mal-Artikolu 144 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u -għoti tas-setgħa lin-nisa fl-azzjoni esterna 2021–2025 (GAP III) u l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà (WPS) 2019-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/382 tal-4 ta’ Marzu 2022 li tistabbilixxi l-eżistenza ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati mill-Ukrajna fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE, u li għandha l-effett li tintroduċi protezzjoni temporanja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 71, 4.3.2022, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>, li stabbiliet protezzjoni temporanja għall-persuni li jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tas-16-17 ta’ Mejju 2023 bit-titolu “Reykjavik Declaration – United around our values” (Dikjarazzjoni ta’ Rejkjavik – Magħqudin madwar il-valuri tagħna),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Sħubija Futura tal-Belarussja fl-Unjoni Ewropea, id-Dikjarazzjoni mill-Forzi Demokratiċi tal-Belarussja dwar is-Solidarjetà mal-Poplu tal-Ukrajna u d-Dikjarazzjoni Politika mill-Forzi Demokratiċi tal-Belarussja, li kollha ġew adottati fil-Konferenza tal-Belarussja l-Ġdida fis-6 ta’ Awwissu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Lulju 2023 dwar ir-rakkomandazzjonijiet għal riforma tar-regoli tal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza, l-integrità, ir-responsabbiltà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0292.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Mejju 2022 dwar l-eżitu finali tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istudju bit-titolu “Qualified majority voting in common foreign and security policy – A cost of non-Europe report” (Votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni – Rapport dwar il-kost tan-non-Ewropa), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali tiegħu għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari fit-28 ta’ Awwissu 2023<FOOTNOTE><FIELD> Studju – “Qualified majority voting in common foreign and security policy – A cost of non-Europe report” (Votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni – Rapport dwar il-kost tan-non-Ewropa), Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għas-Servizzi ta’ Riċerka Parlamentari, 28 ta’ Awwissu 2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu ta’ Frar 1999 dwar il-ħolqien ta’ Korp Ċivili Ewropew tal-Paċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 150, 28.05.1999, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regola 54 tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0389/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli qed tiġi dejjem aktar mhedda minn atturi awtokratiċi, li jaħdmu waħedhom jew permezz ta’ azzjoni konċertata, li jippruvaw jinfluwenzaw jew jimminaw organizzazzjonijiet multilaterali, jistabbilixxu organizzazzjonijiet kompetituri, jikkawżaw destabbilizzazzjoni permezz ta’ ritorn għal mentalità ta’ sfera ta’ influwenza u jheddu l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli kif ukoll is-sigurtà globali u reġjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi dawn l-atturi dejjem aktar awtokratiċi jikkontestaw ukoll l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u jimminaw l-istandards demokratiċi madwar id-dinja; billi l-UE u sħab tal-istess fehma għandhom jiddefendu l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli bħala kwistjoni ta’ prijorità;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha, inklużi l-inċertezza ekonomika, l-insigurtà tal-ikel u l-prezzijiet għoljin tal-enerġija, żiedu l-instabbiltà fil-viċinat immedjat tal-UE, u b’hekk ġiegħlu lill-UE tagħti prijorità mġedda lill-politika ta’ tkabbir tagħha, li wriet li hija l-aktar strument effettiv tal-politika barranija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi fl-14 u l-15 ta’ Diċembru l-Kunsill Ewropew approva l-pakkett tat-tkabbir tal-2023 ippreżentat fit-8 ta’ Novembru 2023 mill-Kummissjoni u b’hekk irrakkomanda li jinfetħu negozjati għall-adeżjoni mal-Ukrajna u mar-Repubblika tal-Moldova, li jinfetħu negozjati għall-adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji ta’ sħubija, u li jingħata status ta’ kandidat lill-Georgia bil-fehim li għad iridu jittieħdu ċerti passi; billi l-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent huwa mfassal biex jagħti spinta lill-integrazzjoni ekonomika fil-Balkani tal-Punent u jnaqqas id-distakk soċjoekonomiku bejn l-Unjoni u s-sħab tagħna sal-aħħar ta’ dan id-deċennju; billi l-fondi se jingħataw mal-eżekuzzjoni ta’ aġendi ta’ riforma individwali; billi l-politika tat-tkabbir trid tkun irregolata mill-kriterji ta’ Copenhagen u għandha tibqa’ proċess ibbażat fuq il-mertu; billi l-UE jeħtiġilha tħaffef il-politika tat-tkabbir tagħha filwaqt li l-pajjiżi tal-adeżjoni jkomplu jirriformaw u jiksbu l-punti ta’ riferiment meħtieġa; billi messaġġi konsistenti u triq ċara lejn l-integrazzjoni għall-pajjiżi kandidati huma vitali biex il-perspettiva favur l-Ewropa tinżamm ħajja; billi l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent jeħtiġilhom jiffukaw fuq ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, ir-rikonċiljazzjoni, l-allinjament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni (PESK), il-kooperazzjoni reċiproka u r-riformi sabiex jinkisbu s-sigurtà u l-istabbiltà komuni tar-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-istabbiltà fil-Baħar Baltiku u fil-Baħar l-Iswed hija ta’ importanza kbira għas-sigurtà tal-Ewropa, inkluża s-sigurtà tal-enerġija tagħha, kif iddikjarat fil-Boxxla Strateġika tal-UE u min-NATO, u għalhekk tirrikjedi strateġiji komprensivi u azzjonijiet sinifikattivi; billi l-UE ma tistax titqies bħala attur globali ta’ suċċess u kredibbli, jekk ma tistax tipprovdi sigurtà fil-viċinat immedjat tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Kunsill estenda l-protezzjoni temporanja għan-nies li jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna mill-4 ta’ Marzu 2024 sal-4 ta’ Marzu 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi fl-1 ta’ Frar 2024, il-Kunsill laħaq qbil dwar ir-reviżjoni tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021- 2027, inkluża d-dispożizzjoni għal Faċilità għall-Ukrajna b’valur ta’ EUR 50 biljun, sabiex jiġi pprovdut appoġġ koerenti, prevedibbli u flessibbli għall-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-Ukrajna fil-perjodu 2024-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa affermat mill-ġdid ir-rwol tan-NATO bħala l-pedament tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha u kkonfermat għal darba oħra l-inkapaċità ta’ rabta trans-Atlantika b’saħħitha; billi d-deċiżjoni tan-NATO li timpenja minimu ta’ 2 % tal-prodott domestiku gross għall-infiq fuq id-difiża ġiet implimentata biss minn ftit membri tan-NATO msieħba fl-UE; billi l-intenzjoni tar-Russja li żżarma l-arkitettura tas-sigurtà Ewro-Atlantika ma rnexxietx minħabba d-difiża eroika tal-Ukrajna u r-reazzjoni ta’ malajr u deċiżiva mill-alleati tan-NATO;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna enfasizzat il-ħtieġa ta’ azzjoni tal-UE iżjed ambizzjuża, kredibbli u strateġika kif ukoll unita fuq livell dinji u li l-Istati Membri juru r-rieda politika meħtieġa biex isaħħu l-PESK u biex jittrasformawha f’politika Ewropea kompletament żviluppata;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tal-2021 ingħata lill-politiku tal-oppożizzjoni Russa Alexei Navalny; billi kien ilu l-ħabs minn Frar 2021 f’kundizzjonijiet diżumani, u dan l-aħħar f’Yamalo-Nenets fis-Siberja tal-Punent, fejn inqatel fis-16 ta’ Frar 2024, li għal tali att ir-responsabbiltà aħħarija hija tal-President Putin u tal-awtoritajiet Russi; billi dan juri n-natura krudili u iebsa tar-reġim totalitarju ta’ Putin; billi l-qtil ta’ Navalny għandu jkun twissija għall-UE, u jħeġġiġha ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-Ukrajna u ssaħħaħ l-għodod tagħha għad-difiża tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-attakki terroristiċi mill-Ħamas kontra Iżrael enfasizzaw is-sitwazzjoni ta’ sigurtà volatili u dinamika fil-Lvant Nofsani u l-ħtieġa li l-UE u l-atturi internazzjonali l-oħra jassumu responsabbiltà akbar u jassistu lill-gvernijiet u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-reġjun biex jilħqu paċi dejjiema u sostenibbli, b’mod partikolari billi jkomplu jappoġġjaw soluzzjoni ta’ żewġ Stati bejn Iżrael u l-Palestina; billi fis-7 ta’ Ottubru 2023, inqatlu 1 139 ċittadin Iżraeljan u barrani u 240 persuna ttieħdu ostaġġi matul l-attakk terroristiku faħxi mill-Ħamas; billi għexieren ta’ eluf ta’ Palestinjani innoċenti u mijiet ta’ persunal tan-NU, persunal mediku u ġurnalisti nqatlu fl-Istrixxa ta’ Gaża bħala riżultat tar-risposta tal-Gvern Iżraeljan; billi l-bumbardament kontinwu u l-evakwazzjoni furzata tal-Palestinjani lejn in-Nofsinhar tal-Istrixxa ta’ Gaża ħolqu sitwazzjoni umanitarja mwiegħra u li qed tiddeterjora malajr; billi mis-7 ta’ Ottubru 2023 l-attakki mill-forzi Iżraeljani u mill-abitanti tal-insedjamenti qatlu mill-inqas 330 Palestinjan fix-Xatt tal-Punent; billi l-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, fid-deċiżjoni ad interim tagħha, ordnat lil Iżrael jimplimenta miżuri proviżorji fil-każ li jikkonċerna l-Applikazzjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju fl-Istrixxa ta’ Gaża (l-Afrika t’Isfel va); Iżrael;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi hemm ħtieġa urġenti li jissaħħu l-kapaċitajiet tal-UE u tal-Istati Membri tagħha, inkluż fil-qasam tal-politika tad-difiża, li se tippermetti lill-Unjoni tiddefendi aħjar l-interessi tagħha mingħajr dipendenza eċċessiva fuq stati terzi, iżda b’kooperazzjoni mill-qrib mal-alleati tagħha, tippromwovi l-valuri tagħha u ssaħħaħ il-kontribut tagħha għall-multilateraliżmu globali, ir-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt u l-iżvilupp tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi ż-żieda fl-instabbiltà u fil-volatilità tal-ambjent internazzjonali tippreżenta theddidiet multidimensjonali għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Unjoni; billi l-UE jeħtieġ li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet trans-Atlantiċi bħala rispons u tibni sħubijiet strateġiċi bbażati fuq ir-rispett u l-fiduċja reċiproka ma’ sħab tal-istess fehma fin-Nofsinhar Globali;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi fid-19 ta’ Settembru 2023, l-Ażerbajġan nieda offensiva militari mhux provokata biex jerġa’ jikseb, bil-forza, il-kontroll fuq it-territorju tiegħu rikonoxxut internazzjonalment tan-Nagorno-Karabakh, li ntemm bl-eżodu tal-popolazzjoni Armena minn dan it-territorju; billi l-ostilitajiet li reġgħu bdew fil-Kawkasu tan-Nofsinhar huma kawża ta’ tħassib serju u jirrikjedu involviment aktar proattiv tal-UE fir-reġjun; billi l-istituzzjonijiet statali kollha tal-hekk imsejħa Repubblika tan-Nagorno-Karabakh ġew xolti mill-1 ta’ Jannar 2024; billi l-prospetti għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan għadhom fraġli, u din hija r-raġuni għaliex l-UE għandha tappoġġja u tħeġġeġ liż-żewġ naħat fi triqithom biex jilħqu ftehim ta’ paċi storiku, inkluż billi toffri l-prospett ta’ integrazzjoni aktar mill-qrib mal-UE jekk jiddeċiedu li jsegwu dik it-triq;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi Iżrael għandu dritt rikonoxxut internazzjonalment li jiddefendi lilu nnifsu kontra t-theddida terroristika maħluqa mill-Ħamas fl-Istrixxa ta’ Gaża; billi l-attakki terroristiċi mill-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023 enfasizzaw is-sitwazzjoni tas-sigurtà volatili fil-Lvant Nofsani; billi r-riskju ta’ eskalazzjoni fir-reġjun huwa l-ogħla li kien f’għexieren ta’ snin, u b’hekk ġiet amplifikata l-ħtieġa li l-UE u atturi internazzjonali oħra jassumu responsabbiltà akbar għal paċi dejjiema u sostenibbli, b’mod partikolari billi jiksbu appoġġ għal soluzzjoni ta’ żewġ stati bejn Iżrael u l-Palestina;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi hemm bżonn ta' approċċ komprensiv għall-bini tal-paċi li jinvolvi speċjalisti ċivili sabiex jiġu implimentati miżuri prattiċi għall-paċi; billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali u internazzjonali jwettqu attivitajiet kruċjali mmirati biex jipprevjenu l-kunflitti u jsolvu l-kunflitti b'mod paċifiku, u huwa tal-akbar importanza li jsir l-aħjar użu mill-esperjenza tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi l-instabbiltà dejjem tikber fil-Viċinat tan-Nofsinhar tal-UE u fir-reġjun usa’ tal-Mediterran, kif ukoll fis-Saħel u fl-Afrika sub-Saħarjana, tippreżenta sfidi serji għas-sigurtà u għall-istabbiltà tal-Unjoni u għall-kapaċità tagħha li ssir attur deċiżiv fix-xena internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi t-tensjonijiet fir-reġjun Indo-Paċifiku qed jingħataw aktar rilevanza, b’mod partikolari minħabba l-pożizzjoni dejjem aktar assertiva adottata mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina kontra t-Tajwan;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi t-tnaqqis fil-libertà tal-media, l-attakki kontinwi fuq il-ġurnalisti, it-tixrid tad-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija jheddu d-demokraziji u s-sigurtà tal-UE; billi l-UE jeħtiġilha tikkoopera ma’ sħab tal-istess fehma biex tiddefendi l-libertà tal-media u l-libertà tal-espressjoni u tiġġieled id-diżinformazzjoni u l-interferenza barranija f’pajjiżi terzi;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima qegħdin ikollhom impatt dejjem aktar serju fuq aspetti differenti tal-ħajja tal-bniedem, inkluż l-ordni ġeopolitika u s-sigurtà u l-istabbiltà globali; billi huwa ta’ importanza kruċjali li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, li teħtieġ azzjoni dwar il-klima, tgħin lil dawk li jiffaċċjaw l-aktar riperkussjonijiet serji;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi fid-dawl tal-kollass ta’ ftehimiet importanti dwar il-kontroll tal-armi u d-diżarm, iżda wkoll fid-dawl ta’ teknoloġiji emerġenti, il-kontroll tal-armi u n-nonproliferazzjoni għandhom isiru punt fokali tal-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jenfasizza li r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-implimentazzjoni tal-PESK huma komponent ewlieni tal-kontribut tiegħu għat-tfassil tal-politika barranija tal-UE; jissottolinja li dawn ir-riżoluzzjonijiet juru l-implikazzjoni prattika tad-dritt imsaħħaħ ta’ skrutinju fil-qasam tal-politika barranija mogħti lill-Parlament mit-Trattat ta’ Liżbona; ifakkar li r-riżoluzzjoni tal-2023 hija l-aħħar riżoluzzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-PESK f’dan il-mandat leġiżlattiv u għandha l-għan li sservi bħala gwida għall-eżekuttiv li jmiss tal-UE meta jistabbilixxi il-prijoritajiet ta’ politika barranija għat-terminu li jmiss u jkompli jimplimentahom; jenfasizza li f’ambjent internazzjonali dejjem aktar volatili, l-UE jeħtieġ li fl-istess ħin tindirizza diversi sfidi tal-politika barranija li jaffettwaw direttament u indirettament, bħall-gwerra ta’ aggressjoni Russa li għaddejja bħalissa kontra l-Ukrajna, li qed iżżid il-kompetizzjoni kbira fil-qasam tal-enerġija, u potenzjalment tiddefinixxi mill-ġdid il-bilanċ globali tal-poter, tentattivi kostanti biex tiġi mminata l-ordni internazzjonali multilaterali bbażata fuq ir-regoli u rabta akbar tal-kriżijiet barranin u interni; jemmen bil-qawwa li sabiex tibqa’ rilevanti fix-xena internazzjonali u tkun tista’ tiddefendi b’mod effettiv l-interessi u l-valuri tagħha, l-UE jeħtiġilha tisfrutta r-rieda politika tal-Istati Membri biex jilħqu l-għanijiet tal-politika barranija permezz ta’ strumenti fil-livell tal-UE, iżżid il-kapaċitajiet, taħdem ma’ sħab tal-istess fehma u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali u tiffoka fuq l-għoti ta’ offerta kompetittiva għan-Nofsinhar Globali, billi tagħmel użu kemm jista’ jkun effettiv mir-riżorsi, mill-politiki u mill-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħha bħala parti mill-approċċ integrat; jenfasizza li sabiex taġixxi bħala attur globali fl-ambjent globali attwali, l-UE trid twettaq politika barranija determinata, dixxiplinata u assertiva li tissodisfa l-objettivi strateġiċi tagħha stess u tkompli tiddefinixxi, tasserixxi u tiddefendi b’mod proattiv l-interessi tagħha fid-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jisħaq li l-kapaċità tal-UE li taġixxi bħala attur globali fil-politika barranija, sieħeb internazzjonali affidabbli u attur kredibbli fis-sigurtà u d-difiża jiddependu mill-iżvilupp u t-tisħiħ tal-azzjonijiet esterni tagħha fil-PESK, kif ukoll fuq il-kapaċità tagħha li tiddefinixxi b’mod proattiv, tasserixxi u tiddefendi l-interessi tagħha fid-dinja mingħajr dipendenza żejda fuq ir-riżorsi ta’ stati terzi, li jistgħu jħallu lill-Unjoni miftuħa għad-diviżjoni interna, dwar it-tisħiħ mill-ġdid tas-sħubijiet eżistenti u l-ħolqien ta’ oħrajn ġodda, u dwar ir-rieda politika li tittieħed inizjattiva u responsabbiltà akbar fix-xena globali filwaqt li tissalvawardja, tiddefendi u tippromwovi b’mod effettiv il-valuri tagħha; jisħaq ukoll li l-Istati Membri jeħtieġ li jippermettu lill-UE titkellem b’vuċi waħda, u b’hekk tiżdied il-kredibbiltà u tiġi ppreżervata l-koerenza; jafferma mill-ġdid, f’dan il-kuntest, li huwa ta’ importanza kbira li jissaħħu l-unità u s-solidarjetà billi tiġi żviluppata aktar perċezzjoni komuni tat-theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-UE għandha tkun iggwidata fl-azzjoni esterna tagħha mill-valuri u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21 tat-TUE, li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE stess , inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Ħelsinki, il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-dritt internazzjonali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Unjoni xi drabi ma tissodisfax dawn l-objettivi, b’impatt negattiv fuq l-interessi, is-sigurtà u r-reputazzjoni internazzjonali tagħha; jissottolinja li l-impenn ambizzjuż tal-politika esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jirrikjedi li din tkun konsistenti u eżemplari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jemmen li l-UE għandha ssawwar il-PESK tagħha kif xieraq, u abbażi tal-erba’ objettivi li ġejjin:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-indirizzar tal-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-adattament progressiv tal-istrutturi, l-istrumenti, il-kapaċitajiet, il-fondi u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE,</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>it-tisħiħ u d-difiża ta’ multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli, u</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>l-affermazzjoni tal-interessi permezz tal-iżvilupp ta’ sħubijiet strateġiċi robusti u sħubijiet tal-istess fehma;</ITEM></LIST>
