<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF2" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0106</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni - rapport annwali 2023</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0424/2023 - Rapporteur: Nacho Sánchez Amor)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2024 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2023 (2023/2118(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 8, 21 u 23 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikoli 17 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1951 dwar ir-Rifuġjati u l-Protokoll tal-1967 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju tal-1948 u r-Riżoluzzjoni 43/29 tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti tat-22 ta’ Ġunju 2020 dwar il-prevenzjoni tal-ġenoċidju,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Suppressjoni u l-Kastig tad-Delitt tal-Apartheid tal-1976,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (UNCAT) tal-10 ta’ Diċembru 1984,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Eliminazzjoni ta’ Kull Forma ta’ Diskriminazzjoni kontra n-Nisa tat-18 ta’ Diċembru 1979,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni dwar l-Eliminazzjoni tal-Forom Kollha ta’ Intolleranza u ta’ Diskriminazzjoni Bbażata fuq Reliġjon jew Twemmin, ipproklamata mir-riżoluzzjoni 36/55 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti tal-25 ta’ Novembru 1981,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni li jagħmlu parti minn Minoranzi Nazzjonali, Etniċi, Reliġjużi u Lingwistiċi tat-18 ta’ Diċembru 1992,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, adottata b’kunsens mir-Riżoluzzjoni 53/144 tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fid-9 ta’ Diċembru 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta’ Novembru 1989 u ż-żewġ Protokolli Fakultattivi għaliha, adottati fil-25 ta’ Mejju 2000,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 55/25 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra l-Kriminalità Organizzata Tranżnazzjonali (il-Protokoll ta’ Palermo) tal-15 ta’ Novembru 2000 u l-Protokoll għall-Prevenzjoni, Soppressjoni u Punizzjoni tat-Traffikar ta’ Persuni, speċjalment ta’ Nisa u Tfal, li daħal fis-seħħ fil-25 ta’ Diċembru 2003,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ tal-Armi, li daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Diċembru 2014, u l-Kodiċi ta’ Kondotta tal-UE dwar l-Esportazzjoni ta’ Armi tal-5 ta’ Ġunju 1998,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Beijing tan-Nazzjonijiet Uniti ta’ Settembru 1995,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fil-25 ta’ Settembru 2015, u b’mod partikolari l-għanijiet 1, 4, 5, 8, 10 u 16 tagħha,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari adottat fid-19 ta’ Diċembru 2018 u l-Patt Globali dwar ir-Refuġjati tas-17 ta’ Diċembru 2018,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-tmien rieżami tal-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Terroriżmu, adottat fit-22 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-4 ta’ April 1997 dwar il-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Dinjità tal-Bniedem fir-rigward tal-Applikazzjoni tal-Bijoloġija u l-Mediċina, u l-Protokolli Addizzjonali għalihom, tas-16 ta’ Mejju 2005 dwar il-Ġlieda kontra t-Traffikar tal-Bnedmin, u tal-25 ta’ Ottubru 2007 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal kontra l-Isfruttament u l-Abbuż Sesswali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-11 ta’ Mejju 2011 tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta’ Istanbul), li mhux l-Istati Membri kollha rratifikaw,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Protokolli Nru 6 u Nru 13 għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali dwar l-Abolizzjoni tal-Piena tal-Mewt tat-28 ta’ April 1983,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 tas-7 ta’ Diċembru 2020 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/947 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u jħassar ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 209, 14.6.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024, adottat mill-Kunsill fis-17 ta’ Novembru 2020 u r-Rieżami ta’ Nofs it-Terminu tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-25 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Ġeneru (Gender Action Plan, GAP) III – Aġenda Ambizzjuża għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri u l-Għoti tas-Setgħa lin-Nisa fl-Azzjoni Esterna” (JOIN(2020)0017),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Settembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Pjan ta’ azzjoni tal-UE għall-ġlieda kontra r-razziżmu 2020-2025” (COM(2020)0565),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Marzu 2021 dwar strateġija tal-UE dwar id-drittijiet tat-tfal (COM(2021)0142),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Marzu 2021 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità 2021-2030” (COM(2021)0101),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2020 bit-titolu “Unjoni ta’ Ugwaljanza: Strateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020-2025” (COM(2020)0698),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, adottati mill-Kunsill fl-14 ta’ Ġunju 2004 u riveduti fl-2008, u wara li kkunsidra t-tieni nota ta’ gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Linji Gwida, approvata fl-2020,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni ta’ konformità mal-liġi umanitarju internazzjonali tal-2005, kif aġġornati fl-2009<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 303, 15.12.2009, p. 12.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, kif aġġornati mill-Kunsill fit-12 ta’ April 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà ta’ reliġjon jew ta’ twemmin, adottati mill-Kunsill fl-24 ta’ Ġunju 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha minn persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-24 ta’ Ġunju 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, adottati mill-Kunsill fit-12 ta’ Mejju 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għan-nondiskriminazzjoni fl-azzjoni esterna, adottati mill-Kunsill fit-18 ta’ Marzu 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem b’rabta mal-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, adottati mill-Kunsill fis-17 ta’ Ġunju 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti għall-politika tal-UE lejn pajjiżi terzi dwar it-tortura u t-trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, kif adottati mill-Kunsill fis-16 ta’ Settembru 2019,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Linji Gwida riveduti tal-UE dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi sħab/terzi, approvati mill-Kunsill fit-22 ta’ Frar 2021,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Settembru 2012 bit-titolu “L-għeruq ta’ demokrazija u żvilupp sostenibbli: il-kooperazzjoni tal-Ewropa mas-Soċjetà Ċivili fir-relazzjonijiet esterni” (COM(2012)0492),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2023 dwar ir-rwol tal-ispazju ċiviku fil-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-UE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2023 dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tal-2023 tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Frar 2022 għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-Diliġenza Dovuta tas-Sostenibbiltà Korporattiva u li temenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (COM(2022)0071),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Settembru 2022 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-projbizzjoni ta’ prodotti magħmulin b’xogħol furzat fis-suq tal-Unjoni (COM(2022)0453),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 għal regolament tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi kontra atti serji ta’ korruzzjoni (JOIN(2023)0013),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta’ Reykjavik tal-Kunsill tal-Ewropa “United around our values” (Magħqudin madwar il-valuri tagħna) tas-16-17 ta’ Mejju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali bit-titolu “Protecting human rights defenders at risk: EU entry, stay and support” (Il-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f’riskju: id-dħul, ir-residenza u l-appoġġ tal-UE) tal-11 ta’ Lulju 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali Konġunt tas-7 ta’ Settembru 2022 tal-Parlament Ewropew u tal-Presidenzi b’Rotazzjoni tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni, il-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tal-iskeda ta’ żmien għan-negozjati bejn il-koleġiżlaturi dwar is-SEKA u l-Patt Ewropew il-Ġdid dwar il-migrazzjoni u l-ażil,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb tiegħu u r-rebbieħa tiegħu, mogħti fl-2023 lil Jina Mahsa Amini u lill-Moviment Nisa, Ħajja u Libertà tal-Iran,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Jannar 2019 dwar il-Linji Gwida tal-UE u l-mandat tal-Mibgħut Speċjali tal-UE dwar il-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 411, 27.11.2020, p. 30.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta’ Ottubru 2020 dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri fil-politika estera u ta’ sigurtà komuni tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 404, 6.10.2021, p. 202.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija tal-UE dwar il-migrazzjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 70.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2021 dwar l-effetti tat-tibdil fil-klima fuq id-drittijiet tal-bniedem u r-rwol tad-difensuri tal-ambjent f’din il-kwistjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 15, 12.1.2022, p. 111.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar ir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE)<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 152.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Marzu 2023 dwar il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/409, 23.11.2023, ELI: <STRING ITALIC="on">https://eur-lex.europa.eu/eli/C/2023/409/oj?locale=mt</STRING>.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-17 ta’ Frar 2022 lill-Kunsill u lill-Viċi‑President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 342, 6.9.2022, p. 295.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2023 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni – rapport annwali 2022<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 214, 16.6.2023, p. 77.</FIELD></FOOTNOTE>, u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar rapporti annwali preċedenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt (magħrufa bħala riżoluzzjonijiet ta’ urġenza) adottati f’konformità mal-Artikolu 144 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu mill-2019, u b’mod partikolari dawk adottati fl-2022 u fl-2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta’ Mejju 2022 dwar il-persekuzzjoni tal-minoranzi minħabba t-twemmin jew ir-reliġjon<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 465, 6.12.2022, p. 33.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ittra mill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0424/2023),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-2023 tfakkar il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, it-30 anniversarju tad-Dikjarazzjoni u l-Programm ta’ Azzjoni ta’ Vjenna, il-25 anniversarju tad-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI);
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Unjoni Ewropea hija ggwidata fl-azzjoni esterna tagħha mill-valuri u l-prinċipji minquxa fl-Artikolu 2, l-Artikolu 3(5) u l-Artikolu 21(2) TUE u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li ispiraw il-ħolqien, l-iżvilupp u t-tkabbir tal-UE stess; billi dawn il-valuri jinkludu, l-ewwel u qabel kollox, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt u l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza, is-solidarjetà u n-nondiskriminazzjoni u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-Unjoni, fl-azzjoni esterna tagħha, jeħtiġilha tiddefinixxi u ssegwi politiki u azzjonijiet komuni biex tikkonsolida u tappoġġja d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, skont l-Artikolu 21(2) tat-TUE; billi dan jista’ jinkiseb biss billi d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem jitqiegħdu b’suċċess fil-qalba tal-politiki u l-għodod kollha tal-UE, inklużi, fost l-oħrajn, l-kummerċ, l-iżvilupp, is-sigurtà u d-difiża, u t-tkabbir;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-konsistenza u l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE bbażati fuq il-prinċipji u l-valuri fundaturi tal-Unjoni huma essenzjali għall-kisba ta’ politiki effettivi u kredibbli tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-pajjiżi demokratiċi jeħtiġilhom jiggarantixxu l-kapaċità ta’ kull persuna li tgawdi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom; billi l-UE tibqa’ impenjata bis-sħiħ favur id-difiża tal-multilateraliżmu u l-valuri, il-prinċipji u n-normi universali li jiggwidaw lill-Istati Membri tan-NU; billi l-UE u s-sħab għandhom jiddefendu d-difiża tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem bħala prijorità;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli qed ikollha sfida dejjem akbar minn atturi differenti li, filwaqt li jaħdmu waħedhom jew permezz ta’ azzjoni miftiehma, qed jippruvaw jimminaw l-organizzazzjonijiet multilaterali u jdgħajfu, jevitaw jew ifixklu l-implimentazzjoni tad-dritt umanitarju internazzjonali u tal-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-manipulazzjoni tal-informazzjoni u l-interferenza saru parti mill-għodod li l-atturi awtokratiċi jużaw biex jeżerċitaw pressjoni fuq il-valuri u n-normi demokratiċi, inaqqsu l-kontrolli fuq l-abbuż tal-poter, iżidu l-inċidenza u s-severità tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-ispazji ristretti għas-soċjetà ċivili, il-media indipendenti u l-movimenti demokratiċi tal-oppożizzjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi n-numru ta’ awtokraziji żdied, u skont l-Università ta’ Gothenburg, 70 % tal-popolazzjoni tad-dinja issa tgħix taħt tmexxija awtoritarja<FOOTNOTE><FIELD> Università ta’ Gothenburg, “The world is becoming increasingly authoritarian - but there is hope” (Id-dinja qed issir dejjem aktar awtoritarja – iżda hemm it-tama), 2 ta’ Marzu 2023 https://www.gu.se/en/news/the-world-is-becoming-increasingly-authoritarian-but-there-is-hope.