<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0105</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">L-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni - rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0403/2023 - Rapporteur: Sven Mikser)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2024 “Implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2023” (2023/2119(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Kapitolu 2, it-Taqsima 2, tiegħu rigward id-dispożizzjonijiet dwar il-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni (PSDK),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) u li jħassar ir-Regolament (UE) 2018/1092<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 170, 12.5.2021, p. 149.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/452 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 791, 21.3.2019, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/2418 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istabbiliment ta’ strument għat-tisħiħ tal-Industrija Ewropea tad-Difiża permezz tal-Akkwist Komuni (EDIRPA)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2023/2418, 26.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2418/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2023/1525 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Lulju 2023 dwar dwar l-appoġġ għall-produzzjoni tal-munizzjon (ASAP)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 185, 24.7.2023, p. 7.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas li jiżgura provvista sigura u sostenibbli tal-materja prima kritika u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 168/2013, (UE) 2018/858, 2018/1724 u (UE) 2019/1020 (COM(2023)0160),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri li jsaħħu s-solidarjetà u l-kapaċitajiet fl-Unjoni tad-detezzjoni, it-tħejjija u r-rispons għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà (COM(2023)0209),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2315 tal-11 ta’ Diċembru 2017 li tistabbilixxi Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u li tiddetermina l-lista ta’ Stati Membri parteċipanti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 14.12.2017, p. 57.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 102, 24.3.2021, p. 14.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1970 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 270, 18.10.2022, p. 93.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1968 tas-17 ta’ Ottubru 2022 dwar Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 270, 18.10.2022, p. 85.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2507 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 325, 20.12.2022, p. 110.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/162 tat-23 ta’ Jannar 2023 dwar missjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 22, 24.1.2023, p. 29.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 u tal-15 ta’ Diċembru 2023 dwar id-deċiżjoni li jinfetħu negozjati għall-adeżjoni mal-Ukrajna u mar-Repubblika tal-Moldova, li jinfetħu negozjati għall-adeżjoni mal-Bożnija-Ħerzegovina ladarba jintlaħaq il-livell meħtieġ ta’ konformità mal-kriterji ta’ sħubija, u l-għoti ta’ status ta’ kandidat lill-Georgia bil-fehim li l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 ttieħdu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tas-16 ta’ Frar 2024 dwar l-operazzjoni militari ppjanata tal-Iżrael f’Rafah,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2018 dwar l-approċċ integrat għal kunflitti u kriżijiet esterni u tal-24 ta’ Jannar 2022 dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta’ Frar 2022 dwar l-estensjoni u t-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-Kunċett ta’ Preżenzi Marittimi Koordinati fil-Golf tal-Guinea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Versailles adottata fil-laqgħa informali tal-kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fil-11 ta’ Marzu 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-“Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża – Għal Unjoni Ewropea li tipproteġi liċ-ċittadini, il-valuri u l-interessi tagħha u tikkontribwixxi għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”, li ġiet approvata mill-Kunsill fil-21 ta’ Marzu 2022 u milqugħa mill-Kunsill Ewropew fil-25 ta’ Marzu 2022, u r-Rapport ta’ Progress Annwali fl-Implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika għas-Sigurtà u d-Difiża, ippubblikat f’Marzu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Ċivili tal-PSDK – Lejn missjonijiet ċivili aktar effettivi, approvat mill-Kunsill fit-22 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-18 ta’ Mejju 2022 bit-titolu “L-Analiżi tad-Diskrepanzi fl-Investimenti fid-Difiża u l-Approċċ Futur” (JOIN(2022)0024),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Marzu 2023 dwar l-aġġornament tal-Istrateġija dwar is-Sigurtà Marittima tal-UE u tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha “Strateġija mtejba għas-Sigurtà Marittima kontra theddidiet marittimi li qegħdin jevolvu” (JOIN(2023)0008),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Marzu 2023 bit-titolu “L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà u d-Difiża” (JOIN(2023)0009),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u r-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-10 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari 2.0” (JOIN(2022)0048),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2023 bit-titolu “Lejn Ewropa aktar reżiljenti, aktar kompetittiva u aktar sostenibbli” (COM(2023)0558),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tmien rapport ta’ progress dwar l-implimentazzjoni tas-sett komuni ta’ proposti approvat mill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-6 ta’ Diċembru 2016 u fil-5 ta’ Diċembru 2017, ippreżentat b’mod konġunt mill-Viċi President tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà / Rappreżentant Għoli (VP/RGħ) tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u mis-Segretarju Ġenerali tan-NATO lill-Kunsilli tal-UE u tan-NATO fis-16 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Kunċett Strateġiku tan-NATO tal-2022 u l-Komunikat tas-Summit ta’ Vilnius tan-NATO tal-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit ta’ Madrid adottata mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern tan-NATO parteċipanti fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Atlantiku tat-Tramuntana f’Madrid fid-29 ta’ Ġunju 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tliet Dikjarazzjonijiet Konġunti dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO ffirmati fit-8 ta’ Lulju 2016, fl-10 ta’ Lulju 2018 u fl-10 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-Artikolu 2.4 tagħha li jipprojbixxi l-użu tal-forza u l-Artikolu 51 dwar id-dritt inerenti għal awtodifiża individwali u kollettiva,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 1325 (2000), 1889 (2013), 2122 (2013), 2242 (2015) u 2493 (2019) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà u r-Riżoluzzjonijiet 2250 (2015), 2419 (2018) u 2535 (2020) dwar iż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar Ċipru u l-istqarrija għall-Istampa tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar Ċipru tal-21 ta’ Awwissu 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Mejju 2022 dwar theddidiet għall-istabbiltà, is-sigurtà u d-demokrazija fl-Afrika tal-Punent u fir-reġjun Afrikan tas-Saħel<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 137.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża komuni – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 54.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Jannar 2023 dwar il-konsegwenzi umanitarji tal-imblokk fin-Nagorno-Karabakh<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 104.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Marzu 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 61.</FIELD></FOOTNOTE> u tal-1 ta’ Ġunju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0219.</FIELD></FOOTNOTE> dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta’ Marzu 2023 dwar ir-relazzjonijiet UE-Armenja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/404, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/404/oj.</FIELD></FOOTNOTE> u dwar ir-relazzjonijiet UE-Ażerbajġan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/405, 23.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/405/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2023 dwar l-implimentazzjoni tal-PSDK ċivili u ta’ forom oħra ta’ assistenza tal-UE fir-rigward tas-sigurtà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/445. 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/445/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-8 ta’ Ġunju 2022 lill-Kunsill u lill-VP/RGħ dwar il-Politika Estera, ta’ Sigurtà u ta’ Difiża tal-UE wara l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 136.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-5 ta’ Ottubru 2022 lill-Kunsill u lill-VP/RGħ dwar ir-relazzjoni strateġika u s-sħubija tal-UE mal-Qarn tal-Afrika<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 132, 14.4.2023, p. 115.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-23 ta’ Novembru 2022 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ dwar l-istrateġija l-ġdida tal-UE għat-tkabbir<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 105.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2023 dwar il-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu tal-UE, il-Gruppi Tattiċi tal-UE u l-Artikolu 44 tat-TUE: it-triq ’il quddiem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/448, 1.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/448/oj.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-10 ta’ Frar 1999 dwar l-istabbiliment ta’ Korp Ċivili Ewropew tal-Paċi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 150, 28.5.1999, p. 164.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0403/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-kontinent Ewropew qed jiffaċċja l-aktar taħlita kumplessa ta’ theddid kemm militari kif ukoll mhux militari kkawżat mill-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna li pperikolat b’mod sever is-sigurtà u l-istabbiltà tal-UE; billi l-aggressjoni Russa tikser id-dritt internazzjonali, il-prinċipji tal-Karta tan-NU u l-Att Finali ta’ Ħelsinki, u hija attakk fuq l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli, li jipperikola l-prinċipju ewlieni tan-nuqqas ta’ rikors għall-forza fir-relazzjonijiet internazzjonali; billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, b’mod parallel mal-eliminazzjoni ta’ kwistjonijiet oħra bħall-enerġija, il-provvisti tal-ikel u l-informazzjoni, uriet il-wasla ta’ ambjent ġeopolitiku internazzjonali aktar kompetittiv u anqas sigur;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi dawn it-theddidiet mhux militari jinkludu diżinformazzjoni, attakki ċibernetiċi, pressjoni ekonomika, rikatt fejn jidħlu l-ikel u l-enerġija, l-istrumentalizzazzjoni tal-migrazzjoni, u influwenza politika sottoverżiva biex jinkiseb appoġġ għall-operazzjonijiet militari illeġittimi tar-Russja;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, kif ukoll l-asservità akbar ta’ atturi reġjonali u globali oħra, bħaċ-Ċina, l-Iran u ċerti pajjiżi tal-Golf, qed jiddestabbilizzaw il-viċinat immedjat tal-UE, inkluż permezz ta’ investimenti strateġiċi u kampanji ta’ diżinformazzjoni; iżda wkoll, f’ċerti każijiet, permezz tal-għoti ta’ appoġġ politiku, finanzjarju, operattiv u loġistiku lill-entitajiet ostili fir-reġjun; billi l-UE jeħtieġ li tiżgura appoġġ akbar, speċjalment għall-pajjiżi kandidati, sabiex tippreżerva l-istabbiltà u s-sigurtà u żżid il-kooperazzjoni fid-difiża, speċjalment f’termini tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-gwerra ibrida; billi l-futur tal-Balkani tal-Punent u tal-pajjiżi fil-Viċinat tal-Lvant jinsab fl-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi t-tentattivi persistenti tar-Russja li tiddestabbilizza lill-UE u li timmina l-arkitettura Ewropea tas-sigurtà jirrikjedu li l-UE ssaħħaħ sostanzjalment il-koeżjoni u l-effettività tal-politika estera, tas-sigurtà u tad-difiża tagħha u s-sovranità strateġika tagħha, tistabbilixxi l-objettivi strateġiċi tagħha stess, tiddefendi l-interessi tagħha, il-valuri u ċ-ċittadini kemm fil-fruntieri tagħha kif ukoll barra minnhom, fil-Balkani tal-Punent u fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar immedjat tagħha, biex twassal il-paċi, is-sigurtà tal-bniedem, l-iżvilupp sostenibbli u d-demokrazija, u tappoġġja lis-sħab tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-ambjent strateġiku tal-kontinent Ewropew kollu kemm hu huwa volatili ħafna, b’kunflitti miftuħa jew latenti fil-biċċa l-kbira tar-reġjuni ġirien, mill-Kawkasu sas-Saħel u mil-Lvant Nofsani sa ċerti żoni tal-Afrika ta’ Fuq; billi, minbarra l-annessjoni tal-Krimea u r-reġjuni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia fl-Ukrajna, ir-Russja tkompli tokkupa r-reġjuni ta’ Abkażja u l-Ossezja tan-Nofsinhar tal-Georgia u r-reġjun ta’ Tranżnistrija fir-Repubblika tal-Moldova, li juru ħtieġa ta’ preżenza kontinwa tal-PSDK fir-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-kooperazzjoni tal-UE ma’ ċerti pajjiżi Afrikani qed tiġi kkontestata; billi l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jevalwaw l-effettività tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Ukrajna jeħtieġ li tingħata l-kapaċitajiet militari meħtieġa sakemm l-Ukrajna tikseb rebħa militari deċiżiva biex tintemm il-gwerra illegali ta’ aggressjoni Russja, terġa’ tistabbilixxi s-sovranità u l-integrità territorjali tagħha fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha u tipprevjeni kwalunkwe aggressjoni futura; billi l-Ukrajna, fid-difiża tagħha stess, qed tipproteġi u tiġġieled ukoll għall-valuri Ewropej u l-interessi ewlenin tas-sigurtà; billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO kienet fundamentali fil-koordinazzjoni tal-kunsinni tal-armi fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi hemm urġenza ġdida għall-UE biex tagħti spinta lill-kapaċitajiet tagħha, inkluż billi tibni fuq l-appoġġ mingħajr preċedent għall-Ukrajna u billi żżid il-finanzjament tal-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF), il-Mobbiltà Militari u, b’mod partikolari, il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF), li permezz tagħha l-UE pprovdiet lill-Ukrajna b’valur ta’ aktar minn EUR 5 biljun ta’ tagħmir militari, kif ukoll permezz ta’ proġetti ta’ Kooperazzjoni Strutturata Permanenti (PESCO) u missjonijiet militari u ċivili tal-PSDK; billi jeħtieġ li l-UE tkompli tagħti spinta lir-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, iżda wkoll fis-sigurtà ċibernetika;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi fl-2023, il-Parlament u l-Kunsill ikkonkludew ftehimiet dwar l-industrija Ewropea tad-difiża permezz ta’ att komuni ta’ akkwist (EDIRPA) u l-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP), li għandhom l-għan li jħeġġu l-akkwist konġunt ta’ prodotti tad-difiża, iżidu l-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija Ewropea tad-difiża, jimlew mill-ġdid l-istokkijiet imnaqqsa u jnaqqsu l-frammentazzjoni fis-settur tal-akkwist tad-difiża; billi huma meħtieġa inizjattivi ulterjuri biex tiġi stabbilita integrazzjoni Ewropea tad-difiża ġenwina, inkluż Programm Ewropew għall-Investiment fil-Qasam tad-Difiża (EDIP) u strateġija industrijali tad-difiża Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi mingħajr sforzi baġitarji sostanzjali, dawn l-għodod tad-difiża mhux se jkollhom l-effett mistenni la fuq l-appoġġ militari għall-Ukrajna u lanqas fuq l-iżvilupp ta’ kapaċità tad-difiża Ewropea ġenwina u bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB) kompetittiva; billi l-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u r-reviżjoni tiegħu ma jagħmlu l-ebda titjib fil-baġit allokat għad-difiża Ewropea; billi ġew ifformulati proposti għall-ħolqien ta’ fond ta’ difiża komuni ta’ EUR 100 biljun, li jkollu l-għan li b’mod immedjat iżid il-produzzjoni domestika tal-armi u l-munizzjon