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-indirizzar tal-konsegwenzi tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna,</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-gwerra Russa illegali, mhux provokata u mhux ġustifikata ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, permessa u appoġġjata mir-reġim ta’ Lukashenka fil-Belarussja u r-reġim fl-Iran, reġgħet ġabet il-gwerra fil-kontinent Ewropew; itenni l-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi possibbli, tal-azzjonijiet tat-tmexxija Russa, li jinkludu l-ksur tad-dritt internazzjonali, il-ksur ta’ fruntieri rikonoxxuti, it-trasferiment u d-deportar illegali ta’ persuni u tfal protetti u t-twettiq ta’ serq tal-art u delitti serji tal-gwerra; jitlob li r-Russja u l-forzi bi prokura tagħha jwaqqfu kull azzjoni militari u li t-tmexxija Russa tirtira t-truppi tagħha immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet mit-territorju rikonoxxut internazzjonalment tal-Ukrajna u minn kwalunkwe pajjiż ieħor li hija okkupat illegalment it-territorju tiegħu, jew partijiet minnu; jikkundanna kwalunkwe attakk ibridu użat mir-Russja fl-Ukrajna u jiddenunzja bil-qawwa t-tixrid tal-propaganda tar-Russja dwar il-gwerra tagħha fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna r-rwol tar-reġim illeġittimu ta’ Aliaksandr Lukashenka tali <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> ċeda s-sovranità nazzjonali lill-Kremlin sabiex iżomm il-kontroll tiegħu fuq il-Belarussja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Itenni li l-Georgia esperjenzat aggressjoni militari Russa sa minn Awwissu 2008; jikkundanna bil-qawwa l-okkupazzjoni illegali li għaddejja mir-Russja tar-reġjuni tal-Georgia ta’ Abkhazia u Tskhinvali/tal-Ossetia tan-Nofsinhar u bl-istess mod jikkundanna t-tfixkil tas-sovranità u tal-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova permezz tal-preżenza ta’ truppi Russi fit-Tranżnistrija; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia u tal-Moldova u jissottolinja li t-tentattivi malizzjużi tar-Russja biex tibdel b’mod furzat il-fruntieri tal-istati sovrani fl-Ewropa jippreżentaw theddida serja għas-sigurtà tal-UE; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni dwar is-sigurtà mal-Ukrajna, mal-Georgia u mar-Repubblika tal-Moldova, b’mod partikolari fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu, id-diżinformazzjoni u ċ-ċibersigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jagħti ġieħ lill-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna, li mhux biss qed jiddefendi b’kuraġġ pajjiżu, is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali tiegħu, iżda wkoll il-valuri u s-sigurtà Ewropej, u qed iħares in-normi u l-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-Att Finali ta’ Ħelsinki; jesprimi r-rispett u l-gratitudni tiegħu għall-appoġġ ipprovdut mill-individwi u mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lill-poplu tal-Ukrajna; jilqa’ l-azzjonijiet tal-poplu tal-Georgia u tal-Belarussja li jappoġġjaw b’mod attiv il-ġlieda tal-Ukrajna; jilqa’ l-estensjoni tal-protezzjoni temporanja għan-nies li qed jaħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jenfasizza li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tiddestabilizza u thedded is-sigurtà u l-istabbiltà tal-Viċinat tal-Lvant u tal-Balkani tal-Punent, li min-naħa tagħha tipperikola s-sigurtà tal-UE nnifisha; iqis li l-UE għandha għalhekk tagħti prijorità lir-riforma tal-politika tal-viċinat tagħha u tħaffef il-proċess tat-tkabbir b’mod parallel mar-riformi istituzzjonali u tat-teħid tad-deċiżjonijiet meħtieġa biex tiġi ssalvagwardjata l-kapaċità ta’ integrazzjoni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jappella għal strateġija ta’ komunikazzjoni aktar attiva sabiex jiġu promossi r-rwol u l-benefiċċji tat-tkabbir fil-Balkani tal-Punent u fis-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll biex tiġi promossa l-assistenza finanzjarja u teknika tal-UE; ifakkar, f’dan il-kuntest, li l-UE diġà hija l-akbar sieħeb kummerċjali u l-akbar fornitur ta’ investiment u assistenza finanzjarja fil-Balkani tal-Punent; jinnota li aktar minn EUR 6,5 biljun kienu diġà ġew impenjati mill-IPA III sa tmiem l-2023 u li l-UE mmobilizzat EUR 16,6 biljun f’investimenti għar-reġjun fil-perjodu 2021-2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jinnota bi tħassib partikolari l-effett konsegwenzjali tal-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, b’mod partikolari fil-Viċinat tan-Nofsinhar, fir-reġjun usa’ tal-Mediterran, fil-Kawkasu tan-Nofsinhar, fl-Asja Ċentrali, fl-Afrika u fil-Lvant Nofsani; jiddeplora l-influwenzi malinni Russi, il-gwerra ibrida u l-kampanji ta’ diżinformazzjoni f’dawn ir-reġjuni u jappella għal involviment u assistenza akbar tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jilqa’ t-tielet laqgħa tal-Komunità Politika Ewropea (EPC) bħala pjattaforma għad-diskussjoni, għad-djalogu u għall-kooperazzjoni ma’ pajjiżi sħab; jappella għall-involviment mill-qrib tal-Parlament fil-kjarifika tal-kamp ta’ applikazzjoni u tal-ħidma futura tal-EPC; jissottolinja li, għas-suċċess u l-koerenza futuri ta’ dan il-format, xi livell ta’ allinjament mal-valuri u l-prinċipji demokratiċi huwa essenzjali; itenni li l-EPC ma tista’ fl-ebda ċirkostanza tifforma pretest għal dewmien fl-adeżjoni tal-pajjiżi tat-tkabbir mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li l-Istati Membri jagħmlu investimenti kollettivi u kkoordinati tajjeb fid-difiża u jappella għall-implimentazzjoni sħiħa u malajr tal-Boxxla Strateġika, li tintegra t-tagħlimiet meħuda mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, bl-objettiv li tinkiseb Unjoni Ewropea tad-Difiża ġenwina li tkun interoperabbli u komplementari mal-alleanza tan-NATO u li meta jkun meħtieġ tista’ taġixxi b’mod indipendenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jenfasizza, b’mod partikolari, il-ħtieġa li jkun hemm aktar djalogu man-NATO dwar l-istabbiliment tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu u jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija tkun kompletament operattiva sal-2025; iħeġġeġ bil-qawwa lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli jipproponi deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE biex tipproteġi l-valuri tal-Unjoni u taqdi l-interessi tal-Unjoni kollha kemm hi, biex tirrispondi għal theddid imminenti u tirreaġixxi malajr għal sitwazzjoni ta’ kriżi barra mill-Unjoni, inkluż f’ambjenti mhux permissivi u matul l-istadji kollha ta’ ċiklu ta’ kunflitt; jissottolinja li l-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE għandha tiġi stabbilita bħala forza li hija disponibbli b’mod permanenti u li tħarreġ flimkien mal-għan li ssir forza permanenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-produzzjoni tal-munizzjon militari fl-UE, li għandha tinkiseb permezz ta’ kooperazzjoni industrijali u produzzjoni konġunta akbar; itenni l-ħtieġa urġenti li jintlaħaq il-punt ta’ riferiment Ewropew ta’ 35 % għall-akkwist ta’ tagħmir tad-difiża kollaborattiva u l-punt ta’ riferiment Ewropew ta’ 20 % għar-riċerka kollaborattiva u t-teknoloġija tad-difiża miftiehem mill-Istati Membri kollha fl-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; jitlob li ċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE u ċ-Ċentru tar-Rispons għall-Kriżijiet tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jissaħħu permezz tal-istabbiliment ta’ sistema ta’ flussi awtomatiċi ta’ intelliġenza mill-Istati Membri lis-SEAE u liċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet barranin u ta’ sigurtà li jseħħu barra mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jilqa’ l-finanzjament addizzjonali għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi u jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-kapaċità tal-Faċilità li taġixxi permezz ta’ finanzjament sostenibbli u xieraq; jilqa’, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tat-22 ta’ Jannar 2024 kif ukoll il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-1 ta’ Frar 2024 li jindikaw ftehim dwar il-modalitajiet u l-limitu massimu finanzjarju ġenerali ta’ “Fond ta’ Assistenza għall-Ukrajna” ġdid; jistenna li d-deċiżjoni finali tittieħed fil-Kunsill Ewropew tal-21 u t-22 ta’ Marzu 2024; jilqa’ d-deċiżjonijiet li jiġi stabbilit l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon u t-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża permezz ta’ att ta’ akkwist komuni sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet Ewropej tad-difiża; itenni l-appell tiegħu biex titnieda b’mod urġenti diskussjoni bil-għan li tiġi stabbilita faċilità finanzjarja oħra barra l-baġit li tindirizza ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-kapaċitajiet militari fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jinnota li r-rispons tal-UE għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna qed jiġi segwit mill-qrib minn atturi awtokratiċi madwar id-dinja u se jkollu influwenza deċiżiva fit-tiswir tal-imġiba tagħhom fix-xena internazzjonali; ifaħħar lill-Kunsill u lill-Istati Membri għar-rispons determinat għall-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jilqa’ l-mobilizzazzjoni ta’ ammonti bla preċedent ta’ assistenza makroekonomika, finanzjarja, ekonomika u umanitarja għall-Ukrajna, l-adozzjoni, flimkien ma’ sħab tal-istess fehma, ta’ tnax-il pakkett ta’ sanzjonijiet li għandu jkollhom impatt devastanti fuq l-ekonomija Russa u l-kunsinna ta’ armi u munizzjon mill-Istati Membri, li kienet possibbli wkoll permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; jinsab imħasseb, madankollu, mill-fatt li l-Ungerija għadha qed timblokka t-tmien porzjon tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi ddedikata għall-Ukrajna; jitlob li l-Federazzjoni Russa tiġi iżolata u ssir pressjoni ulterjuri fuqha billi tissaħħaħ l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi, anke kontra l-Belarussja; jappella biex tissaħħaħ l-azzjoni ta’ sensibilizzazzjoni diplomatika mmirata lejn l-Istati kollha li astjenew jew li ma pparteċipawx fil-votazzjoni dwar ir-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-13 ta’ Ottubru 2022 u tat-2 ta’ Marzu 2023; jappella għal diplomazija proattiva ma’ pajjiżi terzi, flimkien ma’ sħab tal-istess fehma, b’mod partikolari l-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit, sabiex tiġi mminimizzata ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dawn is-sanzjonijiet u jingħalqu l-lakuni legali kollha li fadal biex titwaqqaf din il-prattika; jesprimi dispjaċir li t-tnax-il pakkett ta’ sanzjonijiet tal-UE jestendi l-perjodi biex jiġi likwidati l-importazzjonijiet ta’ prodotti speċifiċi tal-azzar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jilqa’ d-determinazzjoni murija mill-Unjoni u mill-biċċa l-kbira tal-Istati Membri fl-insegwiment ta’ indipendenza sħiħa tal-enerġija mill-Federazzjoni Russa; itenni l-appell tiegħu għal embargo immedjat u sħiħ fuq l-importazzjonijiet Russi ta’ fjuwils fossili u prodotti magħmula biż-żejt mhux maħdum tar-Russja; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill itejbu l-kapaċitajiet ta’ monitoraġġ għall-fjuwils fossili sabiex tiġi pprevenuta r-riesportazzjoni; jesprimi tħassib dwar il-fatt li, fl-aħħar sena, xi Stati Membri żiedu l-importazzjonijiet tagħhom tal-gass naturali u tal-LNG mir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Ifakkar li l-applikazzjoni konsistenti u uniformi ta’ miżuri restrittivi fl-Istati Membri kollha hija prekundizzjoni għall-kredibbiltà u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE; jistieden lill-pajjiżi terzi kollha, u b’mod partikolari lill-pajjiżi kandidati tal-UE, juru impenn mhux ambigwu għad-dritt internazzjonali u għall-interessi u l-valuri strateġiċi tal-UE u jallinjaw mal-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta b’mod kritiku l-assistenza tal-UE lil pajjiżi terzi li jappoġġjaw b’mod attiv l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u jħeġġeġ lill-Kunsill jimponi miżuri restrittivi fuq pajjiżi terzi li jippermettu l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna, kemm jekk permezz tal-faċilitazzjoni ta’ ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet kif ukoll permezz tal-għoti ta’ assistenza militari diretta, bħal fil-każ tal-Iran jew tar-RDPK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli u lill-Istati Membri jimmobilizzaw appoġġ internazzjonali għall-formula ta’ paċi ppreżentata mill-Ukrajna u jimpenjaw ruħhom f’impenji ta’ sigurtà fil-konfront tal-Ukrajna kif rakkomandat fil-Patt tas-Sigurtà ta’ Kiev; jilqa’ l-ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà ffirmati bejn ir-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza u l-Ukrajna, rispettivament, li jissodisfaw l-impenji li saru mill-G7 fit-12 ta’ Lulju 2023 biex jiskoraġġixxu kwalunkwe attakk Russu ġdid fuq l-Ukrajna fil-futur prevedibbli; jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu pressjoni għall-ħolqien ta’ tribunal internazzjonali speċjali għall-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni, ta’ delitti li jammontaw għal ġenoċidju u ta’ gwerra kontra l-Ukrajna, inkluża l-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitt, imwettqa mill-Federazzjoni Russa u l-alleati tagħha, b’mod partikolari l-Belarussja, inkluża t-tmexxija politika u militari tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiddeżinjaw lill-Grupp militari privat ta’ Wagner iffinanzjat mill-Istat Russu bħala organizzazzjoni terroristika; jilqa’ ċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni kontra l-Ukrajna, ospitat mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), li se jaġevola l-bini ta’ każijiet għal proċessi futuri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssib u tfassal assi Russi mmobilizzati u toħroġ bi proposta legalment soda u effettiva għall-użu ta’ dawn l-assi biex tiffinanzja d-difiża u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, filwaqt li tiżgura li din il-proposta legalment soda tiġi żviluppata f’koordinazzjoni mill-qrib mal-pajjiżi sħab tal-G7; jenfasizza li t-tneħħija tal-mini u l-ikklirjar ta’ munizzjon mhux splodut huma prerekwiżiti għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna, inkluża l-produzzjoni agrikola tagħha, li hija vitali għall-ekonomija tal-pajjiż u għas-sigurtà tal-ikel globali; jenfasizza li dawn l-isforzi se jirrikjedu finanzjament komprensiv u fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-ħolqien ta’ malajr u l-implimentazzjoni b’suċċess tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna u jissuġġerixxi li l-UE tikkunsidra li ssaħħaħha; jinnota li din il-missjoni hija turija tanġibbli tal-appoġġ sod tal-UE għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiż; jitlob li ssir ħidma biex jiġu stabbiliti missjonijiet internazzjonali oħra sabiex tiġi ssalvagwardjata l-libertà tan-navigazzjoni u jiġu appoġġjati l-kurituri umanitarji u l-passaġġ sikur tal-qamħ Ukren;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżommu d-determinazzjoni u l-unità li diġà wrew u jipprovdu lill-Ukrajna b’iżjed appoġġ politiku, umanitarju, militari, relatat mal-infrastruttura, ekonomiku u finanzjarju biex tirbaħ din il-gwerra; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-assistenza pprovduta mill-Istati Membri, kemm individwalment kif ukoll permezz ta’ strumenti tal-UE, inkluża l-proposta tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għall-Ukrajna; jilqa’ pożittivament il-ftehim interistituzzjonali li ntlaħaq fis-6 ta’ Frar 2024 li jiżgura appoġġ finanzjarju prevedibbli għall-Ukrajna li jammonta għal EUR 50 biljun għall-perjodu 2024-2027 biex jagħti kontribut ħalli l-pajjiż jirkupra, jerġa’ jinbena u jimmodernizza ruħu; jissottolinja l-ħtieġa ta’ trasparenza sħiħa fl-implimentazzjoni tal-Faċilità; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu l-għajnuna militari meħtieġa għall-Ukrajna biex tkeċċi l-forzi Russi mit-territorju tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipproduċu munizzjon u jipprovduh lill-forzi armati tal-Ukrajna, flimkien ma’ riżorsi meħtieġa oħra għall-Ukrajna biex tagħmel manutenzjoni fuq it-tagħmir militari tagħha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu appoġġ finanzjarju u politiku għas-soċjetà ċivili fl-Ukrajna u madwarha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jinsisti li l-UE ma tistax tibqa’ sserraħ fuq il-mobilizzazzjoni <STRING ITALIC="on">ad hoc</STRING> u jfakkar, f’dan il-kuntest, fil-ħtieġa li ntejbu u niddefinixxu b’mod ċar il-kapaċità tal-UE li taġixxi b’rispons għall-kriżijiet globali b’mod sostenibbli; jisħaq, f’dan ir-rigward, li l-UE għandha tkompli tiżviluppa l-istrumenti awtonomi u reżiljenti tagħha stess fl-azzjoni esterna tagħha u fil-PESK; ifakkar li l-Boxxla Strateġika tistabbilixxi azzjoni ambizzjuża u tagħti lill-UE l-għodod biex tkun kemm fornitur effettiv tas-sigurtà kif ukoll attur globali aktar assertiv, u għalhekk jappella għall-implimentazzjoni malajr u sħiħa tagħha; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jsaħħu l-kapaċità tagħhom għal prospettiva strateġika sabiex iħejju għall-isfidi futuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jappella użu aktar dinamiku u