</FIELD></FOOTNOTE>; billi r-rigress demokratiku sar xejra globali li tiddefinixxi l-politika u jinkludi demokraziji stabbiliti, li għadhom jiffaċċjaw problemi ta’ polarizzazzjoni politika, disfunzjoni istituzzjonali u theddid għal-libertajiet ċivili; billi din iż-żieda fl-awtoritarjaniżmu, l-illiberaliżmu u x-xejriet reazzjonarji madwar id-dinja, inkluż fl-Unjoni Ewropea, thedded l-ordni globali bbażata fuq ir-regoli, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja, kif ukoll il-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni Ewropea;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi r-rieżami ta’ nofs it-terminu ta’ din is-sena tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2020-2024 wera li, minkejja l-progress miksub sa issa, l-UE, flimkien ma’ sħab tal-istess fehma, ma jistgħux jibqgħu kompjaċenti, speċjalment fil-kuntest tal-isfidi mingħajr preċedent għad-drittijiet tal-bniedem, il-libertà u d-demokrazija madwar id-dinja;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-ksur tad-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon ikompli madwar id-dinja u qed iwassal għal oppressjoni, kunflitt u gwerra, u ksur tad-dritt internazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi fir-rapport tal-2010 lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-espert indipendenti fil-qasam tad-drittijiet kulturali identifika d-drittijiet kulturali bħala drittijiet relatati ma’ firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet u valuri relatati mad-drittijiet tal-bniedem, bħad-dritt li wieħed jipparteċipa fil-ħajja kulturali u fl-edukazzjoni, fost l-oħrajn, kif ukoll il-preżenza ta’ drittijiet kulturali fi strumenti internazzjonali differenti tad-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri hija valur fundamentali tal-UE; billi d-drittijiet tal-bniedem tan-nisa u l-bniet, inklużi d-drittijiet sesswali u riproduttivi tagħhom, għadhom qed jinkisru madwar id-dinja; billi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jaħdmu fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet tan-nisa u s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati jkomplu jesperjenzaw spazju li qed jiċkien għall-ħidma kritika tagħhom, kif ukoll theddid ta’ vjolenza, fastidju u intimidazzjoni; billi l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri u approċċ intersezzjonali għandhom għaldaqstant jiġu implimentati u integrati bħala prinċipju orizzontali fl-attivitajiet u l-politiki kollha tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-kriżi tal-enerġija, flimkien mal-kriżi tal-produzzjoni tal-ikel, iżżid il-faqar u l-vulnerabbiltà fid-dinja, b’impatt detrimentali fuq id-drittijiet tal-bniedem;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-imġiba responsabbli fin-negozju minn kumpaniji bbażati fl-UE għandha rwol kruċjali fl-iżgurar li l-politiki tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġu implimentati b’mod effettiv kemm fl-UE kif ukoll barra minnha, inkluż fir-rigward tax-xogħol; billi l-UE hija impenjata li tippromwovi l-implimentazzjoni ta’ mġiba responsabbli fin-negozju fis-setturi kollha tal-produzzjoni u fil-livelli kollha tal-katina tal-valur, u li tipproteġi l-vittmi ta’ ksur u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem relatati man-negozju;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-emerġenzi ambjentali, inklużi dawk li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima, id-deforestazzjoni u l-operazzjonijiet tan-negozju tal-estrazzjoni, jistgħu jwasslu għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jaffettwaw mhux biss lill-individwi u lill-komunitajiet fil-viċinanza immedjata tagħhom, iżda wkoll lill-umanità kollha kemm hi; billi f’dawn l-aħħar snin kien hemm żieda fl-għadd ta’ każijiet ta’ qtil, attakki u forom oħra ta’ vjolenza kontra persuni li jiddefendu d-drittijiet ambjentali, inklużi fost il-popolazzjonijiet indiġeni; billi t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali huma żewġ sfidi urġenti u interkonnessi li jdgħajfu kemm l-iżvilupp sostenibbli kif ukoll it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem globalment; billi l-ħsara lill-ambjent u l-effetti tat-tibdil fil-klima qed jaggravaw il-prekarjetà, il-marġinalizzazzjoni u l-inugwaljanza, u qed iġiegħlu dejjem aktar lin-nies jitilqu minn djarhom jew jinqabdu f’ambjenti mhux sikuri, fejn tiżdied il-vulnerabbiltà tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (DDB) u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) huma alleati essenzjali fl-isforzi tal-UE biex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u tipprevjeni l-kunflitti madwar id-dinja; billi huwa għalhekk fl-interess ewlieni tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jappoġġjaw il-ħidma tagħhom u jipproteġuhom kif ukoll l-ispazju li joperaw fih; billi l-gvernijiet awtoritarji madwar id-dinja qed jadottaw dejjem aktar tipi ġodda ta’ tattiċi u miżuri restrittivi kontra d-DDB sabiex jiċċensuraw il-ħidma tagħhom u jsikktuhom u jagħtuhom fastidju; billi tali miżuri jinkludu kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs), politiki restrittivi tal-gvern, kampanji ta’ malafama, diskriminazzjoni u intimidazzjoni jew vjolenza, inkluż qtil ekstraġudizzjarju, ħtif u arrest u detenzjoni arbitrarji; billi l-attakki kontra d-DDB qed jimmiraw dejjem aktar lill-familji u l-komunitajiet tagħhom; billi l-ispazju għas-soċjetà ċivili qed jiċkien, inkluż bħala riżultat tal-adozzjoni mill-istati madwar id-dinja ta’ proċeduri ta’ liċenzjar dejjem aktar stretti għall-OSĊ, projbizzjonijiet jew limiti fuq il-finanzjament li l-OSĊ jistgħu jirċievu mid-donaturi, u permezz tal-istigma ta’ “aġent barrani” marbuta mal-OSĊ; billi f’bosta pajjiżi madwar id-dinja tipprevali klima ta’ impunità għall-ksur imwettaq kontra d-DDB;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi t-terroriżmu għadu wieħed mill-akbar theddidiet għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali, u huwa ksur ċar tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi Alexei Navalny rebaħ il-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb 2021; billi Navalny kien ilu impriġunat minn Frar 2021 f’kundizzjonijiet diżumani; billi l-aħħar post fejn kien miżmum f’detenzjoni kien Yamalo-Nenets fis-Siberja tal-Punent, fejn inqatel fis-16 ta’ Frar 2024;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nindirizzaw ix-xejriet globali u l-isfidi ewlenin</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-universalità, l-interdipendenza, l-interrelazzjoni u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u d-dinjità inerenti ta’ kull bniedem; jafferma mill-ġdid id-dmir tal-UE u tal-Istati Membri tagħha li jippromwovu u jipproteġu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-universalità u l-inaljenabbiltà tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja b’mod determinat, koerenti u konsistenti; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jippromwovu l-għaqda tal-forzi bejn id-demokraziji u l-organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali rilevanti sabiex jindirizzaw it-theddid u jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja, inkluż permezz ta’ pożizzjoni robusta u pubblika li tafferma mill-ġdid l-impenn tagħna li niddefendu l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jiddeplora r-reġimi totalitarji u awtoritarji għall-abbuż tagħhom ta’ istituzzjonijiet multilaterali, b’mod partikolari tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, li jfittxu li jinnewtralizzaw il-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem, il-kapaċità tagħhom li jżommu lill-istati responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll li jdgħajfu u/jew jiktbu mill-ġdid normi internazzjonali biex ikunu adatti għall-aġenda awtoritarja tagħhom; jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jaħdmu ma’ alleati demokratiċi tal-istess fehma biex jappoġġjaw riforma tal-istituzzjonijiet multilaterali sabiex isiru aktar reżiljenti fid-dawl tal-influwenza malizzjuża tar-reġimi awtoritarji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jisħaq li l-UE jeħtiġilha tkun ippreparata bis-sħiħ biex tiġġieled l-influwenza dejjem akbar u malizzjuża tal-awtoritarjaniżmu, l-illiberaliżmu u l-estremiżmu, kif ukoll it-theddid għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-attakki dejjem akbar fuq l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-dritt umanitarju internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-impenn ambizzjuż u r-retorika tal-politika esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem jirrikjeduha li tkun konsistenti u eżemplari dwar l-impenn lejn id-drittijiet universali tal-bniedem u d-demokrazija; jiddeplora d-deterjorament tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt madwar id-dinja, inkluż fl-UE, li jdgħajjef il-kredibbiltà tagħha meta topponi t-tnaqqis demokratiku globali u r-rigressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jmexxu bl-eżempju u jirrispettaw b’mod strett id-drittijiet tal-bniedem, jiżguraw ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili tagħhom u jindirizzaw kwalunkwe xejra negattiva f’dan il-qasam;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna t-tendenza dejjem akbar ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-prinċipji u l-valuri demokratiċi madwar id-dinja, bħal-livelli dejjem aktar profondi ta’ inugwaljanza soċjali, ekonomika u politika, it-treġġigħ lura tad-drittijiet, b’mod partikolari għan-nisa, l-esklużjoni persistenti u sistematika u d-diskriminazzjoni ta’ gruppi soċjali sħaħ, l-eżekuzzjonijiet, il-qtil ekstraġudizzjarju, it-tortura, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, id-diskriminazzjoni u l-apartheid tal-ġeneru, l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanza sistematiċi u strutturali, it-trażżin ta’ individwi u gruppi emarġinati u vulnerabbli, is-soċjetà ċivili, l-avversarji politiċi u l-minoranzi etniċi u reliġjużi, l-iskjavitù u x-xogħol furzat, id-deportazzjonijiet furzati, l-użu eċċessiv tal-vjolenza mill-awtoritajiet pubbliċi, iċ-ċensura u t-theddid għall-media u l-ġurnalisti indipendenti, kif ukoll theddid fl-isfera diġitali bħas-sorveljanza online u l-għeluq tal-internet, fost l-oħrajn; jikkundanna l-prattiki ta’ repressjoni tranżnazzjonali minn reġimi awtokratiċi; jiddeplora d-dgħufija tal-protezzjoni tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-ispazju li qed jiċkien għas-soċjetajiet ċivili madwar id-dinja, li joħloq impunità għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li l-għadd ta’ demokraziji kompla jonqos, filwaqt li l-għadd ta’ reġimi awtoritarji kiber;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jikkundanna n-narrattivi mfassla apposta li qed jiżviluppaw reġimi awtoritarji u illiberali biex jattakkaw l-universalità tad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; iwissi li n-narrattivi msemmija hawn fuq qed jinfirxu minn dawn ir-reġimi f’fora internazzjonali bħall-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiġġieldu kontra dawn in-narrattivi ostili, spiss ibbażati fuq allegazzjonijiet ta’ relativiżmu kulturali biex jaħbu l-abbużi tal-poter, fost l-oħrajn, kif ukoll id-diżinformazzjoni u l-indħil barrani lejn l-UE; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, inkluż billi jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Huwa mħasseb dwar il-fatt li jiġu organizzati konferenzi internazzjonali u avvenimenti medjatizzati ħafna f’pajjiżi awtoritarji u illiberali fejn id-DDB jiġu ppersegwitati jew jingħataw fastidju, u li dawn il-pajjiżi jużaw avvenimenti bħal dawn bħala opportunità ta’ pubbliċità u jibdlu l-immaġni tagħhom fix-xena globali fir-rigward tar-rekords tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jindika ż-żieda fis-sett ta’ għodod użat minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali li jibni qafas biex inaqqas id-drittijiet tal-bniedem permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi li jintużaw biex jiġu mmanipulati l-elezzjonijiet, isikktu u jheddu s-soċjetà ċivili, individwi u gruppi emarġinati u vulnerabbli, minoranzi, avversarji politiċi, media indipendenti u vuċijiet kritiċi, jikkontrollaw il-ġudikatura u jippersegwitaw, fost l-oħrajn, lid-DDB, lill-ġurnalisti, lill-avukati, lill-artisti u lill-attivisti, li jikkritikaw il-prattiki ta’ dawn ir-reġimi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jikkundanna n-nuqqas ta’ rispett dejjem akbar għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem minn reġimi awtoritarji u illiberali, b’mod partikolari dawk li joħolqu u jespandu kunflitti interni u internazzjonali eżistenti, u jikkawżaw oħrajn ġodda, b’konsegwenzi devastanti għad-drittijiet tal-bniedem; jinnota li dawn ir-reġimi jippruvaw idgħajfu l-leġittimità tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem sabiex jiġi evitat l-applikazzjoni tiegħu, li huma marbuta miegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jitlob li ssir valutazzjoni tal-effettività tal-istrateġija “kwieta” jew “ta’ diplomazija silenzjuża” u jitlob li l-UE ssemma’ leħinha aktar meta tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa u huwa mħasseb ħafna dwar l-atroċitajiet, id-delitti tal-gwerra u l-ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali, inklużi l-vjolenza sesswali, il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, id-deportazzjoni tat-tfal u t-tortura u l-qtil ta’ persuni ċivili u priġunieri tal-gwerra, imwettqa mill-forzi armati Russi u r-rappreżentanti tagħhom fil-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux iġġustifikata u mhux ipprovokata tar-Russja kontra l-Ukrajna; ifakkar li l-appoġġ lill-Ukrajna fil-gwerra tagħha kontra r-Russja huwa ta’ importanza essenzjali biex tiġi ssalvagwardjata ordni internazzjonali bbażata fuq ir-regoli; iħeġġeġ it-teħid tal-miżuri kollha meħtieġa biex jiġi żgurat li dawk li wettqu delitti tal-gwerra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem fl-Ukrajna jiġu identifikati u jinżammu responsabbli; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu joffru l-appoġġ sħiħ tagħhom lill-partijiet ikkonċernati, il-miżuri u l-mekkaniżmi rilevanti f’dan il-qasam, inklużi l-prosekuturi, l-investigaturi u l-ġudikatura Ukreni, il-QKI, il-Kummissjoni ta’ Inkjesta tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u l-investigazzjonijiet nazzjonali skont il-prinċipju tal-ġuriżdizzjoni universali; jisħaq fuq l-importanza li tinġabar u tiġi ppreżervata malajr l-evidenza ta’ delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità, u jilqa’ l-isforzi tas-soċjetà ċivili għal dan l-għan;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jinsab maħsud u xxukkjat bil-qtil ta’ Alexei Navalny, ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2021, li ssagrifika ħajtu biex jiddefendi d-demokrazija u jopponi l-oppressjoni u l-korruzzjoni fir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jappella għal waqfien mill-ġlied immedjat f’Gaża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jinnota b’sodisfazzjon li hemm ukoll “punti pożittivi għad-drittijiet tal-bniedem”, li jirriflettu xi progress f’dan il-kuntest ta’ sfidi ewlenin għad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jappoġġja bil-qawwa l-ħidma tan-NU, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), tal-Uffiċċju tal-OSKE għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) u tal-Kunsill tal-Ewropa (KtE), kif ukoll tad-DDB u tal-OSĊ, fost l-oħrajn, biex l-impenji internazzjonali jissarrfu f’azzjonijiet konkreti għar-realizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja l-ħtieġa ta’ komunikazzjoni aktar strateġika dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija li turi l-impenn tal-UE billi tikkondividi żviluppi pożittivi, politiki u l-aħjar prattiki, u jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE jaġixxu wkoll f’dan ir-rigward f’pajjiżi terzi; jappoġġja l-kampanja tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex tfakkar il-75 anniversarju tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem fl-2023 b’appoġġ għall-Inizjattiva 75 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Inizjattiva ta’ Stejjer Pożittivi dwar id-Drittijiet tal-Bniedem<FOOTNOTE><FIELD> https://goodhumanrightsstories.net/.