u li jkun iffinanzjat b’bonds Ewropej;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-massimizzazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE u tal-Istati Membri tirrikjedi nfiq aktar intelliġenti u akkwist konġunt akbar; billi l-bini tal-kapaċitajiet u l-adattament tagħhom għall-ħtiġijiet militari jirrikjedu kultura strateġika komuni, perċezzjoni tat-theddid u soluzzjonijiet li għandhom jiġu żviluppati u kkombinati f’duttrini u kunċetti; billi l-UE jeħtieġ li tħejji l-qafas futur tagħha għall-kooperazzjoni fid-difiża dwar il-kapaċitajiet militari, li jvarja mill-kunċett tagħhom, sal-iżvilupp u l-impjieg operazzjonali tagħhom, bil-għan li żżid il-prontezza għad-difiża tagħna fi sforz konġunt;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna affermat mill-ġdid ir-rwol tan-NATO bħala l-pedament tad-difiża kollettiva tal-membri tagħha u l-inkapaċità ta’ rabta trans-Atlantika b’saħħitha; billi l-gwerra ssottolinjat ukoll in-nuqqas ta’ investiment fis-sigurtà u d-difiża f’bosta Stati Membri tal-UE u tan-NATO; billi d-deċiżjoni tal-mexxejja tan-NATO li jimpenjaw minimu ta’ 2 % tal-PDG għall-infiq fuq id-difiża ġiet implimentata biss minn ftit Stati Membri tan-NATO; billi l-għan ta’ nfiq ta’ 2 % għandu jirrappreżenta minimu għall-pajjiżi tan-NATO tal-UE u mhux limitu massimu għall-infiq fuq id-difiża;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-attakki terroristiċi mill-Ħamas kontra Iżrael enfasizzaw is-sitwazzjoni ta’ sigurtà volatili u dinamika fil-Lvant Nofsani u l-ħtieġa li l-UE u atturi internazzjonali oħra jassumu responsabbiltà akbar u jassistu lill-gvernijiet u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tar-reġjun biex jilħqu paċi dejjiema u sostenibbli, b’mod partikolari billi jkomplu jappoġġjaw soluzzjoni ta’ żewġ Stati bejn Iżrael u l-Palestina, kif ukoll billi jiġġieldu kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni fir-reġjun; billi fis-7 ta’ Ottubru 2023, inqatlu 1 139 ċittadin Iżraeljan u barrani u 240 persuna ttieħdu ostaġġi matul l-attakk terroristiku ta’ min jistmerru mill-Ħamas; billi għexieren ta’ eluf ta’ Palestinjani innoċenti u mijiet ta’ persunal tan-NU, persunal mediku u ġurnalisti nqatlu fl-Istrixxa ta’ Gaża b’riżultat tar-rispons tal-Gvern Iżraeljan; billi l-bumbardament kontinwu u l-evakwazzjoni furzata tal-Palestinjani lejn in-Nofsinhar tal-Istrixxa ta’ Gaża ħolqu sitwazzjoni umanitarja mwiegħra u li qed tiddeterjora malajr; billi l-attakki mill-forzi Iżraeljani u mill-abitanti ta’ insedjamenti qatlu mill-inqas 330 Palestinjan fix-Xatt tal-Punent mis-7 ta’ Ottubru 2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-attakki li għaddejjin fil-Baħar l-Aħmar skjerati miż-żoni kkontrollati mill-Houthie tal-Jemen, bl-appoġġ tal-Iran, joħolqu theddida sinifikanti għal-libertà tan-navigazzjoni, is-sigurtà marittima u l-kummerċ internazzjonali; billi attakki addizzjonali minn diversi milizzji appoġġjati mill-Iran fl-Iraq u fis-Sirja qed ikomplu jżidu r-riskju ta’ eskalazzjoni reġjonali; billi r-riskju ta’ eskalazzjoni fir-reġjun huwa l-ogħla wieħed f’għexieren ta’ snin;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-għan tal-Boxxla Strateġika huwa li tgħammar lill-UE bil-gwida strateġika u l-għodod realistiċi u operattivi meħtieġa biex tavvanza lejn politika ta’ difiża koerenti u kredibbli, ibbażata fuq kooperazzjoni militari konsiderevolment akbar bejn l-Istati Membri, u li tagħmilha fornitur tas-sigurtà effettiv u kapaċi u attur globali assertiv, anke fid-dawl tal-kuntest tas-sigurtà l-ġdid, bil-kapaċità li twieġeb malajr għal kriżijiet barra l-UE; billi l-mexxejja tal-UE impenjaw ruħhom li jiżviluppaw modalitajiet għal teħid ta’ deċiżjonijiet aktar flessibbli, b’mod partikolari permezz tal-Artikolu 44 tat-TUE, li jippermetti “koalizzjonijiet tar-rieda” biex jitwettqu missjonijiet u operazzjonijiet f’isem l-UE; billi biex tinnaviga l-ambjent internazzjonali attwali, l-UE jeħtieġ li tadotta approċċ olistiku biex tiffaċċja t-theddid kollu li qed tiffaċċja;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Boxxla Strateġika tagħti kontribut pożittiv għas-sigurtà globali u trans-Atlantika, u jeħtieġ li tkun koerenti u kompatibbli mal-Kunċett Strateġiku tan-NATO; billi l-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dan l-aħħar tjiebet b’mod sinifikanti; billi l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana u l-Artikolu 42(7) tat-TUE jinvolvu klawżola ta’ difiża reċiproka għall-membri; billi l-Artikolu 222 tat-TFUE jispeċifika wkoll “klawżola ta’ solidarjetà” fost l-Istati Membri tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi, kif deskritt fil-Boxxla Strateġika, l-UE jeħtiġilha tagħmel aktar progress fl-ambizzjoni tagħha li tikseb awtonomija strateġika miftuħa u sovranità teknoloġika, filwaqt li ssaħħaħ ukoll is-sħubijiet tagħha ma’ sħab tal-istess fehma sabiex tissalvagwardja l-valuri u l-interessi tagħha, kif ukoll dawk tal-alleati u tal-ġirien tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-PSDK għandha disa’ missjonijiet militari u 13-il missjoni ċivili b’aktar minn 4 000 membru tal-persunal; billi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK spiss ma jkollhomx teħid ta’ deċiżjonijiet malajr u jbatu minn mikroġestjoni eċċessiva mill-Kunsill, kif ukoll minn riżorsi finanzjarji, loġistiċi u umani limitati; billi l-Istati Membri qed jiskjeraw anqas persunal għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet; billi dawn l-ostakli jillimitaw l-effettività ġenerali tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK; billi wieħed mill-objettivi tal-Boxxla Strateġika huwa li ssaħħaħ il-missjonijiet u l-operazzjonijiet ċivili u militari tal-PSDK tal-UE billi tipprovdilhom mandati aktar robusti u flessibbli, tippromwovi proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet malajr u aktar flessibbli u tiżgura solidarjetà finanzjarja akbar;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK għandhom l-għan li jsaħħu r-reżiljenza u l-istabbiltà tal-viċinat Ewropew, bħal fil-Mediterran, fil-Kawkasu tan-Nofsinhar u fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, fil-Balkani tal-Punent u fil-Qarn tal-Afrika, billi jipprovdu servizzi bħall-militar, il-pulizija, il-gwardja kostali, it-taħriġ fil-ġestjoni tal-fruntieri u l-bini tal-kapaċitajiet; billi jekk il-missjonijiet tal-PSDK iridu jilħqu l-objettivi tal-missjoni, dawn iridu jibdew jagħtu pariri u taħriġ biex ilaħħqu ma’ teknoloġiji emerġenti u ta’ tfixkil li qed jidħlu malajr fl-ambjent tal-“kunflitt iffriżat”;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi l-approċċ integrat tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni jipprevedi użu koerenti tal-kapaċitajiet differenti tal-UE, li fi ħdanu l-politika ta’ sigurtà u ta’ difiża tagħha għandha tikkomplementa u tiġi kkomplementata b’għodod ċivili oħra sabiex jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-bniedem u għall-paċi sostenibbli fl-Ewropa u fil-bqija tad-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi l-kunflitti jaffettwaw b’mod sproporzjonat lin-nisa u l-bniet u, fost affarijiet oħra, jintensifikaw il-vjolenza abbażi tal-ġeneru kif muri wkoll mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa mhux iġġustifikata kontra l-Ukrajna; billi n-nisa huma sottorappreżentati ħafna f’missjonijiet ċivili tal-PSDK, f’missjonijiet militari u f’operazzjonijiet militari; billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fiż-żamma tal-paċi u fl-operazzjonijiet militari għandha titħeġġeġ u tissaħħaħ;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi l-Missjoni ta’ Assistenza Militari tal-UE b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM) uriet l-impatt pożittiv li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK għandhom bir-riżorsi u l-kontribuzzjonijiet meħtieġa mill-Istati Membri; billi l-EUMAM diġà laħqet il-mira ta’ 30 000 suldat Ukreni mħarrġa; billi, abbażi tar-riżultati u x-xejriet attwali, il-EUMAM lesta li tħarreġ aktar persunal militari tal-Ukrajna biex tilħaq il-mira ta’ 60 000 suldat; billi l-missjoni lesta wkoll li tintegra t-taħriġ bl-ajru u marittimu kif xieraq u tirreaġixxi għal kwalunkwe talba urġenti oħra ta’ taħriġ fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK spiss ikunu mmirati minn theddid ibridu, inklużi kampanji ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni u interferenza minn barranin (FIMI), li jpoġġu f’riskju l-effettività tagħhom fl-istabbilizzazzjoni tal-pajjiż li fih jiġu skjerati; billi l-Kapaċità Ċivili tal-Ippjanar u t-Tmexxija (CPCC) u l-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) tal-UE jridu jikkunsidraw kif tiġi protetta forza skjerata kontra theddid ibridu;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi r-Russja tagħmel użu minn kumpaniji militari privati (PMCs), bħall-Grupp Wagner, bħala parti minn sett ta’ għodod ibridi tal-gwerra biex tiċħad b’mod plawżibbli, filwaqt li teżerċita b’suċċess influwenza f’diversi reġjuni u tikseb aċċess għar-riżorsi naturali u għall-infrastrutturi kritiċi; billi huwa rrapportat li l-Grupp Wagner wettaq attrofiji fl-Ukrajna, fil-Mali, fil-Libja, fis-Sirja u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana; billi huwa saħħaħ is-sentimenti anti-Ewropej, speċjalment f’pajjiżi bi preżenza qawwija tal-UE jew li jospitaw missjonijiet tal-PSDK; billi fil-Mali, fil-Burkina Faso u fin-Niġer is-sitwazzjoni hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni mhux kooperattiva tal-mexxejja tal-kolp ta’ stat fil-konfront ta’ sħab oħra, inkluża l-Missjoni ta’ Taħriġ tal-UE (EUTM) Mali, l-organizzazzjonijiet reġjonali, kif ukoll il-MINUSMA;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi wara l-kolp ta’ stat ta’ Lulju fin-Niġer, il-mexxejja tal-kolp ta’ stat ħadu deċiżjoni li jħejju każ biex issir prosekuzzjoni tal-President leġittimu tan-Niġerja, Mohamed Bazoum, minħabba “tradiment kbir”; billi l-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) segwiet medjazzjoni politika – medjazzjoni “b’żewġ binarji” – filwaqt li applikat sanzjonijiet (kummerċ, servizzi bankarji u individwali); billi l-UE esprimiet appoġġ qawwi għall-ECOWAS, prontezza biex jitħejja reġim awtonomu ta’ sanzjonijiet u rieda li tiġi indirizzata kwalunkwe talba li tista’ tiġi mill-ECOWAS għal appoġġ ulterjuri; billi wara l-kolp ta’ stat, kemm il-missjonijiet tal-PSDK (il-Missjoni tal-UE ta’ Bini tal-Kapaċità (EUCAP) Sahel Niġer kif ukoll il-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-UE (EUMPM) fin-Niġer) issospendew l-attivitajiet operattiv tagħhom u żammew biss il-persunal ewlieni meħtieġ fil-pajjiż; billi l-erba’ miżuri ta’ assistenza li għaddejjin mill-EPF (total ta’ EUR 74 miljun) ġew sospiżi; billi l-missjonijiet tal-EUTM u tal-EUCAP fis-Saħel u fir-Repubblika Ċentru-Afrikana ma tawx ir-riżultati mistennija;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-instabbiltà u n-nuqqas ta’ sigurtà fil-Viċinat tan-Nofsinhar u fir-reġjun tas-Saħel huma interkonnessi mill-qrib mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni Ewropej u jibqgħu sfida kontinwa għalihom; billi l-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza fil-Fruntieri fil-Libja u l-Operazzjoni Mediterranja tal-Forza Navali tal-UE (IRINI) qed jikkontribwixxu għall-isforzi magħmula għal paċi, sigurtà u stabbiltà sostenibbli billi jimplimentaw l-embargo fuq l-armi u jiġġieldu l-armi illeċiti u t-traffikar ta’ bnedmin;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-kampanji ta’ interferenza minn barranin ta’ diżinformazzjoni malinni, sponsorjati b’mod partikolari mir-Russja, u f’xi każijiet minn atturi oħra bħaċ-Ċina u l-Iran, huma sfida sinifikanti għall-politika estera tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi ż-żieda fl-użu ta’ attakki u theddid ibridi, kif muri mill-attivitajiet tar-Russja fl-UE, fl-Ukrajna, fl-Afrika u f’postijiet oħra, teħtieġ l-iżvilupp ta’ strumenti komprensivi għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni u r-rispons għal tali inċidenti u għall-protezzjoni taċ-ċittadini u tal-assi tal-Unjoni, permezz tat-trasformazzjoni tal-kapaċitajiet militari tradizzjonali, it-titjib tas-sigurtà tal-infrastruttura kritika, il-ġlieda kontra l-FIMI u l-iżvilupp ulterjuri ta’ livell għoli komuni ta’ ċibersigurtà; billi ċ-Ċina wriet ukoll użu akbar ta’ tattiċi tal-gwerra ibridi, inkluż fil-Baħar Indo-Paċifiku u fin-Nofsinhar taċ-Ċina, li għandhom l-għan jimminaw l-istabbiltà u s-sigurtà tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>AC.</NO.P>billi t-theddid ibridu fis-snin li ġejjin se jara użu akbar tal-kombinazzjoni sistematika tal-gwerra tal-informazzjoni, il-manuvri tal-forza aġli, il-gwerra ċibernetika tal-massa u t-teknoloġiji emerġenti u ta’ tfixkil, minn qiegħ il-baħar sal-ispazju, bil-varar ta’ sorveljanza bbażata fl-ispazju u sistemi ta’ attakki avvanzati, li kollha se jiġu permessi b’intelligence artifiċjali (IA) avvanzata, il-computing kwantistiku, it-teknoloġiji dejjem aktar “intelliġenti” ta’ drone swarms, il-kapaċitajiet ċibernetiċi offensivi, is-sistemi ta’ missili ipersoniċi, u t-teknoloġija nano u l-gwerra bijoloġika;
</CONS><CONS>
<NO.P>AD.</NO.P>billi madwar 90 % tal-kummerċ estern tal-UE jiġi ttrasportat bil-baħar; billi madwar żewġ terzi tal-provvista dinjija taż-żejt u tal-gass hija estratta fuq il-baħar jew ittrasportata bil-baħar; billi sa 90 % tat-trasferimenti internazzjonali tad-data u tal-komunikazzjoni jinġarru permezz ta’ kejbils taħt il-baħar; billi l-kriminalità organizzata u t-traffikanti tad-droga jwettqu parti sinifikanti mill-attivitajiet tagħhom bil-baħar, u saħansitra jużaw vetturi jew tagħmir sommerġibbli jew semisommerġibbli li l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi diffiċli jaqbduhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>AE.</NO.P>billi l-kooperazzjoni fis-sigurtà u fid-difiża mas-sħab u l-alleati hija kruċjali għall-ambizzjoni tal-UE li ssir fornitur tas-sigurtà internazzjonali; billi l-kooperazzjoni ma’ organizzazzjonijiet bħan-NU, in-NATO, l-Unjoni Afrikana (UA), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), l-Assoċjazzjoni tan-Nazzjonijiet tax-Xlokk tal-Asja, kif ukoll bosta alleati u sħab tal-istess fehma, hija kruċjali għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-PSDK;
</CONS><CONS>
<NO.P>AF.</NO.P>billi l-Istati Uniti huma l-aktar alleat importanti tal-UE; billi l-kooperazzjoni, is-sħubija u l-ħbiberija konġunti bejn l-UE u l-Istati Uniti, riflessi, fost affarijiet oħra, permezz tal-kooperazzjoni konġunta tagħna fin-NATO, huma s-sinsla tal-libertà, il-prosperità, id-demokrazija u s-sigurtà kondiviżi tagħna;
</CONS><CONS>
<NO.P>AG.</NO.P>billi l-Amerka Latina hija sieħeb strateġiku għall-UE u billi hemm ħafna potenzjal mhux sfruttat għall-bini ta’ sħubija strateġika reali, inkluż fil-kooperazzjoni fejn tidħol is-sigurtà;
</CONS><CONS>
<NO.P>AH.</NO.P>billi l-Kummissjoni u l-Parlament huma impenjati li jsaħħu lill-UE bħala attur estern li jista’ jaġixxi b’mod aktar strateġiku u awtonomu;
</CONS><CONS>
<NO.P>AI.</NO.P>billi r-reġjun tal-Artiku qed isir dejjem aktar importanti għall-ġeopolitika, l-iżvilupp ekonomiku u t-trasport, waqt li fl-istess ħin qed jiffaċċja sfidi marbuta mat-tibdil fil-klima u l-militarizzazzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AJ.</NO.P>billi l-imġiba dejjem aktar aggressiva taċ-Ċina, b’mod partikolari fil-viċinat tagħha stess, bħall-Istrett tat-Tajwan u l-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, tippreżenta riskju għas-sigurtà reġjonali u globali; billi ċ-Ċina ilha tippromwovi narrattiva alternattiva, valuri demokratiċi li joħolqu sfida, swieq miftuħa u l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli għal ħafna snin; billi l-influwenza dejjem akbar taċ-Ċina fl-organizzazzjonijiet internazzjonali fixklet il-progress pożittiv u eskludiet aktar lit-Tajwan minn parteċipazzjoni leġittima u sinifikattiva;
</CONS><CONS>
<NO.P>AK.</NO.P>billi fit-18 ta’ Awwissu 2023 l-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel kellhom l-ewwel laqgħa trilaterali storika; billi l-kooperazzjoni reċiproka fost pajjiżi tal-istess fehma, b’mod partikolari fir-reġjun Indo-Paċifiku, hija fundamentali biex jiġi żgurat l-iżvilupp paċifiku u prosperuż tar-reġjun; billi l-UE għandha tistinka ukoll biex ittejjeb il-kollaborazzjoni tagħha fis-sigurtà ma’ dawn il-pajjiżi tal-istess fehma fir-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>AL.</NO.P>billi l-Kosovo u d-Djalogu ffaċilitat mill-UE bejn Belgrad u Pristina qed jiffaċċjaw theddid ta’ destabbilizzazzjoni; billi l-operazzjoni EUFOR Althea għandha rwol ċentrali fis-sigurtà u l-istabbiltà tal-Bożnija-Ħerzegovina u r-reġjun;