konsistenti tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, li għadu mhux sfruttat biżżejjed fis-sett ta’ għodod tal-politika barranija tal-UE; jilqa’ l-proposta tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli għal reġim ta’ sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni, li jippermetti lill-UE timmira atti serji ta’ korruzzjoni madwar id-dinja; jinsisti li l-korruzzjoni għandha impatt verifikabbli fuq l-istat tad-drittijiet tal-bniedem u ddgħajjef il-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-istat u l-istat tad-dritt; jappella, f’dan il-kuntest, għall-adozzjoni ta’ malajr tar-reġim propost ta’ sanzjonijiet kontra l-korruzzjoni mill-Kunsill;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-adattament progressiv tal-istrutturi, l-istrumenti, il-kapaċitajiet, il-fondi u l-proċeduri tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rekwiżit għall-unanimità iġiegħel lill-Istati Membri jaħdmu bla heda biex jiksbu kompromess u unità, li huwa s-sors tal-ingranaġġ politiku tal-UE fix-xena dinjija; jirrimarka, madankollu, li l-kompromess bejn l-ideal tal-unità u l-ispejjeż għoljin tal-unanimità f’termini ta’ kredibbiltà għandu jiġi vvalutat b’mod kritiku, b’mod partikolari meta wieħed iżomm f’moħħu l-funzjonament effettiv ta’ UE estiża; jesprimi dispjaċir, f’dan il-kuntest, għall-fatt li l-Istati Membri individwali użaw id-dritt tal-veto tagħhom biex idgħajfu l-ftehimiet, idewmu t-teħid tad-deċiżjonijiet jew ifixklu kompletament politika komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar lill-Istati Membri jaderixxu mal-prinċipji tat-Trattati, b’mod partikolari l-Artikoli 24 u 42(7) TUE u l-Artikolu 222 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jappellaw lill-Istati Membri biex isostnu l-politika esterna u ta’ sigurtà tal-Unjoni Ewropea attivament u mingħajr riżervi fi spirtu ta’ lealtà u solidarjetà reċiproka; jissottolinja li l-kundizzjonijiet għall-attivazzjoni tal-Artikolu 42(7) tat-TUE u l-modalitajiet għall-appoġġ qatt ma ġew definiti b’mod ċar; iqis li huwa meħtieġ li jiġu żviluppati b’mod urġenti strateġija ta’ politika ta’ solidarjetà u miżuri ta’ implimentazzjoni operattivi fir-rigward tal-klawżola ta’ difiża reċiproka stabbilita fl-Artikolu 42(7) tat-TUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-potenzjal ta’ azzjoni barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża malajr, effiċjenti u effettiva, kif previst, fost l-oħrajn, mill-klawżoli “passerelle” tat-TUE, intuża biss b’mod limitat ħafna; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex gradwalment jaqleb għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet fl-oqsma tal-PESK li ma għandhomx implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża; jirrikonoxxi t-tħassib ta’ xi Stati Membri, li jibżgħu minn kapaċità mnaqqsa li jinfluwenzaw il-politika estera u ta’ sigurtà fil-livell tal-UE; jirrikonoxxi li l-progress lejn l-applikazzjoni tal-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata jista’ jkun gradwali biss, filwaqt li jibni fuq il-formazzjoni ta’ kultura strateġika Ewropea; iħeġġeġ, f’dan il-kuntest:</INT.LI><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>l-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata f’oqsma ta’ prijorità identifikati, bħar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, u dwar kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni li jmiss tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, f’konformità mal-Artikolu 22(1) tat-TUE;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>l-applikazzjoni tal-klawżoli “passarelle” previsti fit-Trattati, ħlief għall-ħolqien ta’ missjonijiet jew operazzjonijiet militari b’mandat eżekuttiv skont il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK), li għalihom xorta se tkun meħtieġa unanimità;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>l-użu ta’ astensjoni kostruttiv f’konformità mal-Artikolu 31(1) tat-TUE, sakemm tiġi applikata bis-sħiħ il-votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet mingħajr implikazzjonijiet militari jew ta’ difiża;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>l-użu aktar effettiv tal-mekkaniżmu integrat ta’ rispons għall-kriżijiet politiċi u l-ħolqien ta’ Kunsill tas-Sigurtà, magħmul mill-ministri tal-Istati Membri, sabiex jirrispondi malajr f’emerġenzi u jiżviluppa approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>ir-reviżjoni tat-Trattati kif previst fl-Artikolu 48 tat-TUE, bl-objettiv li, fost l-oħrajn, tiġi stabbilita votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal kwistjonijiet relatati mal-PESK;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>ir-reviżjoni regolari tal-analiżi tat-theddid li tirfed il-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża biex l-Istati Membri jkunu jistgħu jikkonverġu fuq perċezzjoni komuni tat-theddid, u jiddefinuha;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni li l-Parlament għandu rwol integrali fil-PESK, billi jagħti kontribut speċifiku għaliha bis-saħħa tad-diplomazija parlamentari tiegħu u l-istrumenti, il-mezzi u l-kuntatti distinti tiegħu, inklużi l-programmi ta’ appoġġ għad-demokrazija tiegħu, li għandhom potenzjal kbir li jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati politiċi ewlenin u jaġevolaw il-governanza demokratika; jisħaq, b’mod partikolari, il-valur miżjud tad-diplomazija parlamentari matul il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u jenfasizza, f’dan il-kuntest, il-kooperazzjoni siewja fil-livell politiku u tekniku bejn il-Verkhovna Rada tal-Ukrajna u l-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tad-diplomazija parlamentari, li għandha titwettaq permezz tal-mezzi eżistenti, bħall-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament Ewropew, id-delegazzjonijiet uffiċjali u l-attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija, bħal djalogi parlamentari regolari ma’ pajjiżi sħab; jinsisti li l-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE għandha torjenta ruħha lejn l-objettivi ta’ prevenzjoni tal-kriżijiet, kooperazzjoni fis-sigurtà kooperattiva reġjonali, azzjoni globali fil-qasam tal-ambjent u l-klima, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030; jappella għal aktar żvilupp tad-diplomazija preventiva tal-UE, inklużi l-medjazzjoni u d-djalogu għall-paċi, bħala għodda proattiva tal-politika barranija; iħeġġeġ lis-SEAE jwettaq eżerċizzji ta’ “tagħlimiet meħuda” u janalizza l-isforzi diplomatiċi Ewropej preċedenti u r-riżultati tagħhom, kif ukoll il-ħidma tar-Rappreżentanti Speċjali u tal-Mibgħuta Speċjali; jinsisti li huwa meħtieġ li tissaħħaħ id-diplomazija parlamentari mas-sħab fl-Amerka Latina, fl-Afrika u fl-Asja sabiex jingħata kontribut għall-objettiv tal-UE li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ma’ sħab tal-istess fehma ħalli jiġu indirizzati l-isfidi ġeopolitiċi, ekonomiċi, soċjali u ambjentali komuni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jappella għal kjarifika ulterjuri dwar il-funzjonament, il-format tar-rappreżentanza u l-obbligu ta’ rendikont tal-approċċ “Tim Ewropa” sabiex tiġi żgurata l-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi u tiġi evitata d-duplikazzjoni fil-politika estera u ta’ sigurtà tal-UE; jinsisti li l-Parlament huwa parti minn “Tim Ewropa” u għandu jiġi ttrattat bħala tali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi aġġornata d-Dikjarazzjoni tal-2010 dwar r-Responsabbiltà Politika bħala l-qafas għar-relazzjonijiet bejn is-SEAE u l-Parlament; jemmen li l-Parlament jeħtieġ il-mezzi biex jinfluwenza l-istrumenti tiegħu biex jiġġieled kontra r-rigress globali fid-demokrazija, inkluż permezz tal-osservazzjoni u l-medjazzjoni elettorali, il-prevenzjoni tal-kunflitti, komunikazzjoni msaħħa fil-livell lokali dwar id-demokrazija u d-diplomazija parlamentari; jenfasizza r-rwol komplementari tal-Parlament fid-diplomazija tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli bħala dak li jibni rabtiet bejn il-PESK u r-relazzjonijiet esterni tal-UE biex jiġi żgurat l-ogħla livell ta’ koordinazzjoni u koerenza fl-azzjoni esterna tal-UE; jesprimi, madankollu, dispjaċir għall-fatt li f’xi każijiet, hemm nuqqas ta’ ċarezza fir-rappreżentanza esterna tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu ddefiniti b’mod ċar il-kompetenzi tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli, tal-President tal-Kummissjoni u tal-President tal-Kunsill Ewropew fir-rigward tal-azzjoni u r-rappreżentanza esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jemmen li hemm bżonn ta’ sorveljanza parlamentari istituzzjonalizzata aktar b’saħħitha tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż aċċess regolari u f’waqtu, iżda sikur, għal informazzjoni kunfidenzjali, briefings fil-Parlament Ewropew u mezzi ta’ komunikazzjoni aktar malajr mas-SEAE; ifakkar, f’dan il-kuntest, id-dritt tal-Parlament li jiġi infurmat dwar kwistjonijiet tal-PESK skont l-Artikolu 36 tat-TUE; jilqa’ l-istabbiliment tad-djalogu ġeopolitiku ta’ livell għoli u jħeġġeġ diskussjonijiet aktar miftuħa, inkluż billi jitkomplew konsultazzjonijiet regolari mal-membri tal-Kummissjoni u mas-SEAE u billi l-Parlament jiġi involut fl-implimentazzjoni tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, il-Boxxla Strateġika u l-inizjattiva Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jafferma li l-Parlament għandu jagħmel użu sħiħ mis-setgħat baġitarji u ta’ sorveljanza tiegħu fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Unjoni fl-affarijiet internazzjonali; jappella għal bidla fl-istruttura tal-baġit tal-PESK, b’linja baġitarja waħda għal kull missjoni ċivili tal-PSDK, sabiex ikun hemm skrutinju aħjar u aktar trasparenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-baġit tal-PESK għall-missjonijiet ċivili tal-PSDK żdied biss marġinalment mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2014-2020 għall-QFP għall-2021-2027, minkejja li l-għadd ta’ missjonijiet u l-kompiti li jwettqu żdiedu, l-ambjent tas-sigurtà sar aktar diffiċli u l-ispiża tal-operazzjonijiet żdiedet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiddedikaw biżżejjed finanzjament lill-PESK fid-dawl tal-ħtieġa li jiddefendu l-paċi, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u li jiżguraw koordinazzjoni aħjar ma’ oqsma ta’ politika oħra; jappella, f’dan il-kuntest, għal aġġustament xieraq għall-QFP u għal aktar finanzjament għall-azzjoni esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Itenni li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jintegraw aktar l-appoġġ għad-demokrazija fl-ipprogrammar tal-istrumenti finanzjarji tal-UE u jisħaq, f’dan il-kuntest, fuq il-ħtieġa li d-delegazzjonijiet rilevanti tal-UE jiġu mgħammra b’mezzi xierqa biex iżidu l-attivitajiet ta’ diplomazija pubblika u jiżviluppaw il-kapaċitajiet ta’ komunikazzjoni strateġika tagħhom biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni u l-propaganda; jitlob li s-SEAE – kemm il-kwartieri ġenerali tiegħu kif ukoll id-Delegazzjonijiet tal-UE – jissaħħu permezz tal-forniment tar-riżorsi finanzjarji u umani xierqa sabiex l-UE tkun tista’ titħejja aħjar għall-isfidi globali attwali u emerġenti, bħaż-żieda fl-instabbiltà, l-awtoritarjaniżmu aktar assertiv u l-emerġenza klimatika; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jsegwu politika estera u ta’ sigurtà femminista li tkun konformi mar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru III<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 150.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-implimentazzjoni tal-proġett pilota bit-titolu “Lejn il-ħolqien ta’ Akkademja Diplomatika Ewropea”; jappella għall-istabbiliment ta’ struttura permanenti appoġġjata mir-riżorsi meħtieġa; jappella għal esplorazzjoni tal-modi kif jista’ jiġi aċċessat is-SEAE għal dawk li jiggradwaw minn din l-Akkademja, u deċiżjoni dwarhom, li jistgħu jikkontribwixxu għall-iżvilupp sħiħ ta’ diplomazija awtonoma tal-UE ffurmata minn kultura diplomatika komuni minn perspettiva tal-UE; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex toħloq programm ta’ taħriġ residenzjali permanenti dwar l-azzjoni esterna tal-UE u l-PESK għal diplomatiċi subalterni mill-pajjiżi kandidati tal-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ u d-difiża ta’ multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jenfasizza li l-fora multilaterali, b’mod partikolari n-NU u l-aġenziji tagħha, għandhom jitqiesu bħala l-format ta’ kooperazzjoni magħżul tal-UE; jesprimi tħassib, f’dan ir-rigward, dwar ir-rilevanza dejjem akbar tal-formati esklużivi ta’ kooperazzjoni, li huma xhieda taż-żieda fil-kompetizzjoni bejn setgħat kbar; josserva, fl-istess ħin, li l-istituzzjonijiet u n-normi internazzjonali qed jiġu strumentalizzati dejjem aktar u jindika, f’dan il-kuntest, it-tilwim fid-WTO u fid-WHO; jisħaq li din ix-xejra tpoġġi lill-UE f’pożizzjoni delikata, filwaqt li tibbilanċja l-ħtieġa li tappella għal kunċett wiesa’ u inklużiv ta’ multilateraliżmu filwaqt li fl-istess ħin tagħti prijorità lill-kooperazzjoni ma’ sħab magħżula tal-istess fehma; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu forom inklużivi ta’ governanza multilaterali u iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Kunsill iżidu l-kooperazzjoni interistituzzjonali ma’ organizzazzjonijiet multilaterali li huma integrali għas-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u għall-ġestjoni tal-beni komuni globali, inklużi n-NU u l-aġenziji tagħha, l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), id-WHO, id-WTO u n-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota l-ħtieġa li jiġu żgurati l-unità, il-koerenza u l-komplementarjetà tal-isforzi bejn l-UE u n-NATO fiż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali; jissottolinja li n-NATO tibqa’ l-pedament tas-sigurtà Ewropea u jitlob li tissaħħaħ aktar il-kooperazzjoni bejn in-NATO u l-UE filwaqt li jissaħħaħ il-pilastru Ewropew fin-NATO, fost l-oħrajn billi jintlaħaq b’mod konsistenti l-valur referenzjarju tan-NATO għall-infiq fuq id-difiża ta’ 2 % tal-prodott domestiku gross; jappella għal kooperazzjoni akbar man-NATO dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u t-theddid ibridu li joriġina minn pajjiżi terzi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw b’mod attiv riforma istituzzjonali komprensiva tal-istituzzjonijiet multilaterali, l-ewwel u qabel kollox is-sistema tan-Nazzjonijiet Uniti u b’mod partikolari l-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li għandu jinkludi miżuri li għandhom l-għan li jillimitaw l-użu tal-veto, jagħtu spinta lir-rappreżentanza reġjonali, jagħmlu lill-korpi eżekuttivi responsabbli għall-assemblei li jeleġġuhom, u jiddefinixxu mill-ġdid il-kompożizzjoni tas-sħubija tal-Kunsill tas-Sigurtà biex jirriflettu aħjar ir-realtà ġeopolitika, inkluż billi jistabbilixxu sede permanenti għall-UE; jistieden lill-Kummissjoni tiffoka fuq l-iżgurar tal-indispensabbiltà strateġika tal-UE f’dinja dejjem aktar multipolari; jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE jiżguraw li l-UE titkellem b’vuċi waħda fin-NU, b’mod partikolari fil-Kunsill tas-Sigurtà; jitlob li jiġi żgurat djalogu kontinwu mar-Renju Unit sabiex tinżamm il-kooperazzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà; jistieden lill-istati membri kollha tan-NU jieħdu azzjoni biex jirrevokaw is-setgħat tal-veto tar-Russja fil-Kunsill tas-Sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli jippromwovi narrattiva demokratika konvinċenti, dejjiema u mmirata li turi li d-demokrazija twassal ir-riżultati għall-individwi u s-soċjetajiet madwar id-dinja u hija kapaċi tiflaħ għall-pressjoni u l-influwenza awtokratika; jiddeplora l-fatt li r-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, ir-Russja, l-Iran u reġimi totalitarji jew awtoritarji oħra jużaw il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza malinna bħala strumenti integrali biex jeżerċitaw pressjoni fuq istituzzjonijiet multilaterali u valuri u normi demokratiċi, inaqqsu l-kontrolli fuq l-abbuż tal-poter, iżidu l-inċidenza u s-severità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jillimitaw l-ispazji għas-soċjetà ċivili, għall-media indipendenti u għall-movimenti demokratiċi tal-oppożizzjoni u jxerrdu d-diżinformazzjoni kontra l-Punent; iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, l-investiment f’komunikazzjonijiet strateġiċi u l-ġlieda kontra l-interferenza barranija u t-tixrid tad-diżinformazzjoni, u jilqa’ l-involviment tas-SEAE man-NU dwar kodiċi ta’ kondotta globali għall-integrità tal-informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jenfasizza l-fenomenu dejjem akbar ta’ theddid tranżnazzjonali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti politiċi mill-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tagħhom jew minn proxies; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-attivisti barranin li huma residenti fl-UE b’mezzi finanzjarji u oħrajn xierqa biex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom mill-bogħod u mingħajr biża’ ta’ ritaljazzjoni; ifaħħar il-ħidma bla heda tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja u jitlob lill-UE żżid l-appoġġ tagħha għas-soċjetà ċivili u għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar l-attakki dejjem jiżdiedu fuq diversi minoranzi madwar id-dinja, inklużi l-komunità LGBTIQ u l-minoranzi reliġjużi, bħall-Kristjani; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-intersezzjonalità fl-azzjonijiet kollha tal-UE, inkluż fl-implimentazzjoni tal-PESK, sabiex tiġi promossa ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, il-qtil fis-16 ta’ Frar 2024 ta’ Alexei Navalny, figura politika prominenti Russa u rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021, li nżamm il-ħabs f’kolonja penali u kien soġġett għal trattament ħażin, inklużi atti ta’ tortura, kastigi arbitrarji u pressjonijiet psikoloġiċi; jappella għal kundizzjonijiet imtejba għall-priġunieri politiċi fir-Russja, f’konformità mal-impenji internazzjonali