</FIELD></FOOTNOTE> bħala mod kif jiġu promossi stejjer pożittivi dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jenfasizza l-fatt li l-UNRWA għandha rwol insostitwibbli li tipprovdi għajnuna kritika biex tiżgura s-sopravivenza ta’ kuljum ta’ 2.2 miljuni ċivili f’Gaża, li qed iħabbtu wiċċhom ma’ theddid indeskrivibbli għal ħajjithom u għad-drittijiet l-aktar bażiċi tagħhom; jirrifjuta s-sospensjoni tal-finanzjament lill-UNRWA minn 18-il Stat u jfakkar li jekk din id-deċiżjoni ma titreġġax lura, l-UNRWA se jispiċċawlha l-fondi fix-xhur li ġejjin; jappella, għaldaqstant, biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħtu appoġġ lill-UNRWA permezz tal-finanzjament adegwat biex din tkompli u ttejjeb il-ħidma umanitarja tagħha li ssalva l-ħajjiet;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Nirrispondu għall-isfidi universali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Inħarsu d-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u l-liġi umanitarja</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rabta bejn il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-impunità mifruxa u n-nuqqas ta’ obbligu ta’ rendikont fir-reġjuni u fil-pajjiżi milquta mill-kunflitti; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu rispettati d-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali b’attenzjoni partikolari għall-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tal-gvern u mill-gruppi armati madwar id-dinja, li f’xi każijiet irrappreżentaw delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità; jitlob li tiġi garantita b’mod effettiv il-mogħdija malajr u mingħajr xkiel tal-għajnuna umanitarja waqt kunflitti armati u diżastri naturali, u għall-ħolqien sistematiku ta’ kurituri umanitarji meta u fejn ikun meħtieġ f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati u gwerer; jikkundanna t-tentattivi minn gvernijiet awtoritarji biex jinterferixxu fl-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja u jillimitawhom; ifakkar, f’dan il-kuntest, fl-importanza tal-koordinazzjoni bejn l-atturi ċivili u militari; jikkundanna l-konsegwenzi umanitarji diżastrużi u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem ikkawżati minn gwerer u kunflitti moderni madwar id-dinja, inklużi l-ibbumbardjar ta’ persuni ċivili fil-mira, l-istupru u t-tortura, l-ispostamenti furzati u d-deportazzjonijiet illegali fost l-oħrajn; jindika l-impatti bbażati fuq il-ġeneru tal-kunflitt armat, inklużi l-użu tal-vjolenza sesswali kontra n-nisa u l-bniet bħala tattika tal-gwerra, l-impatt fuq it-tfal u l-minoranzi kif ukoll il-konsegwenzi ambjentali tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex jippromwovu r-rispett għad-dritt umanitarju internazzjonali u jipprovdu assistenza lill-vittmi biex jaċċessaw il-ġustizzja internazzjonali u jiksbu rimedju u reparazzjoni; jenfasizza li l-attakki mmirati lejn persuni ċivili u oġġetti indispensabbli għas-sopravivenza taċ-ċivili huma pprojbiti fl-ambitu tad-dritt umanitarju internazzjonali; jitlob li l-UE u s-sħab internazzjonali tagħha jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti kollha rilevanti biex jiġġieldu l-impunità, inkluż l-appoġġ għal ġuriżdizzjoni universali fil-livell nazzjonali, tribunali speċjali fil-livell nazzjonali u internazzjonali inkluż għad-delitt ta’ aggressjoni, kif ukoll biex jistabbilixxu kooperazzjoni flessibbli u mekkaniżmi ta’ finanzjament ħalli jiġbru u janalizzaw malajr l-evidenza tad-delitti; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li dawn l-istrumenti jiġu applikati b’mod koordinat u komplementari ma’ strumenti oħra rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jinsab imħasseb serjament dwar il-persistenza ta’ okkupazzjonijiet fit-tul u annessazzjonijiet tat-territorji; jappella biex tingħata attenzjoni speċjali lis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati illegalment, inkluż f’każijiet ta’ okkupazzjoni fit-tul, u fid-diversi kunflitti ffriżati, u li jittieħdu miżuri effettivi bl-għan li jiġu evitati abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-ksur tad-dritt għall-ħajja, ir-restrizzjoni tal-libertà tal-moviment u d-diskriminazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-Istati Membri biex jgħinu fit-trażżin tal-kunflitti armati u l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem jew tad-dritt umanitarju internazzjonali billi jirrispettaw b’mod strett id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tat-Trattat tan-NU dwar il-Kummerċ tal-Armi dwar il-Valutazzjoni tal-Esportazzjoni u l-Esportazzjoni u l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/CFSP dwar l-Esportazzjoni tal-Armi<FOOTNOTE><FIELD> Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99).</FIELD></FOOTNOTE> u r-Regolament tal-UE dwar l-Użu Doppju<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Regolament (UE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-tranżitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>; iħeġġeġ lill-UE tivvaluta l-użu malizzjuż ta’ software ta’ spjunaġġ sakemm jiġu implimentati regolamenti robusti biex jiġi ggarantit l-użu tiegħu f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi t-tħassib kontinwu tiegħu dwar l-użu ta’ drones armati barra mill-qafas legali internazzjonali, u jitlob li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta’ proġetti ta’ żvilupp ta’ drones armati; jitlob li l-UE tieħu inizjattiva favur il-ħolqien ta’ strument legalment vinkolanti li jipprojbixxi armi awtonomi letali mingħajr kontroll sinifikattiv mill-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinsisti fuq l-importanza li tiġi żgurata l-koerenza tal-politika tal-UE fir-rigward ta’ sitwazzjonijiet ta’ okkupazzjoni jew annessjoni tat-territorju, li għandha tkun iggwidata mid-dritt umanitarju internazzjonali biex jiġu pprevenuti abbużi gravi tad-drittijiet tal-bniedem fuq il-post; jenfasizza r-responsabbiltà tal-korporazzjonijiet ibbażati fl-UE li japplikaw l-aktar politika ta’ diliġenza dovuta stretta fir-rigward ta’ kwalunkwe attività ekonomika jew finanzjarja f’dawn it-territorji jew magħhom, u li jiżguraw konformità stretta mad-dritt internazzjonali kif ukoll mal-politika ta’ sanzjonijiet tal-UE meta applikabbli għal dawn is-sitwazzjonijiet; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tiċċara r-regoli applikabbli fir-rigward tal-kummerċ tal-UE ma’ territorji bħal dawn;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-ħajja: progress favur l-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Itenni l-oppożizzjoni ta’ prinċipju tiegħu għall-piena tal-mewt, li hija kastig krudili, inuman u degradanti u hija irriversibbli; jesprimi dispjaċir għall-fatt li minkejja t-tendenza f’xi pajjiżi terzi li jieħdu passi lejn l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt, għad hemm sfidi sinifikanti f’dan ir-rigward; jiddeplora l-fatt li f’pajjiżi terzi l-użu tagħha qed jiżdied u l-għadd ta’ sentenzi tal-mewt li twettqu laħaq l-ogħla livell tiegħu f’dawn l-aħħar ħames snin; itenni l-appell tiegħu għall-pajjiżi kollha biex jabolixxu kompletament il-piena tal-mewt jew jistabbilixxu moratorju immedjat bħala l-ewwel pass lejn l-abolizzjoni tagħha; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-ftehimiet kummerċjali u ta’ assoċjazzjoni ma’ pajjiżi terzi, biex jaħdmu lejn moratorju fuq l-użu tal-piena tal-mewt bil-ħsieb li tiġi abolita;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jisħaq li l-UE jeħtiġilha tkun kostanti hi u tfittex li tilħaq l-għan tagħha tal-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt bħala objettiv ewlieni tal-politika barranija tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem; jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiddefendu l-abolizzjoni fil-fora internazzjonali kollha u jippromwovu l-akbar appoġġ possibbli għal din il-pożizzjoni; jinkoraġġixxi l-isforzi kontinwi tal-korpi tan-NU dwar l-abolizzjoni universali tal-piena tal-mewt, f’konformità mar-riżoluzzjonijiet tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jistieden, barra minn hekk, lill-pajjiżi kkonċernati jnaqqsu l-lista ta’ delitti jew reati punibbli bil-mewt bħala l-ewwel pass; jitlob li jkun hemm trasparenza fir-rigward tas-sentenzi tal-mewt u tal-eżekuzzjonijiet f’pajjiżi li ma jiżvelawx din l-istatistika; jappoġġja l-proċess ta’ adozzjoni mill-Unjoni Afrikana tal-abbozz ta’ Protokoll għall-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt fl-Afrika; iħeġġeġ lil pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali oħra biex jibdew proċessi simili, inkluż permezz tal-inklużjoni sinifikattiva tal-OSĊ; jisħaq fuq l-importanza li jiġu appoġġjati l-isforzi ta’ abolizzjonisti lokali u reġjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-media u d-dritt għall-informazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Huwa mħasseb ħafna dwar l-ostakli li dejjem qegħdin jiżdiedu għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-espressjoni artistika, u l-libertà tal-media madwar id-dinja, b’mod partikolari għall-ġurnalisti; jikkundanna ċ-ċensura tal-ġurnalisti, id-DDB, l-OSĊ, l-għassiesa pubbliċi, l-informaturi u l-artisti, permezz tal-applikazzjoni tal-hekk imsejħa liġijiet ta’ “aġenti barranin”, kif ukoll miżuri leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi oħra adottati minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali, bħaż-żieda fil-piżijiet amministrattivi, multi, theddid, lingwaġġ malafamatorju u ta’ demonizzazzjoni; ifakkar fit-tħassib serju tiegħu dwar l-użu tal-SLAPPs biex isikktuhom u jħeġġeġ kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-pajjiżi terzi jwaqqfu tali prattiki; jinnota li wħud minn dawn il-prattiki jistgħu jseħħu wkoll f’għadd ta’ pajjiżi demokratiċi li ilhom stabbiliti madwar id-dinja; jilqa’, f’dan il-kuntest, l-isforzi biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-ġurnalisti u l-attivisti, anke fl-UE, kontra kawżi infondati u abbużivi li għandhom l-għan li jsikktuhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jirrikonoxxi l-importanza kritika tal-appoġġ għall-ġurnalisti li jiffaċċjaw persekuzzjoni u theddid għas-sikurezza tagħhom, u jitlob li jiġu stabbiliti programmi ta’ protezzjoni tal-ġurnalisti li jiffaċilitaw ir-rilokazzjoni u r-risistemazzjoni għal dawk li jinsabu f’periklu immedjat; jesprimi dispjaċir għall-prattika ta’ sorveljanza mmirata u l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ, kif ukoll theddid diġitali ieħor, kontra l-ġurnalisti u jikkundanna l-ksur tad-drittijiet tagħhom għall-privatezza, il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-ħsieb, il-libertà tal-informazzjoni u l-libertà ta’ assoċjazzjoni imposti minn atturi statali u mhux statali; jafferma mill-ġdid li l-aċċess għal informazzjoni kredibbli u affidabbli, kemm online kif ukoll offline, huwa dritt essenzjali f’soċjetà demokratika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-pajjiżi terzi jadottaw miżuri urġenti biex jipprevjenu kwalunkwe użu bla bżonn jew eċċessiv tal-forza, fastidju jew detenzjoni arbitrarja matul il-protesti, kif ukoll biex iħassru jew jemendaw kwalunkwe leġiżlazzjoni u att amministrattiv li jikser id-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi diplomatiċi tagħhom permezz ta’ impenn bilaterali u multilaterali fir-rigward taċ-ċensura, it-theddid jew l-attakki fuq il-libertà akkademika, b’mod partikolari l-priġunerija ta’ akkademiċi madwar id-dinja, minn atturi statali u mhux statali, li għandhom konsegwenzi importanti għad-dritt għall-edukazzjoni, it-tgawdija tal-benefiċċji tal-progress xjentifiku u l-libertà ta’ opinjoni u espressjoni; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jirrevedu l-mekkaniżmi eżistenti ta’ appoġġ u protezzjoni sabiex jiżviluppaw il-kapaċità li jidentifikaw u jipprovdu assistenza, inklużi l-protezzjoni u l-appoġġ ta’ emerġenza, f’każijiet bħal dawn; jilqa’ l-inklużjoni tal-akkademiċi f’riskju fil-Mekkaniżmu tal-UE għad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura appoġġ kontinwu ta’ livell għoli għall-Kampus Globali tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija li pprovda spazju sikur għall-istudenti u l-akkademiċi li kellhom jaħarbu minn pajjiżhom biex jiddefendu d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u li huwa element ewlieni tal-appoġġ tal-UE għall-edukazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jappoġġja d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Libertà Akkademika li saret fit-52 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem u li hija appoġġjata mill-Istati Membri kollha; jistieden lill-Istati Membri u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jieħdu rwol ewlieni fil-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-ksur tal-libertà akkademika f’pajjiżi terzi; jappoġġja l-iżvilupp tal-abbozz ta’ Prinċipji għall-Implimentazzjoni tad-Dritt ta’ Libertà Akkademika u jitlob li l-UE tippromwovi l-adozzjoni ta’ linji gwida dwar il-libertà akkademika fis-sistema tan-NU;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar il-ksur tad-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin u reati ta’ mibegħda relatati; jisħaq li tali ksur iseħħ bejn il-fruntieri ġeografiċi u kulturali; jiddeplora l-istrumentalizzazzjoni tar-reliġjon jew tal-identitajiet tat-twemmin għal finijiet politiċi, inkluża l-esklużjoni tal-minoranzi reliġjużi u ta’ twemmin u tal-komunitajiet reliġjużi f’ċerti pajjiżi; jikkundanna l-eskalazzjonijiet tal-koerċizzjoni, id-diskriminazzjoni, il-fastidju u l-vjolenza perpetwata kontra membri ta’ minoranzi tal-ħsieb, tal-kuxjenza, reliġjużi jew ta’ twemmin, il-proprjetajiet u l-postijiet ta’ qima tagħhom; jikkundanna r-rikors għall-blasfemija, l-apostasija jew akkużi oħra bbażati fuq raġunijiet reliġjużi, inkluża l-possibbiltà tal-piena tal-mewt fil-konfront ta’ dawk ikkundannati, fir-rigward ta’ minoranzi reliġjużi u attivitajiet leġittimi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fuq l-internet u l-media soċjali, u, b’mod aktar wiesa’, biex jiġi ristrett l-ispazju tas-soċjetà ċivili; jikkundanna, bl-aktar mod qawwi possibbli, il-persekuzzjoni tal-Insara madwar id-dinja kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jappoġġja bil-qawwa d-dritt