</CONS><CONS>
<NO.P>AM.</NO.P>billi l-patrimonju kulturali għandu dimensjoni universali bħala xhieda tal-istorja inseparabbli mill-identità tal-popli, li l-komunità internazzjonali għandha l-obbligu li tipproteġi u tippreżerva għall-ġenerazzjonijiet futuri;
</CONS><CONS>
<NO.P>AN.</NO.P>billi huwa meħtieġ li jiġi adottat approċċ komprensiv tal-konsolidament tal-paċi li jinvolvi lill-ispeċjalisti ċivili biex jiġu implimentati miżuri prattiċi favur il-paċi; billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi lokali u internazzjonali jwettqu attivitajiet kruċjali bil-għan li jipprevjenu l-kunflitti u jsolvu l-kunflitti b’mod paċifiku, u huwa tal-akbar importanza li jsir l-aħjar użu mill-esperjenza tagħhom;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF> <ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà globali li qed tiddeterjora malajr u jemmen li f’dawn iż-żminijiet ta’ inċertezza kbira, l-unità Ewropea u trans-Atlantika, kif ukoll il-kollaborazzjoni mill-qrib ma’ sħab tal-istess fehma madwar id-dinja, hija meħtieġa aktar minn qatt qabel sabiex jiġu indirizzati l-isfidi maħluqa minn kriżijiet globali, tittieħed azzjoni b’mod proattiv u jkun hemm rispons b’mod deċiżiv għat-theddid għall-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli u tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni effettiva tal-PSDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jappoġġja lill-Ukrajna u jikkundanna bil-qawwa l-gwerra illegali, mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata ta’ aggressjoni tar-Russja; jiddeplora l-konsegwenzi globali tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni tar-Russja li qed tolqot lill-pajjiżi u lis-soċjetajiet vulnerabbli madwar id-dinja permezz ta’ żieda fil-prezzijiet tal-enerġija u n-nuqqas ta’ ikel u li tikser u tipperikola wkoll b’mod gravi d-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-NU u ddgħajjef is-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea u globali; jirrikonoxxi li r-Russja qed tkompli l-gwerra tagħha ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna bl-appoġġ tal-Belarussja, l-Iran u l-Korea ta’ Fuq, u żżomm preżenza militari attiva fejn tqis li hija strateġikament importanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, l-attakki terroristiċi ta’ stmerrija mwettqa mill-grupp terroristiku Ħamas kontra Iżrael, inkluż it-teħid ta’ ostaġġi, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-Istat ta’ Iżrael u lill-poplu tiegħu u għaċ-ċivili Palestinjani fl-Istrixxa ta’ Gaża u fix-Xatt tal-Punent; jappella għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-ostaġġi kollha li ttieħdu mill-grupp terroristiku Ħamas u li l-iġsma tal-ostaġġi mejta jingħataw lura; jenfasizza d-dritt ta’ Iżrael li jiddefendi lilu nnifsu f’konformità mad-dritt internazzjonali u d-dritt umanitarju internazzjonali; jisħaq li l-partijiet kollha jeħtieġ jiddistingwu, f’kull ħin, bejn il-persuni kumbattenti u l-persuni ċivili u li l-partijiet jistgħu jattakkaw biss lill-persuni kumbattenti u l-miri militari; jitlob lill-Gvern Iżraeljan ma jiħux azzjoni militari f’Rafah, li tkun taggrava s-sitwazzjoni umanitarja diġà katastrofika u timpedixxi l-għoti ta’ servizzi bażiċi u ta’ assistenza umanitarja li tant hemm bżzonnhom b’urġenza; jesprimi s-sogħba profonda tiegħu u solidarjetà sħiħa mal-vittmi innoċenti fuq iż-żewġ naħat, mal-familji tagħhom u mal-għeżież tagħhom; jappella biex dawk responsabbli għal atti terroristiċi u għall-ksur tad-dritt internazzjonali jinżammu responsabbli; jappella għal investigazzjoni bir-reqqa tar-rwol tal-pajjiżi terzi, inkluż l-Iran u l-Qatar, u l-entitajiet mhux stati fl-għoti ta’ appoġġ finanzjarju, materjali u operattiv lill-Ħamas;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-attakki li għaddejjin fuq l-attivitajiet marittimi fil-Baħar l-Aħmar skjerati minn territorji kkontrollati mill-Houthie fil-Jemen, bl-appoġġ tal-Iran; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Istati Membri li jniedu operazzjoni marittima tal-PSDK, taħt l-isem ASPIDES, biex jipproteġu l-bastimenti merkantili, billi jsaħħu l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima u l-bastimenti li jakkumpanjawhom biex jiskoraġġixxu l-attakki; jikkundanna wkoll l-attakki minn gruppi militari appoġġati mill-Iran mil-Libanu, mis-Sirja u mill-Iraq;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nipprovdu lill-Ukrajna l-kapaċitajiet ta’ difiża li għandha bżonn</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkonferma li l-UE se tkompli tappoġġja lill-Ukrajna billi tipprovdi l-mezzi militari meħtieġa biex tintemm il-gwerra ta’ aggressjoni Russa u terġa’ tiġi rrestawrata l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tagħha, u b’hekk tkun tista’ teżerċita b’mod effettiv is-sovranità tagħha, tipproteġi liċ-ċittadini tagħha, tiddokumenta u tinvestiga d-delitti tal-gwerra u tressaq lil dawk responsabbli quddiem il-ġustizzja, u taqta’ x-xewqa tal-poplu tal-Ukrajna għall-integrazzjoni Ewro-Atlantika, b’mod partikolari adeżjoni mal-UE bbażata fuq l-identifikazzjoni b’saħħitha mal-valuri Ewropej tal-libertà, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt, u s-sħubija fin-NATO; jisħaq li r-rebħa militari tal-Ukrajna u s-sħubijiet tagħha mal-UE u man-NATO huma meħtieġa għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi sostenibbli ġenerali fil-kontinent Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-EPF li appoġġjat lill-forzi armati tal-Ukrajna billi ffinanzjat u pprovdiet tagħmir u taħriġ militari, filwaqt li pprovdiet koordinazzjoni għall-partijiet ikkonċernati kollha permezz tal-Mekkaniżmu ta’ Koordinament ospitat mill-Persunal Militari tal-UE (EUMS); iħeġġeġ lill-Istati Membri joħolqu inventarju bbażat fuq ix-xenarji u prevedibbli tal-kapaċitajiet militari li jistgħu jiġu pprovduti fl-ambitu tal-EPF biex jiġi żgurat l-akkwist ta’ malajr ta’ forniment ta’ kapaċitajiet għal perjodu ta’ żmien qasir u twil; jitlob li jiġu żgurati s-sostenibbiltà finanzjarja u d-durabbiltà tal-EPF sabiex l-Ukrajna u sħab oħra tal-UE madwar id-dinja jingħataw l-appoġġ li jitolbu; jappella għal żieda ulterjuri fl-assistenza finanzjarja u militari lill-Ukrajna u għall-varar immedjat ta’ tagħmir modern, armi u sistemi ta’ difiża tal-ajru u mill-wiċċ għall-wiċċ tal-ġenerazzjoni li jmiss;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Istati Membri l-kbar b’kapaċitajiet sinifikanti tal-industrija tad-difiża, bħal Franza, Spanja u l-Italja, iżidu b’mod sinifikanti u urġenti l-assistenza militari lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jidħlu immedjatament fi djalogu mal-kumpaniji tad-difiża sabiex jiggarantixxu li l-produzzjoni u l-kunsinna, b’mod partikolari, tal-munizzjon, l-ixkejjer u l-missili għall-Ukrajna jingħataw prijorità fuq ordnijiet minn pajjiżi terzi oħra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jilqa’ l-proposta inizjali tal-VP/RGħ Borrell, li tibni fuq is-sejħa preċedenti tal-Parlament, għall-ħolqien ta’ fond ta’ assistenza ta’ EUR 20 biljun fl-EPF, iddedikat biex jappoġġja lill-forzi armati tal-Ukrajna b’massimu ta’ EUR 5 biljun fis-sena bejn l-2023 u l-2027; jiddispjaċih li l-Istati Membri baxxew din l-ambizzjoni għal żieda ta’ EUR 5 biljun u jħeġġiġhom jilħqu ftehim rapidu f’dan ir-rigward; jikkundanna bil-qawwa l-isforzi li saru mill-Ungerija biex twaqqaf it-tentattivi reċenti li jiżdied l-EPF u l-proposta tal-VP/RGħ għall-fond ta’ assistenza speċjali għall-Ukrajna; jenfasizza li l-kunsinni kollha ta’ assistenza militari u armi mill-EPF iridu jikkonformaw bis-sħiħ mal-Pożizzjoni Komuni tal-UE dwar l-esportazzjonijiet tal-armi, il-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju, u jridu jipprovdu trasparenza u obbligu ta’ rendikont adegwati; jiddispjaċih dwar id-dewmien bla bżonn fl-approvazzjoni mill-Istati Uniti tas-segment li jmiss tal-assistenza meħtieġa b’mod urġenti lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jilqa’ l-istabbiliment tal-Missjoni ta’ Assistenza Militari b’appoġġ għall-Ukrajna (EUMAM Ukraine) u r-rwol tagħha fit-tisħiħ tal-effettività militari tal-forzi armati tal-Ukrajna sabiex ikunu jistgħu jiddefendu l-integrità territorjali tagħhom fil-fruntieri rikonoxxuti internazzjonalment tal-Ukrajna u jippermettu lill-pajjiż jeżerċita b’mod effettiv is-sovranità u l-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili tiegħu; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu pprovduti l-persunal u l-infrastruttura meħtieġa lill-Kapaċità Militari tal-Ippjanar u t-Tmexxija (MPCC) biex jiġu eżerċitati l-ippjanar u l-kmand ta’ din il-missjoni importanti ta’ taħriġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-kapaċità tal-EUMAM Ukraine li tindirizza l-ħtiġijiet ta’ taħriġ tal-Ukrajna b’mod flessibbli; jistenna li ġġib valur miżjud billi tespandi l-offerti ta’ taħriġ u li tkun sinkronizzata ma’ inizjattivi oħra ta’ taħriġ li diġà jkunu għaddejjin; jisħaq fuq l-adattament ta’ moduli ta’ taħriġ għat-tagħlimiet meħuda sabiex jikkorrispondu b’mod adegwat għall-ħtiġijiet tal-forzi tal-Ukrajna; jifraħ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lill-Istati Membri talli rnexxielhom iħarrġu lil aktar minn 30 000 truppa qabel tmiem l-2023; jilqa’ l-proposta tal-VP/RGħ ta’ mira akbar  li fl-2024 jitħarrġu 60 000 suldat Ukren; jisħaq fuq l-importanza li l-moduli ta’ taħriġ jiġu aġġustati u rieżaminati fuq bażi kontinwa abbażi tat-tagħlimiet meħuda mill-kamp tal-battalja, kif ukoll ta’ enfasi sostnuta fuq l-indirizzar tal-isfidi attwali u futuri, inkluż il-ġlieda kontra l-vetturi tal-ajru mingħajr bdot abbord (UAV), it-taħriġ tas-sistema UAV, id-difiża tal-ajru, l-identifikazzjoni ta’ mini, taħriġ ta’ armi kombinati u speċjalizzati u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-uffiċjali attwali u futuri tal-forzi armati tal-Ukrajna fil-livelli kollha u f’konformità mal-ħtiġijiet tagħhom; jilqa’, barra minn hekk, il-konklużjoni malajr tad-deliberazzjonijiet u l-parteċipazzjoni b’saħħitha mill-Istati Membri fit-tnedija tal-EUMAM Ukraine, li jistgħu jiġu deskritti bħala mudell għal missjonijiet ta’ taħriġ militari futuri, u jistedinhom juru ambizzjoni u kontributi simili għal missjonijiet u operazzjonijiet oħra attwali u futuri tal-PSDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Ifaħħar il-flessibbiltà u l-adattabbiltà tal-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) fl-implimentazzjoni, f’kundizzjonijiet diffiċli, tal-mandat rivedut tagħha, inkluż l-appoġġ tagħha għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ delitti internazzjonali mwettqa fil-kuntest tal-aggressjoni militari mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna; jappella lill-UE biex tiżgura li tkun tista’ topera b’mezzi finanzjarji, loġistiċi u umani adegwati ħalli tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Ukrajna u jilqa’ l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi f’dan ir-rigward;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja l-appoġġ konkret tal-UE lill-Ukrajna permezz tat-“tliet binarji tal-munizzjon”; iħeġġeġ kunsinna aktar mgħaġġla ta’ munizzjon mill-istokkijiet eżistenti tal-Istati Membri permezz tal-EPF; jiġbed l-attenzjoni biex jiġu segwiti tnejn mit-“tliet binarji tal-munizzjon”, li għandhom l-għan li jipprovdu miljun balla ta’ munizzjon tal-artillerija lill-Ukrajna sa Marzu 2024, u jesprimi tħassib dwar dikjarazzjonijiet reċenti li jindikaw li l-iskadenza mhux se tiġi ssodisfata; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President u lill-Istati Membri biex jitħaffef l-akkwist ta’ munizzjoni għall-Ukrajna u jisħaq fuq il-ħtieġa li jitħaffu l-kapaċitajiet ta’ manifattura tal-industrija Ewropea billi tiġi żgurata l-implimentazzjoni malajr u effettiva tal-Att b’Appoġġ għall-Produzzjoni tal-Munizzjon (ASAP); iħeġġeġ lill-Istati Membri jipprovdu opportunitajiet speċjalizzati għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) fis-settur tad-difiża Ewropew sabiex ikollhom il-kapaċità li jipparteċipaw fil-proċess tal-offerti; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jaċċelleraw l-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-munizzjon militari, b’enfasi partikolari fuq il-proġetti konġunti mal-Ukrajna u jiżguraw li l-ordnijiet għall-Ukrajna jingħataw prijorità mingħajr aktar dewmien; jisħaq ukoll li għandhom jittieħdu passi konkreti lejn l-integrazzjoni tal-Ukrajna fil-politiki u fil-programmi ta’ difiża u ta’ ċibersigurtà tal-UE, matul il-proċess ta’ adeżjoni mal-UE, filwaqt li wieħed jibni fuq il-kooperazzjoni u l-iskambji mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA), fuq il-ftehim eżistenti mal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u fuq il-possibbiltà f’isem l-Ukrajna bħala benefiċjarju ta’ kwantitajiet addizzjonali fit-tisħiħ tal-industrija Ewropea tad-difiża permezz tal-akkwist komuni (EDIRPA); jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jippreżentaw pjan għal pakkett sostenibbli u fit-tul ta’ impenji ta’ sigurtà għall-Ukrajna li jkun komplementari biex jiżgura r-rekwiżiti tas-sigurtà li qed jiżdiedu tal-UE; jilqa’ l-ħolqien tal-“Faċilità għall-Ukrajna” u jħeġġeġ lill-atturi kollha jaħdmu għall-implimentazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-kundanna globali tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna, li tikser id-dritt internazzjonali u l-prinċipji tal-Karta tan-NU u timmina s-sigurtà u l-istabbiltà globali; jistieden lill-Mibgħut Speċjali tal-Kummissjoni għall-Implimentazzjoni tas-Sanzjonijiet tal-UE jinvestiga bir-reqqa ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE kontra l-entitajiet Russi, speċjalment fir-rigward ta’ oġġetti b’użu doppju b’rabta mal-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; jikkundanna l-preżenza ta’ suldati ta’ pajjiżi terzi, inkluż minn Kuba, mis-Serbja u mis-Sirja, li jiġġieldu għar-Russja fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha fl-Ukrajna, u jitlob l-irtirar immedjat tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja l-eżitu tas-Summit ta’ Vilnius tan-NATO li jikkonferma b’mod ċar il-futur tal-Ukrajna jinsab fl-alleanza; jilqa’ l-pakkett ta’ appoġġ tas-Summit għall-Ukrajna u l-istabbiliment tal-Kunsill NATO-Ukrajna li se jħejji lill-Ukrajna biex tissieħeb man-NATO, wara li tintemm il-gwerra u li jiġi ffinalizzat malajr kemm jista’ jkun; jappoġġja l-isforzi u l-koordinazzjoni trans-Atlantiċi kontinwi dwar l-assistenza militari u l-kunsinni tal-armi lill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jissottolinja li l-impenji tal-UE u tan-NATO fil-konfront tal-Ukrajna huma parti minn pakkett usa’ kkoordinat internazzjonalment ta’ garanziji tas-sigurtà għall-Ukrajna, inkluż it-tnedija mill-G7 ta’ qafas multilaterali għan-negozjar ta’ impenji u arranġamenti bilaterali ta’ sigurtà għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li titkompla l-operazzjonalizzazzjoni tal-Artikolu 42(7) tat-TUE dwar l-assistenza reċiproka u jappella għal passi konkreti sabiex tiġi żviluppata politika ta’ solidarjetà vera tal-UE, inkluż billi tiġi ċċarata l-koerenza bejn dan u l-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana, meta jitqies li mhux l-Istati Membri kollha tal-UE huma membri tan-NATO;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Insaħħu d-difiża Ewropea b’rispons għall-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna</STRING></STRING>;</ACTINIT><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jissottolinja u jesprimi l-appoġġ mingħajr kundizzjonijiet tiegħu għall-impenn tal-kapijiet ta’ Stat u tal-gvern tal-UE, li sar fid-Dikjarazzjoni ta’ Versailles, li jipprovdi l-appoġġ kollu meħtieġ mill-Ukrajna u li jieħu responsabbiltà akbar għas-sigurtà Ewropea billi jsaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ difiża tal-Istati Membri u tal-UE; iħeġġeġ koordinazzjoni akbar mal-alleati trans-Atlantiċi u man-NATO f’dan ir-rigward; iqis li huwa meħtieġ li tiġi aġġornata l-Boxxla