tagħha; jiddenunzja l-eskalazzjoni tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem mir-reġim Russu u jikkundanna s-soppressjoni kontinwa tal-kritiċi tal-gvern, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti indipendenti; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu assistenza lill-ġurnalisti indipendenti, lill-attivisti favur id-demokrazija u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ta’ nazzjonalità Russa, kemm fir-Russja kif ukoll lil hinn minnha; iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta miżuri restrittivi kontra dawk responsabbli għall-qtil ta’ Alexei Nalvany u għall-prosekuzzjonijiet arbitrarji u l-atti ta’ tortura kontra d-dimostranti kontra l-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jirrikonoxxi li diversi atturi fin-Nofsinhar Globali qed isiru aktar assertivi; jenfasizza, f’dan il-kuntest, li t-terminu “in-Nofsinhar Globali” jipproġetta livell ta’ unità fuq dak li fir-realtà huwa grupp varjat ħafna ta’ atturi kkaratterizzati minn aspirazzjonijiet u allinjamenti diverġenti; jirrikonoxxi l-ingranaġġ internazzjonali ta’ dawn l-atturi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li l-UE hija d-donatur ewlieni fid-dinja tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp; jissottolinja li l-UE jeħtiġilha tibqa’ alleat affidabbli fil-kooperazzjoni globali għall-iżvilupp; jesprimi t-tħassib tiegħu li l-UE qiegħda tiffaċċja żieda fix-xettiċiżmu u d-diżimpenn; jitlob lill-UE tirrispondi għall-aspettattivi tal-pajjiżi sħab u li timplimenta malajr b’rabta ma’ ftehimiet politiċi magħhom sabiex turi li l-UE hija sieħeb ewlieni u strateġiku u turi li s-sistema internazzjonali bbażata fuq ir-regoli tista’ tindirizza l-isfidi kontemporanji; iħeġġeġ, f’dan il-kuntest, preżenza politika aktar b’saħħitha f’pajjiżi fejn l-impronta tal-UE kienet fil-biċċa l-kbira tikkonsisti f’kooperazzjoni għall-iżvilupp; jenfasizza, b’mod partikolari, l-importanza tal-preżenza tal-UE fl-Afrika u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkonsolidaw id-djalogu politiku fil-livelli nazzjonali u reġjonali, kif ukoll jipprovdu firxa diversifikata ta’ appoġġ tekniku, inkluż finanzjament fil-livelli tal-gvern u tal-komunità lokali, biex jinkisbu effiċjenza u viżibbiltà akbar; jisħaq fuq l-importanza li jiġu stabbiliti ftehimiet politiċi ma’ pajjiżi terzi, ibbażati fuq valuri Ewropej komuni u fuq id-drittijiet fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill ivara l-proġett tal-ħolqien ta’ korp ċivili Ewropew tal-paċi li jlaqqa’ l-għarfien espert tal-atturi istituzzjonali u mhux istituzzjonali fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u tar-rikonċiljazzjoni, bil-għan li l-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet tal-UE ssir aktar kredibbli, konsistenti, effikaċi, flessibbli u viżibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li l-UE għandha tkun attur globali aktar assertiv għall-paċi u s-sigurtà tal-bniedem; jinnota li l-kooperazzjoni effettiva għall-iżvilupp u politika kummerċjali ambizzjuża huma kruċjali wkoll fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni u sfidi oħra li qed tiffaċċja l-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tuża b’mod effettiv u malajr l-Global Gateway bħala alternattiva sostenibbli għall-Inizjattiva One Belt, one Road taċ-Ċina u bħala strument biex iżżid il-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE madwar id-dinja permezz ta’ investiment fl-infrastruttura u fit-telekomunikazzjoni li joħloq valur nazzjonali fil-pajjiżi sħab u jippermetti l-iżvilupp soċjoekonomiku tagħhom, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u mal-Ftehim ta’ Pariġi, filwaqt li jiġu segwiti l-interessi ta’ prosperità u sigurtà tal-UE; ifakkar li l-Global Gateway għandu jinftiehem bħala kunċett strateġiku li jintegra l-politika barranija, ekonomika u tal-iżvilupp; jisħaq, f’dan il-kuntest, li l-koordinazzjoni mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, l-involviment definit sew tas-settur privat u l-komunikazzjonijiet strateġiċi mfassla apposta huma essenzjali sabiex l-istrument jilħaq l-iskala mixtieqa; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-ewwel Forum tal-Global Gateway ta’ livell għoli mill-President tal-Kummissjoni Ursula von der Leyen f’Ottubru 2023; jinsisti li l-Parlament għandu jkun involut aktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet sabiex tiġi ggarantita governanza trasparenti u jiġi żgurat li l-Global Gateway tkun ikkoordinata kif xieraq mas-Sħubija tal-G7 għall-Investiment fl-Infrastruttura Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jinnota li l-investiment u l-għajnuna tal-UE għandhom jiffukaw fuq objettivi komuni fl-aktar livell xieraq ta’ azzjoni, b’viżibbiltà ċara fil-pajjiżi riċeventi, u fuq investimenti mfassla apposta li jwieġbu għall-ħtiġijiet tas-sħab tagħna, kif definiti permezz ta’ involviment aktar proattiv u kostruttiv magħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jappella għal soluzzjonijiet multilaterali għal sfidi u realtajiet ġodda, bħaċ-ċibersigurtà, il-bijoteknoloġija u l-intelliġenza artifiċjali; jinsisti fuq iċ-ċentralità tal-multilateraliżmu għaż-żamma effettiva tal-ordni fl-ispazju ekstratmosferiku u fuq il-ħtieġa li jiġu approfonditi l-inizjattivi attwali, u jitnedew oħrajn ġodda, biex jiġu ppreżervati l-użi paċifiċi tal-ispazju ekstratmosferiku;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-affermazzjoni tal-interessi permezz tal-iżvilupp ta’ sħubijiet strateġiċi robusti u sħubijiet tal-istess fehma</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tinbena solidarjetà strateġika bejn sħab tal-istess fehma bħala l-aħjar rispons għal ambjent ta’ sigurtà aktar perikoluż u imprevedibbli; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu s-sħubijiet eżistenti ma’ pajjiżi li jaqsmu l-valuri tagħna, b’mod partikolari dwar kwistjonijiet bħad-dipendenzi strateġiċi, il-koerċizzjoni ekonomika, l-interferenza politika u d-diżinformazzjoni, u jenfasizza s-sinifikat tal-bini ta’ alleanzi ġodda, fost l-oħrajn fin-Nofsinhar Globali, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-interessi reċiproċi sabiex jitrawmu sħubijiet reali u bbilanċjati; jemmen li l-prinċipju “aktar għal aktar” għandu jiġi integrat bi sħiħ fir-relazzjonijiet mal-pajjiżi terzi, biex b’hekk l-UE tiżviluppa sħubijiet aktar b’saħħithom ma’ dawk li jsostnu l-prinċipji tal-PESK u tal-PSDK u l-valuri fundamentali tal-Unjoni; jemmen, mill-banda l-oħra, li l-prinċipju “inqas għal inqas” għandu japplika fir-rigward tal-pajjiżi terzi li juru diżrispett evidenti tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali, kif ukoll ta’ dawk li jippermettu lill-pajjiżi terzi l-oħra jikkommettu tali ksur; ifakkar li l-livell u l-intensità tal-impenn tal-UE għandhom ikunu adattati f’dan is-sens, b’mod partikolari f’termini ta’ kooperazzjoni għall-iżvilupp, vantaġġi kummerċjali u aċċess għall-programmi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza ta’ kooperazzjoni trans-Atlantika b’saħħitha u strateġika, inkluż dik bejn in-NATO u l-UE, ibbażata fuq valuri, interessi u objettivi kondiviżi u fuq il-prinċipju ta’sħubija bejn partijiet ugwali; jistieden lill-Kummissjoni trawwem rabtiet eqreb ma’ sħab ewlenin kemm fl-Istati Uniti kif ukoll fil-Kanada sabiex tilqa’ għall-isfidi globali li jaffettwaw il-valuri komuni, l-interessi, is-sigurtà u l-prosperità tagħna; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli jaħdmu mill-qrib maż-żewġ sħab billi jintensifikaw u jikkonsolidaw il-mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni diġà stabbiliti, inkluż il-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija bejn l-UE u l-Istati Uniti; jisħaq, b’mod partikolari, fuq il-ħtieġa li jsir progress fil-fajls ewlenin tal-politika barranija, inkluż fir-relazzjonijiet rispettivi tagħna maċ-Ċina, dwar il-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa, dwar l-Afrika, l-Amerka Latina u l-Karibew u dwar ir-reġjun Indo-Paċifiku; jindika, fir-rigward ta’ dan tal-aħħar, id-djalogu ddedikat bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar is-sigurtà u d-difiża u r-reġjun Indo-Paċifiku bil-ħsieb li tiġi żviluppata kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar ambizzjuża, u jenfasizza l-ewwel eżerċizzju navali konġunt bejn l-UE u l-Istati Uniti fl-Oċean Indjan tal-Majjistral f’Marzu 2023; jappella għal kooperazzjoni trans-Atlantika aktar b’saħħitha dwar il-kummerċ u dwar il-ġlieda kontra l-isfidi kkawżati minn bidliet teknoloġiċi malajr u minn theddid ċibernetiku li qed jikber;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Ifakkar li l-Istati Uniti huma l-aktar alleat importanti tal-UE; itenni l-appell tiegħu li s-summits bejn l-UE u l-Istati Uniti jsiru fuq bażi regolari sabiex jagħtu spinta sostnuta lin-natura indispensabbli tal-kooperazzjoni trans-Atlantika; itenni l-appoġġ tiegħu għall-istabbiliment ta’ kunsill politiku trans-Atlantiku li jservi bħala forum għal djalogu istituzzjonali regolari u effettiv bejn l-Istati Uniti u l-UE dwar il-politika estera u ta’ sigurtà; jistieden lill-Kamra tar-Rappreżentanti tistabbilixxi delegazzjoni tal-Kungress permanenti għad-djalogu Trans-Atlantiku tal-Legiżlaturi (TLD), f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-1999 dwar l-istabbiliment tat-TLD bejn il-Kungress tal-Istati Uniti u l-Parlament Ewropew, peress li dan isaħħaħ il-kapaċità tagħna għal djalogu u kooperazzjoni ta’ politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Uniti jagħmlu progress deċiżiv fin-negozjati dwar it-tisħiħ tal-ktajjen tal-provvista internazzjonali għall-minerali kritiċi bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet reċiprokament aċċettabbli ħalli jiġi indirizzat l-impatt diskriminatorju tal-Att tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tal-Inflazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jilqa’ l-konklużjoni tal-Qafas Windsor u jfakkar fl-importanza tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit għal sħubija b’saħħitha u kostruttiva mar-Renju Unit; jenfasizza s-sinifikat kruċjali u b’diversi livelli tal-Protokoll tal-Irlanda ta’ Fuq u tal-Qafas Windsor għal relazzjonijiet li ilhom stabbiliti mar-Renju Unit;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit ma jinkludix dispożizzjonijiet dwar il-kooperazzjoni fil-politika barranija u d-difiża; jappella, f’dan il-kuntest, għal involviment akbar tar-Renju Unit fi proġetti Ewropej ta’ sigurtà u difiża u għal involviment aktar strutturat u regolari mar-Renju Unit dwar l-affarijiet barranin, li jibni fuq l-esperjenza kostruttiva tal-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit fil-ġlieda kontra l-gwerra tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inklużi l-adozzjoni u l-monitoraġġ tas-sanzjonijiet; jilqa’ l-missjonijiet konġunti f’pajjiżi terzi minn rappreżentanti tal-UE u tar-Renju Unit bil-ħsieb li tiġi pprevenuta ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jenfasizza l-interessi kondiviżi u r-responsabbiltajiet kollettivi u jappella għal forom aktar permanenti ta’ koordinazzjoni fir-rigward tal-politika estera u ta’ sigurtà f’diversi reġjuni; jilqa’ l-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-Komunità Politika Ewropea u l-fatt li l-pajjiż se jospita r-raba’ summit tagħha; huwa konvint li l-Komunità Politika Ewropea tista’ tiffaċilita l-fiduċja bejn ir-Renju Unit u l-UE, tippromwovi djalogu aktar strett dwar sfidi komuni, b’mod partikolari relatati mas-sigurtà, u sservi ta’ inkubatur għal proġetti ta’ kooperazzjoni konkreta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jilqa’ kemm it-tnedija tal-grupp konsultattiv Belarussja-UE biex jippermetti d-djalogu kontinwu bejn l-UE u l-forzi demokratiċi Belarussi, u l-appoġġ kontinwu pprovdut lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem Russi u lill-media indipendenti barra u ġewwa r-Russja; jinsab maħsud bil-mewt ta’ Alexei Navalny, rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021, li kien ġie arrestat u kkundannat għal raġunijiet dubjużi u politikament motivati u li ssagrifika ħajtu biex jiddefendi d-demokrazija u jopponi l-oppressjoni u l-korruzzjoni fir-Russja; jistieden lir-reġim Russu jixħet dawl mill-aktar fis fuq iċ-ċirkostanzi tal-mewt ta’ Alexei Navalny; itenni l-appoġġ tiegħu għall-oppożizzjoni demokratika Belarussa, għall-priġunieri politiċi kollha u għall-attivisti u l-ġurnalisti kuraġġużi fil-Belarussja li għadhom jirreżistu r-reġim tal-mexxej illeġittimu u l-kompliċità tar-reġim fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna minkejja r-repressjonijiet li għaddejjin, u li esprimew ix-xewqa tagħhom li jiksbu l-iżvilupp demokratiku tal-Belarussja u s-sħubija tagħha fl-UE, fost l-oħrajn fil-Konferenza tal-Belarussja l-Ġdida li saret f’Varsavja f’Awwissu 2023; jissottolinja li tali sforzi juru r-rwol fundamentali tas-soċjetà ċivili fit-tisħiħ tad-demokrazija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jikkundanna r-rwol attiv tar-reġim ta’ Lukashenka fl-appoġġ tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu riflessi s-sanzjonijiet bejn il-Belarussja u r-Russja, bir-reġim ta’ Lukashenka jkun kompletament kompliċi fid-delitti tal-gwerra mwettqa, bħall-ħtif ta’ eluf ta’ tfal Ukreni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jinsab maħsud u xxukkjat bil-qtil ta’ Alexei Navalny, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021 u l-politiku tal-oppoiżizzjoni Russa, li ssagrifika ħajtu biex jiddefendi d-demokrazija u jopponi l-oppressjoni u l-korruzzjoni fir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jilqa’ l-pakkett tat-tkabbir tal-2023 u l-Pjan ta’ Tkabbir għall-Balkani tal-Punent, li jinkludi faċilità ta’ EUR 6 biljun f’għotjiet u self biex titħaffef il-konverġenza soċjoekonomika mal-UE bejn l-2024 u l-2027; jikkonferma li qed jeżamina l-proposta għall-faċilità għar-riforma u t-tkabbir għall-Balkani tal-Punent u se jikkoopera mal-Kunsill biex jiżgura ratifika rapida; jistieden lill-Kunsill juri impenn politiku ġenwin għall-perspettiva ta’ sħubija fl-UE tal-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent; jinnota li dan għandu jinkludi progress fin-negozjati ta’ adeżjoni mal-Albanija, il-Montenegro u l-Maċedonja ta’ Fuq; jappoġġja l-isforzi biex, bħala kwistjoni ta’ prijorità, jintlaħqu l-bidliet kostituzzjonali rilevanti fil-Maċedonja ta’ Fuq u jistieden lill-forzi politiċi kollha jkollhom rwol kostruttiv f’dan ir-rigward; jitlob, b’mod partikolari, lill-gvernijiet tal-Istati Membri li jistabbilixxu dan ir-rekwiżit addizzjonali għall-Maċedonja ta’ Fuq biex jagħmlu l-aħjar li jistgħu ħalli jappoġġjaw dawn l-isforzi; jesprimi dispjaċir għad-dewmien mhux ġustifikat fil-proċessi ta’ adeżjoni tal-Maċedonja ta’ Fuq u tal-Albanija u jfakkar li l-pajjiżi kandidati għandhom jiġu vvalutati abbażi tal-mertu tagħhom stess fil-konformità mal-kriterji oġġettivi għall-adeżjoni, inkluża l-implimentazzjoni tagħhom ta’ riformi relatati mal-UE u l-allinjament tal-politika tagħhom mal-PESK, bħall-pożizzjonijiet u l-miżuri restrittivi adottati b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jilqa’ l-fatt li l-maġġoranza tal-pajjiżi fil-Balkani tal-Punent huma allinjati mal-PESK, filwaqt li jistieden lil Belgrad jagħmel l-istess b’mod urġenti, b’mod partikolari meta jitqies li s-Serbja hija waħda mill-ftit pajjiżi Ewropej li għadhom mhumiex konformi mas-sanzjonijiet adottati b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; ifakkar li l-adeżjoni tista’ tipproċedi biss ladarba l-pajjiż inkwistjoni jikkonforma mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja u jagħmel progress sinifikanti fir-riformi relatati mal-UE; jibqa’ mħasseb ħafna dwar l-influwenza destabbilizzanti fuq ir-reġjun kollu tal-awtoritajiet Serbi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jieħu nota tas-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari tal-Missjoni Internazzjonali ta’ Osservazzjoni Elettorali (MOE-I) tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-OSKE dwar l-elezzjonijiet parlamentari bikrija tas-Serbja tas-17 ta’ Diċembru 2023; jilqa’ l-parteċipazzjoni elettorali għolja, iżda jinsab imħasseb dwar l-irregolaritajiet u n-nuqqasijiet proċedurali rrappurtati; jisħaq li l-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet demokratiċi tas-Serbja huwa fil-qalba tal-proċess ta’ adeżjoni tal-pajjiż mal-UE u jistieden lill-awtoritajiet kompetenti jinvestigaw kif xieraq u jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-MOE-I; iħeġġeġ lit-tmexxija politika tas-Serbja tiżgura djalogu kostruttiv u inklużiv fl-ispettru politiku kollu u twettaq ir-riformi meħtieġa biex is-Serbja tagħmel progress fit-triq lejn l-adeżjoni mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar dikjarazzjoni pubblika mill-President Vučić fi Frar 2024 li tapprova espliċitament miżuri militari possibbli mir-RPĊ kontra t-Tajwan b'kontradizzjoni mal-politika tal-UE li tappoġġja l-istatus quo fl-Istrett tat-Tajwan u twissija kontra miżuri unilaterali, b'mod partikolari bil-forza jew sfurzar.