għal-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza u tar-reliġjon, li wieħed ikollu twemmin, jew li ma jemminx, u d-dritt li wieħed jimmanifesta u jibdel jew iħalli r-reliġjon jew it-twemmin tiegħu mingħajr biża’ ta’ vjolenza u diskriminazzjoni; jikkundanna l-attakki kontra individwi u OSĊ talli jikkontestaw, jikkritikaw jew jissatirizzaw b’mod paċifiku t-twemmin reliġjuż; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom biex jipproteġu dawn id-drittijiet, iqajmu dawn il-kwistjonijiet fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem u jaħdmu mal-mekkaniżmi u l-kumitati rilevanti tan-NU, inkluża ħidma ma’ pajjiżi terzi biex jiddefenduhom u jipprevjenu kwalunkwe ksur; jappella wkoll għal aktar sforzi u kollaborazzjoni fil-livell multilaterali u bl-appoġġ tal-QKI biex tinġabar evidenza ta’ reati ta’ mibegħda, filwaqt li l-awturi tar-reati jitressqu quddiem il-ġustizzja u jiġu kkumpensati l-vittmi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jirrikonoxxi l-valur tad-djalogu bejn twemmin differenti u interkonfessjonali li jwassal għal koeżistenza paċifika u għal fehim reċiproku bejn diversi gruppi reliġjużi, ta’ twemmin u etniċi, u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri biex jippromwovuhom; josserva li l-ateiżmu u l-popolazzjoni mhux reliġjuża qed jikbru malajr madwar id-dinja u għandhom ma jiġux traskurati fil-qafas ta’ politika tal-UE dwar il-libertà tal-ħsieb, tal-kuxjenza, tar-reliġjon u tat-twemmin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jirrakkomanda li l-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-UE jaħdem mill-qrib u b’mod komplementari mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem, ir-Rappreżentanti tal-UE għal reġjuni speċifiċi u l-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u, għal dan l-għan, iqis li l-pożizzjoni tal-Mibgħut Speċjali għandha tiġi integrata fis-SEAE b’mod simili għall-mibgħuta speċjali l-oħra u r-rappreżentanti speċjali tal-UE; jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-mandat tal-Mibgħut Speċjali ġġedded mill-Kummissjoni mingħajr valutazzjoni minn qabel tal-effettività u l-valur miżjud tal-pożizzjoni, kif talab kemm-il darba l-Parlament; jitlob li titwettaq din il-valutazzjoni u, fuq dik il-bażi, li jiġu allokati riżorsi finanzjarji u umani adegwati sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom b’mod effettiv; ifakkar li din is-sena mmarkat l-10 anniversarju tal-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tar-reliġjon jew it-twemmin; jesprimi dispjaċir għall-fatt li għalkemm il-Linji Gwida jipprevedu l-evalwazzjoni tagħhom ta’ tliet snin mill-Kunsill, sa issa l-ebda evalwazzjoni ma saret pubblika; jistieden lill-Kunsill iwettaq din l-evalwazzjoni u jaqsam ir-riżultati mal-Parlament; jappoġġja bis-sħiħ il-prattika tal-UE li tmexxi riżoluzzjonijiet tematiċi relatati fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u fl-Assemblea Ġenerali tan-NU; jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE, meta xieraq, iqajmu kwistjonijiet ġenerali u każijiet speċifiċi relatati mal-persekuzzjoni jew id-diskriminazzjoni ta’ minoranzi reliġjużi jew ta’ twemmin matul id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma’ pajjiżi sħab u fil-forums tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jsegwu approċċ orjentat lejn ir-riżultati u jinkludu perspettiva tal-ġeneru;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu tal-forom kollha ta’ razziżmu, intolleranza, ksenofobija u diskriminazzjoni abbażi tar-razza, l-etniċità, in-nazzjonalità, il-klassi soċjali, id-diżabilità, il-kasta, ir-reliġjon, it-twemmin, l-età, is-sess, l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru; jissottolinja l-importanza li jittieħed approċċ intersezzjonali meta jiġu kkunsidrati kwistjonijiet ta’ diskriminazzjoni; jisħaq li r-razziżmu, id-diskriminazzjoni, il-ksenofobija, l-antisemitiżmu u l-iżlamofobija, fost l-oħrajn, kif ukoll il-persekuzzjoni reliġjuża u l-intolleranza relatata, għadhom problema ewlenija madwar id-dinja, u li dawn il-kwistjonijiet komplew jiġu aggravati mill-pandemija tal-COVID-19;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jikkundanna t-theddida internazzjonali dejjem akbar tad-diskors ta’ mibegħda, inkluż online; jinnota li n-nisa għandhom probabbiltà akbar li jisfaw fil-mira online, u dan għandu impatt negattiv fuq il-parteċipazzjoni politika tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jappella għall-adozzjoni ta’ miżuri effettivi biex jirrispondu għal imġiba diskriminatorja u tintemm l-impunità, u li jiġu żviluppati, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u b’kontribut mill-Parlament, strateġiji lokali speċifiċi biex jgħinu fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni f’pajjiżi terzi, f’konsultazzjoni mar-rappreżentanti lokali u l-OSĊ; itenni r-rwol kruċjali tal-edukazzjoni u d-djalogu fil-promozzjoni tat-tolleranza, il-fehim u d-diversità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jinnota bi tħassib kbir l-iskala u l-konsegwenzi ta’ ġerarkiji bbażati fuq il-kasti, id-diskriminazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi ċ-ċaħda tal-aċċess għas-sistema legali jew għall-impjiegi, is-segregazzjoni kontinwa, il-faqar u l-istigmatizzazzjoni, u l-ostakli relatati mal-kasta għall-eżerċizzju tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem u l-iżvilupp tal-bniedem; itenni l-appell tiegħu għall-iżvilupp ta’ politika tal-UE dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta u strateġiji lokali speċifiċi biex jgħinu fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq il-kasta fil-pajjiżi l-aktar milquta minnha; jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew jindirizza d-diskriminazzjoni abbażi ta’ kasta fil-kumitati u d-delegazzjonijiet rilevanti kollha tiegħu, jaħtar punt fokali dwar id-diskriminazzjoni abbażi ta’ kasta, u meta jżur pajjiżi terzi mħassba dwar il-kwistjoni, jikkonsulta mal-organizzazzjonijiet rilevanti u jqajjem id-diskriminazzjoni abbażi ta’ kasta mal-awtoritajiet lokali u kontropartijiet oħra, kif ukoll jorganizza seduta ta’ smigħ annwali biex jirrieżamina l-azzjonijiet u l-progress tal-UE fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali dwar id-Diskriminazzjoni Razzjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal-libertà mit-tortura u minn trattament krudili, inuman jew degradanti</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jikkundanna kwalunkwe azzjoni jew tentattiv ta’ instigazzjoni, awtorizzazzjoni, sistematizzazzjoni jew kunsens jew qbil mat-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, għajbien sfurzat, detenzjonijiet arbitrarji u qtil ekstraġudizzjarju fi kwalunkwe ċirkostanza, inkluż l-infurzar tal-liġi; jistieden lill-pajjiżi kollha jadottaw u jimplimentaw miżuri effettivi b’approċċ orjentat lejn il-vittmi, biex jipprevjenu t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, filwaqt li jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont għall-awturi tar-reati; u jiddeplora l-fatt li l-użu tagħhom għadu mifrux f’ħafna pajjiżi; jinnota bi tħassib kbir it-tendenza ta’ żieda fil-każijiet ta’ tortura mad-dinja kollha u l-impunità mifruxa għal min iwettaq tali tortura; jistieden lill-pajjiżi kollha jirrieżaminaw b’mod sistematiku r-regoli tal-interrogazzjoni u l-protokolli ta’ kondotta rispettivi tagħhom għall-infurzar tal-liġi f’konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jiddeplora l-eżistenza ta’ priġunieri minħabba twemmin madwar id-dinja, u jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw il-ħelsien mingħajr kundizzjonijiet tagħhom; jistieden lis-SEAE u lill-Kummissjoni jappoġġjaw l-istabbiliment u l-funzjonament ta’ Mekkaniżmi Nazzjonali ta’ Prevenzjoni f’pajjiżi terzi, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili attivi f’dan il-qasam; jitlob li l-UE tidħol fi djalogu ma’ pajjiżi terzi biex it-titjib tal-kundizzjonijiet fil-ħabs isir kwistjoni ewlenija ta’ politika pubblika, b’mod partikolari billi tiġi indirizzata l-problema ta’ popolazzjoni eċċessiva fil-ħabs permezz tal-użu ta’ alternattivi għad-detenzjoni; jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-OSĊ u d-DDB fil-ġlieda kontra t-tortura u forom oħra ta’ trattament ħażin u jħeġġeġ lill-UE tappoġġjahom permezz tal-monitoraġġ tal-postijiet ta’ ċaħda tal-libertà f’konformità mal-linji gwida riveduti tal-UE dwar it-tortura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifakkar li bejn 500 u 700 tifel u tifla Palestinjani li l-iżgħar fosthom għandhom 12-il sena qed jiġu detenuti u huma s-soġġett ta’ proċeduri kriminali fis-sistema tal-qrati militari Iżraeljani; jinnota li xi wħud qed jinżammu mingħajr akkuża, filwaqt li oħrajn qed jiffaċċjaw akkużi bħal tfigħ tal-ġebel; jikkundanna bil-qawwa din il-priġunerija illegali u immorali mill-Istat Iżraeljan u jitlob il-ħelsien tat-tfal Palestinjani kollha mill-ħabsijiet Iżraeljani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jitlob li l-UE tinkoraġġixxi lill-pajjiżi terzi biex iġibu d-dispożizzjonijiet nazzjonali tagħhom dwar il-garanziji ġudizzjarji konformi mal-impenji internazzjonali tagħhom (eż. il-kriminalizzazzjoni tat-tortura f’konformità mal-UNCAT); jikkundanna l-forom kollha ta’ traffikar ta’ bnedmin u xogħol furzat, inklużi dawk sponsorjati mill-istati, u l-forom kollha ta’ skjavitù moderna; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu rwol ewlieni fil-qerda tagħhom u jinkludu, meta rilevanti, referenza speċifika f’dan ir-rigward fil-ftehimiet tal-UE ma’ pajjiżi terzi;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-parteċipazzjoni pubblika</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jinnota li d-dritt li wieħed jipparteċipa b’mod attiv u passiv f’elezzjonijiet ħielsa, trasparenti u ġusti mhuwiex rispettat f’reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali iżda wkoll aktar u aktar ostakli għat-tgawdija sħiħa ta’ tali drittijiet huma preżenti f’għadd ta’ pajjiżi demokratiċi; jenfasizza li dawn ir-reġimi jwettqu elezzjonijiet foloz bil-għan li jsaħħu s-setgħa tagħhom, peress li ma għandhomx kontestazzjoni politika reali, leġittimità u pluraliżmu; jitlob li jissaħħu l-isforzi biex tiġi garantita l-parteċipazzjoni pubblika tal-minoranzi, kif ukoll biex tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-proċessi elettorali; jenfasizza r-rwol tal-Missjonijiet ta’ Osservazzjoni Elettorali tal-Unjoni Ewropea fl-evalwazzjoni indipendenti u imparzjali tal-proċessi elettorali li jimmonitorjaw; jitlob li jkun hemm segwitu għall-adozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn il-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali f’pajjiżi terzi, u li dawn jiġu inklużi bħala element ewlieni fil-qafas tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-pajjiż terz inkwistjoni; jinnota li hemm xenarju dejjem aktar frekwenti ta’ pajjiżi li jirrifjutaw li jistiednu lill-UE tosserva l-elezzjonijiet tagħhom u jistieden lis-SEAE jindirizza s-sitwazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Drittijiet kulturali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jafferma l-universalità tad-drittijiet kulturali bħala forma ta’ drittijiet tal-bniedem li tippermetti lill-individwi kif ukoll lil gruppi ta’ persuni jiżviluppaw u jesprimu l-umanità u l-identità tagħhom; jappoġġja l-mandat tar-Rapporteur Speċjali tan-NU fil-qasam tad-drittijiet kulturali biex jagħti viżibbiltà akbar lid-drittijiet kulturali fis-sistema tad-drittijiet tal-bniedem u jrawwem fehim aħjar tal-gravità tal-ksur tagħhom, u tal-opportunità li dawn jitwettqu għal kulħadd, u jappella għat-tiġdid tal-mandat tar-Rapporteur Speċjali wara l-2024; jikkundanna bis-sħiħ il-qerda tal-wirt storiku, artistiku u kulturali fil-kunflitti, kif ukoll il-qerda sistematika u mmirata politikament jew ideoloġikament tal-wirt storiku, artistiku u kulturali u l-qerda tal-identitajiet u l-kulturi ta’ stati sovrani, popli jew minoranzi; jikkundanna t-tneħħija illegali u t-traffikar ta’ oġġetti kulturali; iħeġġeġ ir-ritorn ta’ xogħlijiet kulturali u artefatti fil-postijiet ta’ oriġini tagħhom; ifakkar li l-qerda tal-wirt kulturali tista’ tikkostitwixxi delitt tal-gwerra u ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u, f’dan il-kuntest, ifakkar fir-Responsabbiltà ta’ Protezzjoni tal-impenji meħuda mill-komunità internazzjonali, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tal-wirt kulturali matul u wara l-kunflitti armati;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tan-nisa, inklużi s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jisħaq li d-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri huma drittijiet tal-bniedem indispensabbli u indiviżibbli, kif ukoll bażi għall-istat tad-dritt u demokraziji reżiljenti; jiddeplora l-fatt li miljuni ta’ nisa u bniet għadhom jesperjenzaw diskriminazzjoni u vjolenza, speċjalment dawk l-aktar vulnerabbli fil-kuntest tal-kunflitti, ta’ wara l-kunflitti u tal-ispostament, b’mod partikolari n-nisa u l-bniet b’diżabilità, li jsofru diskriminazzjoni doppja u li n-nisa u l-bniet jiċċaħħdu mid-dinjità, l-awtonomija, inkluża l-awtonomija tal-ġisem, u anke l-ħajja tagħhom; jikkundanna r-rigressjoni kontinwa u li qed tiżdied kontra l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa, inklużi t-tentattivi kollha biex jitreġġgħu lura, b’mod partikolari fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati (SRHR), l-intitolamenti u l-protezzjonijiet eżistenti, kif ukoll il-leġiżlazzjoni, il-politiki u l-prattiki li jkomplu jiċħdu jew jirrestrinġu dawn id-drittijiet f’ħafna pajjiżi, li jistgħu jirrappreżentaw apartheid tal-ġeneru; jikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif ukoll l-isfruttament, u jesprimi tħassib dwar iż-żwiġijiet furzati u l-abbuż, il-vjolenza u l-qtil ibbażati fuq l-unur imwettqa fil-konfront tan-nisa u l-bniet; jitlob li l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-isħab tal-istess fehma l-isforzi tagħhom jiżguraw it-tgawdija sħiħa u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom; jilqa’ l-adeżjoni tal-UE mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul u jistieden lill-Istati Membri tal-UE li għadhom ma rratifikawhiex u ma implementawhiex biex jagħmlu dan malajr kemm jista’ jkun; jappoġġja r-rwol tal-Ambaxxatur tal-UE dwar il-Ġeneru u d-Diversità u l-impenn tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem f’dawn l-oqsma; jappella għal karta tal-UE tad-drittijiet tan-nisa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jirrikonoxxi li l-promozzjoni u l-protezzjoni tal-SRHR huma essenzjali biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jafferma d-dritt ta’ aċċess għal servizzi komprensivi tal-SRHR, inklużi l-kontraċezzjoni moderna, l-abort sikur u legali, il-kura tas-saħħa materna, ta’ qabel it-twelid u ta’ wara t-twelid, ir-riproduzzjoni assistita u l-aċċess għal edukazzjoni u informazzjoni dwar l-SRHR, inkluża edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, mingħajr ebda forma ta’ diskriminazzjoni, koerċizzjoni jew vjolenza; jitlob