Strateġika sabiex jiġu inkorporati t-tagħlimiet meħuda mill-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna li bdiet jiem qabel l-adozzjoni tagħha, kif ukoll fid-dawl ta’ avvenimenti reċenti fil-Lvant Nofsani; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, wara dan ir-rieżami, li għandu jsir eżerċizzju regolari, biex iwettqu l-impenn tad-Dikjarazzjoni ta’ Versailles billi jaċċelleraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Boxxla Strateġika permezz ta’ spinta kbira tal-kooperazzjoni militari Ewropea fil-livell tal-forzi industrijali u armati, sabiex l-Unjoni Ewropea ssir fornitur tas-sigurtà aktar b’saħħtu u aktar kapaċi li jkun interoperabbli u komplementari man-NATO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Jieħu nota tad-dibattitu dwar id-deterrenza nukleari fl-Ewropa u jappella għal diskussjoni Ewropea kostruttiva u miftuħa dwar dan l-element ewlieni tad-difiża territorjali u d-deterrenza, li hija meħtieġa biex tiġi żgurata s-sigurtà fit-tul tal-kontinent Ewropew u tal-popli tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Ifakkar li, kif iddikjarat b’mod ċar fil-Boxxla Strateġika, l-objettiv tal-UE huwa li tkun tista’ taġixxi malajr u b’mod robust kull meta tinqala’ kriżi, waħedha meta jkun meħtieġ jew fi sħubija, u li l-Boxxla Strateġika ma tridx tkun sostituta għall-posponiment ta’ investimenti vitali fil-kapaċitajiet ta’ sigurtà u difiża tal-UE; jisħaq li l-għanijiet u l-istadji importanti ambizzjużi tal-Boxxla Strateġika jistgħu jintlaħqu biss b’rieda politika u b’azzjoni korrispondenti f’isem l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet finanzjarji neċessarji meta jkun meħtieġ; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom f’aġġornamenti sistematiċi u regolari tal-analiżi tat-theddid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li, sabiex issir attur ġeopolitiku kredibbli, l-UE għandha tirriforma s-sistema tagħha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-potenzjal ta’ azzjoni barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża veloċi, effiċjenti u effettiva, kif previst mill-klawżoli passerelle tat-TUE, intuża biss b’mod limitat ħafna; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex gradwalment jaqleb għal votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet dwar il-PESK u l-PSDK, tal-anqas f’dawk l-oqsma li ma għandhomx implikazzjonijiet militari; itenni l-appell tiegħu għall-istabbiliment ta’ laqgħat regolari tal-Kunsill tal-ministri tad-difiża tal-UE u jappella għall-istabbiliment ta’ kwartieri ġenerali ċivili-militari konġunti fil-livell Ewropew li jikkombinaw strumenti ċivili u militari sabiex isir użu sħiħ mill-approċċ integrat tal-UE fil-ġestjoni tal-kriżijiet mill-ippjanar strateġiku sat-twettiq effettiv tal-missjoni jew tal-operazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jappella għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Unjoni tad-Difiża (DUC), fil-Kummissjoni li jmiss li jkun responsabbli għall-finalizzazzjoni ta’ Unjoni Ewropea tad-Difiża vera u l-kwistjonijiet kollha relatati mad-difiża, inkluża l-PSDK, wara diviżjoni ċara tal-kompiti mar-Rappreżentant Għoli u Viċi President; jemmen li, flimkien mal-Kumitat ta’ Sigurtà u ta’ Difiża stabbilit bis-sħiħ fil-Parlament, id-DUC għandu jissorvelja b’mod konġunt baġit apposta u sostanzjali tal-Unjoni tad-Difiża;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-Boxxla Strateġika: “NAĠIXXU”</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Ifakkar lill-korpi tal-UE u l-Istati Membri rispettivi dwar l-impenn tagħhom li jsaħħu l-MPCC u li jiksbu kapaċità operattiva sħiħa, inkluż permezz tal-forniment ta’ bini adegwat, biżżejjed persunal, u r-riorganizzazzjoni tal-Persunal Militari tal-UE; jitlob li l-kapaċità operattiva sħiħa tagħha tintlaħaq sal-2025, kif iddikjarat fil-Boxxla Strateġika, u minkejja l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2018 li pprevedew skadenza għall-2020; jitlob ukoll li l-livelli tal-persunal tal-MPCC għandhom jiżdiedu konsiderevolment għal 250 membru tal-persunal; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li l-MPCC tiġi stabbilita bħala l-istruttura ppreferuta ta’ kmand u kontroll għall-operazzjonijiet militari tal-UE, inkluż għall-użu tal-Kapaċità ta’ Skjerament Rapidu (RDC) futura; jisħaq li għal dan il-kompitu jista’ jiġi ddisinjat wieħed mill-erba’ kwartieri ġenerali operattivi nazzjonali attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Itenni l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tal-RDC b’mill-anqas 5 000 truppa u kapaċitajiet rilevanti skont in-natura modulari tagħha, disponibbli għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi f’ambjenti mhux permissivi, bħal kompiti ta’ salvataġġ u ta’ evakwazzjoni, operazzjonijiet inizjali ta’ dħul u stabbilizzazzjoni jew tisħiħ temporanju tal-missjonijiet; iqis li mingħajr impenn politiku sod u aktar riżorsi, l-ambizzjoni li l-RDC tkun operattiva sal-2025 tinsab f’riskju; jistieden lill-Istati Membri jqisu l-modalitajiet prattiċi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 44 tat-TUE matul l-operazzjonalizzazzjoni tal-RDC, kif ukoll f’impenji operattivi oħra tal-PSDK, meta dan ikun rilevanti, sabiex grupp ta’ Stati Membri lesti u kapaċi jkunu jistgħu jippjanaw u jwettqu missjoni jew operazzjoni fil-qafas tal-UE u, b’hekk, jiżguraw l-attivazzjoni malajr tal-RDC; itenni li l-RDC għandha tiġi organizzata fuq bażi ta’ skadenzi differenti ta’ “notice to move” għal partijiet differenti tal-RDC, b’xi wħud li jkollhom “notice to move” ta’ bejn ħames u 10 ijiem; jinnota li numru eżatt għat-truppi minimi jista’ jiġi vvalutat biss wara li l-pjanifikaturi kunċettwali jkunu analizzaw ix-xenarji potenzjali kollha; iqis li l-RDC tal-UE għandha potenzjal kbir li ttejjeb u tibni sostanzjalment fuq it-tagħlimiet meħuda mill-gruppi tattiċi preċedenti tal-UE, tindirizza u tegħleb id-diversi nuqqasijiet tagħhom, issaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE u tikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-approċċ integrat tal-UE għas-sigurtà u l-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jilqa’ l-ewwel eżerċizzju reali li qatt sar, bħala parti mill-MILEX (Eżerċizzju Militari għall-Ġestjoni tal-Kriżijiet) 2023, għall-RDC, li sar f’Ottubru 2023 fi Spanja u jħares ’il quddiem għal eżerċizzji reali oħra fil-futur li għandhom l-għan li jtejbu l-kapaċitajiet tagħha, iż-żieda tal-interoperabbiltà bejn l-Istati Membri u l-ittestjar effettiv tal-utilizzazzjoni tal-RDC f’diversi xenarji; jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jiżguraw li tali eżerċizzji ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni jistgħu jibbenefikaw mill-mekkaniżmu tal-ispejjeż komuni biex tiġi żgurata parteċipazzjoni adegwata fil-futur;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Jenfasizza li l-RDC għandha tiġi stabbilita bħala wieħed mit-tipi ta’ kapaċità militari tal-UE għar-rispons għall-kriżijiet bl-identità ġuridika proprja, biex tippermetti l-istabbiliment tal-RDC bħala forza li tkun disponibbli b’mod permanenti u li titħarreġ flimkien bl-għan li ssir forza permanenti; jinnota li l-RDC għandha twettaq eżerċizzji konġunti regolari fil-livell strateġiku, tal-forzi konġunti u tattiku f’qafas tal-UE bbażat fuq xenarji operattivi u skont standards uniformi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni, bħal fin-NATO, sabiex jittejbu l-istat ta’ tħejjija u l-interoperabbiltà; jisħaq li l-eżerċizzji għandhom jiġu skedati mill-EUMS u ppjanati u mwettqa mill-MPCC; jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom li sal-2025 inaqqsu sostanzjalment id-diskrepanzi kritiċi fil-faċilitaturi strateġiċi, b’mod partikolari dawk marbuta mal-RDC, bħat-trasport bl-ajru strateġiku, l-assi ta’ komunikazzjoni spazjali, l-assi mediċi, il-kapaċitajiet ta’ difiża ċibernetika u l-intelliġenza u r-rikonjizzjoni; jilqa’ l-lakuna fil-ġenerazzjoni tal-forzi li mtlew dan l-aħħar mill-Istati Membri, li tippermetti lill-RDC u lill-gruppi tattiċi tiegħu jsiru kompletament operattivi sal-2025;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Ifakkar li l-UE stabbiliet għan fit-tul biex iżżid b’mod sinifikanti l-ambizzjonijiet tagħha u taħdem lejn l-iżvilupp tal-kapaċitajiet tagħha biex tiskjera sa 60 000 truppa mill-Istati Membri, fuq bażi volontarja, f’operazzjonijiet immexxija mill-UE kif stabbilit fl-objettiv primarju militari tal-1999;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jissaħħu u li jsir investiment sostanzjali fil-mobbiltà militari tal-forzi armati tagħna, filwaqt li jingħata prijorità lill-investimenti u jitneħħew l-ostakli u l-konnessjonijiet neqsin; ifaħħar l-isforzi li saru mill-Istati Membri, l-alleati, l-UE u n-NATO fil-progress tal-mobbiltà militari fl-Ewropa ċentrali u tal-Lvant kollha; jistieden lill-Istati Membri jkomplu jaġixxu biex jissimplifikaw u jarmonizzaw il-proċeduri għall-mobbiltà militari u jqassru l-iskedi ta’ żmien għall-għoti ta’ permessi biex l-Istati Membri tal-UE jkunu jistgħu jaġixxu aktar malajr u jżidu l-effiċjenza tar-rispons tagħhom, f’konformità mal-ħtiġijiet u r-responsabbiltajiet tad-difiża tagħhom, kemm fil-kuntest tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK, kif ukoll f’attivitajiet nazzjonali u multinazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob li tissaħħaħ l-EDA, li jiġu ġestiti r-riċerka avvanzata u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet u li jitrawwem akkwist konġunt sabiex tissaħħaħ il-bażi industrijali u teknoloġika tad-difiża Ewropea (EDTIB), filwaqt li ma jiġix ostakolat l-akkwist ta’ xi tagħmir minn pajjiżi tal-istess fehma; jappella għat-titjib tal-finanzjament tad-difiża permezz tal-esplorazzjoni ta’ riforma potenzjali tal-politika ta’ self tal-Bank Ewropew tal-Investiment; jappella għat-tisħiħ tal-aċċess tal-industriji għall-finanzjament privat biex jiġi żgurat li l-industrija tad-difiża Ewropea jkollha biżżejjed aċċess għall-finanzjament u l-investiment pubbliċi u privati fuq bażi sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni b’kooperazzjoni mal-Istati Membri, tikkunsidra l-iżvilupp ta’ parametri għal prodott finanzjarju li għandu l-għan li jappoġġja l-investimenti fis-sigurtà Ewropea, inklużi azzjonijiet mill-industrija tad-difiża; jilqa’ l-isforz konġunt mill-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Kummissjoni biex iniedu l-Faċilità ta’ Ekwità fid-Difiża, b’EUR 175 miljun, biex jistimulaw l-iżvilupp ta’ teknoloġiji b’użu doppju; jilqa’ r-regoli fiskali ġodda li tranġaw dwar id-defiċits baġitarji, li jippermettu nfiq militari addizzjonali wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President u lill-Istati Membri jwettqu missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK aktar robusti, flessibbli, effiċjenti u modulari, li jistgħu jadattaw għall-kuntest tas-sigurtà li qed jinbidel, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-approċċ integrat, u li jibni fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tad-dimensjonijiet ċivili u militari tal-PSDK; jenfasizza l-importanza tal-missjonijiet ċivili tal-PSDK li jikkoordinaw ma’ sħab internazzjonali oħra involuti f’attivitajiet simili fil-pajjiż ospitanti; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti għanijiet ċari u li jistgħu jintlaħqu għal kull missjoni u operazzjoni, issupplimentati mir-riżorsi finanzjarji, loġistiċi u umani meħtieġa skont il-progress miksub fl-ilħuq ta’ kull għan; jenfasizza li kull missjoni u operazzjoni trid tkun imfassla b’mod effettiv għall-ħtiġijiet u r-rekwiżiti ta’ kull pajjiż ospitanti, filwaqt li tiżgura l-ħolqien tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-missjoni biex tilħaq l-għanijiet iddikjarati tagħha u żżomm sħubija b’saħħitha mal-popolazzjoni lokali u mal-awtoritajiet nazzjonali; jissottolinja s-sinifikat tal-approċċi ta’ “taħriġ u tagħmir” u ta’ “taħriġ ta’ min iħarreġ” għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet biex jiġi żgurat is-suċċess u l-impatt fit-tul tagħhom fuq il-pajjiż ospitanti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jilqa’ l-adozzjoni tal-Patt Ċivili l-ġdid tal-PSDK u l-impenn li jiżdiedu l-effettività, il-flessibbiltà u l-kapaċità ta’ rispons tal-missjonijiet ċivili, inkluż permezz tat-tħaffif tat-teħid ta’ deċiżjonijiet, it-tisħiħ tal-ippjanar operattiv, kif ukoll it-titjib tal-għażla u r-reklutaġġ tal-persunal, b’enfasi fuq ugwaljanza akbar bejn il-ġeneri u t-titjib tal-għodod ta’ kapaċità ta’ rispons; jemmen li l-missjonijiet ċivili u militari jeħtieġ li jiffukaw aktar fuq l-elementi ewlenin tas-sigurtà tal-bniedem; jilqa’ l-impenn tas-SEAE u tal-Istati Membri, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, li jistabbilixxu proċess regolari u strutturat għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet ċivili fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jappella għall-ħolqien ta’ valutazzjonijiet tal-impatt dettaljati għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha li għandhom isiru f’intervalli frekwenti, flimkien mal-eżerċizzju ta’ Rieżami Strateġiku, sabiex jiġu evalwati b’mod aktar effettiv l-effetti fuq perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil fuq il-pajjiż ospitanti, kif ukoll biex jiġi eżaminat jekk il-missjonijiet u l-operazzjonijiet laħqux l-impatt mixtieq tagħhom; jappella li dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt għandhom jiġu kondiviżi mal-Parlament; jisħaq fuq il-ħtieġa partikolari li l-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha jkollhom dispożizzjonijiet ta’ estinzjoni biex jippermettu terminazzjoni sostenibbli jekk ikun meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u s-SEAE jinkludu komponent relatat mal-protezzjoni tal-patrimonju kulturali fil-missjonijiet jew l-operazzjonijiet tal-PSDK tagħhom sabiex tingħata assistenza u edukazzjoni lis-sħab lokali fl-indirizzar tal-isfidi tas-sigurtà relatati mal-preżervazzjoni u l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali; jistieden lill-Kunsill u lis-SEAE jinkludu komponent ta’ diplomazija preventiva fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK tagħhom sabiex janalizzaw aħjar is-sitwazzjonijiet f’żoni partikolari, jevitaw it-tifqigħa, l-eskalazzjoni, il-kontinwazzjoni u r-rikorrenza tal-kunflitti, u l-medjazzjoni bejn il-partijiet li jinsabu f’xifer li tfaqqa’ l-vjolenza fihom, li jgħin biex tinkiseb rikonċiljazzjoni u jinbnew soċjetajiet reżiljenti u inklużivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar li l-integrazzjoni u l-operazzjonalizzazzjoni tal-perspettivi tal-ġeneru fir-relazzjonijiet esterni u l-implimentazzjoni tal-aġenda dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà huma prijoritajiet fit-tul għall-UE; jenfasizza, għalhekk, l-importanza li jitwettqu l-impenji kollha li saru, inklużi dawk fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (GAP) III (2020-2024) u fil-Boxxla Strateġika, inkluż billi tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u billi tiġi integrata sistematikament perspettiva tal-ġeneru, ibbażata fuq analiżi tal-ġeneru xprunata mid-data, fl-ippjanar u l-azzjonijiet kollha ċivili u militari tal-PSDK; jilqa’, f’dan il-kuntest, il-ħatra ta’ Konsulenti dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK u l-istabbiliment ta’ network ta’ punti fokali tal-ġeneru; jappella għall-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji li saru fil-Patt Ċivili l-ġdid tal-PSDK, li jinkludi żieda sinifikanti fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-PSDK ċivili fost il-persunal internazzjonali, bl-għan li tintlaħaq rappreżentanza ta’ mill-anqas 40 % filwaqt li jsir sforz għall-parità bejn il-ġeneri; jissottolinja, madankollu, li jeħtieġ li jsir aktar biex tiġi żgurata l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-parteċipazzjoni sħiħa u sinifikattiva tan-nisa fil-PSDK, speċjalment f’missjonijiet militari; jistieden lill-Istati Membri jieħdu passi biex jimminimizzaw l-ostakli għall-karriera għan-nisa fil-forzi tad-difiża rispettivi tagħhom; iħeġġeġ lis-SEAE jipprovdi rapporti regolari dwar il-progress tiegħu fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet relatati mal-ġeneru lis-Sottokumitat għas-Sigurtà u d-Difiża (SEDE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa fl-aspetti