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li tensjonijiet politiċi u polarizzazzjoni kbar fil-Montenegro dewmu l-progress fir-riformi relatati mal-UE u wasslu lill-pajjiż fi kriżi politika u istituzzjonali profonda, u dan waqqaf il-proċess ta’ adeżjoni tal-Montenegro mal-UE; jilqa’ l-formazzjoni ta’ gvern ġdid u jisħaq fuq l-importanza tal-gvern li dan ikun jista’ u jkun impenjat li jmexxi ’l quddiem ir-riformi relatati mal-UE u jżomm lill-Montenegro fit-triq strateġika tal-UE b’mod sod;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-elezzjonijiet parlamentari u lokali Serbi li saru fis-17 ta’ Diċembru 2023 iddevjaw mill-istandards internazzjonali u mill-impenji tas-Serbja għal elezzjonijiet ħielsa u ġusti, minħabba l-abbuż persistenti u sistematiku tal-istituzzjonijiet u tal-media min-naħa tal-persuni stabbiliti fil-poter sabiex jiksbu vantaġġ inġust u mhux dovut; iqis li dawn l-elezzjonijiet ma jistgħux jitqiesu li seħħew f’kundizzjonijiet ġusti; jinsab allarmat mir-rapporti dwar l-iskala mifruxa u sistematika ta’ frodi li kkompromettiet l-integrità tal-elezzjonijiet fis-Serbja; jinnota li l-missjoni internazzjonali ta' osservazzjoni elettorali ddikjarat li l-elezzjoni saret mingħajr intoppi, iżda li l-ġurnata kienet ikkaratterizzata minn bosta nuqqasijiet proċedurali, inklużi l-applikazzjoni inkonsistenti ta’ salvagwardji matul il-vot u l-għadd tal-voti, każijiet frekwenti ta’ affollament, ksur tas-segretezza tal-vot u bosta każijiet ta’ vot fi grupp, kif ukoll kienet dominata mill-involviment deċiżiv tal-President Vučić flimkien mal-vantaġġi sistematiċi tal-partit fil-gvern; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar dawk l-irregolaritajiet u l-kuntest elettorali ġenerali, li waqgħu taħt l-istandards mistennija minn pajjiż kandidat tal-UE; ifakkar lill-awtoritajiet Serbi li l-funzjonament xieraq tal-istituzzjonijiet demokratiċi tas-Serbja jinsab fil-qalba tal-proċess ta’ adeżjoni tas-Serbja mal-UE u tal-metodoloġija ta’ adeżjoni mal-UE; jitlob li ssir investigazzjoni internazzjonali indipendenti minn esperti u istituzzjonijiet ġuridiċi internazzjonali rrispettati tal-irregolaritajiet fl-elezzjonijiet parlamentari, provinċjali u muniċipali, u li tingħata attenzjoni speċjali lill-elezzjonijiet tal-Assemblea tal-Belt ta’ Belgrad, peress li ċerti allegazzjonijiet, inklużi dawk rigward il-migrazzjoni organizzata tal-votanti fil-livell lokali, imorru lil hinn mill-ambitu kopert mir-rapporti tal-OSKE/ODIHR;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji ta’ sħubija; jistenna bil-ħerqa r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-progress, li huwa mistenni mhux aktar tard minn Marzu 2024; iħeġġeġ lill-mexxejja politiċi tal-pajjiż jimplimentaw is-sett sostanzjali ta’ riformi, inklużi r-riformi elettorali, f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali u internazzjonali sabiex jiġu żgurati l-prinċipji tal-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni għaċ-ċittadini u għall-popli kostitwenti kollha, kif minqux fil-kostituzzjoni tagħha u b’rispett sħiħ tas-sentenzi tal-qrati domestiċi u internazzjonali, inklużi s-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem rigward il-Bożnija-Ħerzegovina; jiddenunzja r-retorika xewwiexa u l-liġijiet u l-politiki seċessjonisti rikorrenti tal-mexxejja tar-Republika Srpska (RS), inkluża ċ-ċelebrazzjoni ta’ “Jum ir-RS”, festa inkostituzzjonali, fid-9 ta’ Jannar 2024; jitlob lill-Istati Membri u lir-rappreżentanti tal-komunità internazzjonali fil-Bożnija-Ħerzegovina jippromwovu u jappoġġjaw l-implimentazzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet; itenni l-appell tiegħu għal sanzjonijiet immirati kontra atturi destabbilizzanti fil-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari Milorad Dodik, kif ukoll uffiċjali ta’ livell għoli oħra tar-RS u uffiċjali Serbi li qed jagħtu appoġġ politiku u materjali lill-politiki seċessjonisti; jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li tali sanzjonijiet ikunu jistgħu jiġu adottati mill-Kunsill u jimponuhom bilateralment jew flimkien ma’ Stati Membri oħra jekk l-adozzjoni tagħhom fil-Kunsill ma tkunx possibbli; jilqa’ l-ftehim li ntlaħaq biex jiġi estiż il-mandat tal-Forza tal-UE fl-Operazzjoni Althea tal-Bożnija-Ħerzegovina sat-2 ta’ Novembru 2024 u jfakkar li din il-missjoni għad għandha rwol ċentrali fis-sigurtà u l-istabbiltà tal-Bożnija-Ħerzegovina; iħeġġeġ lill-missjoni militari tal-UE tipprevjeni b’mod attiv il-parati illegali u l-provokazzjonijiet l-oħra kif ukoll it-theddid kontra kull min qiegħed jaħdem biex jgħin lill-vittmi tal-ġenoċidju u jinvesti fir-rikonċiljazzjoni interetnika u f’futur paċifiku għall-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li l-gwerra ta’ aggressjoni mhux provokata kontra l-Ukrajna wasslet lill-UE biex terġa’ tagħti prijorità lill-politika tat-tkabbir tagħha; jafferma mill-ġdid li l-pass tal-proċess tat-tkabbir jiddependi kemm mill-kapaċità tal-pajjiżi individwali li jissodisfaw il-kriterji għall-adeżjoni kif ukoll fuq l-impenn tal-mexxejja politiċi fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent u l-Istati Membri tal-UE; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fl-etnonazzjonaliżmu fil-Balkani tal-Punent; jistieden lis-SEAE jimmonitorja s-sitwazzjoni mill-qrib sabiex jipprevjeni t-tensjonijiet; jissottolinja l-importanza tal-attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija aġevolati mill-Parlament, bħad-Djalogu Jean Monnet u l-Proċess ta’ Djalogu Parlamentari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jilqa’ s-sinjali reċenti rigward l-iskeda ta’ żmien mħaffa għall-pajjiżi kandidati; jitlob li jiġi żgurat li n-negozjati dwar l-adeżjoni li għaddejjin bħalissa u dawk futuri ma jiddewmux minħabba interessi nazzjonali partikolari jew minħabba l-ħtieġa ta’ riforma tat-Trattati; itenni l-ħtieġa li titkompla l-ħidma fuq l-adeżjoni ta’ Stati Membri ġodda u l-approfondiment tal-UE b’mod parallel; jissottolinja l-importanza tal-istrumenti finanzjarji, bħall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III, sabiex tissaħħaħ is-sħubija bejn l-UE u l-pajjiżi kandidati; jappella għall-iżvilupp ta’ strateġija koerenti għall-integrazzjoni gradwali tal-pajjiżi kandidati kollha, inkluż fil-politiki settorjali u bħala osservaturi fid-diversi istituzzjonijiet tal-Unjoni; għadu mħasseb ħafna bir-rapporti skont liema il-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir qiegħed deliberatament jipprova jevita u jdgħajjef iċ-ċentralità tar-riformi demokratiċi u tal-istat tad-dritt fil-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti bidu għal investigazzjoni indipendenti u imparzjali biex taċċerta jekk il-kondotta murija u l-politiki li ppersegwa l-Kummissarju għall-Viċinat u t-Tkabbir jikkostitwux ksur tal-Kodiċi ta’ Kondotta għall-Membri tal-Kummissjoni u tal-obbligi tal-Kummissarju skont it-Trattati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jinnota l-importanza strateġika tal-Balkani tal-Punent fil-kuntest ġeopolitiku tal-lum, kif ukoll għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE kollha kemm hi; itenni l-ħtieġa ta’ preżenza u viżibbiltà Ewropej akbar fir-reġjun sabiex jiġu ddevjati l-influwenzi malinni barranin u l-attivitajiet ibridi tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jikkundanna l-attakk terroristiku li sar fl-24 ta’ Settembru 2023 kontra l-uffiċjali tal-Pulizija tal-Kosovo f’Banjska fit-Tramuntana tar-Repubblika tal-Kosovo, u provokazzjonijiet oħra; jenfasizza mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu kif adottata fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023<FOOTNOTE><FIELD> Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-19 ta’ Ottubru 2023 dwar l-iżviluppi reċenti fid-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluża s-sitwazzjoni fil-muniċipalitajiet tat-Tramuntana fil-Kosovo (Testi adottati, P9_TA(2023)0372).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lin-naħat kollha, f’dan il-kuntest, biex inaqqsu t-tensjoni tas-sitwazzjoni u jevitaw kwalunkwe retorika jew azzjoni li tista’ twassal għal aktar tensjonijiet; qed isegwi mill-qrib l-investigazzjonijiet li għaddejjin u jtenni li l-awturi responsabbli jeħtiġilhom jinżammu responsabbli u jiffaċċjaw il-ġustizzja; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu miżuri kontra l-Gvern Serb jekk l-investigazzjonijiet jiżvelaw li l-Istat Serb kien involut direttament fl-attakk msemmi fuq jew fl-attakki vjolenti li seħħew fit-Tramuntana tal-Kosovo f’Mejju 2023, jew jekk l-awtoritajiet Serbi mhumiex lesti li jikkooperaw bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jappoġġja n-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Kosovo u s-Serbja u l-iżvilupp tad-djalogu aġevolat mill-UE bejn Belgrad u Pristina; jistieden lill-Kosovo u lis-Serbja jimpenjaw ruħhom f’dan id-Djalogu b’rieda tajba u fl-ispirtu ta’ kompromess biex jintlaħaq ftehim komprensiv u legalment vinkolanti dwar in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom, abbażi tar-rikonoxximent reċiproku, f’konformità mad-dritt internazzjonali u mingħajr aktar dewmien; ifakkar li n-nuqqas ta’ progress fin-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet ikollu impatt negattiv fuq l-integrazzjoni taż-żewġ pajjiżi fl-UE; jesprimi dispjaċir għall-miżuri restrittivi imposti mill-Kunsill kontra l-Kosovo u jappella għat-tneħħija immedjata tagħhom; jitlob lill-UE tadotta approċċ ibbilanċjat għall-medjazzjoni bejn il-partijiet sabiex jingħeleb l-istaġnar attwali; ifakkar li l-falliment tad-Djalogu se jirriżulta wkoll f’konsegwenzi għar-rwol tal-UE bħala attur kredibbli fil-politika barranija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jiddispjaċih bil-bosta irregolaritajiet li rrapportaw l-osservaturi matul l-elezzjonijiet parlamentari bikrin Serbi li saru fis-17 ta’ Diċembru 2023, fosthom anki l-użu ħażin tar-riżorsi pubbliċi, il-pressjonijiet fuq l-impjegati tas-settur pubbliku u fuq l-eletturi, ix-xiri ta’ voti u l-ħtif tal-media; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti fil-pront ta’ dawn l-irregolaritajiet; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-awtoritajiet Serbi jagħtu segwitu lir-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni internazzjonali ta’ osservazzjoni elettorali; jinsab imħasseb bil-polarizzazzjoni profonda fi ħdan is-soċjetà Serba u bl-episodji ta’ vjolenza ta’ dan l-aħħar, inkluż ir-rapporti dwar is-swat li qala’ politiku tal-oppożizzjoni mingħand is-servizzi sigrieti Serbi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew biex jinfetħu negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna u mar-Repubblika tal-Moldova; jistieden lill-Kunsill jadotta l-oqsfa tan-negozjati rispettivi ladarba jkunu ttieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023; jieħu nota pożittiva tar-rakkomandazzjoni li jinfetħu wkoll negozjati ta’ adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji ta’ sħubija; jilqa’ l-applikazzjoni tal-Kosovo għas-sħubija fl-UE u jitlob lill-Kummissjoni tagħti t-tweġiba tagħha għaliha; ifakkar li l-offerta tal-Kosovo biex jitqies bħala pajjiż kandidat se tiġi evalwata abbażi tal-merti tiegħu stess u tas-suċċess tiegħu li jilħaq il-kriterji ta’ Copenhagen għas-sħubija fl-UE; jilqa’, madankollu, it-tneħħija tar-rekwiżiti tal-viża għaċ-ċittadini tal-Kosovo;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jieħu nota pożittiva tad-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew biex lill-Georgia jingħata l-istatus ta’ pajjiż kandidat bil-fehim li jittieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023, inklużi dawk dwar il-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, l-allinjament mal-PESK, it-titjib tal-implimentazzjoni tas-sorveljanza parlamentari u l-indirizzar tal-polarizzazzjoni politika, id-deoligarizzazzjoni u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; itenni t-talbiet tiegħu biex l-eks President Mikheil Saakashvili jinħeles għal raġunijiet umanitarji u jħeġġeġ lill-President Salome Zourabichvili tuża d-dritt kostituzzjonali tagħha biex jingħata l-maħfra, li tikkontribwixxi għal tnaqqis tal-polarizzazzjoni politika fil-pajjiż; jissottolinja l-aspirazzjonijiet Ewropej leġittimi tal-poplu tal-Georgia u jisħaq kif xieraq fuq l-importanza tal-appoġġ tal-UE għall-pajjiż, b’enfasi fuq l-atturi tas-soċjetà ċivili li jaħdmu favur l-integrazzjoni tal-Georgia fl-UE; jindika r-rwol potenzjali ta’ stabbilizzazzjoni li jista’ jkollha l-Georgia fil-Kawkasu tan-Nofsinhar;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jitlob lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jieħdu passi deċiżivi biex jiżguraw li r-Russja tissodisfa l-obbligi tagħha skont il-Ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied tat-12 ta’ Awwissu 2008 medjat mill-UE, b’mod partikolari biex tirtira l-forzi militari u tas-sigurtà kollha tagħha mit-territorji okkupati tal-Georgia, li tippermetti l-iskjerament ta’ mekkaniżmi ta’ sigurtà internazzjonali fuq il-post u li tagħti lill-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea aċċess mingħajr xkiel għar-reġjuni tal-Georgia okkupati mir-Russja ta’ Abkhazia u Tskhinvali/tal-Ossetia tan-Nofsinhar; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jkomplu jsaħħu l-kapaċitajiet tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea u jestendu aktar il-mandat tagħha; jitlob ukoll lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jużaw it-terminu “okkupazzjoni” fir-rigward tar-reġjuni tal-Georgia ta’ Abkhazia u Tskhinvali/tal-Ossetia tan-Nofsinhar li huma okkupati illegalment mir-Russja u taħt kontroll effettiv tagħha, kif stabbilit mis-sentenzi rispettivi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u mill-investigazzjoni tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jemmen li l-adeżjoni tal-Ukrajna u tar-Repubblika tal-Moldova mal-UE tkun investiment ġeostrateġiku f’Ewropa magħquda u b’saħħitha; jilqa’ l-pakkett ta’ appoġġ u t-tnedija tal-Missjoni ta’ Sħubija Ċivili tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova; ifaħħar il-progress diġà milħuq fir-riformi u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta pjan ambizzjuż biex jibdew in-negozjati tal-adeżjoni malajr kemm jista’ jkun, kif ukoll l-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna u l-Moldova fil-politiki u l-programmi tal-UE; jissottolinja l-kumplessità u n-natura bbażata fuq il-mertu tal-proċess ta’ tkabbir, li jirrikjedu li jittieħdu passi b’mod kostanti u f’waqtu; jinsisti wkoll li jrid isir sforz kontinwu biex jiġu aġġustati l-għodod ta’ adeżjoni eżistenti u tinbena l-bażi legali għall-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III; jistenna b’interess il-fatt li fil-laqgħat li jmiss tiegħu l-Kunsill Ewropew se jindirizza r-riformi interni relatati mat-tkabbir, bil-ħsieb li jadotta, sas-sajf tal-2024, il-konklużjonijiet dwar pjan direzzjonali għall-ħidma futura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li tiġi kkunsidrata mill-ġdid il-politika multilaterali tas-Sħubija tal-Lvant biex jerġa’ jiġi stabbilit l-involviment reġjonali u l-aġenda ta’ riforma demokratika reġjonali, inkluż permezz tal-Assemblea Parlamentari Euronest;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jiddispjaċih mill-fatt li l-Ażerbajġan għażel soluzzjoni militari minflok id-diplomazija fir-rigward ta’ Nagorno-Karabakh, filwaqt li jirrikonoxxi li Nagorno-Karabakh huwa rikonoxxut internazzjonalment bħala territorju tal-Ażerbajġan; jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, l-attakk ippjanat minn qabel u mhux ġustifikat mill-Ażerbajġan kontra l-Armeni ta’ Nagorno-Karabakh u n-nies li baqgħu fir-reġjun; jistieden lill-awtoritajiet Ażerbajġani jippermettu r-ritorn sikur tal-popolazzjoni Armena f’Nagorno-Karabakh u joffru garanziji sodi rigward il-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom; jitlob il-protezzjoni tal-wirt kulturali, storiku u reliġjuż tal-Armenja f’Nagorno-Karabakh f’konformità mal-istandards tal-UNESCO u l-impenji internazzjonali tal-Ażerbajġan; jiddeplora l-fatt li l-offensiva ta’ Baku rrappreżentat ksur gravi tad-dritt internazzjonali u tad-drittijiet tal-bniedem u ksur ċar tad-dikjarazzjoni ta’ waqfien mill-ġlied trilaterali tad-9 ta’ Novembru 2020 u tal-impenji li l-Ażerbajġan għamel fin-negozjati medjati mill-UE; jemmen li djalogu ġenwin bejn l-Ażerbajġan u l-Armenja huwa l-unika triq sostenibbli ’l quddiem u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jappoġġjaw dawn l-isforzi; jappoġġja t-taħditiet ta’ paċi li għaddejjin bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, li ġew imfixkla serjament mill-operazzjoni militari reċenti kontra Nagorno-Karabakh li wasslet għall-eżodu tal-popolazzjoni Armena; jenfasizza li paċi reġjonali dinjituża u dejjiema li żżomm is-sovranità, l-indipendenza u l-integrità territorjali għaż-żewġ pajjiżi hija prerekwiżit għall-istabbiltà fil-viċinat; jinsab imħasseb dwar it-tentattivi minn xi mexxejja u setgħat reġjonali biex jisfruttaw is-sitwazzjoni attwali b’mod li jista’ jhedded il-prospetti fraġli għall-paċi; iwissi li kwalunkwe sforz biex jintlaħqu l-għanijiet bl-użu tal-forza u l-ksur tal-integrità territorjali tal-pajjiżi ġirien għandu jkun iffaċċjat b’rispons deċiżiv mill-UE u mill-komunità internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jistieden lill-missjoni ċivili tal-UE fl-Armenja (EUMA) timmonitorja mill-qrib is-sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tevolvi fil-prattika, tipprovdi rapportar trasparenti lill-Parlament u tikkontribwixxi b’mod attiv għall-isforzi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-mandat tal-EUMA, iżidu d-daqs tagħha, jestendu d-durata tagħha u jpoġġu wkoll osservaturi tul il-fruntiera mat-Turkija; jistieden lill-Ażerbajġan jippermetti l-preżenza tal-EUMA fuq in-naħa tiegħu tal-fruntiera u f’Nagorno-Karabakh;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli u lis-SEAE jappoġġjaw aktar lill-Armenja permezz tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, b’mod partikolari bil-ħsieb li jsaħħu l-kapaċitajiet ta’ difiża tagħha kontra theddid ibridu sabiex tkabbar l-ispazju ta’ sigurtà tagħha lil hinn mill-Organizzazzjoni tat-Trattat dwar is-Sigurtà Kollettiva; jilqa’ l-istabbiliment tad-Djalogu Politiku u ta’ Sigurtà bejn l-UE u l-Armenja u t-tieni laqgħa tiegħu fil-15 ta’ Novembru 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jisħaq li t-twissijiet multipli tal-Parlament dwar is-sitwazzjoni ma wasslu għall-ebda bidla fil-politika tal-UE dwar l-Ażerbajġan; jinsisti li kwalunkwe approfondiment tar-relazzjonijiet tal-UE mal-Ażerbajġan irid jibqa’ soġġett għall-kundizzjoni li l-pajjiż li jagħmel progress sostanzjali fir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, id-demokrazija u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-protezzjoni tal-minoranzi etniċi; jesprimi, f’dan ir-rigward, it-tħassib serju tiegħu dwar ir-repressjoni dejjem agħar tal-ġurnalisti indipendenti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ażerbajġan; jistieden ukoll lill-UE timponi minnufih sanzjonijiet fuq l-Ażerbajġan u