li l-UE, is-SEAE u l-Istati Membri jieħdu azzjoni robusta biex jipprijoritizzaw u jippromwovu s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati, inkluż l-aċċess għal abort sikur u legali, f’relazzjonijiet multilaterali u bilaterali f’konformità mad-dritt u l-istandards internazzjonali fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem u l-linji gwida tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jirrikonoxxi l-vulnerabbiltà komposta tan-nisa li jagħmlu parti minn minoranzi bħall-komunitajiet etniċi, reliġjużi jew ta’ twemmin, speċjalment f’postijiet fejn hemm preżenti gruppi radikalizzati u milizzji vjolenti; jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta’ vjolenza fil-forom kollha, inklużi l-vjolenza sesswali, il-ħtif, l-ispostament furzat, it-traffikar jew il-qtil ta’ nisa mwettqa minħabba raġunijiet ta’ etniċità, reliġjon jew twemmin, jew dawk motivati minn aġendi radikali u estremisti; jikkundanna bil-qawwa d-diskriminazzjoni u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-konfront tan-nisa b’identitajiet intersezzjonali, inklużi dawk li jagħmlu parti minn minoranzi etniċi; itenni l-appelli tiegħu lill-Istati Membri biex jadottaw u jimplimentaw strateġiji, politiki u programmi ħalli javvanzaw l-SRHR ta’ gruppi emarġinati ta’ nisa u jeqirdu l-ostakli sistemiċi, finanzjarji, legali, prattiċi u soċjali li jiffaċċjaw, u jiżguraw li s-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati jiġu protetti u rispettati kullimkien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu fir-rigward tal-prattika kummerċjali tal-maternità surrogata, fenomenu globali li jesponi lin-nisa mad-dinja kollha għall-isfruttament u għat-traffikar tal-bnedmin filwaqt li b’mod partikolari huwa dirett lejn nisa finanzjarjament u soċjalment vulnerabbli; jenfasizza l-impatt serju tagħha fuq in-nisa, id-drittijiet tan-nisa, u s-saħħa tan-nisa, u jissottolinja l-implikazzjonijiet transfruntiera tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Jitlob li l-UE, fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Ġeneru III, fl-elaborazzjoni tal-istrateġija lokali tal-UE kontra d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneru u fil-ħidma settorjali rilevanti, tindirizza l-intersezzjonalità billi tiżviluppa politika għall-ġlieda kontra l-forom multipli ta’ diskriminazzjoni ffaċċjati mill-miljuni ta’ nisa u bniet li huma vittmi ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-abbuż u l-vjolenza sesswali, l-ispostament, ix-xogħol furzat u/jew li jsir biex jitħallas id-dejn, il-prostituzzjoni u t-traffikar, u inklużi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-għoti tas-setgħa lin-nisa u l-bniet fl-aspetti kollha tar-relazzjonijiet esterni u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp, jiġifieri l-adozzjoni ta’ politika barranija, tal-iżvilupp u tad-difiża femminista tal-UE, f’konformità mal-impenji globali tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jappella għal sforzi aktar koordinati biex jiġi eliminat l-użu tal-vjolenza sesswali bħala arma tal-gwerra u tiġi miġġielda l-impunità għal dawk li jkunu wettqu tali vjolenza; jistieden lill-Kummissjoni tkompli bl-isforzi tagħha biex teqred bis-sħiħ il-prattika tal-mutilazzjoni ġenitali femminili, l-isterilizzazzjoni tal-massa u l-abort furzat madwar id-dinja;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Drittijiet tal-minoranzi</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Ifakkar li l-biċċa l-kbira tal-ixpruni tal-kunflitti vjolenti madwar id-dinja jinvolvu l-ilmenti tal-minoranzi dwar l-esklużjoni, id-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi marbuta mal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-minoranzi, kif osservat mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar kwistjonijiet tal-minoranzi; Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu integrati l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi u l-iżvilupp ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni fil-livell tan-Nazzjonijiet Uniti; ifakkar fl-obbligi tal-istati li jipproteġu d-drittijiet tal-minoranzi nazzjonali, etniċi, kulturali, reliġjużi jew lingwistiċi tagħhom fit-territorji rispettivi tagħhom; jiddeplora l-każijiet madwar id-dinja, minkejja l-obbligi u l-impenji internazzjonali biex jiġu protetti l-minoranzi, ta’ politiki ta’ assimilazzjoni furzata tal-minoranzi nazzjonali, etniċi u lingwistiċi billi jiġu injorati d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem tagħhom; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jipprovdu appoġġ attiv lill-pajjiżi terzi biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali tal-bniedem tal-minoranzi nazzjonali, etniċi u lingwistiċi fl-oqsma kollha; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-protezzjoni tad-drittijiet tal-minoranzi, inkluż bħala prijorità fl-ambitu tal-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija tal-Istrument tal-UE ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) – Ewropa Globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jenfasizza d-dimensjoni esterna tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra r-Razziżmu, u jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jikkollaboraw ma’ sħab f’pajjiżi terzi biex jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ strateġiji u politiki simili, fi djalogu mar-rappreżentant tal-OSĊ u tal-membri ta’ komunitajiet emarġinati u vulnerabbli, abbażi tal-approċċ deskritt fl-għodda ta’ gwida dwar id-diskriminazzjoni bbażata fuq id-dixxendenza tal-Uffiċċju tan-NU tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), u li għandha tkopri l-firxa ta’ azzjonijiet possibbli tal-UE bħall-promozzjoni ta’ bidliet leġiżlattivi u l-implimentazzjoni, pjanijiet ta’ viżibbiltà u programmi ta’ appoġġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-migranti u r-refuġjati </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jikkundanna l-erożjoni tad-drittijiet tal-bniedem u s-sikurezza tal-migranti, ir-refuġjati u l-persuni spostati bil-forza; jafferma mill-ġdid id-drittijiet tal-bniedem inaljenabbli tagħhom u jfakkar fl-obbligu tal-istati li jipproteġuhom f’konformità mal-liġi internazzjonali pertinenti; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jsostnu b’mod effettiv dawn id-drittijiet fil-politika tal-UE dwar il-migrazzjoni u l-ażil u l-kooperazzjoni tagħha mal-pajjiżi sħab f’dan ir-rigward; jiddeplora t-tendenza dejjem akbar ta’ ksenofobija, razziżmu u diskriminazzjoni fil-konfront tal-migranti; jisħaq li r-rifuġjati u l-migranti, speċjalment dawk li mhumiex dokumentati, jiffaċċjaw forom differenti ta’ vjolenza, inkluż matul l-ispostamenti, bħall-vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, kif ukoll ħafna ostakli, bħall-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni deċenti u servizzi bażiċi oħra; jinsab imħasseb ħafna dwar l-għadd mingħajr preċedent ta’ persuni spostati b’mod furzat bħala riżultat ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, li rdoppja f’dawn l-aħħar 10 snin; jilqa’ l-attivazzjoni tad-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).</FIELD></FOOTNOTE> u jitlob li tintuża meta jkun meħtieġ; jappella għat-tisħiħ tal-isforzi fil-protezzjoni tad-dritt tal-migranti u li jiġi ggarantit l-aċċess tagħhom għas-servizzi bażiċi kollha, inkluż waqt li jkunu fi tranżitu, u li jiġi rrispettat il-prinċipju ta’ non-refoulement; jappella tat-tmiem minnufih tal-prattika illegali tal-pushbacks; jitlob li jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-prinċipji ta’ solidarjetà u responsabbiltà kondiviża fost l-Istati Membri meta jindirizzaw il-flussi migratorji, inkluż sabiex jittaffew l-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri tal-ewwel wasla; jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-Pjan Direzzjonali tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil; iħeġġeġ lill-koleġiżlaturi jirduppjaw l-isforzi tagħhom biex ilestu r-riforma tal-qafas leġiżlattiv dwar l-ażil u l-migrazzjoni qabel tmiem il-leġiżlatura attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jinsisti li l-ftehimiet kollha tal-UE u tal-Istati Membri dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u r-riammissjoni ma’ stati terzi jikkonformaw strettament mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, ir-rifuġjati u dak marittimu, b’mod partikolari mal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw mekkaniżmi ta’ prevalutazzjoni kif ukoll ta’ monitoraġġ biex jevalwaw l-impatt tal-kooperazzjoni fuq id-drittijiet tal-bniedem fejn tidħol il-migrazzjoni ma’ pajjiżi terzi, u jikkondividu r-riżultati mal-Parlament; jinsab imħasseb ħafna dwar il-prattika li jiġu konklużi arranġamenti informali ma’ pajjiżi terzi fir-rigward tal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, li fuqhom il-Parlament ma għandu l-ebda sorveljanza; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-trasparenza u jippermettu skrutinju parlamentari u sorveljanza demokratika, b’mod partikolari fir-rigward tal-kooperazzjoni ma’ partijiet magħrufa li wettqu ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jinsisti li d-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ li jiġu integrati u mmonitorjati fl-attivitajiet kollha mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EASO);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw trasparenza sħiħa dwar il-finanzjament tal-UE relatat mal-migrazzjoni lejn pajjiżi terzi u jiggarantixxu li dan ma jiffaċilitax direttament jew indirettament it-twettiq ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew l-impunità għal tali ksur; jitlob li l-operazzjonijiet umanitarji ffinanzjati mill-UE jqisu l-ħtiġijiet speċifiċi tat-tfal u ta’ gruppi vulnerabbli oħra, u jiżguraw il-protezzjoni tagħhom waqt li jkunu spostati; jikkundanna, f’dan il-kuntest, it-tqegħid ta’ tfal migranti fiċ-ċentri ta’ detenzjoni, speċjalment meta jkunu separati mill-ġenituri jew il-kustodji legali tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa n-networks ta’ kuntrabandu involuti fil-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u t-traffikar tal-bnedmin u jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jsaħħu l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra dawn in-networks u jipprevjenu l-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti, inkluż billi jikkollaboraw ma’ pajjiżi terzi, f’konformità mal-istandards Ewropej u internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jisħaq li minħabba n-nuqqas ta’ rotot migratorji sikuri u legali, in-networks tal-kuntrabandu jagħmlu profitt u huma responsabbli għat-telf traġiku ta’ ħajjiet umani tul ir-rotot migratorji; jisħaq li t-tixrid ta’ informazzjoni u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji tal-kuntrabandu huma kruċjali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Drittijiet ta’ popli indiġeni</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jinnota b’dispjaċir li l-popli indiġeni għadhom jiffaċċjaw diskriminazzjoni u persekuzzjoni mifruxa u sistematiċi madwar id-dinja, inklużi spostamenti furzati; jikkundanna l-arresti arbitrarji u l-qtil tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-art li jiddefendu d-drittijiet tal-popli indiġeni; jisħaq li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni u l-prattiki tradizzjonali tagħhom huma fundamentali għall-ksib ta’ żvilupp sostenibbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-konservazzjoni tal-bijodiversità; iħeġġeġ lill-gvernijiet isegwu politiki ta’ żvilupp u ambjentali li jirrispettaw id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali, u li jkunu jinkludu popli indiġeni u popolazzjonijiet lokali, f’konformità mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU; itenni l-appell tiegħu lill-UE, lill-Istati Membri tagħha u lis-sħab tagħhom fil-komunità internazzjonali biex jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa għar-rikonoxximent, il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-popli indiġeni, inkluż fir-rigward tal-lingwi, tal-artijiet, tat-territorji u tar-riżorsi tagħhom, kif stabbilit fid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Popli Indiġeni, b’mod partikolari fir-rigward tal-kunsens liberu, minn qabel u infurmat; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jiżguraw l-involviment <STRING ITALIC="on">in bona fide</STRING> u r-rispett għad-drittijiet imsemmija hawn fuq permezz ta’ strumenti kummerċjali tal-UE u l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE li tapplika għall-kumpaniji bbażati fl-UE; iħeġġeġ ir-ratifika tal-Konvenzjoni Nru 169 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Popli Indiġeni u Tribali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jistieden lill-Istati kollha, inklużi l-Istati Membri tal-UE, jiżguraw li l-popli indiġeni u l-komunitajiet lokali jiġu inklużi fid-deliberazzjonijiet u fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tad-diplomazija internazzjonali dwar il-klima; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi d-djalogu u l-kollaborazzjoni bejn il-popli indiġeni u l-UE;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-bniedem, in-negozju u l-kummerċ</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol tal-kummerċ bħala strument ewlieni għall-promozzjoni u t-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab tal-UE, inkluż permezz tal-Iskema Ġeneralizzata ta’ Preferenzi Plus (SĠP+); jinnota, madankollu, li ftit li xejn kien hemm titjib f’xi wħud mill-pajjiżi kkonċernati; jiddeplora l-effetti detrimentali ta’ attivitajiet kummerċjali eċċessivi u ta’ sfruttament fuq id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u jikkundanna dawk il-korporazzjonijiet li jisfruttaw b’mod illegali r-riżorsi naturali, b’impatt negattiv fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem fil-komunitajiet lokali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jitlob li l-UE tiżgura strumenti Ewropej u internazzjonali komplementari u ambizzjużi li jistabbilixxu dispożizzjonijiet robusti u sostantivi, inkluż dwar l-aċċess għall-ġustizzja u rimedju effettiv għall-persuni affettwati; jitlob, f’dan ir-rigward, ftehim finali rapidu u ambizzjuż dwar id-direttiva dwar id-diliġenza dovuta fir-rigward tas-sostenibbiltà korporattiva b’regoli vinkolanti tal-UE dwar imġiba korporattiva responsabbli fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u dawk ambjentali u finalizzazzjoni f’waqtha tal-projbizzjoni tal-prodotti tax-xogħol furzat biex jiġi żgurat li l-prodotti magħmulin b’xogħol furzat ikunu pprojbiti fis-suq tal-Unjoni; jissottolinja li l-involviment sinifikattiv tal-partijiet ikkonċernati li jinkludi l-vittmi, ir-rappreżentanti tal-vittmi, it-trade unions tal-ħaddiema u partijiet ikkonċernati oħra huwa komponent ġenerali u kontinwu tal-proċess ta’ diliġenza dovuta kif ukoll pass fundamentali biex jiġi identifikat, indirizzat u rimedjat ix-xogħol furzat; jisħaq fuq l-importanza tar-rimedju u l-aċċess għal miżuri tal-ġustizzja li huma konformi