fundamentali tal-miżuri ta’ sigurtà u ta’ difiża; jikkundanna bil-qawwa t-twettiq ta’ delitti tal-gwerra kontra popolazzjonijiet ċivili, b’mod partikolari l-użu tal-vjolenza sesswali bħala għodda tal-gwerra; jenfasizza s-sinifikat tal-miżuri taċ-ċibersigurtà fil-monitoraġġ u fil-prevenzjoni tat-traffikar tan-nisa affettwati mill-kunflitt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jisħaq li minbarra l-għoti ta’ garanziji ta’ sigurtà u ta’ assistenza lill-Ukrajna, irid ikun hemm miżuri stabbiliti biex jiġu indirizzati l-problemi tas-saħħa mentali li jirriżultaw u li se jkomplu jinħolqu fost il-persunal militari u ċ-ċittadini bħala konsegwenza tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni konġunta ta’ Ġunju 2023 dwar perspettiva ġdida dwar ir-rabta bejn il-klima u s-sigurtà, li tiddeskrivi azzjonijiet konkreti biex jiġu indirizzati l-impatti tat-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali fuq is-sigurtà u d-difiża Ewropea, inkluża l-PSDK; jisħaq fuq il-ħtieġa li nimxu ’l quddiem bl-implimentazzjoni komprensiva tagħha bil-għan li tittejjeb l-effettività operattiva, inkluż l-użu ta’ konsulenti ambjentali għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK sal-2025 u l-appoġġ għall-Istati Membri fl-indirizzar ta’ kwalunkwe diskrepanza, ostaklu u inċentiv għat-tħejjija tal-forzi armati tagħhom għat-tibdil fil-klima, kif mitlub fil-Boxxla Strateġika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni r-rwol importanti taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fiż-żamma u fil-promozzjoni tal-paċi u tas-sigurtà u jistieden lis-SEAE jimpenja ruħu biex jintegra b’mod aktar sistematiku ż-żgħażagħ fl-aġenda tiegħu dwar iż-żgħażagħ, il-paċi u s-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>	Jenfasizza l-importanza ta’ finanzjament adegwat, flessibbli u sostenibbli għall-programmi u għall-inizjattivi kollha ta’ sigurtà u difiża, inkluż il-baġit tal-PESK u l-EPF; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-baġit tal-PESK żdied biss marġinalment mill-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) 2014-2020 għall-QFP 2021-2027, filwaqt li l-għadd ta’ kompiti ta’ missjoni tal-PSDK żdied; jappella għal żieda sostantiva fil-finanzjament għall-baġit tal-PESK, inkluża linja baġitarja dedikata tal-PESK li tistabbilixxi faċilità ta’ appoġġ ċivili biex tipprovdi lill-pajjiżi sħab b’tagħmir u servizzi biex itejbu l-kapaċitajiet ċivili tagħhom; jilqa’ l-ftehim tal-Kunsill Ewropew biex isaħħaħ il-prijoritajiet ġodda b’EUR 64.6 biljun f’QFP tal-UE rivedut, inkluża żieda ta’ EUR 1.5 biljun allokati għall-Fond Ewropew għad-Difiża (EDF) taħt il-Pjattaforma tat-Teknoloġiji Strateġiċi għall-Ewropa (STEP); jistieden lill-Istati Membri jippreżentaw il-valutazzjoni mill-ġdid tal-ambitu u d-definizzjoni tal-ispejjeż komuni biex itejbu s-solidarjetà u jistimulaw il-parteċipazzjoni f’missjonijiet u f’operazzjonijiet militari, kif ukoll spejjeż relatati mal-eżerċizzju f’konformità mal-Boxxla Strateġika; jistieden ukoll lill-Istati Membri jemendaw il-proċess ta’ finanzjament tal-EPF biex jiżguraw appoġġ adegwat u sostenibbli għas-sħab, għall-alleati u għall-operazzjonijiet tal-PSDK;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-Boxxla Strateġika: “NINVESTU”</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jilqa’ ż-żieda fil-baġits u l-investiment fid-difiża mill-Istati Membri u mill-istituzzjonijiet tal-UE, u jappella li l-impatt tagħhom jiġi mmassimizzat sabiex jinkisbu l-kapaċitajiet meħtieġa għall-forzi armati tal-Ewropa permezz ta’ żieda fl-akkwist konġunt u fl-investiment konġunt fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża; jiddeplora, madankollu, il-fatt li la l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u lanqas il-programmi industrijali tad-difiża attwali fil-livell tal-UE ma wasslu għal bidla reali biex il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE ssir in-norma; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu spinta lill-kooperazzjoni industrijali fid-difiża u jistabbilixxu, bħala miri minimi, il-valur referenzjarju Ewropew ta’ 35 % għall-akkwist ta’ tagħmir tad-difiża kollaborattiv u l-valur referenzjarju Ewropew ta’ 20 % għar-riċerka kollaborattiva u t-teknoloġija, kif miftiehem mill-Istati Membri kollha fl-EDA, iddikjarat sa mill-2007; jiddeplora wkoll il-fatt li sabiex tiffinanzja l-EDIRPA u l-ASAP, il-Kummissjoni kellha tirrikorri għal riżorsi eżistenti ddedikati għal inizjattivi oħra ta’ sigurtà u difiża jew għal programmi oħra, u b’hekk dgħajfet inizjattivi eżistenti oħra u enfasizzat il-ħtieġa li jiġu ddedikati riżorsi ulterjuri għall-Intestatura 5 tal-QFP; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jiddedikaw riżorsi finanzjarji u umani ulterjuri lis-SEAE biex jiżguraw li dan ikun jista’ jwettaq b’mod effettiv ir-rwol tiegħu bħala s-servizz diplomatiku tal-UE fid-dawl tal-kuntest ġeopolitiku volatili ħafna u d-domandi akbar dwar għall-kapaċitajiet limitati tiegħu f’dawn l-aħħar snin; jisħaq, madankollu, li l-investimenti akbar iridu jkunu sostenibbli u jridu jindirizzaw it-theddid emerġenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Ifakkar li l-UE u l-Istati Membri issa għandhom sett komprensiv ta’ għodod biex itejbu approċċ strateġiku għall-iżvilupp tal-kapaċitajiet, jiġifieri taħt il-gwida tat-Task Force ta’ Akkwist Konġunt għad-Difiża u bl-użu tar-Rieżami Annwali Kkoordinat tal-EDA dwar id-Difiża (CARD), il-Pjan ta’ Żvilupp tal-Kapaċitajiet (CDP) u l-analiżi tad-diskrepanza fl-investiment fid-difiża; jissottolinja li dawn l-għodod issa jridu jintużaw bil-potenzjal sħiħ tagħhom, juru l-koerenza u l-effettività tagħhom, u jagħtu riżultati tanġibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President jippreżentaw aġġornament tal-analiżi tad-diskrepanza fl-investiment fid-difiża u jidentifikaw il-kapaċitajiet u l-programmi li se jiġu żviluppati bl-appoġġ tal-UE sa tmiem id-deċennju; ifakkar fil-ħtieġa tal-iżvilupp ta’ politika Ewropea dwar il-kapaċitajiet u l-armamenti għal dak il-għan; jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jagħtu spinta lill-investiment fl-innovazzjoni fid-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jilqa’ r-reviżjoni u l-preżentazzjoni tas-CDP għall-2023; jesprimi dispjaċir għall-progress limitat fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet mill-ewwel CDP fl-2008; jisħaq li, speċjalment fid-dawl tal-gwerra illegali ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna u t-theddida għas-sigurtà Ewropea, huma meħtieġa sforzi aktar b’saħħithom u konġunti mill-Istati Membri tal-UE sabiex jiġu skoraġġuti l-aggressuri u jiġu protetti ċ-ċittadini u l-interessi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Iqis li l-EDF sfortunatament għadu mhuwiex iffinanzjat biżżejjed, iżda juri l-valur miżjud tal-azzjoni fil-livell tal-UE fil-qasam tad-difiża Ewropea; jirrakkomanda l-estensjoni tal-proposti tal-Kummissjoni fl-oqsma kollha relatati mad-difiża tal-politika tal-UE f’koordinazzjoni mal-Istati Membri; jappella għal żieda ulterjuri ta’ EUR 1 biljun għall-baġit tal-EDF, minbarra l-EUR 1,5 biljun maqbula,  bħala parti mill-proposta għal STEP; iħeġġeġ il-konsistenza u l-koordinazzjoni massimi bejn diversi inizjattivi fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża, bħall-CARD, l-EDF, l-EDIRPA, l-ASAP, il-PESCO u l-Mobbiltà Militari fost oħrajn, biex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet, jiġu ggarantiti investimenti pubbliċi effiċjenti u jiġi indirizzat id-distakk kritiku fil-kapaċitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza li jitnaqqsu d-dipendenzi fit-teknoloġiji kritiċi u fil-ktajjen tal-valur sabiex l-UE tgħaddi għal awtonomija teknoloġika akbar biex tkun tista’ tiżviluppa, tipproduċi u tvara t-teknoloġiji tagħha stess f’oqsma kritiċi; jilqa’, f’dak ir-rigward, l-Att dwar il-Materja Prima Kritika, li huwa kruċjali biex jiġu ssodisfati l-prinċipji tad-Dikjarazzjoni ta’ Versailles u tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-ktajjen tal-provvista għall-industriji Ewropej tad-difiża; jisħaq li t-trawwim ta’ akkwist konġunt fil-livell Ewropew huwa komplement loġiku għall-EDF billi jkopri ċ-ċirku kollu mir-riċerka u l-iżvilupp sal-akkwist, u b’hekk jikkonsolida d-domanda li ttejjeb l-interoperabbiltà tal-forzi armati tal-Istati Membri, tikseb ekonomiji ta’ skala u fl-aħħar mill-aħħar issaħħaħ id-difiża Ewropea; jinnota li l-prodotti tad-difiża għandhom jinġabru f’kumpaniji fl-Ewropa, meta jkun possibbli, li se jappoġġjaw l-industrija Ewropea, speċjalment l-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jirrimarka li l-EDIRPA u l-ASAP jistgħu jkunu biss l-ewwel pass lejn it-titjib tal-kapaċitajiet tal-EDTIB li tipprovdi lill-Istati Membri l-prodotti u l-kwantitajiet meħtieġa u għandhom jiġu kkomplementati b’inizjattivi ulterjuri, inkluż Strateġija Industrijali tad-Difiża Ewropea (EDIS) flimkien mal-EDIP fit-tul u komprensiv previst li jeħtieġ li jiġi żgurat finanzjament adegwat għalih, kif ukoll qafas regolatorju effettiv li għandu l-għan li jħeġġeġ l-innovazzjoni, jagħti spinta lill-produzzjoni u jiżgura investimenti pubbliċi aktar intelliġenti u effiċjenti; jistieden, f’dak ir-rigward, lill-Istati Membri tal-UE jipprovdu l-fondi meħtieġa għall-istrumenti Ewropej kollha tad-difiża fir-reviżjoni li jmiss tal-QFP; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-EDIP xorta ma ġiex propost mill-Kummissjoni; jappella għall-implimentazzjoni malajr u effiċjenti tal-EDIRPA u tal-ASAP; jappoġġja bis-sħiħ il-ħolqien propost ta’ fond ta’ difiża komuni ta’ EUR 100 biljun bil-għan li b’mod immedjat iżid il-produzzjoni domestika tal-armi u l-munizzjon;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tibbaża fuq l-għarfien espert tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea (EUMC) fid-definizzjoni tal-prijoritajiet tal-industriji tad-difiża u fil-formulazzjoni ta’ inizjattivi ta’ difiża sabiex tiġi żgurata koerenza militari fil-livell industrijali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jżidu u jiżguraw livelli sostenibbli ta’ nfiq fuq id-difiża biex jaġġustaw għas-sitwazzjoni ġeopolitika kurrenti u jindirizzaw it-theddid sinifikanti lejn is-sigurtà tal-Unjoni; jistieden lill-Istati Membri tan-NATO tal-UE jżidu l-baġits militari tagħhom, abbażi ta’ valutazzjoni tar-rekwiżiti tagħhom stess, u jonfqu tal-anqas 2 % tal-PDG, b’mod koordinat u komprensiv sew, li jikseb ekonomiji ta’ skala u interoperabbiltà, anke meta jfakkar iż-żieda qawwija fl-infiq fuq id-difiża minn rivali oħra, bħar-Russja u ċ-Ċina, u sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet u jiġu ssodisfati r-rekwiżiti fl-oqsma kollha li jirriżultaw minn ordni ta’ sigurtà aktar kontestat u jitqies l-impatt ta’ nuqqas ta’ investiment storiku u inflazzjoni dejjem tikber fuq il-baġits tad-difiża; jissottolinja r-rwol essenzjali tal-EDTIB fit-tagħmir tal-forzi armati tal-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jipproteġu liċ-ċittadini u lill-interessi Ewropej;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jissottolinja li l-forzi armati Ewropej jiffaċċjaw problemi serji ta’ reklutaġġ u ta’ żamma; iqis li huwa meħtieġ li jiġu analizzati dawn l-isfidi u jistieden għalhekk lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President iqabbad lill-EUMC jiġbor u janalizza d-data madwar l-Istati Membri tal-UE dwar dawn il-kwistjonijiet sabiex jidentifika kontromiżuri possibbli; jirrimarka li Unjoni Ewropea tad-Difiża vera ma tistax tinbena mingħajr kultura militari komuni u jistieden għalhekk lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President biex jagħti l-kompitu lill-Kulleġġ Ewropew ta’ Sigurtà u ta’ Difiża biex jimmodernizza u jespandi l-moduli edukattivi għall-persunal militari mill-forzi armati tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jenfasizza l-importanza tal-PESCO fit-titjib tal-kapaċitajiet ta’ difiża tal-UE u jilqa’ l-progress miksub s’issa permezz tal-proġetti ta’ inizjattiva tal-PESCO, bħal fid-difiża ċibernetika, f’sistemi mingħajr bdot abbord, fis-servizzi mediċi, u fis-sorveljanza kimika, bijoloġika, rajdoloġika u nukleari, kif ukoll il-progress ulterjuri miksub fil-proġetti fl-oqsma militari kollha, kif irreġistrat mir-rapport annwali ta’ progress tal-proġetti tas-Segretarjat tal-PESCO; jesprimi dispjaċir, madankollu, għall-fatt li l-Istati Membri għadhom ma humiex qed jagħmlu użu sħiħ mill-qafas tal-PESCO u li l-progress fl-implimentazzjoni għad fadallu biex jilħaq l-aspettattivi; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President u lill-Istati Membri jwettqu rieżami kontinwu u bir-reqqa tar-riżultati tal-proġetti u l-prospetti tagħhom, li għandu jinkludi wkoll il-possibbiltà ta’ proġetti ta’ fużjoni, raggruppament u saħansitra għeluq li ma għandhomx biżżejjed progress u li jidderieġu mill-ġdid l-isforzi lejn għadd żgħir ta’ proġetti prijoritarji maħsuba biex iwasslu għal azzjonijiet konkreti kif iddikjarat fil-Boxxla Strateġika; jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Parlament ma jinsabx f’sitwazzjoni biex jeżerċita skrutinju xieraq tal-proġetti tal-PESCO; jistieden lill-Istati Membri jipprovdu regolarment, mill-anqas darbtejn fis-sena, lill-Parlament valutazzjoni tal-progress li jkun sar fil-PESCO;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill ivara l-proġett li jistabbilixxi Korp Ċivili Ewropew tal-Paċi u li jlaqqa’ l-għarfien espert tal-atturi istituzzjonali u mhux istituzzjonali fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti, tar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti u tar-rikonċiljazzjoni, bil-għan li l-ġestjoni ċivili tal-kriżijiet tal-UE ssir aktar kredibbli, konsistenti, effikaċi, flessibbli u viżibbli;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-Boxxla Strateġika: “NANTIĊIPAW u NIPPROTEĠU”</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jenfasizza li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna hija parti minn strateġija usa’ biex jiġi mminat l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jitlob lill-UE ttejjeb il-kapaċitajiet tagħha biex tirrispondi għall-gwerra ibrida, inklużi l-identifikazzjoni u r-rispons għar-Russja, u għal atturi statali u mhux statali oħra li jwettqu kampanji FIMI li huma ta’ sfida għall-interessi, il-valuri u s-sigurtà tagħna, inkluż billi jxerrdu narrattivi foloz dwar l-UE jew billi jimmiraw missjonijiet u operazzjonijiet tal-PSDK f’oqsma strateġiċi; jesprimi tħassib serju dwar il-perikli li kampanji ta’ diżinformazzjoni u ta’ manipulazzjoni tal-informazzjoni xprunati mill-IA, inkluż permezz tal-ħolqien ta’ siti web foloz u l-ġenerazzjoni ta’ immaġnijiet foloz, joħolqu għall-proċessi demokratiċi, speċjalment fit-tħejjija għall-elezzjonijiet; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jikkooperaw mill-qrib mas-settur privat, mas-soċjetà ċivili, kif ukoll mal-komunità akkademika u teknika fil-ġlieda kontra dawn il-kampanji ta’ influwenza malinna u fl-indirizzar ta’ teknoloġiji ġodda bħala arma;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jistieden, f’dak ir-rigward, lill-Istati Membri u l-pajjiżi kandidati għall-UE kollha jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar l-indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> (2020/2268(INI)) u (2022/2075(INI)); 	https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2022-0064_MT.html; https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/TA-9-2023-0219_MT.html.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jenfasizza li ċ-Ċina stabbiliet “ħbiberija bla limiti” mar-Russja, li tinkludi trasferiment sinifikanti tat-teknoloġija u tal-kapaċitajiet militari, u li toħloq għadd dejjem akbar ta’ sfidi ta’ sigurtà għall-UE, speċjalment fl-oqsma taċ-ċibersigurtà u tal-FIMI; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ is-sigurtà u l-integrità tal-infrastrutturi kritiċi tagħha, it-tneħħija tar-riskji u l-promozzjoni tal-vantaġġ teknoloġiku tal-UE fis-setturi kritiċi, inkluż miżuri biex jiġu ristretti jew esklużi l-fornituri ta’ riskju kbir, speċjalment l-atturi marbuta mal-Gvern Ċiniż;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Ifakkar li d-dipendenzi fuq fornituri ta’ prodotti kritiċi b’riskju kbir u b’elementi diġitali joħolqu riskju strateġiku li għandu jiġi indirizzat fil-livell tal-Unjoni; jisħaq fuq il-ħtieġa li jissaħħu aktar il-proċeduri ta’ skrinjar tal-FDI bi standards ta’ diliġenza dovuta biex jiġi identifikat l-ingranaġġ mill-gvernijiet tal-istati li jmur kontra l-interessi tas-sigurtà u tad-difiża tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha kif stabbilit fil-qafas tal-PESK skont it-Titolu V tat-TUE fuq l-investituri fl-infrastruttura kritika tal-UE, bħall-portijiet Ewropej u l-kejbils ta’ taħt il-baħar fil-Baltiku, fil-Mediterran, kif ukoll fl-ibħra tal-Artiku; jissottolinja li dan l-approċċ għandu japplika b’mod indaqs għall-pajjiżi kandidati u għall-pajjiżi kandidati potenzjali; jemmen li hemm bżonn ta’ leġiżlazzjoni addizzjonali biex tiġi protetta b’mod effettiv is-sigurtà tal-katina tal-provvista Ewropea tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni minn bejjiegħa riskjużi u serq tal-proprjetà intellettwali ffaċilitat miċ-ċibernetika; jappella għall-ħolqien ta’ qafas Ewropew li għandu l-għan li jirregola mill-qrib u jistabbilixxi standards u kundizzjonijiet minimi relatati mal-esportazzjoni ta’ proprjetà intellettwali u teknoloġiji li huma kritiċi għas-sigurtà u d-difiża tal-Unjoni, inkluż fost l-oħrajn, oġġetti b’użu doppju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-pożizzjoni militari aggressiva taċ-Ċina fil-Baħar tan-Nofsinhar taċ-Ċina, inkluż il-bini ta’ gżejjer, il-fastidju u l-manuvri perikolużi mwettqa mill-forzi navali tagħha, mill-gwardja tal-kosta u mill-milizja marittima, kif ukoll il-pressjoni militari kontinwa tagħha, l-eżerċizzji ta’ attakk, il-ksur tal-ispazju tal-ajru u azzjonijiet militari oħra ta’ żona griża, inkluż kampanji ċibernetiċi u ta’ diżinformazzjoni kontra t-Tajwan; jappella għal Preżenza Marittima Koordinata (CMP) akbar u bini tal-kapaċitajiet mas-sħab tal-UE fir-reġjun; jistieden liċ-Ċina twaqqaf dawn l-attivitajiet kollha, li jipperikolaw l-istabbiltà tar-reġjun kollu u, fil-kuntest usa’, jaffettwaw direttament is-sigurtà Ewropea; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-frekwenza tal-libertà tal-operazzjonijiet tan-navigazzjoni fl-Istrett tat-Tajwan u japprofondixxu d-djalogi dwar is-sigurtà mat-Tajwan biex jiskoraġġixxu l-aggressjoni Ċiniża kontra l-gżira demokratika; jenfasizza l-kollaborazzjoni mat-Tajwan u l-ingranaġġ tal-għarfien espert u l-vantaġġ teknoloġiku tiegħu kontra t-theddid ċibernetiku Ċiniż, minħabba t-tħassib reġjonali u tal-UE dwar is-sigurtà; jilqa’ l-ftehim reċenti bejn il-mexxejja taċ-Ċina u l-Istati Uniti biex jerġgħu jibdew komunikazzjonijiet bejn il-forzi militari ta’ livell għoli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jinnota li porzjon kbir tal-infrastruttura Afrikana, inkluża l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħha, ġie ffinanzjat u mibni minn intrapriżi tal-Istat Ċiniż; jesprimi tħassib għall-fatt li huwa ċar li dan il-mudell Ċiniż huwa attraenti għal bosta pajjiżi li ma jistgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-UE biex jaċċedu għal livelli ta’ finanzjament ekwivalenti, b’hekk titkattar l-influwenza Ċiniża askapitu tas-sħubijiet tal-UE; jemmen bis-sħiħ, f’dan il-kuntest, li l-UE għandha ssaħħaħ aktar il-kooperazzjoni tagħha mas-sħab Afrikani u żżid kemm il-viżibbiltà kif ukoll il-benefiċċji tanġibbli tal-appoġġ tagħha għall-popolazzjoni lokali; jappella għal strateġija ta’ sigurtà tal-UE fit-tul u li tħares ’il quddiem lejn iċ-Ċina, il-Mediterran u l-Afrika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jappella għal progress supplimentari fit-titjib ulterjuri tas-sett ta’ għodod ibridi tal-UE, li jindirizza speċifikament l-attivitajiet li jinvolvu attakki ċibernetiċi u l-FIMI, u r-reviżjoni tal-linji gwida ta’ implimentazzjoni tas-sett ta’ għodod għad-diplomazija ċibernetika tal-UE; jilqa’ l-impenn stabbilit fil-Boxxla Strateġika u l-Patt Ċivili l-ġdid li jiġu pprovduti l-kapaċitajiet meħtieġa biex sal-2024 il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK ikunu jistgħu jirrispondu għall-attakki ibridi, inklużi l-FIMI u ċ-ċibersigurtà, kif ukoll jiżviluppaw strateġija ta’ komunikazzjoni koerenti u ċara; itenni l-ħtieġa urġenti li jiġu żgurati l-għarfien espert u l-kapaċità għal teknoloġiji siguri tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni għall-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK għal komunikazzjoni sigura fil-post u mal-istituzzjonijiet kollha tal-UE; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-impenn tas-SEAE u tal-Istati Membri li, sal-2025, jimplimentaw Sistema ta’ Komunikazzjoni u Informazzjoni Rapida li tista’ tiġi Varata biex tgħaqqad b’mod sigur il-kwartieri ġenerali tal-forza u tal-missjoni fit-territorju tal-operazzjonijiet ma’ Brussell; jirrikonoxxi r-rwol importanti li se jkollhom teknoloġiji emerġenti ta’ tfixkil, bħall-computing kwantistiku u l-IA, f’dan ir-rigward; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jżidu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tagħhom ma’ missjonijiet u operazzjonijiet oħra ta’ sħab u organizzazzjonijiet tal-istess fehma, inklużi l-Operazzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għaż-Żamma tal-Paċi, fil-ġlieda kontra l-operazzjonijiet tal-FIMI f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jtejbu l-istrateġija tagħhom u jieħdu azzjonijiet konkreti biex jinkludu b’mod sistematiku r-riżorsi finanzjarji u umani, għodod u taħriġ li għandhom l-għan li jiġġieldu t-theddid relatat mal-FIMI fid-delegazzjonijiet kollha tal-UE u l-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK bħala parti mill-mandat usa’ tagħhom fil-pajjiżi ospitanti u r-reżiljenza tagħhom kontra t-theddid ibridu u l-FIMI; jitlob li jissaħħu l-viżibbiltà u l-komunikazzjoni strateġika dwar il-benefiċċji, il-preżenza u r-rwol tal-missjonijiet tal-PSDK;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri, lis-SEAE u lill-Kummissjoni jikkunsidraw li joħolqu struttura b’riżorsi tajbin u indipendenti inkarigata li tidentifika, tanalizza u tiddokumenta t-theddid tal-FIMI kontra l-UE kollha kemm hi, sabiex jiżdiedu l-għarfien tas-sitwazzjoni u l-kondiviżjoni tal-intelliġenza tat-theddid, u jiżviluppaw kapaċitajiet ta’ attribuzzjoni u kontromiżuri fir-rigward tal-FIMI; iqis li din l-istruttura sservi bħala punt ta’ referenza u ċentru speċjalizzat tal-għarfien biex tiffaċilita u trawwem l-iskambju operattiv bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll biex tippermetti l-iskambju tal-aħjar prattiki ma’ sħab tal-istess fehma madwar id-dinja; jisħaq li l-istruttura għandha tiċċara u ttejjeb ir-rwol tad-diviżjoni StratCom tas-SEAE u t-taskforces tagħha bħala l-korp strateġiku tas-servizz diplomatiku tal-UE u tipprevjeni d-duplikazzjoni tal-attivitajiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jisħaq li sabiex jiġu miġġielda t-theddidiet li qed jiżdiedu u ż-żieda ta’ narrattivi anti-Ewropej minn pajjiżi terzi fil-viċinat immedjat tal-UE, l-UE trid iżżid l-isforzi tagħha biex tipprovdi appoġġ, taħriġ u bini tal-kapaċitajiet għal sħab tal-istess fehma, inkluż billi tiġġieled il-kampanji tal-FIMI; jitlob biex jiżdiedu r-reżiljenza kontra d-diżinformazzjoni u l-kampanji ta’ tfixkil imfassla biex jimminaw il-proċessi demokratiċi u joħolqu diviżjonijiet, u jħeġġu lill-pajjiżi kandidati jieħdu passi deċiżivi biex jindirizzaw id-diżinformazzjoni manipulattiva, il-propaganda malizzjuża u theddid ibridu ieħor; jappella għal miżuri strateġiċi u proattivi biex jiġġieldu it-theddid ibridu u jipprevjenu l-indħil ta’ partijiet terzi fil-proċessi politiċi, elettorali u demokratiċi oħra tal-pajjiżi tal-adeżjoni, b’mod partikolari atti malizzjużi li għandhom l-għan li jimmanipulaw l-opinjoni pubblika u jdgħajfu l-integrazzjoni Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jikkundanna u huwa mħasseb dwar l-attivitajiet ibridi tal-gwerra tal-PMCs u tal-prokuri sponsorjati mill-Istat bħall-Grupp Wagner u gruppi armati oħra, il-milizji u l-prokuri fl-eżerċitar ta’ influwenza f’diversi pajjiżi madwar id-dinja; jistieden lis-SEAE joħloq inizjattiva ma’ sħab tal-istess fehma biex jiġġieldu kontra gruppi ta’ atturi mhux statali u sponsorjati mill-Istat malizzjużi, bħal Wagner; jenfasizza li s-settijiet ta’ għodod eżistenti tal-UE għandhom jinkludu tweġibiet, bħal sanzjonijiet, għal finanzjament minn stati mhux tal-UE jew għal kooperazzjoni ma’ kumpaniji militari privati f’reġjuni vulnerabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jikkundanna l-politiki ta’ aggressjoni, inkluż l-attakk militari ppjanat minn qabel tal-Ażerbajġan kontra Nagorno-Karabah; ifakkar li dan l-attakk isegwi xhur ta’ ġuħ u ta’ iżolament organizzati tal-Armeni li jgħixu f’Nagorno-Karabash permezz tal-imblukkar tal-kuritur ta’ Lachin; jissottolinja li l-hekk imsejħa forzi taż-żamma tal-paċi Russi fuq il-post ma ħadu l-ebda azzjoni biex jipprevjenu jew itemmu l-imblukkar jew iwaqqfu l-attakk militari tal-Ażerbajġan kontra Nagorno-Karabah; jikkundanna l-appoġġ militari pprovdut minn pajjiżi terzi lill-Ażerbajġan; jinsab serjament imħasseb dwar il-konsegwenzi fuq il-popolazzjoni ċivili li jirrappreżentaw tindif etniku <STRING ITALIC="on">de facto</STRING>; itenni l-fehma tiegħu li l-attakk imwettaq mill-Ażerbajġan ma jistax jibqa’ mingħajr konsegwenzi, u jitlob lill-UE tieħu sanzjonijiet kontra l-awtoritajiet Ażerbajġani responsabbli għal bosta ksur ta’ waqfien mill-ġlied u tissospendi l-Memorandum ta’ Qbil dwar l-Enerġija; jitlob lill-UE tissospendi n-negozjati dwar ftehim ta’ sħubija ġdid mal-Ażerbajġan fid-dawl ta’ avvenimenti reċenti u s-sitwazzjoni drammatika tal-pajjiż dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħolqien ta’ Missjoni ċivili tal-Unjoni Ewropea fl-Armenja (EUMA), li l-għan tagħha hu li tgħin iżżid is-sigurtà fir-reġjun billi tnaqqas l-għadd ta’ inċidenti fiż-żoni affettwati mill-kunflitt u tal-fruntiera fl-Armenja, li tnaqqas il-livell ta’ riskji għall-popolazzjoni li tgħix f’tali żoni u b’hekk tikkontribwixxi għan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan fil-prattika, filwaqt li fl-istess ħin iżżid il-viżibbiltà tal-UE fir-reġjun; jilqa’ l-ftehim tal-Kunsill biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-osservazzjoni tal-missjoni billi tiżdied il-preżenza tagħha fuq il-post; jistieden lill-Kunsill jestendi l-perjodu ta’ żmien tal-iskjerament tagħha għal ħames snin oħra u l-ambitu ġeografiku tagħha biex potenzjalment jinkludi l-fruntiera bejn l-Armenja u t-Turkija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jkun lest jipprovdi l-assistenza teknika meħtieġa lill-Armenja permezz tal-istrument tal-EPF, sabiex l-Armenja terġa’ tikkunsidra l-alleanzi militari attwali tagħha, peress li dan isaħħaħ ir-reżiljenza tal-Armenja fil-kuntest tal-iżgurar tas-sigurtà, l-indipendenza u s-sovranità u jwassal għal kooperazzjoni aktar komprensiva u msaħħa fil-qasam tad-difiża bejn in-naħat; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Armenja li tingħaqad mal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jitlob lis-SEAE jipprovdi, b’mod kunfidenzjali, ir-rapporti tal-EUMA dwar is-sitwazzjoni fuq il-post lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament (AFET) u lis-Sottokumitat dwar is-Sigurtà u d-Difiża (SEDE);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill ikun lest jimponi sanzjonijiet immirati u individwali kontra l-awturi ta’ aggressjoni, inkluż iżda mhux limitati għall-grupp politiku u militari tal-President Aliyev, u jissospendi l-importazzjonijiet taż-żejt u tal-gass mill-Ażerbajġan, fil-każ ta’ kwalunkwe aggressjoni militari kontra l-integrità territorjali tal-Armenja mill-Ażerbajġan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jilqa’ l-iskjerament tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-PSDK tal-UE fir-Repubblika tal-Moldova (EUPM Moldova), l-ewwel missjoni ċivili tal-PSDK li qatt saret u li hija ddedikata għat-tisħiħ tar-reżiljenza tas-settur tas-sigurtà tal-Moldova fil-maniġġar ta’ kriżijiet u fil-ġlieda kontra t-theddid ibridu; jissottolinja l-importanza ta’ din il-Missjoni innovattiva tal-PSDK u jistieden lill-Istati Membri jipprovdu l-għarfien espert u l-kapaċitajiet meħtieġa għall-missjoni ta’ appoġġ lill-Moldova fid-dawl tal-użu ta’ gwerra ibrida mir-Russja; jistieden lis-SEAE jesplora l-ħolqien ta’ missjonijiet simili għal pajjiżi kandidati, assoċjati u sħab oħra, li għandhom l-għan li jżidu r-reżiljenza tagħhom kontra t-theddid ibridu, inklużi t-theddid ċibernetiku u l-FIMI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Itenni l-appoġġ tal-UE għas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova u għall-isforzi fil-qafas tal-proċess ta’ negozjati 5+2 biex tinstab soluzzjoni politika paċifika, dejjiema, komprensiva u politika għall-kunflitt tat-Tranżnistrija, ibbażata fuq ir-rispett tas-sovranità u l-integrità territorjali tar-Repubblika tal-Moldova fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment, bi status speċjali għat-Tranżnistrija, li tkun tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem anke fit-territorji li bħalissa ma humiex ikkontrollati mill-awtoritajiet kostituzzjonali; jesprimi tħassib li t-Tranżnistrija għadha sservi bħala post ta’ kenn sikur għat-traffikanti tal-bnedmin u għall-kriminalità organizzata, filwaqt li jirrikonoxxi li l-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza fil-Fruntiera bejn il-Moldova u l-Ukrajna (EUBAM) għandha rwol importanti biex tgħin ħalli jerġa’ jinfetaħ it-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija mit-Tranżnistrija u pprevjeniet bosta operazzjonijiet ta’ kutrabandu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Mejju 2023 li jalloka EUR 40 miljun fl-ambitu tal-EPF biex jappoġġja l-Forzi Armati tar-Repubblika tal-Moldova u EUR 30 miljun biex jappoġġja l-Forzi tad-Difiża tal-Georgia; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied aktar l-appoġġ għal dawn il-pajjiżi sħab, skont il-ħtiġijiet tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-okkupazzjoni illegali tar-reġjuni tal-Georgia tal-Abkażja u tat-Tskhinvali/tal-Ossezja tan-Nofsinhar mill-Federazzjoni Russa u jisħaq li l-Federazzjoni Russa qed tkompli bl-okkupazzjoni illegali tagħha u bil-kontroll effettiv fuq it-territorji okkupati tal-Georgia permezz tal-preżenza militari tagħha, l-installazzjoni kontinwa ta’ ċnut tal-fildiferru mxewwek u barrieri artifiċjali oħra tul il-linja ta’ okkupazzjoni, detenzjonijiet illegali frekwenti u ħtif ta’ ċittadini mill-Georgia u ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post; jikkundanna bil-qawwa l-pjanijiet tar-Russja li tibni bażi navali permanenti fil-port tal-Baħar l-Iswed ta’ Ochamchire fir-reġjun okkupat tal-Abkażja u jistieden lill-komunità internazzjonali tappoġġja l-isforzi kollha biex tikkastiga dan il-ksur gravi tas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jistieden lill-Federazzjoni Russa tissodisfa l-obbligi internazzjonali tagħha skont il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied medjat mill-UE tat-12 ta’ Awwissu 2008, b’mod partikolari l-obbligu tagħha li tirtira l-persunal militari u ta’ sigurtà kollu tagħha mit-territorji okkupati Georgjani u tippermetti l-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ta’ sigurtà internazzjonali fihom, u tippermetti lill-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea (EUMM) aċċess mingħajr xkiel għat-territorju kollu Georgjan skont il-mandat tagħha; itenni l-appelli tiegħu lill-UE biex tkompli ssegwi l-impenn tagħha għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt bejn ir-Russja u l-Georgia billi tuża b’mod effettiv l-istrumenti kollha disponibbli, inkluż ir-Rappreżentant Speċjali għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia, id-Diskussjonijiet Internazzjonali ta’ Ġinevra, il-Mekkaniżmi għall-Prevenzjoni u r-Rispons għall-Inċidenti, il-EUMM, u l-politika tagħha tan-nuqqas ta’ rikonoxximent u involviment; jilqa’ l-assistenza tal-UE lill-Georgia fl-ambitu tal-EPF u jappella lill-UE biex timpenja ruħha aktar fil-kooperazzjoni fis-sigurtà mal-Georgia fl-oqsma prijoritarji identifikati fil-Boxxla Strateġika, b’mod partikolari biex issaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur tas-sigurtà tal-Georgia fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżijiet, jiġi miġġieled it-theddid ibridu u jittejbu l-kapaċitajiet tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jilqa’ l-estensjoni tal-mandat u jissottolinja l-importanza tal-ħidma tal-EUFOR Althea fil-Bożnija-Ħerzegovina fit-taħriġ u fl-appoġġ tal-forzi armati tal-Bożnija-Ħerzegovina (AFBiH); jilqa’, barra minn hekk, il-kuntratt ta’ kooperazzjoni u taħriġ għall-2023 konkluż bejn l-AFBiH u l-EUFOR; jistieden lill-Bożnija-Ħerzegovina taħdem biex tifforma unitajiet multietniċi tal-AFBiH; ifakkar fl-impenn tal-UE li tappoġġja l-bini tal-kapaċitajiet għad-difiża tal-Bożnija-Ħerzegovina, b’mod partikolari permezz tal-allokazzjoni ta’ EUR 20 miljun li saret s’issa permezz tal-EPF; jappoġġja l-estensjoni tal-mandat tal-EUFOR Althea mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU bħala missjoni stabbilita u ppruvata; jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe retorika diviżiva u/jew seċessjonista li tikkontribwixxi aktar biex tiżdied il-vulnerabbiltà tal-pajjiż u jenfasizza li l-istatus ta’ pajjiż kandidat huwa opportunità u obbligu għar-rappreżentanti eletti tal-Bożnija-Ħerzegovina biex jissodisfaw l-aspettattivi taċ-ċittadini u jtejbu b’mod konkret il-ħajja ta’ kuljum tal-persuni ordinarji; jappella għat-tisħiħ ulterjuri tal-EUFOR Althea, b’mod partikolari permezz tal-iskjerament ta’ truppi u assi ulterjuri, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta’ preżenza kredibbli fid-Distrett ta’ Brčko;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jilqa’ l-livelli għoljin ta’ allinjament mal-PESK miksuba mill-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent, bl-eċċezzjoni rilevanti tas-Serbja; jappella għall-parteċipazzjoni sinifikattiva tal-Balkani tal-Punent fl-inizjattivi tal-UE għall-iżvilupp kooperattiv u l-akkwist ta’ kapaċitajiet ta’ difiża; jappella għall-konklużjoni tal-arranġamenti amministrattivi bejn l-EDA u l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent li għadhom ma laħqux dan l-istadju importanti; jilqa’ l-preżenza kontinwa tal-Forza tal-Kosovo (KFOR) fil-Kosovo u jistieden lill-Missjoni tal-UE għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (EULEX) biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mal-KFOR ħalli tipprevjeni lil gruppi kriminali organizzati, gruppi paramilitari u forzi oħra ta’ tfixkil milli jiddestabbilizzaw il-Kosovo;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jirrikonoxxi d-dritt ta’ Iżrael għall-awtodifiża, kif minqux fid-dritt internazzjonali u ristrett minnu, u jenfasizza li l-azzjonijiet ta’ Iżrael iridu għalhekk jikkonformaw strettament mad-dritt umanitarju internazzjonali; itenni l-appoġġ qawwi tal-UE għall-ħidma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali; jissottolinja l-importanza li ssir distinzjoni bejn il-poplu Palestinjan u l-aspirazzjonijiet leġittimi tiegħu minn naħa, u l-organizzazzjoni terroristika tal-Ħamas u l-atti ta’ terroriżmu tagħha min-naħa l-oħra; jappella għall-ftuħ ta’ kurituri biex tiġi pprovduta għajnuna umanitarja liċ-ċivili fl-Istrixxa ta’ Gaża u li dawn jinżammu miftuħa b’mod permanenti; itenni l-appoġġ mingħajr kundizzjonijiet tiegħu għal soluzzjoni negozjata ta’ żewġ stati abbażi tal-linji tal-1967 b’żewġ stati sovrani, demokratiċi li jgħixu maġenb xulxin fil-paċi u fis-sigurtà garantita, b’Ġerusalemm bħala l-kapitali taż-żewġ stati, u b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali; jappella għal investigazzjoni bir-reqqa dwar ir-rwol tal-Iran, tal-Qatar u tar-Russja fil-finanzjament u fl-appoġġ tat-terroriżmu fir-reġjun; ma jaqbilx bis-sħiħ u jesprimi d-dispjaċir tiegħu għad-dikjarazzjonijiet reċenti magħmula mill-President tat-Turkija li fihom iddikjara b’mod ħażin li l-Ħamas mhijiex organizzazzjoni terroristika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jappoġġja l-ħidma li għaddejja mill-Missjoni tal-UE għall-Pulizija u l-Istat tad-Dritt għat-territorju Palestinjan okkupat (EUPOL COPPS) u l-Missjoni tal-UE ta’ Assistenza fil-Fruntieri f’Rafah biex jassistu fir-riforma tas-settur tas-sigurtà u tal-ġustizzja tal-Awtoritajiet Palestinjani u fil-ġestjoni integrata tal-fruntieri; jesprimi l-apprezzament tiegħu għall-uffiċjali u għall-persunal tal-missjonijiet li għadhom jaħdmu f’kundizzjonijiet diffiċli ħafna; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jirrieżaminaw il-mandati taż-żewġ missjonijiet u jsaħħu r-rwol futur tagħhom, fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali u l-pożizzjoni unika tagħhom fejn iżommu djalogu kemm mal-Istat ta’ Iżrael kif ukoll mal-Awtorità Palestinjana, fi sforz biex jissaħħu l-isforzi ta’ paċi tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni konġunta dwar il-politika tal-UE dwar id-difiża ċibernetika u jistieden lill-Istati Membri jibqgħu impenjati u jimplimentaw is-sett ambizzjuż iżda realistiku ta’ azzjonijiet proposti mill-Kummissjoni, inkluża l-proposta għal att dwar iċ-ċibersolidarjetà biex tissaħħaħ il-kapaċità tagħhom li jidentifikaw u jirrispondu għat-theddid u l-inċidenti taċ-ċibersigurtà fl-UE, iżda wkoll biex isaħħu l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jappoġġjaw il-produzzjoni ta’ intelligence ta’ kwalità għolja flimkien ma’ pjattaformi, riżorsi u finanzjament dedikati; jinnota li l-kooperazzjoni reċiproka bejn l-Istati Membri tal-UE, kif ukoll mal-alleati u s-sħab tagħna madwar id-dinja, hija essenzjali għaċ-ċibersigurtà tagħna; iħeġġeġ biex wieħed joqgħod attent meta jikkondividi d-data, li għandha tkun disponibbli biss għas-sħab bl-istess valuri, filwaqt li l-ġestjoni u l-infrastruttura għandhom jiġu fdati lil kumpaniji u fornituri ta’ servizzi fdati; jinnota, f’dan ir-rigward, li l-użu tat-teknoloġija ta’ Huawei fl-iżvilupp tal-5G jimmina serjament ir-reżiljenza ċibernetika tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-ġlieda kontra ċ-ċiberattakki, li hija kwistjoni importanti ta’ sigurtà, b’mod partikolari qabel l-elezzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jitlob li l-Unjoni tieħu miżuri effettivi biex tipproteġi l-infrastruttura kritika Ewropea, il-ktajjen tal-provvista ta’ valur u l-istituzzjonijiet demokratiċi minn theddid ibridu; jappella lill-UE tistabbilixxi sistemi effettivi ta’ monitoraġġ u sorveljanza għall-infrastruttura kritika bħall-pipelines u l-kejbils tal-fibra ottika biex tiżgura l-prevenzjoni u l-identifikazzjoni malajr tal-attakki;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jilqa’ s-sejbiet u l-livell għoli ta’ ambizzjoni fir-rakkomandazzjonijiet proposti fl-istrateġija spazjali l-ġdida tal-UE fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża; iqis li l-aċċess sikur, sigur u awtonomu għall-ispazju huwa aspett kritiku tas-sigurtà u d-difiża tal-UE, kif muri mill-importanza tiegħu fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; jilqa’, f’dak ir-rigward, il-proposta stabbilita fl-istrateġija għat-tfassil ta’ dokument ta’ analiżi tat-theddid spazjali annwali klassifikat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifakkar fil-ħtieġa ta’ titjib fil-kondiviżjoni tal-intelligence u fl-iskambju tal-informazzjoni fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż il-Parlament, biex jittejjeb l-għarfien tas-sitwazzjoni, jiġi antiċipat aħjar, miġġieled it-theddid għas-sigurtà kollettiv u jiġi influwenzat aħjar it-tfassil tal-politika; jisħaq fuq il-ħtieġa li jittejbu l-protokolli tas-sigurtà tas-servizzi li jaħdmu fuq l-intelligence u/jew b’informazzjoni sensittiva fl-UE; jistieden lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President u lill-Istati Membri jsaħħu l-Kapaċità Unika ta’ Analiżi tal-Intelligence (SIAC) u ċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen); itenni l-appell għall-iskjerament tal-kapaċitajiet ta’ intelligence fil-missjonijiet u l-operazzjonijiet kollha tal-PSDK, li jipprovdi informazzjoni pprovduta liċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (EU INTCEN), l-EUMS u s-CPCC; jissottolinja l-importanza ta’ komunikazzjonijiet siguri għal intelligence affidabbli u jilqa’ l-isforzi biex jiġu ssimplifikati r-regoli u r-regolamenti tas-sigurtà f’dan ir-rigward biex is-sistemi tal-informazzjoni, tal-infrastruttura u tal-komunikazzjoni jiġu protetti aħjar mill-interferenza u mill-attakki barranin; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-INTCEN tal-UE bħala korp effettiv għall-kondiviżjoni tal-intelligence sabiex l-intelligence tiġi kondiviża b’mod sikur, tiġi fformulata kultura strateġika komuni u tiġi pprovduta informazzjoni strateġika ħalli jiġu antiċipati u indirizzati aħjar il-kriżijiet fl-UE u barra minnha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-Boxxla Strateġika: “NISTABBILIXXU SĦUBIJIIET”</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni diffiċli u serja fis-Saħel, wara bosta kolpi ta’ stat, bħal fin-Niġer, fil-Mali u fil-Burkina Faso, iżda wkoll fis-Sudan; jiddeplora l-kolp ta’ stat militari tas-26 ta’ Lulju 2023 fin-Niġer u jappella għar-rilaxx immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-President Mohamed Bazoum, il-familja tiegħu u dawk kollha miżmuma b’mod arbitrarju, u li jitwaqqgħu l-akkużi kontrih; jitlob r-riintegrazzjoni immedjata tal-President elett b’mod demokratiku Bazoum u r-restawr tal-ordni kostituzzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Ifakkar li l-istabbiltà fis-Saħel għandha riperkussjonijiet diretti fuq is-sigurtà u l-istabbiltà fl-Ewropa; jissottolinja li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtieġ li jevalwaw mill-ġdid il-politika tagħhom rigward ir-reġjun strateġiku tas-Saħel u jitgħallmu mill-iżbalji tal-passat, speċjalment fir-rigward tar-Russja, iżda wkoll fir-rigward tal-ħtieġa li jiġu inklużi approċċi olistiċi għall-mod li bih dawn il-politiki jindirizzaw varjabbli soċjali, ekonomiċi u ta’ żvilupp fit-tul; iqis li huwa meħtieġ, f’dan l-isfond, li jiġu pprovduti riżorsi adegwati lis-sħab Afrikani; jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jiżguraw li l-politiki ta’ sigurtà tagħhom iqisu l-aspetti reġjonali u lokali, inkluż permezz ta’ djalogu mal-popolazzjoni lokali, mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet eletti b’mod demokratiku u mal-organizzazzjonijiet reġjonali meta jkun possibbli, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipju ta’ “soluzzjonijiet Afrikani għall-problemi Afrikani”; jirrikonoxxi li d-diversi missjonijiet internazzjonali għadhom ma laħqux l-għan primarju tagħhom ta’ paċi dejjiema fir-reġjun; jilqa’ t-tħabbira tar-Rappreżentant Għoli u Viċi President dwar ir-reviżjoni tal-istrateġija tal-UE fir-rigward tas-Saħel; jitlob li din ir-reviżjoni ssir malajr kemm jista’ jkun u li jissaħħaħ aktar l-istatus tal-missjonijiet tal-PSDK fir-reġjun;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ id-deċiżjonijiet meħuda mill-ECOWAS u mill-UA b’rispons għall-kolp ta’ stat u jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jesploraw kif jistgħu jgħinuhom b’mod effettiv fl-isforzi tagħhom meta jkun possibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jikkundanna l-preżenza ta’ PMCs u/jew ta’ prokuri sponsorjati mill-Istat, bħall-Grupp Wagner u l-Africa Corps li kellhom rwol ta’ destabbilizzazzjoni fir-reġjun tas-Saħel u appoġġjaw diversi reġimi repressivi f’tentattiv biex iżidu l-influwenza Russa fl-Afrika; iqis li l-kolpi ta’ stat kollha huma r-riżultat ta’ kawżi multidimensjonali varji li mhumiex identiċi f’kull pajjiż u għalhekk jirrikjedu kunsiderazzjonijiet bir-reqqa; huwa maħsud madankollu bl-espressjonijiet ta’ sentimenti anti-Ewropej b’saħħithom f’ċerti pajjiżi u jistieden lill-Istati Membri u lis-SEAE jikkunsidraw li jżidu l-kuntatt bejn il-persuni permezz ta’ skambji aktar mill-qrib mal-popolazzjonijiet lokali u mal-awtoritajiet nazzjonali, komunikazzjoni strateġika aktar immirata bil-lingwi lokali biex jiġu miġġielda l-effetti negattivi u jiġi indirizzat b’mod onest il-passat kolonjali tagħhom fejn meħtieġ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Iħeġġeġ lis-SEAE jkompli l-progress li diġà sar mill-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-Unjoni Ewropea fil-Mozambique (EUTM Mozambique) fir-rispons għat-theddida terroristika li qed tikber f’Cabo Delgado u fit-taħriġ tal-forzi tal-Mozambique fuq il-post; għadu mħasseb dwar ir-riskju li din it-theddida tinfirex fiż-żona; jappella għal azzjoni immedjata biex titħaffef il-kunsinna ta’ tagħmir mhux letali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jissottolinja li mill-ħames missjonijiet ta’ taħriġ tal-UE (EUTM) u mill-missjonijiet ta’ sħubija militari (EUMPM) fl-Afrika, tlieta minnhom (ir-Repubblika Ċentru-Afrikana, il-Mali, in-Niġer) issa qed jipproċedu b’pass ħafna aktar bil-mod jew ġew uffiċjalment sospiżi; jirrimarka wkoll li xi missjonijiet ċivili li jipprovdu assistenza lill-forzi tas-sigurtà domestiċi huma wieqfa (EUCAP Sahel Mali), qed jiffunzjonaw ħażin (EUAM RCA) jew qed jirtiraw (EUCAP Sahel Niger); jissottolinja l-ħtieġa urġenti li l-persunal skjerat ikollu aċċess għal għodod, taħriġ, tagħmir u riżorsi li jippermettulu jipprovdu informazzjoni u intelligence lill-UE u lill-Istati Membri tagħha; iqis li l-kunċett ta’ appoġġ jibqa’ essenzjali fil-missjonijiet ta’ taħriġ sabiex jippermetti lill-konsulenti Ewropej jivverifikaw bl-aktar mod preċiż possibbli, fil-prattika, jekk il-programmi ta’ taħriġ ikunux twettqu kif suppost u jekk humiex konformi mal-ħtiġijiet operazzjonali tal-forzi armati lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jistieden ukoll lis-SEAE u lill-Istati Membri jeżaminaw mill-qrib il-mandat tal-missjonijiet kollha tal-PSDK fl-Afrika, inkluża t-terminazzjoni potenzjali tagħhom jekk ikun meħtieġ, bil-għan li jipprovdu għanijiet u stadji importanti li jistgħu jintlaħqu għal kull missjoni fid-dawl tal-kuntest politiku attwali, kif ukoll li jesploraw jekk dawn il-missjonijiet jistgħux jiġu emendati sabiex jaqdu b’mod aktar effettiv strateġija tal-UE multidimensjonali u mfassla apposta ġdida fis-Saħel u fl-Afrika, bħala parti mill-approċċ integrat tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jilqa’ t-tnedija tal-inizjattiva tal-UE għas-sigurtà u d-difiża b’appoġġ għall-pajjiżi tal-Afrika tal-Punent li jinsabu mal-Golf tal-Guinea, għal perjodu inizjali ta’ sentejn, f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Kosta tal-Avorju, il-Ghana, it-Togo u l-Benin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jiddeplora n-nuqqas kontinwu ta’ appoġġ minn għadd kbir ta’ pajjiżi Afrikani għal riżoluzzjoni ta’ Assemblea Ġenerali tan-NU li tikkundanna lir-Russja, li tappoġġja l-integrità territorjali tal-Ukrajna u tappella għall-paċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jilqa’ l-aġġornament tal-Istrateġija Marittima u tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE u l-impenn li jissaħħaħ ir-rwol tal-Unjoni bħala fornitur tas-sigurtà marittima internazzjonali; jilqa’ l-fatt li r-rieżami jinkludi t-tisħiħ tal-operazzjonijiet navali attwali; huwa kuntent li l-aġġornament jipproponi li jiġu esplorati żoni ġodda ta’ interess fuq il-baħar li fihom jiġi implimentat il-kunċett tas-CMP abbażi tal-esperjenza miksuba fil-Golf tal-Guinea u fl-Oċean Indjan tal-Majjistral; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu ruħhom b’mod attiv f’dawk l-inizjattivi u jibnu l-kapaċitajiet navali militari tagħhom bil-għan li jtejbu l-preżenza u l-viżibbiltà tal-UE fil-Mediterran, fil-Baħar l-Iswed, fl-Atlantiku, fl-Indo-Paċifiku u fis-settur marittimu globali kif ukoll sabiex jindirizzaw b’mod effettiv it-theddidiet u l-isfidi fil-Baħar Baltiku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tar-reġjun tal-Baħar l-Iswed billi tingħata għajnuna fit-tneħħija tal-mini fl-ilma baħar tal-Ukrajna u biex l-Istati Membri jiġu mħeġġa joffru eżerċizzji ta’ taħriġ f’dan ir-rigward b’enfasi fuq l-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ kejl kontra l-mini marittimi u l-protezzjoni kritika tal-infrastruttura ta’ qiegħ il-baħar; jissottolinja l-fatt li teknoloġija simili għandha tiġi ttestjata u implimentata f’ibħra Ewropej oħra li fihom, il-problema ta’ munizzjon mhux splodut u armi kimiċi mormija fis-seklu preċedenti diġà tikkostitwixxi theddida għas-sigurtà, l-ambjent, is-saħħa u l-ekonomija, bħal fil-Baħar Baltiku, fil-Baħar Adrijatiku u fil-Baħar tat-Tramuntana; jistieden lill-Kummissjoni żżid il-finanzjament biex tindirizza din l-isfida dejjem tikber;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jisħaq