tissospendi l-Memorandum ta’ Ftehim dwar Sħubija Strateġika fil-Qasam tal-Enerġija; ikompli jqajjem dubji rigward jekk l-Ażerbajġan huwiex adatt biex jilqa’ fih il-COP29 fl-2024 fid-dawl tal-fatt li l-pajjiż qiegħed jippjana li fl-għaxar snin li ġejjin iżid b’terz il-produzzjoni ta’ fjuwils fossili tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-gvern elett b’mod demokratiku tal-Armenja u r-rispett sħiħ tiegħu għas-sovranità, id-demokrazija u l-integrità territorjali tal-pajjiż; ifaħħar id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Nikol Pashinyan li l-Armenja mhux se tiddaħħal fi gwerra ġdida mal-Ażerbajġan u l-appelli reċenti tiegħu biex jerġgħu jinbdew it-taħditiet dwar il-paċi fl-ogħla livell mal-Ażerbajġan; jikkundanna l-interferenza tar-Russja fl-Armenja, li għandha l-għan li xxerred l-inkwiet; jitlob lill-UE ssaħħaħ l-involviment tagħha fil-Kawkasu tan-Nofsinhar; jilqa’ r-ratifika tal-Armenja tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jinsab imħasseb bil-fatt li l-Gvern tat-Turkija ma invertiex it-tendenza negattiva tad-deterjorament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet fundamentali u tal-indipendenza tal-ġudikatura, li l-politika estera tat-Turkija għadha f’kuntrast mal-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-PESK u li t-Turkija ma allinjatx mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja; ma jaqbilx bis-sħiħ mad-dikjarazzjonijiet magħmula mill-President tat-Turkija li fihom iddikjara li l-Ħamas mhijiex organizzazzjoni terroristika u jesprimi d-dispjaċir tiegħu dwar dawn;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jisħaq li fin-nuqqas ta’ bidla drastika fid-direzzjoni mill-Gvern Tork, il-proċess ta’ adeżjoni fl-UE tat-Turkija ma jistax jitkompla; jitlob lill-UE u lill-Gvern Tork jimxu ’l quddiem lejn sħubija aktar mill-qrib, aktar dinamika u strateġika, filwaqt li jitqies ir-rwol ewlieni li għandha t-Turkija fir-reġjun u s-sinifikat tagħha bħala alleat tan-NATO; jirrakkomanda li jinbeda proċess ta’ riflessjoni biex jinstab qafas parallel u realistiku għar-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Turkija li jinkludi l-interessi tal-partijiet kollha involuti, li jankra t-Turkija mal-UE minflok ma jressaqha lejn ir-Russja jew l-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jilqa’ t-tnaqqis parzjali tat-tensjonijiet fil-Lvant tal-Mediterran u fl-Eġew u jitlob lil Turkija taħdem fuq approċċ kostruttiv, u mhux assertiv jew aggressiv, mas-sħab tagħha f’dawn ir-reġjuni; jilqa’ f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni mdewma ħafna  tat-Turkija li fl-aħħar tapprova l-adeżjoni tal-Iżvezja man-NATO u jħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet nazzjonali Torok jikkooperaw mill-qrib mal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jikkundanna l-bidu tax-xogħol ta’ kostruzzjoni illegali min-naħa Torka Ċiprijotta fi ħdan il-linja l-ħadra qrib il-villaġġ bikomunitarju ta’ Pyla/Pile f’Ċipru, kif ukoll l-aggressjonijiet fil-konfront tal-forzi taż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ħsara li saret lill-vetturi tan-Nazzjonijiet Uniti fit-18 ta’ Awwissu 2023; jitlob li jiġi rispettat l-istatus tal-linja l-ħadra u l-mandat tal-Forza tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi f’Ċipru; ifakkar li t-theddid għas-sikurezza tal-forzi taż-żamma tal-paċi tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ħsara lill-proprjetà tan-Nazzjonijiet Uniti jikkostitwixxu reati skont id-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lit-Turkija u lill-mexxejja Ċiprijotti Torok iwaqqfu u jirrevokaw dawn l-attivitajiet unilaterali kollha u jevitaw provokazzjonijiet u azzjonijiet ulterjuri li ma jiffavorux l-issuktar tan-negozjati taħt it-tmexxija tan-NU; jilqa’ l-fehim li ntlaħaq min-naħat biex tinstab triq ’il quddiem fit-triq ta’ Pyla/Pile f’Ċipru u tiġi stabbilizzata s-sitwazzjoni u jappella għal impenn f’negozjati paċifiċi u fi proċess reali ta’ djalogu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li, aktar minn 25 sena wara t-tnedija tal-Proċess ta’ Barċellona, il-ħolqien ta’ spazju komuni ta’ prosperità, stabbiltà u libertà mal-pajjiżi Mediterranji tal-Viċinat tan-Nofsinhar għadu ma ntlaħaqx; iħeġġeġ lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli u lill-Kummissjoni jsaħħu d-dimensjoni tan-Nofsinhar tal-viċinat tal-UE, inkluż permezz ta’ djalogu akbar u kundizzjonalità msaħħa marbuta mal-iżborż tal-fondi, u jiżguraw riżorsi adegwati għall-implimentazzjoni f’waqtha u effettiva tal-aġenda l-ġdida għall-Mediterran, jisħaq fuq ir-rwol importanti li għandhom il-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar fil-ġestjoni tal-migrazzjoni abbażi tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem tal-migranti u tar-rifuġjati kif minquxa fid-dritt internazzjonali, reġjonali u nazzjonali, solidarjetà, bilanċ u kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn il-pajjiżi; jisħaq fuq l-importanza tal-kooperazzjoni ma’ dawn il-pajjiżi sabiex jiġu mmitigati l-kawżi profondi tal-migrazzjoni, il-konsegwenzi tal-migrazzjoni irregolari, tat-traffikar tal-bnedmin u tal-kuntrabandu ta’ armi illeċiti u ta’ oġġetti kulturali; jirrimarka li ħafna pajjiżi fil-Viċinat tan-Nofsinhar huma rikki fir-riżorsi tal-enerġija u jistgħu jikkontribwixxu aktar għad-diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija fil-pajjiżi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jinnota l-ftehim politiku dwar pakkett ta’ sħubija komprensiva mat-Tuneżija; ifakkar li dan il-memorandum ta’ ftehim għandu kundizzjonijiet u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tiżgura konformità magħhom; jesprimi, madankollu, dispjaċir għall-fatt li l-memorandum ta’ ftehim naqas milli jinkludi l-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem mistennija mill-UE fil-ftehimiet tagħha ma’ pajjiżi terzi; jemmen, barra minn hekk, li r-relazzjonijiet bejn l-UE u t-Tuneżija għandhom ikunu bbażati fuq il-qafas tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u t-Tuneżija u fuq ir-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, b’sorveljanza parlamentari sħiħa rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u l-iżborż tal-fondi tal-UE lit-Tuneżija; jemmen bis-sħiħ li t-trasferiment tal-fondi tal-UE għandu jkun kundizzjonali fuq il-konformità tat-Tuneżija mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u jinkludi dispożizzjonijiet ta’ kundizzjonalità u ta’ obbligu ta’ rendikont; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta mekkaniżmu biex tiżgura l-konformità f’dan ir-rigward, filwaqt li tesplora l-għażliet rilevanti kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Huwa ferm imħasseb dwar it-tendenza awtoritarja mit-tmexxija Tuneżina, id-detenzjoni ta’ personaġġi tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili u l-persekuzzjoni tar-refuġjati u ta’ dawk li jfittxu l-ażil, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Tuneżini jirrispettaw id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet umanitarji u d-drittijiet tal-migranti; jikkundanna wkoll id-deċiżjoni tal-awtoritajiet Tuneżini li jirrifjutaw id-dħul fid-delegazzjoni mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Tuneżini jippermettu djalogu politiku miftuħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm involviment aktar strateġiku mal-pajjiżi tal-Golf, b’mod partikolari dwar il-promozzjoni tas-sigurtà reġjonali, il-kooperazzjoni, l-azzjoni dwar il-klima, id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jilqa’ t-tkomplija tar-relazzjonijiet diplomatiċi bejn ir-Renju tal-Arabja Sawdija u r-Repubblika Iżlamika tal-Iran; jilqa’, barra minn hekk, l-istabbiliment propost ta’ djalogu strutturat dwar is-sigurtà bejn l-UE u l-Kunsill ta’ Kooperazzjoni tal-Golf; ifakkar, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont sħaħ fis-sħubija strateġika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Golf; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jenfasizzaw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-allinjament gradwali tal-valuri, b’mod partikolari meta jirrispondu għall-invażjoni Russa fl-Ukrajna u l-konsegwenzi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jissottolinja li l-PESK għandha l-għan li tiżviluppa u tikkonsolida d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u li dawn l-għanijiet mhumiex kondiviżi mir-Renju tal-Arabja Sawdija; jieħu nota tal-fatt li r-Renju tal-Arabja Sawdija jkompli jaħdem mal-UE fil-qafas ta’ djalogu regolari dwar id-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna, madankollu, il-ksur persistenti tad-drittijiet tal-bniedem mill-pajjiż, b’mod partikolari l-applikazzjoni ta’ sentenzi ta’ mewt u ta’ eżekuzzjonijiet u r-restrizzjonijiet fuq id-drittijiet ċivili u politiċi, kif ukoll il-libertà tal-kelma, u jitlob li titneħħa l-piena tal-mewt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jiddenunzja t-trażżin krudili mill-pulizija u mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż il-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC), fuq dimostrazzjonijiet wara l-qtil ta’ Jina Mahsa Amini u ħafna oħrajn ittorturati u maqtula li opponew ir-reġim; jappella għal miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-IRGC, il-forzi sussidjarji tiegħu u dawk kollha responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kontra protesti paċifiċi, inklużi l-uffiċjali tal-ogħla grad; jistieden lill-Kunsill jindika lill-IRGC u lill-forzi sussidjarji tiegħu, inkluż il-Pulizija tal-Moralità tal-Iran, il-milizja paramilitari ta’ Basij u l-Forza ta’ Quds, bħala entità terroristika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu favur il-moviment paċifiku ta’ oppożizzjoni fl-Iran kollu, li jipprotesta l-oppressjoni sistemika u dejjem tiżdied tan-nisa u l-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; jikkundanna r-reġim Iranjan għall-kampanja tiegħu ta’ fastidju, sorveljanza, ħtif ta’ persuni u theddid ta’ mewt kontra l-attivisti Iranjani u għad-diskriminazzjoni sistematika tiegħu kontra n-nisa permezz ta’ liġijiet u regolamenti li jirrestrinġu b’mod sever il-libertajiet tagħhom; jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu internazzjonali ta’ investigazzjoni u ta’ obbligu ta’ rendikont għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-Gvern Iranjan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jikkundanna r-reġim Iranjan għall-forniment tiegħu ta’ tagħmir militari lir-Russja fl-aggressjoni krudili u illegali tar-Russja kontra l-Ukrajna; jisħaq li r-Repubblika Iżlamika qed tikkontribwixxi għad-delitti tal-gwerra fl-Ukrajna, peress li t-tagħmir qed jintuża biex jiġu mmirati ċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili, u jappella għal rispons robust tal-UE għall-involviment tal-Iran fil-gwerra tar-Russja; jikkundanna l-isponsorizzazzjoni tal-Iran ta’ gruppi terroristiċi ddeżinjati, inklużi l-Hezbollah, il-Ħamas, il-Ġiħad Iżlamika Palestinjana u l-Houthi; jikkundanna l-attakki illegali, inaċċettabbli u li jiddestabbilizzaw profondament l-Houthi kontra bastimenti kummerċjali li jgħaddu mill-Baħar l-Aħmar, bl-użu ta’ missili, dgħajjes żgħar, u tentattivi ta’ ħtif; jisħaq li dawn ikkawżaw tfixkil sinifikanti fil-kummerċ globali, peress li l-kumpaniji tat-tbaħħir huma mġiegħla jiridirezzjonaw ir-rotta ta’ ħafna mit-traffiku tal-Baħar l-Aħmar għal madwar il-ponta tan-Nofsinhar tal-Afrika; jappella għal azzjoni kollettiva u jinkoraġġixxi impenn u kooperazzjoni internazzjonali msaħħa tal-UE; jilqa’, f’dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-Istati Membri li jniedu operazzjoni marittima tal-PSDK, taħt l-isem ASPIDES, biex jipproteġu l-bastimenti merkantili, billi jsaħħu l-għarfien tas-sitwazzjoni; jesprimi tħassib dwar l-effett destabilizzanti tal-attivitajiet tal-Iran fuq il-Lvant Nofsani u l-prospetti għall-paċi bejn Iżrael u l-Palestina; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu indirizzati u miġġielda l-attivitajiet malinni u destabilizzanti usa’ tal-Iran fil-Lvant Nofsani u lil hinn minnu; jopponi bil-qawwa d-diplomazija tal-Iran dwar l-ostaġġi u jitlob li ċ-ċittadini Ewropej kollha miżmuma fl-Iran jinħelsu u jitħallew jitilqu mill-pajjiż; jistieden lir-reġim f’Teheran iwaqqaf il-kampanja ta’ intimidazzjoni u ta’ repressjoni tiegħu kontra l-gruppi ta’ dijaspora Iranjana fl-UE u madwar id-dinja; jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri jkunu konxji tat-tattiċi ta’ repressjoni tranżnazzjonali speċifiċi użati mill-Iran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-arrikkiment kontinwu tal-uranju mir-Repubblika Iżlamika sa purità ta’ 60 % u l-ksur ripetut tagħha tal-Pjan ta’ Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK); iħeġġeġ it-tkomplija tan-negozjati dwar it-Trattat tal-PAKK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-attakki terroristiċi ta’ min jistmerrihom mill-Ħamas kontra Iżrael; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha li ttieħdu mill-grupp terroristiku Ħamas u li l-iġsma tal-ostaġġi mejta jingħataw lura; jirrikonoxxi d-dritt ta’ Iżrael għall-awtodifiża, kif minqux fid-dritt internazzjonali u ristrett minnu, u li bħala tali li l-azzjonijiet ta’ Iżrael iridu jikkonformaw strettament mad-dritt umanitarju internazzjonali, li jiddeskrivi li l-partijiet kollha f’kunflitt iridu jiddistingwu bejn kumbattenti u ċivili f’kull waqt, li l-attakki jridu jkunu diretti biss lejn objettivi militari, u li ċ-ċivili u l-infrastruttura ċivili ma jridux ikunu fil-mira tal-attakki; jikkundanna r-rispons militari sproporzjonat Iżraeljan, li kkawża mwiet ta’ ċivili fuq skala bla preċedent; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni umanitarja li marret għall-agħar ħafna fl-Istrixxa ta’ Gaża u jappella għal waqfien mill-ġlied permanenti sabiex tkun tista’ tingħata għajnuna lill-popolazzjoni ċivili fl-Istrixxa ta’ Gaża; iħeġġeġ lill-komunità internazzjonali tkompli u żżid l-għajnuna umanitarja tagħha lill-popolazzjoni ċivili fiż-żona u jtenni li trid tkompli tingħatalhom għajnuna umanitarja tal-UE; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iżraeljani jiżguraw l-aċċess kontinwu tal-għajnuna umanitarja għall-Istrixxa ta’ Gaża, b’enfasi fuq it-twassil mingħajr interruzzjoni ta’ oġġetti essenzjali bħall-fjuwil, l-ikel, l-ilma, il-provvisti mediċi u l-kenn, f’konformità mad-dritt internazzjonali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Awtorità Palestinjana ilha ma torganizza elezzjonijiet mill-2005, u dan ifixkel il-kredibbiltà tagħha, u jistenna li jsiru elezzjonijiet dalwaqt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-QIĠ u jitolbu li Iżrael jikkonforma immedjatament mal-ordnijiet legalment vinkolanti maħruġa mill-qorti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li l-Ħamas u l-alleati tiegħu qed ifittxu dejjem aktar li jieħdu l-kunflitt f’arena ferm usa’ sabiex jagħmlu pressjoni fuq Iżrael hekk kif l-offensiva fuq l-art ta’ Gaża qed tintensifika; jinsab għalhekk imħasseb li l-Iran u l-alleati tiegħu qed jinsistu għal gwerra reġjonali; jinsab imħasseb ħafna dwar il-potenzjal eskalatorju tal-gwerra, kif ukoll l-impatt tagħha fuq ir-reġjun usa’, speċjalment is-sitwazzjoni filfruntiera Iżraeljana-Libaniża, peress li ġellieda leali lejn l-Hezbollah qed jisparaw rokits lejn Iżrael; jenfasizza l-importanza li jitnaqqsu t-tensjonijiet fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Itenni l-appoġġ sod tiegħu għal soluzzjoni ta’ żewġ Stati nnegozjata għal Iżrael u għall-Palestina abbażi tal-fruntieri tal-1967, b’żewġ stati sovrani u demokratiċi bħala ġirien paċifiċi u b’Ġerusalemm bħala l-kapital kondiviża tagħhom; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Istati Membri jieħdu inizjattiva Ewropea biex is-soluzzjoni ta’ żewġ Stati terġa’ titqiegħed fit-triq it-tajba; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli u lir-Rappreżentant Speċjali għall-Proċess ta’ Paċi fil-Lvant Nofsani jiksbu appoġġ internazzjonali għall-“Sforz ta’ Jum il-Paċi” għall-paċi fil-Lvant Nofsani, imniedi fi New York fl-Assemblea Ġenerali tan-NU f’Settembru 2023; huwa konxju mill-fatt li, biex jerġgħu jibdew in-negozjati, il-partijiet ikkonċernati internazzjonali, inklużi l-Istati Uniti, in-Nazzjonijiet Uniti, l-UE u l-Istati Għarab, jeħtieġ li jikkomplementaw l-isforzi ta’ xulxin biex ikunu kostruttivi; ifakkar li l-insedjamenti fit-territorji okkupati Palestinjani huma illegali skont id-dritt internazzjonali; jikkundanna bil-qawwa ż-żieda fil-vjolenza estremista tal-insedjamenti mwettqa kontra l-Palestinjani; jappella għal tmiem immedjat għall-politika ta’ insedjament, kif ukoll it-tmiem tal-okkupazzjoni tat-territorji Palestinjani, li huma impedimenti kbar għall-vijabbiltà tas-soluzzjoni ta’ żewġ Stati; jappella li jiġu imposti miżuri restrittivi fuq abitanti estremisti ta’ insedjamenti li jiksru d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali; jappoġġja soluzzjoni ġusta, vijabbli u miftiehma għall-kwistjoni tar-refuġjati Palestinjani; jenfasizza li l-appoġġ kontinwu lill-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib jibqa’ element ewlieni tal-istrateġija tal-UE għall-kontribut għall-istabbiltà u l-paċi fil-Lvant Nofsani; jieħu nota bi tħassib tal-allegazzjonijiet reċenti li saru minn Iżrael kontra 12-il membru tal-persunal tal-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA); jilqa’ r-rispons immedjat u determinat tan-NU għall-allegazzjonijiet, inkluża t-tkeċċija immedjata tal-impjegati inkwistjoni u l-varar ta’ żewġ investigazzjonijiet separati dwar il-kwistjoni mill-Uffiċċju tas-Servizzi ta’ Sorveljanza Interna tan-Nazzjonijiet Uniti (OIOS) u l-grupp ta’ rieżami indipendenti mmexxi mill-ex Ministru Franċiż, Catherine Colonna, u tliet organizzazzjonijiet Ewropej; jistieden lil Iżrael, f’dan ir-rigward, jikkoopera mill-qrib u jipprovdi l-evidenza kollha meħtieġa lill-OIOS u lill-grupp ta’ rieżami indipendenti; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tissospendix il-finanzjament lill-UNRWA qabel ma n-NU tkun ħabbret l-eżitu tal-investigazzjonijiet u l-azzjonijiet li se tieħu; iħeġġeġ lill-pajjiżi donaturi kollha li ssospendew il-finanzjament tagħhom lill-UNRWA minħabba l-allegazzjonijiet biex jikkunsidraw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom fid-dawl tar-rispons immedjat tal-UNRWA għall-allegazzjonijiet u r-rwol kruċjali tagħha li tipprovdi assistenza li ssalva l-ħajjiet liż-żewġ miljun persuna fl-Istrixxa ta’ Gaża li jiddependu minnha għas-sopravivenza tagħhom f’nofs waħda mill-akbar u l-aktar kriżijiet umanitarji kumplessi fid-dinja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Reiterates the EU’s strong support for the work of the International Criminal Court (ICC) and the International Court of Justice; calls for those responsible for terrorist acts and for violations of international law to be held to account and calls, to that end, for all possible war crimes to be investigated; reiterates that deliberate attacks on civilians are serious violations of international law, as is the forcible transfer of populations; demands justice for the victims of Hamas’s terrorist attacks, which included mass murder and sexual torture, both on 7 October 2023 and since then; takes note of the case brought by South Africa against Israel at the International Court of Justice;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna tippreżenta kemm sfidi kif ukoll opportunitajiet għall-Istati fl-Asja Ċentrali, li tradizzjonalment żammew relazzjonijiet mill-qrib mar-Russja; jinsab imħasseb dwar il-pressjoni Russa u Ċiniża eżerċitata fir-reġjun u jisħaq fuq l-ħtieġa li tiżdied il-preżenza tal-UE fl-Asja Ċentrali b’rispons għal dan; jissottolinja l-interess tal-UE biex iżżid ir-relazzjonijiet ekonomiċi u tintesifika r-rabtiet politiċi mal-pajjiżi tal-Asja Ċentrali, parzjalment biex tiġi indirizzata iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet kontra r-Russja u l-Belarussja; jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali ta’ dawn il-pajjiżi, b’mod partikolari dawk tal-Każakistan, tal-Kirgistan u tal-Użbekistan, jikkooperaw mill-qrib mal-UE, b’mod partikolari mal-Mibgħut tas-Sanzjonijiet tagħha, u jfakkar ukoll, f’dan ir-rigward, ir-rilevanza ta’ relazzjonijiet ta’ ħidma aktar mill-qrib mal-OSKE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jippromwovu riformi politiċi u ekonomiċi li jsaħħu l-istat tad-dritt, id-demokrazija, il-governanza tajba u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fil-kuntest tal-iskema ġeneralizzata ta’ preferenzi (SĠP) u SĠP+ fejn rilevanti, u jħeġġu relazzjonijiet tajba mal-ġirien; itenni li l-pajjiżi kollha tar-reġjun tal-Asja Ċentrali jeħtiġilhom jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw il-Karta tan-NU, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ rispett għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jilqa’ l-eżiti tat-tieni Forum Ekonomiku UE-Asja Ċentrali f’Almaty ta’ Mejju 2023 u t-tieni laqgħa bejn il-President tal-Kunsill Ewropew u l-Kapijiet ta’ Stat tal-ħames pajjiżi kollha tal-Asja Ċentrali f’Ġunju 2023; jitlob li dawn il-laqgħat u d-dikjarazzjonijiet ta’ livell għoli jiġu segwiti b’azzjonijiet konkreti; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-fatt li l-ewwel summit bejn l-UE u l-Asja Ċentrali huwa ppjanat għal din is-sena; jilqa’ l-approvazzjoni tal-Pjan Direzzjonali Konġunt għall-Approfondiment tarRabtiet bejn l-UE u l-Asja Ċentrali, li jservi bħala pjan ta’ azzjoni strateġiku biex jitmexxew ’il quddiem id-djalogu u l-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi, fosthom il-bini ta’ reżiljenza kulturali, soċjali u ekonomika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiffirmaw il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) mal-Kirgistan, jiffinalizzaw il-ħidma preparatorja għall-iffirmar tal-EPCA mal-Użbekistan u jagħmlu progress malajr fin-negozjati li għaddejjin għal Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni mat-Taġikistan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Ifakkar li l-pajjiżi tal-Asja Ċentrali huma fornituri ewlenin tal-materja prima u tal-enerġija; huwa tal-fehma li l-UE għandha interess qawwi li terġa’ tagħti spinta lir-Rotta tat-Trasport Internazzjonali Trans-Kaspju mhux biss bħala żona ekonomika reġjonali, iżda wkoll bħala alternattiva għall-Pont il-Ġdid tal-Art tal-Ewrażja, li jgħaddi mit-territorju Russu u Belarussjan għalkemm ġie ssanzjonat; jisħaq fuq is-sinifikat tal-promozzjoni tal-integrazzjoni reġjonali tul ir-Rotta tat-Trasport Internazzjonali Trans-Kaspju, anke sabiex jiġi attirat finanzjament għal proġetti infrastrutturali fl-ambitu tal-Global Gateway;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Itenni n-nuqqas ta’ rikonoxximent tiegħu tal-Gvern Afgan <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni ekonomika u umanitarja gravi fl-Afganistan, kif ukoll dwar il-ksur tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet fil-pajjiż; jiddenunzja t-tnaqqis drastiku fil-kapaċità tal-Programm Dinji tal-Ikel li jipprovdi għajnuna alimentari lill-popolazzjoni tal-Afganistan u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li tiġi pprovduta għajnuna umanitarja kritika lill-popolazzjoni Afgana u jiżguraw finanzjament supplimentari għall-għajnuna ta’ emerġenza; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli jipproponi l-idea tal-prosekuzzjoni tal-mexxejja Talibani fil-QKI għad-delitti tagħhom kontra n-nisa u l-bniet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Isostni l-ħames punti ta’ riferiment fundamentali adottati mill-Kunsill fil-21 ta’ Settembru 2021 u li jservu bħala prinċipji ta’ gwida għal impenn futur mat-Talibani iżda jemmen li jeħtieġ li jsir sforz importanti biex tiġi definita strateġija fit-tul bil-għan li tindirizza l-emerġenza rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-apartheid tal-ġeneru li qed naraw fl-Afganistan illum; jisħaq li l-programm ta’ evakwazzjoni tal-UE għan-nies fl-Afganistan li ħadmu għall-missjonijiet Ewropej, li kienu qed joqogħdu fuq il-protezzjoni Ewropea u għadhom f’periklu imminenti ma jistax jintemm sakemm in-nies li jissodisfaw il-kriterji jibqgħu fil-pajjiż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jiddeplora l-veto tal-Federazzjoni Russa, fil-laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-11 ta’ Lulju 2023, fir-rigward tat-tiġdid tar-Riżoluzzjoni 2672(2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar it-twassil transfruntier ta’ għajnuna umanitarja lil persuni fil-Majjistral tas-Sirja permezz ta’ Bab al-Hawa, it-tqegħid f’riskju ta’ aktar minn erba’ miljun persuna li jiddependu mill-għajnuna umanitarja biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom għall-ikel, għall-mediċina u għal provvisti vitali oħra; jieħu nota tar-riintegrazzjoni tas-Sirja fil-Lega Għarbija; iqis li ma tistax isseħħ normalizzazzjoni mar-reġim Sirjan attwali u jisħaq li l-proċess politiku Sirjan huwa staġnat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Itenni li reġun Indo-Paċifiku paċifiku, liberu, konness, miftuħ, stabbli u bbażat fuq ir-regoli huwa interess Ewropew vitali; jinsab imħasseb li l-kompetizzjoni kbira fil-poter qed timponi parametri fuq il-kapaċità tal-UE li tippromwovi l-multilateraliżmu fir-reġjun; jirrimarka, f’dan il-kuntest, li l-laqgħa Asja-Ewropa għadha mxekkla minħabba t-tensjonijiet ġeopolitiċi mar-Russja; jirrikonoxxi l-isforzi tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli biex jaħdem mar-reġjun, kif muri mill-organizzazzjoni tat-tielet Forum Ministerjali bejn l-UE u r-reġjun Indo-Paċifiku fit-2 ta’ Frar 2024 u l-parteċipazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli fil-Forum Reġjonali tal-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja (ASEAN) fl-14 ta’ Lulju 2023; jitlob lill-UE tappoġġja b’mod attiv il-Forum Ministerjali dwar il-Kooperazzjoni fir-Reġjun Indo-Paċifiku bħala avveniment annwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jinkoraġġixxi rabtiet politiċi aktar mill-qrib ma’ sħab tal-istess fehma, f’konformità mal-istrateġija tal-UE għall-kooperazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku, b’mod partikolari mal-Ġappun, mar-Repubblika tal-Korea, mal-Awstralja, ma’ New Zealand, mat-Tajwan u mal-istati membri tal-ASEAN, inkluż dwar is-sigurtà marittima, in-nonproliferazzjoni u r-reżiljenza għat-theddid ibridu; jilqa’ l-isforzi tas-SEAE fil-bini tal-kapaċitajiet fir-reġjun Indo-Paċifiku li għandu l-għan li joħloq reżiljenza kontra l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu r-relazzjonijiet bejn il-persuni mas-sħab tagħna, b’mod partikolari l-iskambji fost iż-żgħażagħ u l-kooperazzjoni ċivika u bejn il-gruppi ta’ riflessjoni; jissottolinja li l-preżervazzjoni tal-paċi, l-istabbiltà u l-libertà tan-navigazzjoni fir-reġjun Indo-Paċifiku tibqa’ ta’ importanza kritika għall-interessi tal-UE u tal-Istati Membri tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jistieden lir-RDPK tirrinunzja għall-programmi tagħha dwar l-armi tal-qerda massiva u l-missili ballistiċi b’mod sħiħ, verifikabbli u irriversibbli; jiddeplora, bl-aktar mod qawwi possibbli, id-delitti kontinwi kontra l-umanità u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-pajjiż iwettqu proċess ta’ riforma li biha d-drittijiet tal-bniedem kollha jkunu rispettati u protetti; jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li l-UE u l-komunità internazzjonali jipprevjenu l-kooperazzjoni militari u l-iskambji tal-armi bejn ir-Russja u r-RDPK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jinnota li l-isfidi ġeopolitiċi saħħew l-interess kondiviż tal-Indja u tal-UE u fl-iżgurar tas-sigurtà, il-prosperità u l-iżvilupp sostenibbli; jenfasizza l-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija tal-UE dwar l-Indja tal-2018 u tal-Pjan Direzzjonali UE-Indja sal-2025 f’koordinazzjoni mill-qrib mal-azzjonijiet tal-Istati Membri stess biex jikkollaboraw attivament mal-Indja; jilqa’ l-ħolqien tal-Kunsill tal-Kummerċ u t-Teknoloġija UE-Indja; iħeġġeġ l-approfondiment tar-relazzjonijiet bejn l-Indja u l-UE bħala sħab strateġiċi; jitlob, f’dan il-kuntest, li jinżamm l-impenn għal djalogi u summits regolari f’diversi livelli biex ir-relazzjonijiet bilaterali jinżammu fuq quddiem fl-aġenda; jinkoraġġixxi, barra minn hekk, djalogu interparlamentari aktar strutturat bejn il-Parlament Ewropew u l-kontroparti Indjana tiegħu; jemmen li tali djalogu jgħin fil-koordinazzjoni tal-pożizzjonijiet u l-inizjattivi f’fora multilaterali, b’mod partikolari n-NU, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ u l-G20; jenfasizza l-importanza ta’ konklużjoni b’suċċess tan-negozjati dwar ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Indja, filwaqt li jitqiesu s-sensittivitajiet fuq iż-żewġ naħat; jesprimi t-tama li l-Indja tallinja l-pożizzjoni tagħha dwar l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna ma’ dik tal-komunità trans-Atlantika u jistieden lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli jkomplu bl-isforzi diplomatiċi f’dan ir-rigward; ifakkar, f’dan il-kuntest, li kwalunkwe appronfondiment tas-sħubija għandu jkun ibbażat fuq il-valuri tal-libertà, id-demokrazija, il-pluraliżmu, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u impenn favur il-promozzjoni ta’ ordni internazzjonali inklużiv ibbażat fuq ir-regoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar l-aħħar bidliet fil-pożizzjoni domestika u militari taċ-Ċina mill-20 Kungress Nazzjonali tal-Partit Komunista Ċiniż; iqis li l-asservità dejjem tikber taċ-Ċina, parzjalment permezz ta’ politika ta’ sfurzar ekonomiku, tibqa’ waħda mill-isfidi ġeopolitiċi primarji tas-seklu 21; huwa tal-fehma li ċ-Ċina turi li għandha kemm l-intenzjoni kif ukoll, dejjem aktar, is-setgħa ekonomika, diplomatika, militari u teknoloġika li tbiddel l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jinsisti li dan jirrikjedi rispons multidimensjonali li permezz tiegħu l-UE żżomm l-involviment selettiv tagħha maċ-Ċina fuq għadd ta’ kwistjonijiet ewlenin filwaqt li tneħħi r-riskju tar-relazzjoni tagħha billi tnaqqas dejjem aktar id-dipendenza ekonomika f’setturi kritiċi, f’konformità mal-istrateġija tas-sigurtà ekonomika tal-UE; jinnota li l-involviment sostantiv maċ-Ċina qed isir dejjem aktar diffiċli minħabba l-kompetizzjoni aktar prominenti u d-dimensjonijiet tar-rivalità sistemika; jisħaq li ċ-Ċina għadha importanti f’ħafna oqsma ta’ politika, inkluż it-tibdil fil-klima; iwissi li t-tkabbir kontinwu tas-sħubija strateġika Sino-Russa, inkluż fl-oqsma tat-trasferimenti tat-teknoloġija u tal-kapaċitajiet militari u l-kooperazzjoni fir-reġjun tal-Artiku, jista’ jżid il-kapaċità taċ-Ċina li tobbliga lis-sħab tal-UE fl-Asja u madwar id-dinja; itenni l-appell tiegħu għal strateġija aktar assertiva bejn l-UE u ċ-Ċina li tifforma r-relazzjonijiet maċ-Ċina fl-interess tal-UE u tqis bis-sħiħ l-isfidi li jirriżultaw mill-qawmien taċ-Ċina bħala attur globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>112.</NO.P>Jikkundanna atti ta’ gwerra ibrida, bħal attakki ċibernetiċi, kampanji ta’ diżinformazzjoni u s-sorveljanza jew l-ispjunaġġ taċ-ċittadini Ċiniżi fl-UE; iħeġġeġ liċ-Ċina ttemm minnufih dawn l-atti malizzjużi u l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza elettorali tagħha u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw, b’urġenza, inizjattivi relatati mal-interferenza barranija fil-proċessi demokratiċi kollha fl-UE, inkluża d-diżinformazzjoni, kif issuġġerit mill-Parlament; jikkundanna s-sanzjonijiet kontra l-Membri tal-Parlament Ewropew (u entitajiet oħra tal-UE), il-parlamenti nazzjonali, il-gruppi ta’ riflessjoni u r-riċerkaturi Ewropej u jappella għat-tneħħija immedjata u bla kundizzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>113.</NO.P>Jikkundanna s-sistema tax-xogħol furzat immexxija mill-Gvern Ċiniż u l-ksur tagħha tad-drittijiet tal-bniedem, li l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem qal li jista’ jikkostitwixxi delitti kontra l-umanità, inkluż riskju għoli ta’ ġenoċidju f’Xinjiang u delitti kontra l-umanità fit-Tibet u fil-Mongolja Interna, kif ukoll il-politiki oppressivi kontra minoranzi etniċi oħra; ifakkar li l-“Politika ta’ Ċina waħda” tal-UE tibqa’ l-pedament tar-relazzjonijiet UE-Ċina; itenni l-kundanna tiegħu tal-ksur min-naħa taċ-Ċina tal-impenji internazzjonali tagħha, il-ksur tagħha tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti Sino-Brittaniċi u SinoPortugiżi, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi, il-prinċipju ta’ “pajjiż wieħed, żewġ sistemi” u l-Liġi Bażika ta’ Hong Kong kif ukoll ir-repressjoni tal-awtonomija u l-figuri tal-oppożizzjoni tar-reġjun amministrattiv speċjali, inklużi l-membri tas-soċjetà ċivili u l-membri tal-familja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-istatus awtonomu ta’ Hong Kong u l-Macao fid-dawl tal-ksur miċ-Ċina tad-Dikjarazzjonijiet Konġunti Sino-Brittanika u Sino-Portugiża u r-repressjoni tal-awtonomija ta’ Hong Kong;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>114.</NO.P>Jisħaq il-ħtieġa li tiġi żgurata approċċ Ewropew magħqud meta ċ-Ċina tuża l-influwenza ekonomika biex issikket l-oppożizzjoni għall-abbużi tagħha tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ liċ-Ċina tinvestiga u tipprevjeni kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt internazzjonali; ifakkar li ċ-Ċina, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, għandha responsabbiltà speċjali fir-rigward tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; jinsab imħasseb dwar is-sitwazzjoni tal-Kristjani u ta’ minoranzi reliġjużi oħra, inkluża l-libertà ta’ qima tagħhom fiċ-Ċina, peress li jiffaċċjaw persekuzzjoni kontinwa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>115.</NO.P>Jikkundanna x-xejra dejjem tikber tar-repressjoni tranżnazzjonali miċ-Ċina u jistieden lil dawk l-Istati Membri tal-UE li għadhom ma għamlux dan biex jissospendu t-trattati ta’ estradizzjoni tagħhom maċ-Ċina u ma’ Hong Kong u jagħlqu l-“istazzjonijiet tal-pulizija” illegali kollha li fadal fit-territorji tagħhom; jesprimi tħassib dwar il-ftehim dwar “it-tisħiħ tal-viġilanzi konġunti u tal-kooperazzjoni fl-infurzar tal-liġi” iffirmat mill-Ministeru għas-Sigurtà Pubblika taċ-Ċina u l-Ministeru għall-Intern tal-Ungerija fis-16 ta’ Frar 2024; jistieden lill-Gvern tal-Ungerija jiżvela immedjatament u bis-sħiħ id-dettalji kollha tal-ftehim u l-effetti negattivi potenzjali tiegħu fuq is-sigurtà u s-sovranità komuni tal-Unjoni Ewropea; jistieden lis-SEAE jimmonitorja mill-qrib il-proċessi tal-priġunieri politiċi f’Hong Kong u jappella għall-ħelsien ta’ priġunieri politiċi bħal dawn, inkluż il-fundatur ta’ Apple Daily, Jimmy Lai;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>116.</NO.P>Jieħu nota tal-aħħar Summit tal-BRICS li sar f’Johannesburg f’Awwissu 2023, tal-objettivi ġeopolitiċi taċ-Ċina fir-rigward tal-BRICS u tad-deskrizzjonijiet narrattivi taċ-Ċina fil-kuntest tal-Inizjattivi ta’ Żvilupp Globali, Siġurtà Globali u Ċivilizzazzjoni Globali; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ xi membri tal-BRICS+ biex jiġġieldu l-azzjonijiet malinni tar-Russja u l-influwenza globali dejjem tikber taċ-Ċina;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>117.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u liċ-Ċina jintensifikaw id-djalogu u l-kooperazzjoni mill-qrib fil-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u, b’mod aktar ġenerali, fir-rigward tal-użu sostenibbli tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar u l-governanza tal-oċeani; jitlob lill-UE ssaħħaħ il-kooperazzjoni mar-Renju Unit, mal-Istati Uniti, mal-Ġappun u ma’ atturi ewlenin oħra fil-politika dwar l-oċeani u s-sajd, bl-użu tal-għodod diplomatiċi tagħha biex tħeġġeġ liċ-Ċina tagħmel progress fir-riformi meħtieġa tal-qafas ta’ governanza tagħha dwar is-sajd;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>118.