mal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, inklużi miżuri finanzjarji u mhux finanzjarji f’konsultazzjoni mal-vittmi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex tikseb mandat ambizzjuż għall-UE biex tinvolvi ruħha fin-negozjati li għaddejjin dwar l-istrument legalment vinkolanti tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem mill-aktar fis possibbli; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jippromwovu r-responsabbiltà soċjali korporattiva u l-obbligu ta’ rendikont korporattiv u l-prinċipji fid-djalogu tagħhom ma’ pajjiżi terzi, u fl-appoġġ tagħhom biex jiżviluppaw il-pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali tagħhom stess;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Ifakkar fir-responsabbiltà tan-negozji li jiżguraw li l-operazzjonijiet u l-ktajjen tal-provvista tagħhom ma jkunux implikati fl-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż kontra d-difensuri tad-drittijiet ambjentali, indiġeni u tax-xogħol; jisħaq fuq l-obbligi u r-responsabbiltajiet essenzjali tal-istati u ta’ atturi oħra bħall-korporazzjonijiet u l-intrapriżi, biex jittaffew l-effetti tat-tibdil fil-klima, jiġi pprevenut l-impatt negattiv tagħhom fuq id-drittijiet tal-bniedem u jiġu promossi politiki xierqa f’konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Ifakkar li d-dritt għax-xogħol huwa minqux fl-Artikolu 23 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, u jenfasizza, f’dan ir-rigward, li l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) jipprovdu aktar minn żewġ terzi tal-impjiegi madwar id-dinja u jistgħu jappoġġjaw l-avvanz tad-drittijiet soċjali u ekonomiċi; itenni, f’dan il-kuntest, l-importanza li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi adegwati għall-SMEs;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jissottolinja li l-libertà ta’ intrapriża hija dritt minqux fl-Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jmexxu d-diskussjoni fil-livell tan-NU u fora multilaterali oħra għall-istabbiliment tar-rikonoxximent tad-dritt tal-bniedem li wieħed imexxi negozju fil-livell globali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jiddeplora l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-diskriminazzjoni, l-istigmatizzazzjoni, is-segregazzjoni, il-persekuzzjoni, il-vjolenza u l-qtil fil-konfront ta’ persuni leżbjani, gay, bisesswali, trans, mhux binarji, intersesswali u queer (LGBTIQ +) madwar id-dinja, kif ukoll lid-difensuri tad-drittijiet tagħhom; jirrikonoxxi l-importanza ta’ edukazzjoni inklużiva biex tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni mill-istadji bikrija tagħha; jinsab estremament imħasseb dwar it-tixrid ta’ narrattivi u leġiżlazzjoni kontra l-LGBTIQ+, immirati lejn persuni LGBTIQ+ u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-pajjiżi terzi jadottaw politiki speċifiċi li jipproteġu lill-persuni LGBTIQ+ u jagħtuhom l-għodod biex jirrapportaw b’mod sikur ksur tad-drittijiet tagħhom; jistieden lill-pajjiżi terzi jneħħu d-dispożizzjonijiet tal-liġi li direttament jew indirettament jissarrfu f’diskriminazzjoni, fastidju u persekuzzjoni tal-persuni LGTBIQ+; itenni l-appelli tiegħu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Istrateġija dwar l-Ugwaljanza tal-LGBTIQ 2020–2025 bħala l-għodda tal-UE għat-titjib tas-sitwazzjoni tal-persuni LGBTIQ+ madwar id-dinja; jesprimi tħassib partikolari dwar il-persuni LGBTIQ+ li jgħixu taħt reġimi mhux demokratiċi, u jappella għal mekkaniżmi flessibbli biex jipproteġuhom kif ukoll id-difensuri tad-drittijiet tagħhom; jitlob li l-UE u l-Istati Membri japplikaw bir-reqqa u b’mod konsistenti l-linji gwida tal-UE biex jippromwovu u jipproteġu t-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni LGBTIQ fil-politika esterna kollha tagħha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tat-tfal</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa t-tnaqqis fir-rispett tad-drittijiet tat-tfal u l-ksur dejjem akbar ta’ dawn id-drittijiet, inkluż permezz tal-vjolenza, iż-żwieġ bikri u furzat, l-abbuż u l-isfruttament sesswali, il-mutilazzjoni ġenitali, it-traffikar, it-tħaddim tat-tfal, inkluż it-tħaddim furzat tat-tfal, ir-reklutaġġ ta’ suldati tfal, inkluż minn gruppi kriminali, in-nuqqas ta’ aċċess għall-edukazzjoni inkluż id-dritt li jitgħallmu dwar il-kultura, it-tradizzjonijiet u l-lingwi tagħhom stess u l-kura tas-saħħa, il-malnutrizzjoni, is-segregazzjoni u l-faqar estrem; jikkundanna l-ħtif, is-separazzjoni furzata jew id-deportazzjoni, l-adozzjoni u l-assimilazzjoni furzata tat-tfal, inkluż tal-minoranzi etniċi, speċjalment f’każijiet ta’ gwerra u kunflitt; jenfasizza l-għadd kbir ta’ tfal madwar id-dinja mġiegħla jaħdmu, normalment f’kundizzjonijiet perikolużi; itenni l-appell tiegħu għal approċċ sistematiku u konsistenti għall-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet tat-tfal permezz tal-politiki kollha tal-UE; jappella għall-inklużjoni ta’ approċċ speċifiku dwar id-drittijiet tat-tfal fil-proċessi tal-ġustizzja li jtejjeb l-aċċess tat-tfal għall-ġustizzja u rimedji effettivi, u jiżgura l-obbligu ta’ rendikont tal-awturi tar-reati; jisħaq fuq il-ħtieġa li jinħolqu modi sostenibbli għar-riintegrazzjoni u r-reparazzjonijiet għat-tfal li d-drittijiet tagħhom inkisru f’kunflitti madwar id-dinja; iħeġġeġ ir-ratifika sħiħa u universali tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal bħala kwistjoni ta’ urġenza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jenfasizza r-rwol tal-edukazzjoni fl-iżvilupp tat-tfal u ż-żgħażagħ madwar id-dinja; jisħaq li l-aċċess għal edukazzjoni universali, inklużiva u ta’ kwalità huwa dritt tal-bniedem li għandu jinkludi s-sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem tagħhom, kif ukoll dwar x’jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tagħhom u kif jirrapportawh; jinnota li skont l-Artikolu 26 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-ġenituri għandhom dritt minn qabel li jagħżlu t-tip ta’ edukazzjoni li trid tingħata lil uliedhom; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li d-dritt għall-edukazzjoni jiġi rispettat madwar id-dinja kollha, inkluż fil-kampijiet u ċ-ċentri tar-rifuġjati; jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jżommu finanzjament b’saħħtu għall-edukazzjoni permezz tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni u jappoġġjaw lill-pajjiżi terzi fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ sistemi edukattivi ta’ kwalità; jisħaq li l-materjal edukattiv u skolastiku kollu jrid jikkonforma mal-istandards tal-UNESCO dwar l-edukazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-persuni b’diżabilità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-isfidi għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet tal-persuni b’diżabilità, bħall-aċċess għal edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità, il-kura tas-saħħa u l-impjiegi, u l-parteċipazzjoni fil-ħajja politika; itenni l-appelli tiegħu lill-UE biex tassisti globalment fl-iżvilupp ta’ politiki b’appoġġ għal dawk li jieħdu ħsieb persuni b’diżabilità; jistieden lill-partijiet ikkonċernati kollha jqajmu kuxjenza soċjali u jiġġieldu l-imġiba diskriminatorja fil-konfront tal-persuni b’diżabilità; itenni l-appelli tiegħu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iżidu l-isforzi tagħhom ħalli jippromwovu drittijiet ugwali għall-persuni b’diżabilità permezz tal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż fir-rigward tal-pajjiżi kandidati, f’konformità mal-obbligi eżistenti bħala Stati Parti għall-UN CRPD; jissottolinja l-ħtieġa li jiġi żgurat djalogu sistematiku u strutturat mal-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b’diżabilità fil-pajjiżi sħab u li jiġu implimentati politiki li jiggarantixxu t-tgawdija sħiħa tad-dritt tal-bniedem tagħhom li jipparteċipaw b’mod ugwali fis-soċjetà, inkluż fl-eżerċizzju tad-dritt tagħhom li jivvutaw, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet u l-perspettivi speċifiċi tagħhom; itenni l-appelli tiegħu lill-UE biex tassisti lill-pajjiżi sħab fl-iżvilupp ta’ politiki b’appoġġ għal persuni li jindukraw ta’ kwalità għolja, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għall-persuni b’diżabilità; jappella għal adozzjoni malajr tal-proposta għal direttiva tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-anzjani</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jiżviluppaw toroq ġodda biex isaħħu d-drittijiet tal-anzjani filwaqt li jqisu l-isfidi multipli li jiffaċċjaw, bħad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età, il-faqar, il-vjolenza, in-nuqqas ta’ protezzjoni soċjali, is-solitudni u l-esklużjoni diġitali, fost l-oħrajn; jistieden lill-pajjiżi terzi jadottaw politiki li jiffaċilitaw l-aċċess għal kura tas-saħħa, servizzi soċjali u legali ta’ kwalità, aċċessibbli u bi prezz raġonevoli għall-anzjani, b’attenzjoni speċjali għall-ġlieda kontra r-riskju tal-faqar b’mod partikolari għan-nisa akbar fl-età, minħabba d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom; jisħaq li għandha tkun garantita l-parteċipazzjoni tagħhom fl-affarijiet pubbliċi b’mod awtonomu u li dawn għandhom ikunu jistgħu jgawdu bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali tagħhom b’dinjità;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għall-ikel, l-ilma u s-sanità</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Ifakkar li d-dritt għall-ikel, l-ilma tax-xorb sikur u s-sanità, inkluż l-aċċess fiżiku u ekonomiku għal ikel, ilma u sistemi iġjeniċi sikuri u adegwati, huwa dritt tal-bniedem rikonoxxut fuq livell internazzjonali; jinsab imħasseb ħafna dwar l-isfidi għad-dritt għall-ikel madwar id-dinja, speċjalment f’sitwazzjonijiet ta’ gwerra u kunflitti, kif ukoll diżastri naturali u kundizzjonijiet estremi tat-temp minħabba t-tibdil fil-klima; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jippromwovu linji gwida obbligatorji dwar id-dritt għall-ikel fis-sistema tan-NU; jappella għall-adozzjoni ta’ politiki pubbliċi biex jiġi miġġieled il-ġuħ, speċjalment fost it-tfal, inkluż billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali biex ikun hemm rispons għall-insigurtà globali tal-ikel u tingħata għajnuna urġenti lill-popolazzjonijiet f’riskju ta’ karestija u malnutrizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jitlob li l-UE, l-Istati Membri tagħha u l-komunità internazzjonali jżidu minnufih l-isforzi tagħhom biex iwaqqfu x-xejra ta’ nuqqas serju ta’ ikel emerġenti; jissottolinja li s-sigurtà tal-ikel ġiet aggravata minn ħafna kunflitti li seħħew madwar id-dinja, inklużi l-kunflitti attwali f’pajjiżi li huma esportaturi globali kbar ta’ prodotti tal-ikel primarji, b’mod partikolari ċ-ċereali, b’konsegwenzi tremendi f’diversi żoni tad-dinja; jikkundanna bil-qawwa l-użu jew it-theddida tal-insigurtà tal-ikel bħala strument politiku tal-gwerra, kif ukoll l-effetti negattivi tal-ispekulazzjoni bil-prezz tal-ikel; jappella, b’mod partikolari, għal waqfien mill-ġlied immedjat u permanenti fl-Istrixxa ta’ Gaża sabiex l-abitanti kollha tagħha jkollhom aċċess mingħajr interruzzjoni għall-ikel u l-ilma;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-dritt għal ambjent nadif, san u sostenibbli</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jenfasizza li l-kriżi klimatika u l-impatt tagħha fuq l-ambjent u l-bijodiversità għandhom effetti diretti fuq it-tgawdija effettiva tad-drittijiet tal-bniedem kollha u li dawn il-kwistjonijiet huma interkonnessi u interdipendenti; jappella għall-adozzjoni malajr ta’ politiki biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali u jissaħħaħ il-bini tal-kapaċitajiet f’dan ir-rigward, kif stabbilit fir-Riżoluzzjoni 76/300 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jirrikonoxxi l-ħidma ta’ importanza kritika tal-OSĊ, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ambjentali u l-attivisti indiġeni għall-preżervazzjoni u l-protezzjoni tal-ambjent u l-bijodiversità; jiddeplora r-riskju u jikkundanna l-forom kollha ta’ vjolenza li jiffaċċjaw id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fil-qasam ambjentali u jitlob li tiġi garantita l-protezzjoni effettiva tagħhom; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi indirizzat b’mod effettiv l-ispostament ta’ persuni kkawżat mill-qerda tal-ambjent u t-tibdil fil-klima, li jżid ir-riskju ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem u vulnerabbiltajiet għal forom differenti ta’ sfruttament; jitlob li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jappoġġjaw mekkaniżmi reġjonali bħar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-difensuri tal-ambjent u l-Ftehim ta’ Escazú<FOOTNOTE><FIELD> Il-Ftehim Reġjonali dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni Pubblika u l-Ġustizzja fl-Amerka Latina u l-Karibew tal-4 ta’ Marzu 2018.