li, minħabba t-tensjonijiet marittimi ġeopolitiċi li qed jikbru, l-UE jeħtiġilha tiżgura l-libertà tan-navigazzjoni, is-sikurezza tal-linji marittimi ta’ komunikazzjoni u tal-bastimenti u l-ekwipaġġi tagħha, l-infrastruttura offshore u l-azzjoni kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u tiżgura li l-fruntieri marittimi esterni tagħha jiġu mmonitorjati b’mod effettiv sabiex jiġu pprevenuti attivitajiet illegali; jisħaq fuq il-ħtieġa li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar is-sigurtà marittima sabiex jiġu koperti l-kwistjonijiet kollha ta’ interess reċiproku f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jisħaq li, minħabba t-tensjonijiet ġeopolitiċi dejjem jikbru fuq il-baħar, l-UE jeħtiġilha tiżgura li l-fruntieri marittimi esterni tagħha jiġu mmonitorjati b’mod effettiv ħalli jiġu pprevenuti attivitajiet illegali; jesprimi dispjaċir li minkejja l-qafas ta’ miżuri restrittivi stabbilit mill-UE fil-11 ta’ Novembru 2019, bħala rispons għall-attivitajiet ta’ tħaffir illegali tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran, dawn komplew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jilqa’ l-vot tat-Turkija favur il-kundanna tal-gwerra Russa ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna fl-Assemblea Ġenerali tan-NU u l-impenn tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, iżda fl-istess ħin, jiddeplora l-fatt li ċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet tal-UE mit-Turkija jimmina l-effettività tagħhom u jistieden lill-Kummissjoni teżamina dan; itenni l-appell tiegħu lit-Turkija biex tallinja ruħha mas-sanzjonijiet tal-UE kontra r-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jesprimi dispjaċir, filwaqt li jirrikonoxxi li t-Turkija hija pajjiż ta’ rilevanza strateġika, għall-pożizzjonijiet u l-politiki tat-Turkija f’ċerti żoni ta’ tħassib għall-UE u fil-viċinati tagħha, li jheddu l-paċi, is-sigurtà u l-istabbiltà reġjonali; jikkundanna bil-qawwa l-attivitajiet illegali tat-Turkija f’Ċipru, bħall-ksur kontinwu tar-riżoluzzjonijiet 550(1984) u 789(1992) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, li jistiednu lit-Turkija tittrasferixxi ż-żona ta’ Varosha lill-abitanti legali tagħha taħt l-amministrazzjoni temporanja tan-NU, u l-attakki reċenti kontra l-forzi taż-żamma tal-paċi tan-NU fiż-żona ta’ lqugħ qrib il-villaġġ bikomunali ta’ Pyla/Pile; jiddenunzja l-appell tal-President Tork Recep Tayyip Erdogan biex il-komunità internazzjonali tirrikonoxxi l-entità seċessjonista f’Ċipru okkupat, u b’hekk jiġu abbandunati r-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU li jappellaw għal federazzjoni bikomunitarja u biżonali b’personalità ġuridika internazzjonali unika, sovranità unika, ċittadinanza unika u ugwaljanza politika li hija wkoll f’konformità mal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li minkejja l-isforzi ta’ tnaqqis tat-tensjoni, it-Turkija tkompli bl-azzjonijiet provokattivi unilaterali tagħha u n-nuqqas ta’ konformità mar-riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-embargo fuq l-armi fil-konfront tal-Libja fir-rigward tal-operazzjoni IRINI, li tikser id-dritt internazzjonali, inklużi l-UNCLOS u d-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE, b’mod partikolari l-Greċja u Ċipru, fil-Lvant tal-Mediterran; jilqa’ d-dikjarazzjoni konġunta reċenti tal-mexxejja tat-Turkija u tal-Greċja dwar it-tkomplija ta’ relazzjonijiet tajbin ta’ viċinat, il-ftuħ tal-komunikazzjoni, it-tnaqqis tat-tensjoni permezz tal-bini tal-fiduċja militari, iż-żieda fil-kummerċ u l-ħidma biex jissolvew il-kwistjonijiet fil-Baħar Eġew; jinnota li t-Turkija hija dejjem aktar preżenti f’oqsma fejn l-UE għandha interessi ewlenin fil-qasam tas-sigurtà u tal-missjonijiet tal-PSDK, u jistieden lit-Turkija toqgħod lura milli timmina l-interessi u l-missjonijiet tal-UE f’dawn l-oqsma; itenni l-kundanna tiegħu tal-iffirmar taż-żewġ memoranda ta’ qbil bejn it-Turkija u l-Libja dwar kooperazzjoni komprensiva fl-oqsma militari u tas-sigurtà u dwar id-delimitazzjoni taż-żoni marittimi, li huma interkonnessi u jikkostitwixxu ksur ċar tad-dritt internazzjonali, tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-drittijiet sovrani tal-Istati Membri tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li jiżdied b’mod sinifikanti l-investiment fil-kontroll tal-armi, in-nonproliferazzjoni u d-diżarm fil-livelli reġjonali u globali, b’mod partikolari fl-approċċi multilaterali; jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ trasparenza u konverġenza akbar fil-livell nazzjonali u Ewropew dwar l-esportazzjonijiet tal-armi; jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll tal-esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1560; jirrikonoxxi l-kompetenzi tal-Istati Membri fil-politiki tagħhom tal-akkwist fis-settur tad-difiża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-impenn tal-UE u l-Istati Membri tagħha għat-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari bħala l-pedament tar-reġim tan-nonproliferazzjoni u d-diżarm nukleari; jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-UE jkollha rwol b’saħħtu u kostruttiv fl-iżvilupp u fit-tisħiħ tal-isforzi globali għan-nonproliferazzjoni bbażati fuq ir-regoli u l-arkitettura tal-kontroll tal-armi u tad-diżarm;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jenfasizza li l-UE jeħtiġilha tiżviluppa aktar il-kapaċitajiet tagħha stess fl-oqsma kollha biex tipproteġi s-sovranità tal-Istati Membri kollha, iżda twitti wkoll it-triq għat-trasferiment tal-piż fit-tul bl-UE li tieħu aktar responsabbiltà għad-difiża tagħha filwaqt li ttejjeb il-kooperazzjoni tas-sigurtà tagħha man-NATO u ma’ sħab tal-istess fehma madwar id-dinja; jilqa’ l-istabbiliment tal-Forum Schuman għas-Sigurtà u d-Difiża bħala pjattaforma ta’ skambju fost is-sħab abbażi tal-ugwaljanza u l-apprezzament reċiproku;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jissottolinja, bl-aktar mod qawwi, l-importanza tal-alleanza bejn l-UE u l-Istati Uniti, li hija bbażata fuq il-valuri kondiviżi tad-demokrazija, tal-libertà u tal-istat tad-dritt; japprezza l-impenn u l-involviment qawwi tal-Istati Uniti għad-difiża territorjali tal-Ewropa, speċjalment fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna li thedded il-kontinent kollu; jilqa’ b’sodisfazzjon kbir is-sħubija intensifikata mal-Istati Uniti, speċjalment l-iffirmar ta’ arranġament amministrattiv bejn l-EDA u d-Dipartiment tad-Difiża tal-Istati Uniti (DoD) f’April 2023, id-djalogi bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-sigurtà u d-difiża, kif ukoll dwar iċ-Ċina; jitlob li l-UE tkompli l-kooperazzjoni attiva tagħha mal-Istati Uniti fil-qafas tad-djalogu strateġiku bejn l-UE u l-Istati Uniti dwar is-sigurtà u d-difiża, bħal dwar inizjattivi reċiproċi ta’ sigurtà u difiża, id-diżarm u n-nonproliferazzjoni, l-impatt ta’ teknoloġiji ta’ tfixkil, it-tibdil fil-klima, it-theddid ibridu, id-difiża ċibernetika, il-mobbiltà militari, il-ġestjoni tal-kriżijiet u r-relazzjonijiet ma’ kompetituri strateġiċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jinnota l-importanza ta’ kollaborazzjoni akbar fil-produzzjoni u fl-akkwist tal-prodotti tad-difiża, inkluż permezz ta’ aċċess indaqs għas-suq għall-industriji tad-difiża; jilqa’, f’dan ir-rigward, l-isforzi li għamlet l-UE biex ittejjeb il-kapaċitajiet ta’ difiża tagħha stess u tieħu responsabbiltà akbar għad-difiża tagħha stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Itenni l-appelli tiegħu għal kooperazzjoni istituzzjonalizzata dwar is-sigurtà u d-difiża mar-Renju Unit, inkluż permezz ta’ kollaborazzjoni aktar mill-qrib dwar il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-mobbiltà militari, l-inizjattivi reċiproċi ta’ sigurtà u difiża, il-ġestjoni tal-kriżijiet, iċ-ċibersigurtà, it-theddid ibridu, il-FIMI u r-relazzjoni tagħna ma’ kompetituri strateġiċi komuni; iħeġġeġ lir-Renju Unit jikkollabora serjament mal-UE dwar sfidi strateġiċi urġenti; iħeġġeġ lir-Rappreżentant Għoli u Viċi President jistieden lir-Renju Unit għal laqgħat informali tal-Kunsill tal-ministri tal-affarijiet barranin (u tad-difiża) biex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet ta’ tħassib komuni, filwaqt li tiġi protetta bis-sħiħ l-awtonomija tal-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jissottolinja l-importanza tad-dimensjoni tas-sħubija tal-Boxxla Strateġika fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-UE u l-alleati u s-sħab tagħha tal-istess fehma madwar id-dinja sabiex jiġu miġġielda l-istrateġiji barranin li għandhom l-għan li jimminaw l-UE u li jiddestabbilizzaw l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; jilqa’ t-tielet dikjarazzjoni konġunta tant mistennija dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO li kkonfermat li l-UE u n-NATO huma sħab essenzjali li għandhom valuri komuni u interessi strateġiċi u li jaħdmu b’komplementarjetà biex jiżguraw li l-alleati tan-NATO jibbenefikaw minn pilastru Ewropew b’saħħtu fin-NATO; jappella, b’mod partikolari, għal sinerġiji u koerenza bejn il-Kunċett Strateġiku tan-NATO u l-Boxxla Strateġika tal-UE, b’mod partikolari fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-aggressjoni Russa, il-mobbiltà militari, il-gwerra ibrida u ċibernetika, inklużi l-kampanji FIMI, is-sigurtà marittima globali, il-ġlieda kontra t-theddid tradizzjonali, bħat-terroriżmu, u l-għoti ta’ appoġġ lis-sħab;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jilqa’ l-adeżjoni tal-Finlandja man-NATO; jiddeplora bil-qawwa d-dewmien tar-ratifika tal-adeżjoni tal-Iżvezja man-NATO; jiddenunzja f’dan il-kuntest, barra minn hekk, it-tentattivi biex jiġu mminati l-libertajiet demokratiċi fl-Istati Membri tal-UE permezz tal-istrumentalizzazzjoni tal-għoti ta’ kunsens għall-adeżjoni tal-Iżvezja man-NATO; jilqa’, f’dan ir-rigward, id-deċiżjoni mdewma ħafna tat-Turkija u l-Ungerija li tapprova l-adeżjoni tal-Iżvezzja man-NATO; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Torok iwettqu l-wegħda tagħhom ta’ sħubija aktar kostruttiva fin-NATO, inkluż fil-Lvant tal-Mediterran;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jilqa’ l-komunikazzjoni konġunta dwar pjan ta’ azzjoni dwar il-mobbiltà militari 2.0 bħala kontribut ewlieni għat-tisħiħ tas-sigurtà Ewropea, kif rikonoxxut fil-Boxxla Strateġika; jenfasizza l-adozzjoni mħaffa ta’ proġetti infrastrutturali tat-trasport b’użu doppju wara l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna; ifakkar fl-importanza li tiġi żgurata d-disponibbiltà suffiċjenti tar-riżorsi finanzjarji biex jitkompla l-proġett fis-snin li ġejjin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>104.</NO.P>Jissottolinja l-importanza li jiġu żviluppati djalogi dwar is-sigurtà u d-difiża ma’ sħab madwar id-dinja, b’mod partikolari fil-Balkani tal-Punent u fis-Sħubija tal-Lvant, iżda wkoll ma’ sħab ewlenin f’żoni marittimi strateġiċi bħal dawk li jestendu mill-Viċinat tan-Nofsinhar u r-reġjun Indo-Paċifiku, mill-kosta tal-Lvant tal-Afrika għall-Paċifiku tan-Nofsinhar u mill-Artiku għal-Lvant Imbiegħed; jappella għall-approfondiment tal-kooperazzjoni militari u fil-qasam tas-sigurtà mal-pajjiżi fil-viċinat Ewropew immedjat billi tissaħħaħ id-dimensjoni tas-sigurtà u jissaħħu d-djalogi dwar il-politika tas-sigurtà u d-difiża; itenni l-appell għal kooperazzjoni aktar profonda ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal, iżda mhux limitati għal, in-NU, l-UA, u l-missjonijiet tagħha għaż-żamma tal-paċi fi sferi konġunti, u l-OSKE dwar is-sigurtà;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>105.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-reġjun tal-Artiku għandu importanza strateġika u ġeopolitika sinifikanti minħabba r-rotot marittimi emerġenti tiegħu, il-minjiera kbira ta’ riżorsi naturali u l-opportunitajiet għall-iżvilupp ekonomiku miftuħa mit-tisħin globali, filwaqt li qed jiġi dejjem aktar ikkontestat; iqis li huma inkwetanti l-attivitajiet u l-interess dejjem akbar minn reġimi awtoritarji, inklużi r-Russja u ċ-Ċina, fl-Artiku; jissottolinja l-importanza li jiġu ppreżervati s-sigurtà, l-istabbiltà u l-kooperazzjoni fl-Artiku; jisħaq li r-reġjun irid jibqa’ ħieles minn tensjonijiet militari u sfruttament tar-riżorsi naturali, filwaqt li jirrispetta d-drittijiet tal-popli indiġeni; itenni l-ħtieġa li l-politika tal-Unjoni dwar l-Artiku tiġi inkluża fil-PSDK u li jkun hemm kooperazzjoni effettiva man-NATO; jitlob li l-Artiku jiġi indirizzat b’mod regolari fil-laqgħat tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà u tal-Kunsill;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>106.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-bosta testijiet tal-missili mwettqa mill-Korea ta’ Fuq fl-2023; jissottolinja r-responsabbiltà partikolari taċ-Ċina u tar-Russja fir-rigward tal-Korea ta’ Fuq u jistedinhom jużaw l-influwenza tagħhom biex jipprevjenu kwalunkwe eskalazzjoni ulterjuri; jesprimi t-tħassib profond tiegħu dwar il-laqgħa reċenti bejn il-mexxejja tal-Korea ta’ Fuq u tar-Russja; jikkundanna bil-qawwa l-kunsinni ta’ armi u missili ballistiċi tal-Korea ta’ Fuq fir-Russja, li qed jintużaw fil-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna, u jinnota li, permezz tal-kooperazzjoni militari msaħħa, ir-Russja qed tikser sanzjonijiet u riżoluzzjonijiet tan-NU dwar il-Korea ta’ Fuq; jikkundanna bil-qawwa lill-Iran talli jipprovdi lir-Russja bi droni u b’missili biex tużahom fil-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna, u jissottolinja li huma meħtieġa aktar sforzi internazzjonali, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab tagħna, fir-rigward tal-Iran;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rwol tal-Parlament Ewropew</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>107.</NO.P>Jappella għat-tisħiħ tad-demokrazija parlamentari u għal skrutinju mtejjeb tal-pajjiżi sħab mhux tal-UE permezz ta’ djalogi parlamentari dwar kwistjonijiet ta’ sigurtà u difiża u billi tinbena reżiljenza parlamentari kontra theddid ibridu, inkluż dak ċibernetiku u l-FIMI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>108.</NO.P>Jinnota li ż-żieda reċenti fl-infiq fuq il-politiki u l-programmi tad-difiża fil-livell tal-UE u fost l-Istati Membri hija ta’ importanza partikolari għad-difiża u s-sigurtà Ewropej, tirrifletti l-ħtiġijiet tal-kuntest attwali tas-sigurtà u tindika l-evoluzzjoni tad-difiża bħala qasam ta’ politika ġenwin tal-UE li jirrikjedi skrutinju parlamentari sħiħ u obbligu ta’ rendikont biex jiġi żgurat li dawn il-programmi u l-politiki jikkontribwixxu bl-aktar mod effettiv għall-ilħuq tal-objettivi strateġiċi tal-UE u għall-protezzjoni ta’ interessi Ewropej ta’ sigurtà u difiża; itenni, f’dan ir-rigward, it-talba tiegħu għal atti delegati għal programmi ta’ ħidma ta’ programmi industrijali tad-difiża ffinanzjati mill-baġit tal-UE; itenni bis-sħiħ l-appell tiegħu għall-istabbiliment ta’ Kumitat tal-Parlament Ewropew dwar is-Sigurtà u d-Difiża stabbilit bis-sħiħ b’responsabbiltajiet leġiżlattivi u baġitarji sħaħ dwar kwistjonijiet ta’ difiża Ewropea, inklużi miżuri għat-tisħiħ tal-EDTIB, dment li dan il-kumitat jieħu rwol ewlieni fl-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> emerġenti tad-difiża fil-qafas tal-UE bi skrutinju, leġiżlazzjoni u responsabbiltajiet baġitarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>109.</NO.P>Jisħaq, b’referenza għall-kooperazzjoni b’suċċess bejn l-SEDE u l-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija fil-proċess tal-istabbiliment tar-regolament EDIRPA, li sakemm jiġi stabbilit kumitat komplut, is-sottokumitat għandu jiġi inkluż fil-proċeduri leġiżlattivi kollha b’implikazzjonijiet rilevanti għad-difiża Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>110.</NO.P>Jistieden lis-SEAE jirrapporta regolarment u b’mod komprensiv dwar l-implimentazzjoni tal-Boxxla Strateġika lill-SEDE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>111.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-President tal-Kummissjoni u lill-Kummissarji kompetenti, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, il-President tal-Assemblea Parlamentari tan-NATO, l-aġenziji tal-UE għas-sigurtà u d-difiża, kif ukoll il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>