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-provokazzjonijiet militari kontinwi taċ-Ċina kontra t-Tajwan u jtenni ċ-ċaħda soda tiegħu għal kwalunkwe bidla unilaterali fl-<STRING ITALIC="on">istatus quo</STRING> fl-Istrett tat-Tajwan, li tipperikola l-istabbiltà reġjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw, permezz ta’ sinjali ċari u konsistenti, li kwalunkwe tentattiv biex jinbidel unilateralment l-istatus quo fl-Istrett tat-Tajwan, b’mod partikolari permezz tal-forza jew il-koerċizzjoni, ma jistax jiġi aċċettat u se jkollu spejjeż għoljin; jenfasizza li l-asserzjonijiet territorjali taċ-Ċina ma għandhom l-ebda bażi fid-dritt internazzjonali; jiddenunzja, barra minn hekk, l-imblukkar miċ-Ċina tal-parteċipazzjoni tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet multilaterali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-parteċipazzjoni sinifikattiva tat-Tajwan f’organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti bħad-WHO, l-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali u l-Konvenzjoni Qafas tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima; itenni li t-Tajwan huwa sieħeb ewlieni tal-UE u alleat demokratiku fir-reġjun Indo-Paċifiku; jirrikonoxxi l-importanza tat-Tajwan fl-iżgurar ta’ ktajjen ta’ provvista globali, speċjalment fis-settur tat-teknoloġija avvanzata, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jinvolvu ruħhom f’kooperazzjoni aktar mill-qrib mat-Tajwan; jilqa’ ż-żjarat fit-Tajwan, mill-2021, minn delegazzjonijiet uffiċjali konsekuttivi mill-kumitati tal-Parlament u jinkoraġġixxi aktar skambji bejn l-UE u t-Tajwan; jistieden lill-Kummissjoni tniedi, mingħajr dewmien, miżuri preparatorji għal negozjati dwar ftehim bilaterali ta’ investiment mat-Tajwan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>119.</NO.P>Jiddenunzja d-dikjarazzjonijiet mill-President Ċiniż li ċ-Ċina mhi qatt se tirrinunzja għad-dritt li tuża l-forza fil-konfront tat-Tajwan u jħeġġeġ lit-tmexxija taċ-Ċina teżerċita prudenza u trażżin wara l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari Tajwaniżi; jinnota li la t-Tajwan u lanqas iċ-Ċina mhuma subordinati għal xulxin; jesprimi tħassib serju dwar l-użu taċ-Ċina ta’ diżinformazzjoni ostili biex tiġi mminata l-fiduċja fid-demokrazija u l-governanza tat-Tajwan; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jikkooperaw mas-sħab internazzjonali biex jgħinu ħalli tiġi sostnuta d-demokrazija fit-Tajwan, iżommuha ħielsa mill-interferenza u mit-theddid barranin, u jissottolinja li l-Gvern tat-Tajwan elett b’mod demokratiku biss jista’ jirrappreżenta lill-poplu Tajwaniż fix-xena internazzjonali; jinnota l-ħtieġa li ssir enfasi wkoll fuq id-diplomazija preventiva biex tiġi evitata kwalunkwe żieda fit-tensjoni fl-Istrett tat-Tajwan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>120.</NO.P>Jinnota li ċ-Ċina ffukat fuq it-tisħiħ tal-influwenza tagħha fir-reġjun Indo-Paċifiku permezz ta’ aktar għajnuna, żvilupp, diplomazija u kooperazzjoni fis-sigurtà matul l-aħħar għaxar snin; jenfasizza li jeħtieġ li r-riżorsi jinġabru flimkien biex tissaħħaħ b’mod effettiv l-impronta politika tal-UE u biex l-UE tiġi affermata bħala sieħeb affidabbli u strateġiku fil-Paċifiku; jesprimi tħassib dwar it-tentattivi taċ-Ċina li tiddomina r-reġjun qrib l-ibħra tagħha, inkluż il-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar u l-Baħar taċ-Ċina tal-Lvant, li jistgħu jxaqilbu serjament il-bilanċ tal-poter reġjonali u jaffettwaw b’mod negattiv l-interessi ekonomiċi u politiċi tal-UE; iħeġġeġ liċ-Ċina, f’dan ir-rigward, twaqqaf kwalunkwe azzjoni militari u pressjoni kontra l-flotta navali Filippina u l-gżejjer okkupati tagħha fil-Baħar taċ-Ċina tan-Nofsinhar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jingħaqdu flimkien u jinvolvu ruħhom f’livell ministerjali mal-pajjiżi gżejjer tal-Paċifiku u l-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku; jisħaq li segwitu serju għall-COP28 huwa tħassib ewlieni għall-pajjiżi fir-reġjun u għalhekk iħeġġeġ lis-SEAE jippromwovi appoġġ globali għal tranżizzjoni ekoloġika sostenibbli u jżid id-diplomazija tiegħu dwar il-klima biex jikkonsolida l-kooperazzjoni dwar l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-miżuri ta’ mitigazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>121.</NO.P>Jissottolinja li l-ASEAN hija alleat kruċjali fit-tisħiħ tal-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli; jappella għal kooperazzjoni mill-qrib f’konformità mad-dikjarazzjoni tal-mexxejja konġunti UE-ASEAN tal-14 ta’ Diċembru 2022 sabiex tissawwar id-dinamika reġjonali lil hinn mir-restrizzjonijiet binarji tal-kompetizzjoni bejn iċ-Ċina u l-Amerka; jisħaq ukoll, f’dan il-kuntest, fuq l-importanza li tiġi ppreżervata l-libertà tan-navigazzjoni fl-Ibħra tan-Nofsinhar u tax-Xlokk taċ-Ċina; ifakkar fil-ħtieġa li jiġi implimentat bis-sħiħ il-Pjan ta’ Azzjoni UE-ASEAN 2023-2027;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>122.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim ta’ Samoa u l-protokolli reġjonali tiegħu, li se jagħti lok għal enfasi reġjonali mingħajr preċedent fuq il-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, u jitlob li ssir ratifika malajr kemm mill-Organizzazzjoni tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku kif ukoll mill-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli biex jiżguraw li s-summit UE-Unjoni Afrikana ta’ Frar 2022 ikun segwit sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar l-inizjattivi ta’ interess komuni u jintlaħqu l-ħtiġijiet tal-pajjiżi sħab fl-Afrika; jitlob li t-tielet laqgħa ministerjali bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana posposta ssir malajr kemm jista’ jkun; jenfasizza li l-UE għandha ssegwi prijoritajiet ġeografiċi fuq livell bilaterali, b’enfasi fuq sħab Afrikani ewlenin, iżda wkoll fuq livell reġjonali, b’enfasi fuq l-implimentazzjoni ta’ strateġiji reġjonali għall-pajjiżi tas-Saħel u tal-kosta, ir-reġjun tal-Lagi l-Kbar u l-Qarn tal-Afrika; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-Operazzjoni Atalanta, li, bħala l-ewwel operazzjoni navali tal-UE bl-objettiv iddedikat li tipproteġi l-bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU, saret operazzjoni ta’ suċċess kontra l-piraterija; iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Istati Membri jikkunsidraw li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tal-Operazzjoni Atalanta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>123.</NO.P>Jagħti importanza partikolari lit-tisħiħ tal-kollaborazzjoni fis-sigurtà mal-pajjiżi tal-Golf tal-Guinea, filwaqt li jappoġġja l-integrazzjoni u s-solidarjetà intrareġjonali tagħhom; jilqa’, f’dan ir-rigward, it-tnedija tal-inizjattiva tal-UE għas-sigurtà u d-difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent tal-Golf tal-Guinea, għal perjodu inizjali ta’ sentejn, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kosta tal-Avorju, il-Ghana, it-Togo u l-Benin; jesprimi tħassib serju dwar id-deterjorament tal-istabbiltà fis-Saħel, aggravat mill-kolp ta’ stat militari fin-Niġer u d-dissoluzzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi; ma jirrikonoxxix u mhux se jirrikonoxxi l-awtoritajiet li jirriżultaw mill-kolp ta’ stat fin-Niġer; itenni l-appell ċar ħafna tiegħu għar-restawr sħiħ, mingħajr dewmien, tal-ordni kostituzzjonali u jassoċja bis-sħiħ lilu nnifsu mad-dikjarazzjonijiet tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent u tas-sħab Afrikani u internazzjonali tagħha f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>124.</NO.P>Jiddenunzja l-interferenza tar-Russja fl-Afrika, b’mod partikolari permezz tal-impronta akbar tal-Grupp Wagner fil-kontinent, u jikkundanna bil-qawwa l-abbuż u d-delitti mwettqa; ifakkar li l-istabbiltà fis-Saħel għandha riperkussjonijiet diretti fuq is-sigurtà u l-istabbiltà tal-fruntieri esterni Ewropej fil-Mediterran; jitlob lill-UE żżid ir-riżorsi u ssaħħaħ il-kooperazzjoni mas-sħab tagħna fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin permezz tal-Mediterran u l-Belarussja u tneħħi n-networks kriminali użati għat-traffikar tal-bnedmin; huwa tal-fehma li l-politika tal-UE fir-rigward tas-Saħel ma pproduċietx ir-riżultati mistennija u jieħu nota tat-tħabbira tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-UE fir-rigward tas-Saħel;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>125.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li l-approċċ attwali jiġi adattat sabiex tinżamm l-influwenza u jitlob li jissaħħaħ l-involviment u l-appoġġ tal-UE għar-reġjun; jilqa’ t-tħejjija tal-Kummissjoni ta’ “approċċ strateġiku ġdid” għas-sħubija mal-Afrika, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ġeopolitika l-ġdida, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jiżviluppaw sħubija ta’ benefiċċju reċiproku li tiffoka fuq kwistjonijiet komuni għall-Ewropa u għall-Afrika; jilqa’ l-Pakkett ta’ Investiment tal-Global Gateway UE-Afrika ta’ EUR 150 biljun, li għandu l-għan li jappoġġja lis-sħab Afrikani fl-iżvilupp ta’ rkupru u trasformazzjoni b’saħħithom, inklużivi, ekoloġiċi u diġitali; iqis li l-isforzi biex tiġi miġġielda d-diżinformazzjoni u jintwera aħjar l-appoġġ tal-UE lill-Afrika jridu jiżdiedu u jittejbu b’mod urġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>126.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-aċċess għall-ilma tax-xorb sikur jikkostitwixxi waħda mill-isfidi ewlenin tas-seklu 21, b’mod partikolari peress li kważi 60 % tal-riżorsi akwiferi jaqsmu fruntieri territorjali politiċi; jenfasizza li l-iskarsezza tal-ilma tista’ twassal għall-aktar kunflitti serji jekk ma jkunx previst l-użu tal-flussi b’mod integrat u kondiviż; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tadotta strateġija biex taġevola soluzzjonijiet teknoloġiċi u ġeopolitiċi f’żoni affettwati mill-iskarsezza tal-ilma, li għandha potenzjal ta’ destabbilizzazzjoni kbir; iħeġġeġ lill-pajjiżi li jinsabu fiż-żoni ewlenin ta’ kunflitt relatat mal-ilma biex jiffirmaw il-Konvenzjoni ta’ Ħelsinki tal-1992 dwar l-Ilma rigward il-protezzjoni u l-użu ta’ passaġġi fuq l-ilma transfruntiera u lagi internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>127.</NO.P>Jikkundanna l-azzjonijiet meħuda minn Nicolas Maduro tal-Venezwela, li jippreżentaw theddida diretta għas-sovranità tal-Guyana; jistieden lill-komunità internazzjonali tinvolvi ruħha f’diskussjonijiet biex tinstab soluzzjoni diplomatika li tirrispetta l-ġurisdizzjoni tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) dwar din it-tilwima li ilha għaddejja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>128.</NO.P>Jikkundanna r-reġim awtoritarju ta’ Daniel Ortega u Rosario Murillo li sistematikament qed jimminaw l-istrutturi demokratiċi tan-Nikaragwa, inklużi s-separazzjoni tas-setgħat, is-sistema elettorali u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar li r-reġim fin-Nikaragwa għandu rabtiet b’saħħithom ma’ awtokraziji oħrajn, bħal dawk fl-Iran, il-Venezwela u Kuba, filwaqt li juri b’mod konsistenti l-appoġġ tiegħu għall-Kremlin billi, fost l-oħrajn, jawtorizza preżenza militari Russa fin-Nikaragwa; jitlob li jinħelsu l-priġunieri politiċi kollha, li fosthom hemm diversi isqfijiet u qassisin Kattoliċi li ġew detenuti f’tentattiv biex jissikktu d-dissidenti, u r-ritorn għall-istat tad-dritt, u li l-UE tiffaċilita djalogu bejn ir-reġim u l-oppożizzjoni; jikkundanna l-abbuż psikoloġiku u fiżiku kontinwu li l-priġunieri kollha jsofru f’idejn il-pulizija u l-awtoritajiet tal-ħabs, u s-sitwazzjoni ta’ detenzjoni f’iżolament li fiha qed jinżammu xi wħud minnhom, mingħajr m’għandhom aċċess għall-avukati u għall-familji tagħhom jew għal kura medika; ifakkar lir-reġim tan-Nikaragwa fir-responsabbiltà tiegħu li jiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ detenzjoni jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u ma’ standards bħar-Regoli Standard Minimi tan-NU dwar it-Trattament tal-Priġunieri (ir-Regoli Nelson Mandela);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>129.</NO.P>Iqis l-approċċ politiku tal-UE fir-rigward ta’ Kuba bħala kostruttiv iżda kritiku, kif minqux fil-Ftehim ta’ Djalogu Politiku u ta’ Kooperazzjoni fl-2016; jiddispjaċih li r-reġim Kuban kontinwament injora u kiser dawn il-prinċipji u d-drittijiet għal għexieren ta’ snin; jikkundanna, bl-aktar mod qawwi, il-ksur u l-abbużi sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem, li żdiedu fiż-żminijiet reċenti, kontra l-eluf ta’ priġunieri politiċi, dimostranti, dissidenti politiċi, mexxejja reliġjużi, attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u artisti indipendenti, fost l-oħrajn, imwettqa mir-reġim Kuban; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Kubani jtemmu minnufih il-politika ta’ repressjoni; jinnota li r-raba’ Djalogu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem sar f’Kuba f’Novembru 2023, iżda jikkundanna l-fatt li ma ħadet sehem l-ebda organizzazzjoni indipendenti tas-soċjetà ċivili; jikkonkludi, għalhekk, li dan l-eżerċizzju ma wassalx għal riżultati tanġibbli; jemmen li l-UE tqis id-djalogu bħala għan fih innifsu u mhux strument biex jittejbu l-kundizzjonijiet tal-għajxien taċ-ċittadini Kubani li raw nuqqasijiet serji tal-ikel u kriżijiet tas-saħħa li wasslu għal eżodu fuq skala kbira; jirrifjuta l-fatt li r-reġim Kuban bħalissa jipprojbixxi żjarat “in loco” bħala parti minn mekkaniżmu ta’ sorveljanza disponibbli għal atturi internazzjonali imparzjali bħall-Unjoni Ewropea; jikkundanna bil-qawwa, f’dan id-dawl, li r-reġim Kuban ċaħad iż-żjara fil-pajjiż ta’ delegazzjoni mill-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>130.</NO.P>Jinnota li l-UE għandha tieħu interess partikolari biex issaħħaħ mill-ġdid is-sħubija tagħha mal-pajjiżi tal-Amerka Latina u l-Karibew; jinnota li l-involviment tal-UE fir-reġjun naqas f’dawn l-aħħar deċennji, u dan ħoloq vakwu għal atturi malinni barranin; iħeġġeġ lill-pajjiżi fl-Amerka Latina jadottaw attitudni aktar soda ta’ kundanna tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna; jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga fl-Amerka Latina, li għandha wkoll impatt fuq l-UE; jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza u l-attakki kriminali mwettqa minn gruppi armati involuti fit-traffikar tad-droga fl-Ekwador u madwaru; jappella għal żieda sostanzjali fil-kooperazzjoni makroreġjonali biex jiġi miġġieled dan il-fenomenu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>131.</NO.P>Jieħu nota tas-Summit tas-17 u t-18 ta’ Lulju 2023 bejn l-UE u l-Komunità tal-Istati tal-Amerka Latina u tal-Karibew u jixtieq li dan itejjeb ir-relazzjonijiet bilaterali, b’mod partikolari minħabba l-influwenza dejjem akbar taċ-Ċina u tar-Russja fl-Amerka Latina u fil-Karibew; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jsegwu diplomazija proattiva fir-reġjun, b’enfasi qawwija fuq id-difiża tal-ordni globali multilaterali, tad-dritt internazzjonali u tar-rispett għad-demokrazija u għad-drittijiet tal-bniedem; jilqa’ l-iffirmar tal-Ftehim Qafas Avvanzat UE-Ċilì l-ġdid, li jikkonsisti f’parti politika u ta’ kooperazzjoni kif ukoll f’parti kummerċjali u ta’ investiment, u jitlob li jsir progress lejn l-iffirmar u r-ratifika tal-Ftehim Globali UE-Messiku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Presidenza tal-Kunsill Belġjana javvanzaw b’mod deċiżiv u jikkonkludu l-ftehim mal-Mercosur qabel it-tmiem tal-mandat parlamentari attwali, filwaqt li jżommu l-ogħla livell ta’ ambizzjoni fir-rigward tal-infurzar tad-dispożizzjonijiet tiegħu dwar is-sostenibbiltà; jilqa’ wkoll il-finalizzazzjoni tal-proċess tar-ratifika tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni UE-Amerka Ċentrali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>132.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitrawmu relazzjonijiet saħansitra aktar b’saħħithom man-Norveġja, is-sieħeb l-aktar assoċjat mill-qrib tal-UE permezz tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea; jilqa’ l-konklużjoni tat-taħditiet ta’ spjegazzjoni mal-Isvizzera u jitlob li jsir progress fin-negozjati għal ftehim ġdid; jilqa’ l-eżitu tan-negozjati għal Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u Andorra u San Marino; jieħu nota tas-sospensjoni tan-negozjati dwar ftehim ta’ assoċjazzjoni ma’ Monaco;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>133.</NO.P>Jappella għal involviment aktar b’saħħtu tal-UE fl-Artiku, peress li huwa ta’ importanza ġeostrateġika ewlenija għall-UE fid-dawl tal-konsegwenzi tat-tibdil fil-klima, il-kompetizzjoni industrijali u ekonomika, it-theddid għas-sigurtà, fost l-oħrajn ikkawżat mill-espansjoni militari Russa fit-Tramuntana Estrema, u l-libertà u s-sikurezza tan-navigazzjoni; jinnota li n-NATO enfasizzat is-sinifikat tat-Tramuntana Estrema, b’mod partikolari minħabba l-espansjoni ta’ rotot marittimi possibbli, l-aċċess għar-riżorsi naturali, il-konservazzjoni tal-klima u l-pretensjonijiet territorjali, li kollha jistgħu jwasslu għal tensjonijiet ġeopolitiċi akbar; jenfasizza li l-involviment tal-UE fir-reġjun irid jinvolvi l-kooperazzjoni mas-sħab lokali, inklużi l-popli indiġeni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>134.</NO.P>Jappella għal appoġġ aktar b’saħħtu għall-istrateġija dwar is-sigurtà marittima tal-UE, billi l-libertà tippreżenta sfida dejjem akbar; jinsisti li l-libertà tan-navigazzjoni trid tiġi rrispettata f’kull ħin bi prijorità mogħtija lit-tnaqqis tat-tensjoni fuq il-prevenzjoni tal-kunflitti armati u tal-inċidenti militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>135.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni multilaterali fil-ġestjoni taż-żoni marittimi protetti; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni multilaterali fil-ġestjoni taż-żoni tal-baħar protetti; iħeġġeġ lill-UE tiżviluppa aġenda polari Ewropea bi skop li tfittex li tintegra l-ambizzjonijiet reġjonali tagħha fil-PESK tagħha u li tiġbor flimkien l-interessi konsiderevoli tal-Istati Membri fix-xjenza, fil-konservazzjoni tal-oċeani, fis-sajd, fil-paċi reġjonali u fil-multilateraliżmu bbażat fuq ir-regoli; jappella għal djalogu msaħħaħ bejn l-UE u ċ-Ċina u l-Antartika;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>136.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>