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE, lin-NU u lill-mekkaniżmi reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem jassumu rwol akbar fil-protezzjoni tal-ekosistemi globali u tad-difensuri ambjentali, b’mod partikolari fejn it-tibdil fil-klima għandu impatt serju fuq il-komunitajiet indiġeni u lokali; jitlob li l-UE tippromwovi inizjattiva fil-livell tan-NU għall-osservaturi internazzjonali biex jimmonitorjaw ħsara jew kriżijiet ambjentali serji, jew sitwazzjonijiet fejn id-difensuri tad-drittijiet ambjentali jkunu l-aktar f’riskju, u tikkollabora mal-awtoritajiet u tassisti fl-istabbiliment ta’ kundizzjonijiet protettivi għal dawn id-difensuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jippromwovu r-rikonoxximent tal-ekoċidju bħala reat internazzjonali skont l-Istatut ta’ Ruma tal-QKI;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Ifakkar li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa trid tkun ġusta u tirrispetta d-drittijiet fundamentali ta’ kulħadd; jenfasizza li t-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki u proġetti ta’ tranżizzjoni tal-enerġija għandhom jitwettqu b’mod li ma jaggravax il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u jagħmel ħsara lill-ambjent;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-drittijiet tal-bniedem u t-teknoloġiji diġitali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jinsab imħasseb bit-theddida li l-intelliġenza artifiċjali (IA) tista’ toħloq għad-demokraziji u d-drittijiet tal-bniedem, speċjalment jekk ma tkunx regolata kif xieraq; jilqa’ l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2023 biex jissaħħu r-rwol u t-tmexxija tal-UE fil-governanza diġitali globali, b’mod partikolari l-pożizzjoni tagħha bħala dik li tifforma l-ktib tar-regoli diġitali globali, u f’dan is-sens jilqa’ l-proposta għal regolament li jarmonizza r-regoli dwar l-IA li jeħtieġ li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem, b’mod partikolari d-dritt għall-ħajja privata u għan-nondiskriminazzjoni, u l-vantaġġi li l-IA tista’ toffri għall-benesseri tal-bniedem; jenfasizza li teknoloġiji ġodda u emerġenti bħal software ta’ spjunaġġ jeħtieġu sorveljanza urġenti, trasparenza robusta u salvagwardji xierqa; jisħaq fuq l-importanza ta’ approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fir-rigward ta’ dawn it-teknoloġiji; jikkundanna l-użu ta’ teknoloġiji ġodda u emerġenti bħala strumenti koerċittivi sabiex jiżdiedu l-fastidju, l-intimidazzjoni u l-persekuzzjoni tad-DDB, l-attivisti, il-ġurnalisti, l-avukati u l-minoranzi; jieħu l-pożizzjoni soda li l-esportazzjoni ta’ software ta’ spjunaġġ mill-Unjoni lejn pajjiżi terzi fejn tali għodod jintużaw kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u kritiċi tal-gvern, hija ksur serju tad-drittijiet fundamentali minquxa fil-Karta u ksur serju tar-regoli tal-Unjoni dwar l-esportazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jiddeplora l-prattiki minn reġimi awtoritarji u totalitarji li jillimitaw l-aċċess taċ-ċittadini għall-internet, inkluż qtugħ tal-internet matul assemblej pubbliċi u protesti, fost l-oħrajn; jinsisti fuq l-importanza ta’ ċiberspazju miftuħ, liberu, stabbli u sigur, li jirrispetta l-valuri fundamentali tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; jisħaq fuq l-importanza li d-Diplomazija Diġitali tal-UE tavvanza approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem għat-teknoloġiji diġitali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jinsab imħasseb dwar l-użu ta’ attakki ċibernetiċi, meqjusa bħala theddid ibridu, li spiss jintużaw kontra servizzi u infrastruttura kritiċi għall-popolazzjoni ċivili; jesprimi tħassib dwar iż-żieda ta’ dan il-fenomenu, peress li jista’ jwassal ukoll għal ksur tad-drittijiet diġitali tan-nies u jaggrava l-vjolenza fil-ħajja reali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jippromwovu l-adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni dwar id-diżinformazzjoni u d-diskors ta’ mibegħda f’pajjiżi terzi, jipprojbixxu u jikkastigaw b’mod espliċitu d-diskors li jinċita d-diskriminazzjoni, il-mibegħda jew il-vjolenza abbażi tar-razza, l-etniċità, in-nazzjonalità, il-klassi soċjali, id-diżabilità, il-kasta, ir-reliġjon, it-twemmin, l-età, l-orjentazzjoni sesswali u s-sess jew l-identità tal-ġeneru, u jagħmlu pressjoni fuq il-korporazzjonijiet tat-teknoloġija u l-pjattaformi tal-media soċjali biex irawmu ambjent online sensittiv għad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">It-tisħiħ tal-għodda tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja</STRING></STRING></ACTINIT><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Josserva li l-implimentazzjoni sa issa tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija mill-UE u l-Istati Membri tagħha, għalkemm sostanzjali, għadha lura u għadha diffiċli biex tiġi vvalutata fin-nuqqas ta’ objettivi tanġibbli u marbuta biż-żmien; jinnota l-osservazzjoni fir-rieżami ta’ nofs it-terminu tal-pjan ta’ azzjoni dwar l-isfidi mingħajr preċedent li esperjenzat id-dinja mill-adozzjoni tiegħu, u r-rigress ġenerali fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’dawn l-aħħar snin, iżda jissottolinja li dan għandu jwassal għat-tisħiħ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni għall-perjodu li fadal tiegħu, bil-ħsieb li jiġu massimizzati s-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-livelli lokali, nazzjonali u globali; jilqa’ l-valutazzjoni tal-azzjoni tal-UE dwar id-DDB fil-qafas tar-reviżjoni; jitlob li l-pjan ta’ azzjoni tal-UE li jmiss jintegra d-difiża u l-promozzjoni tal-universalità tad-drittijiet tal-bniedem fil-pilastri tiegħu, b’attenzjoni speċjali għan-narrattivi u l-għodod użati minn reġimi awtoritarji u illiberali fl-attakki tagħhom f’dan ir-rigward; jenfasizza l-ħtieġa li jitnaqqas id-distakk bejn il-viżjoni strateġika u l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni u d-dimensjoni operattiva tiegħu; jisħaq fuq l-importanza li l-Istati Membri jieħdu s-sjieda tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u jirrapportaw pubblikament dwar l-azzjoni tagħhom skont dan id-dokument strateġiku; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali, lill-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali jikkollaboraw mal-awtoritajiet tagħhom fil-livell tal-Istati Membri dwar il-kontribut tagħhom għat-tmexxija tal-politika esterna tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għad-Drittijiet tal-Bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Jappoġġja bis-sħiħ il-ħidma tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem fil-kontribut għall-viżibbiltà u l-koerenza tal-azzjonijiet tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tal-UE; jistieden lis-SEAE jsaħħaħ ir-rwol tiegħu u jżid il-viżibbiltà tiegħu fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem meta jikkollabora ma’ pajjiżi terzi u sħab tal-istess fehma u jiggwida l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jappella għal obbligu ta’ rendikont, trasparenza u viżibbiltà akbar tal-ħidma tal-mandat, inkluż permezz ta’ rappurtar pubbliku dwar iż-żjarat fil-pajjiżi, il-programm ta’ ħidma u l-prijoritajiet; iqis li l-ambitu tal-mandat jiġġustifika l-ħatra ta’ detentur tal-mandat full-time; jinsisti li l-ħatra tar-RSUE li jmiss tiġi kkonfermata biss wara evalwazzjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament u s-Sottokumitat tiegħu għad-Drittijiet tal-Bniedem u li r-RSUE jirrapporta lura lill-Parlament b’mod regolari;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-Istrument ta’ Viċinat, ta’ Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali – Ewropa Globali u l-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Ifakkar fir-rwol fundamentali li għandu l-NDICI – Ewropa Globali, inkluż il-programm tematiku tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, bħala strument ewlieni tal-UE fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja; itenni l-appelli tiegħu biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, lill-attivisti favur id-demokrazija u lill-organizzazzjonijiet tal-media, inkluż permezz tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija, li għandu jiżdied fid-dawl tax-xejriet globali rigressivi attwali; jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm kollaborazzjoni mas-soċjetà ċivili u ma’ sħab lokali oħra fl-attivitajiet esterni rilevanti kollha tal-UE; itenni l-importanza li jiġi ssimplifikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem fl-istrumenti ta’ azzjoni esterna tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għal trasparenza akbar fir-rigward tad-dispożizzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet ta’ finanzjament fl-ambitu tal-NDICI u kjarifika tal-mekkaniżmu u l-kriterji għas-sospensjoni ta’ tali ftehimiet fil-każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, tal-prinċipji demokratiċi u tal-istat tad-dritt; jenfasizza li l-UE għandha strettament toqgħod lura milli tipprovdi appoġġ baġitarju bħala mezz biex tipprovdi assistenza lil reġimi li jonqsu sew milli jissodisfaw l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jisħaq li l-appoġġ f’każijiet bħal dawn għandu, minflok, jingħata permezz tas-soċjetà ċivili; jitlob lill-UE tagħti attenzjoni partikolari biex tivvaluta u tipprevjeni kwalunkwe ksur marbut mal-politiki, il-proġetti u l-finanzjament tal-Unjoni stess f’pajjiżi terzi, inkluż bil-ħolqien ta’ mekkaniżmu tal-ilmenti għal individwi jew gruppi li d-drittijiet tagħhom setgħu nkisru mill-attivitajiet tal-UE f’dawn il-pajjiżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Ifakkar li l-UE ddikjarat l-impenn tagħha li tappoġġja t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura f’familja u bbażata fil-komunità fl-azzjoni esterna tagħha fl-NDICI; iħeġġeġ, għalhekk, lill-istituzzjonijiet tal-UE jeskludu l-finanzjament tal-istituzzjonijiet, inkluż għar-rinnovazzjoni, il-bini jew ir-rinnovazzjoni, jekk dan ma jkunx parti minn proċess ta’ deistituzzjonalizzazzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-ftehimiet internazzjonali tal-UE</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jisħaq li l-klawżoli dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom japplikaw b’mod koerenti għall-ftehimiet internazzjonali kollha tal-UE ma’ pajjiżi terzi, inklużi ftehimiet settorjali u ta’ investiment, u li dawn għandhom jiġu mmonitorjati mill-qrib u appoġġjati minn sett ċar ta’ punti ta’ riferiment u proċeduri li għandhom jiġu segwiti f’każ ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, u jipprovdu bażi għall-kollaborazzjoni ma’ pajjiż terz dwar id-drittijiet tal-bniedem b’mod prattiku u flessibbli; jinnota li sal-2014 l-UE attivat formalment il-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem f’għoxrin okkażjoni u minn dakinhar adottat biss “miżuri xierqa” fl-ambitu ta’ dawn il-klawżoli f’okkażjoni waħda biss; itenni li fid-dawl ta’ ksur serju u persistenti tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem mill-pajjiżi sħab tagħha, l-UE għandha tirreaġixxi malajr u b’mod deċiżiv, u bħala kors aħħari ta’ azzjoni, billi tissospendi l-ftehimiet rilevanti jekk għażliet oħra jirriżultaw bħala ineffettivi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jappella għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman tal-UE dwar il-ħolqien ta’ portal għat-trattament tal-ilmenti, fil-qafas tal-istrumenti kummerċjali u finanzjarji tal-UE, u l-adattament tal-Punt ta’ Dħul Uniku tal-Kummissjoni biex jippermetti s-sottomissjoni ta’ lmenti rigward in-nuqqas ta’ konformità mal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem, li għandhom ikunu aċċessibbli, faċli għaċ-ċittadini u trasparenti; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jikkollaboraw aktar mal-Ombudsman fl-iżvilupp ta’ strateġiji u għodod ġodda għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem permezz tal-kummerċ; jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb il-komunikazzjoni tagħha lill-Parlament dwar il-kunsiderazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tagħha rigward l-infurzar tal-klawżoli tad-drittijiet tal-bniedem fil-ftehimiet internazzjonali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Id-djalogi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jisħaq fuq ir-rwol importanti tad-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem fis-sett tal-għodod tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u bħala mezz ewlieni għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jenfasizza li dawn id-djalogi għandhom jindirizzaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kollha mal-pajjiżi rilevanti; jisħaq fuq ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili indipendenti u l-ħtieġa li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni leġittima tagħhom permezz tat-tħejjija u s-segwitu ta’ dawn id-djalogi; jisħaq li ma jista’ jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni fir-rigward tal-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili f’dan ir-rigward; jinnota li d-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem għandhom jitqiesu bħala element ewlieni ta’ impenn sostnut tal-UE u mhux bħala eżerċizzju ta’ rutina jew strument awtonomu; ifakkar li dawn id-djalogi jeħtieġ li jintużaw flimkien u f’sinerġija ma’ strumenti oħra, u għandhom jitwettqu b’mod orjentat lejn ir-riżultati u jiġu rieżaminati b’mod regolari; jisħaq li n-nuqqas ta’ kisba ta’ riżultati konkreti għandu jkollu konsegwenzi għat-tmexxija usa’ tar-relazzjonijiet bilaterali; itenni l-ħtieġa li jitqajmu każijiet individwali, inklużi dawk enfasizzati mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu u r-rebbieħa tal-Premju Sakharov – u l-finalisti – u li jiġi żgurat segwitu adegwat; jistieden lis-SEAE u lid-Delegazzjonijiet tal-UE jżidu l-viżibbiltà ta’ dawn id-djalogi u l-eżiti tagħhom, inkluż permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dikjarazzjoni konġunta għall-istampa u jwettqu azzjoni ta’ segwitu xierqa għalihom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (GHRSR – l-Att Magnitsky tal-UE)</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jinnota l-użu sa issa limitat tal-GHRSR tal-UE (l-Att Magnitsky tal-UE) bħala għodda politika ewlenija fid-difiża tal-UE tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija madwar id-dinja; jinnota, madankollu, l-isfidi li r-rekwiżit tal-unanimità joħloq fl-adozzjoni tagħhom u jtenni l-appell tiegħu għall-introduzzjoni ta’ votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata għal deċiżjonijiet dwar il-GHRSR; jappella għal użu aktar dinamiku u konsistenti ta’ din l-għodda, inkluż f’kooperazzjoni ma’ sħab tal-istess fehma; jistieden lill-Kunsill jaġixxi fuq it-talbiet għal sanzjonijiet magħmula mill-Parlament permezz tar-riżoluzzjonijiet tiegħu; jappoġġja bis-sħiħ il-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet immirati kontra l-korruzzjoni fir-rigward ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, li ilha prijorità tal-Parlament għal żmien twil, u jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward u jappella għall-adozzjoni malajr tagħha mill-Kunsill, kemm permezz tal-inklużjoni tagħha fil-GHRSR kif ukoll permezz ta’ reġim differenti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jenfasizza li l-applikazzjoni konsistenti u uniformi ta’ miżuri restrittivi fl-Istati Membri kollha għandha konsegewenzi għall-kredibbiltà u l-effettività tal-azzjoni esterna tal-UE; jisħaq fuq il-ħtieġa tal-infurzar sħiħ tas-sanzjonijiet u jitlob li l-ksur u ċ-ċirkomvenzjoni jiġu indirizzati b’mod effettiv;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Attivitajiet ta’ appoġġ għad-demokrazija</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-attakki li dejjem qegħdin jiżdiedu minn reġimi awtoritarji, totalitarji u illiberali fuq l-istituzzjonijiet u l-istandards demokratiċi u s-soċjetà ċivili, u t-tentattivi biex jerġgħu jinkitbu n-normi internazzjonali; jisħaq li d-difiża u l-appoġġ tad-demokrazija madwar id-dinja qed isiru dejjem aktar ta’ interess ġeopolitiku u strateġiku; iqis il-ħtieġa li jiżdiedu l-isforzi biex titqajjem kuxjenza dwar l-imminar tal-kultura demokratika f’pajjiżi terzi u jtenni l-ħtieġa li din tissaħħaħ; itenni l-importanza tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE u l-kontribut tal-Parlament għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-metodoloġija tagħhom; jitlob li l-pajjiżi terzi jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE – u korpi internazzjonali rikonoxxuti oħra – biex itejbu l-proċessi elettorali futuri tagħhom u b’hekk jgħinu ħalli jiżdiedu t-trasparenza u l-legalità tagħhom bl-għan li jissaħħu l-istandards demokratiċi tal-istati kkonċernati; jilqa’ l-ħidma tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija u jtenni l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-attivitajiet u r-riżorsi tiegħu;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">L-appoġġ tal-UE għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Huwa mħasseb ħafna dwar l-attakki u l-fastidju fuq id-DDB, kif ukoll il-familji, il-komunitajiet u l-avukati tagħhom, u jsib il-mezzi dejjem aktar sofistikati użati biex jiġu ppersegwitati b’mod partikolari inkwetanti; jikkundanna bil-qawwa l-liġijiet, inklużi l-liġijiet kontra t-terroriżmu, il-liġijiet dwar is-sigurtà nazzjonali u l-liġijiet kontra l-malafama, użati biex jimmiraw lid-DDB u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs), jikkriminalizzaw xogħolhom, u jistigmatizzawhom; jiddeplora l-fastidju mogħti lill-NGOs permezz ta’ dispożizzjonijiet leġiżlattivi f’pajjiżi terzi, bħal liġijiet tal-aġenti barranin u affarijiet simili, u restrizzjonijiet oħra li jiffaċċjaw fil-ħidma leġittima tagħhom; jappoġġja, ifaħħar u jirringrazzja bis-sħiħ lid-DDB għax-xogħol kuraġġuż u kruċjali li jwettqu u l-azzjoni tal-UE biex tiżgura l-protezzjoni tagħhom madwar id-dinja; jappella għall-applikazzjoni sħiħa u konsistenti tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem mill-UE u l-Istati Membri tagħha, biex b’hekk jitrawwem approċċ proattiv, olistiku u fit-tul lejn il-protezzjoni tad-DDB li jantiċipa u jtaffi problemi serji, bħal attakki u theddid, li jimmiraw id-DDB bi spiża personali li spiss tkun kbira għalihom, għall-familji u għall-komunitajiet tagħhom; jissottolinja l-ħtieġa urġenti ta’ reviżjoni komprensiva u f’waqtha tal-Linji Gwida dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-isfidi u t-theddid emerġenti, u li jiġu żgurati l-applikabbiltà u l-effettività tagħhom fil-protezzjoni tad-DDB fuq livell globali, filwaqt li jiġu integrati approċċi sensittivi għall-ġeneru u intersezzjonali fil-Linji Gwida aġġornati, li jirriflettu l-isfondi u l-esperjenzi varjati tad-DDB, filwaqt li jitqiesu l-vulnerabbiltajiet speċifiċi li jistgħu jiffaċċjaw;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jenfasizza l-fenomenu li qed dejjem jiżdied madwar id-dinja tat-theddid tranżnazzjonali kontra d-DDB mill-awtoritajiet nazzjonali jew mir-rappreżentati tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jidentifikaw u jindirizzaw dan it-theddid fl-UE bħala prijorità u bħala aspett integrali tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lid-DDB barranin li jirrisjedu fl-UE b’mezzi finanzjarji u mezzi oħra xierqa sabiex ikunu jistgħu jkomplu l-ħidma tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mill-bogħod u mingħajr biża’ ta’ ritaljazzjoni; jissottolinja li l-uffiċjali u l-aġenti ta’ pajjiżi terzi li jagħtu fastidju lid-DDB fl-UE, kif ukoll il-faċilitaturi lokali, individwi jew entitajiet, għandhom jinżammu responsabbli; jenfasizza l-importanza tat-taħriġ u r-riżorsi li għandhom jiġu pprovduti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi biex jindirizzaw dawn l-attakki tranżnazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Jinsisti li s-SEAE, il-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet tal-UE jagħtu attenzjoni partikolari lis-sitwazzjoni tar-rebbieħa u l-finalisti tal-Premju Sakharov f’riskju u jieħdu azzjoni determinata, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri u l-Parlament, biex jiżguraw il-benesseri, is-sikurezza jew il-liberazzjoni tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jappella għal sforzi biex tissaħħaħ il-viżibbiltà tal-azzjonijiet u l-kanali tal-UE għall-protezzjoni u l-appoġġ tad-DDB; iħeġġeġ lill-Istati Membri jmexxu bl-eżempju u jiżviluppaw linji gwida u liġijiet nazzjonali robusti u effettivi dwar id-DDB, li jservu bħala mudell għal nazzjonijiet oħra; jirrikonoxxi r-responsabbiltà kollettiva tas-SEAE, tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri fl-iżgurar tal-implimentazzjoni effettiva tal-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u jitlob li l-UE timplimenta approċċ ġenwin ta’ Tim Ewropa għad-DDB; jappoġġja bis-sħiħ il-mekkaniżmi ta’ ProtectDefenders.eu u jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jrawmu l-ħolqien ta’ mekkaniżmi simili f’pajjiżi tal-istess fehma, kif ukoll attivitajiet konġunti bejn l-UE, l-Istati Membri tagħha u pajjiżi terzi indirizzati għall-protezzjoni tad-DDB; jissottolinja l-importanza li r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE jikkollaboraw mal-awtoritajiet nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u każijiet individwali; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tieħu rwol proattiv fl-istabbiliment ta’ skema ta’ viżi għal dħul multiplu fl-UE kollha għad-DDB f’riskju; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jwettqu titjib proċedurali fil-missjonijiet diplomatiċi tagħhom, filwaqt li jiżguraw proċessi ta’ applikazzjoni għal viża malajr, komprensibbli, aċċessibbli u li jistgħu jinkisbu; jistieden ukoll lill-Istati Membri jistabbilixxu u jintegraw b’mod kollaborattiv kategorija dedikata fil-Kodiċi tal-UE dwar il-Viżi, u b’hekk jissimplifikaw il-proċeduri tal-viża u jippromwovu l-uniformità fil-proċess tal-applikazzjoni għal viża tal-UE; jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, f’kollaborazzjoni mal-Istati Membri u l-Parlament, jistabbilixxi lista annwali ta’ pajjiżi ta’ tħassib serju fir-rigward tad-DDB, li tippermetti rispons koordinat minn Tim Ewropa, aċċess għar-riżorsi, monitoraġġ imsaħħaħ, strateġiji dedikati u aktar appoġġ fil-livelli kollha; iħeġġeġ il-preżentazzjoni u r-rieżami trasparenti ta’ din il-lista fil-Parlament biex jinżamm l-obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem jiffaċċjaw vjolenza abbażi tal-ġeneru u jbatu minn nuqqas ta’ aċċess għal riżorsi adegwati u mekkaniżmi ta’ protezzjoni; jikkundanna l-attakki kontinwi kontra d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi l-attakki sesswali, it-theddid, l-intimidazzjoni, il-kriminalizzazzjoni u l-qtil; jafferma li ż-żieda fid-diskors misoġinistiku, sessist u omofobiku mill-mexxejja politiċi f’dawn l-aħħar snin innormalizzat il-vjolenza kontra d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem b’mod partikolari fil-konfront tad-difensuri li jaħdmu fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-UE tkompli tappoġġja lill-OSĊ li jippromwovu d-drittijiet tan-nisa u l-bniet mill-aspett politiku u finanzjarju;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Il-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni </STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jisħaq li l-korruzzjoni tiffaċilita, tipperpetwa u tistituzzjonalizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem, iddgħajjef l-istituzzjonijiet demokratiċi u taffettwa b’mod sproporzjonat l-individwi u l-gruppi l-aktar vulnerabbli u emarġinati fis-soċjetà; Jappella għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni tkun parti mill-isforzi u l-politiki kollha tal-UE biex tippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jilqa’ l-azzjonijiet kontra l-korruzzjoni fil-politiki esterni tal-UE, inkluża l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet immirati kontra l-korruzzjoni fil-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tat-3 ta’ Mejju 2023 dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni (JOIN(2023)0012); jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jżidu l-isforzi tagħhom fir-riformi tal-ġustizzja, il-ġlieda kontra l-impunità, it-titjib tat-trasparenza u tal-istituzzjonijiet kontra l-korruzzjoni f’pajjiżi terzi u fl-indirizzar tar-rwol ta’ ċerti atturi bbażati fl-UE f’dan ir-rigward; jappoġġja d-dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni inklużi fil-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma’ pajjiżi terzi; jissottolinja l-importanza kbira li l-UE u l-Istati Membri tagħha jmexxu bl-eżempju billi japplikaw l-ogħla standards ta’ trasparenza għall-finanzjament estern tagħhom u billi jżidu l-appoġġ tagħhom għall-OSĊ, l-attivisti u l-ġurnalisti investigattivi involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità, kif ukoll billi jippromwovu l-istabbiliment ta’ miżuri globali effettivi kontra l-korruzzjoni u oqfsa regolatorji robusti, kif ukoll billi jindirizzaw ġuriżdizzjonijiet ta’ segretezza u rifuġji fiskali; jappella għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni ma’ atturi internazzjonali ewlenin f’dan ir-rigward, bħall-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC), sabiex jittejbu s-sinerġiji u l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tal-miżuri kontra l-korruzzjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Azzjonijiet tal-UE fil-fora multilaterali</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Itenni l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jagħmlu ħilithom biex jitkellmu b’vuċi waħda fin-NU kif ukoll f’fora multilaterali oħra; huwa mħasseb ħafna dwar l-attakki li dejjem qegħdin jiżdiedu fuq istituzzjonijiet multilaterali, bħall-Korpi tan-NU u b’mod partikolari l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, minn reġimi awtoritarji u illiberali f’tentattiv biex idgħajfu l-ħidma u l-leġittimità tagħhom; jilqa’ l-appoġġ kontinwu tal-UE u tal-Istati Membri tagħha lin-NU u lil istituzzjonijiet multilaterali oħra, kif ukoll id-djalogu strateġiku u l-kooperazzjoni kontinwi u li qed jikbru mal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem; jappoġġja bil-qawwa l-isponsorizzazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tan-NU mill-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jieħdu passi konkreti biex itejbu s-saħħa u r-reżiljenza tal-arkitettura internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-implimentazzjoni konsistenti tal-obbligi u l-istrumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jippromwovu sede proprja u permanenti għall-Unjoni f’fora multilaterali u jiżguraw koordinazzjoni akbar, inkluż mal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, flimkien ma’ dik eżistenti allokata lill-Istati Membri tal-UE; jitlob li d-delegazzjonijiet tal-UE jkollhom rwol aktar b’saħħtu fil-fora multilaterali, li għalihom għandu jkollhom riżorsi xierqa disponibbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jisħaq li l-protezzjoni globali u effettiva tad-drittijiet tal-bniedem tirrikjedi kollaborazzjoni internazzjonali fil-livell multilaterali; jissottolinja r-rwol partikolarment importanti tan-NU u tal-korpi tagħha bħala l-forum ewlieni li jeħtieġlu jkun kapaċi javvanza b’mod effettiv l-isforzi għall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-dritt internazzjonali; ifakkar fl-obbligi tal-istati membri kollha tan-NU li jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha, kif minquxa fil-Karta Fundatriċi tan-Nazzjonijiet Uniti u fir-Riżoluzzjoni 60/251 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU; jisħaq fuq ir-responsabbiltà tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU li jindirizza l-ksur serju kollu tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; jesprimi dispjaċir għall-fatt li diversi membri tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU għandhom rekords ta’ ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u nuqqas ta’ rispett għall-obbligi tagħhom tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għal applikazzjoni aħjar tal-kriterji għas-sħubija fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU; jistieden lis-SEAE jibda u jmexxi sforz lejn pożizzjoni koordinata tal-UE u tal-Istati Membri dwar is-sħubija tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li tippromwovi trasparenza akbar u kompetizzjoni bbażata fuq il-mertu fil-proċess elettorali; jitlob li l-istituzzjonijiet tal-UE, inkluż lilha nnifisha, biex ikomplu jsaħħu r-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni mill-qrib ma’ dawn il-korpi tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jenfasizza l-ħidma tal-kummissjonijiet ta’ inkjesta tan-NU u tal-missjonijiet ta’ ġbir ta’ informazzjoni, li qed jintużaw dejjem aktar biex jirrispondu għal sitwazzjonijiet li jinvolvu ksur serju tad-dritt umanitarju internazzjonali u tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, u biex jiġġieldu l-impunità; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw il-ħidma tan-NU, kemm politikament kif ukoll finanzjarjament, inklużi l-Proċeduri Speċjali u l-korpi tat-trattati; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kollha kontra d-detenturi ta’ mandat ta’ Proċedura Speċjali tan-NU u kontra l-indipendenza tal-mandati tagħhom; jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lis-sħab demokratiċi tal-UE jiġġieldu b’mod deċiżiv dawn it-tentattivi u jieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jgħinu jipprovdu spazji sikuri u miftuħa għall-interazzjoni minn individwi u OSĊ man-Nazzjonijiet Uniti, ir-rappreżentanti u l-mekkaniżmi tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>jitlob li l-UE u l-Istati Membri jappoġġjaw it-tisħiħ tas-sistemi reġjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż permezz ta’ assistenza finanzjarja u l-kondiviżjoni ta’ esperjenzi transreġjonali; jenfasizza b’mod partikolari r-rwol kritiku tal-korpi ta’ monitoraġġ u l-mekkaniżmi ġudizzjarji stabbiliti taħt dawn is-sistemi reġjonali u l-komplementarjetà tagħhom mas-sistema tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jilqa’ l-appoġġ politiku u finanzjarju li l-UE tat lill-QKI, inkluż l-uffiċċju tal-Prosekutur tal-QKI; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw lill-QKI bil-mezzi u r-riżorsi meħtieġa, kemm umani kif ukoll finanzjarji, u jużaw l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha biex isaħħu l-ġlieda globali kontra l-impunità; jilqa’ l-kontributi tal-QKI għall-ġlieda kontra l-impunità madwar id-dinja; jappoġġja l-kontributi tal-UE fl-investigazzjoni tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità fil-qafas tal-QKI; jikkundanna t-tentattivi biex jiddgħajfu l-ħidma tal-QKI u l-leġittimità tagħha; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jinkoraġġixxu lis-sħab tagħhom jirratifikaw l-Istatut ta’ Ruma u l-emendi tiegħu u b’hekk jespandu l-ġuriżdizzjoni tal-Qorti;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING ITALIC="on">Approċċ Tim Ewropa</STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>98.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-każijiet ta’ approċċi differenti għall-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f’pajjiżi terzi osservati fl-ambaxxati tal-Istati Membri u d-Delegazzjonijiet tal-UE; jissottolinja li l-ambaxxati tal-Istati Membri għandhom jagħmlu l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem prijorità, filwaqt li jappoġġjaw ukoll lis-soċjetà ċivili f’pajjiżi terzi: jinnota li din ir-responsabbiltà ma għandhiex taqa’ kompletament fuq id-Delegazzjonijiet tal-UE; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jagħmlu b’mod effettiv id-drittijiet tal-bniedem parti ċentrali tal-politiki u l-għodod kollha tal-UE; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija globalment; jissottolinja l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jaġixxu b’mod magħqud, b’vuċi waħda u b’mod effettiv fl-indirizzar tal-isfidi globali tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija f’fora multilaterali; jappella għal koordinazzjoni sħiħa f’pajjiżi terzi bejn id-Delegazzjonijiet tal-Istati Membri kollha u d-Delegazzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lid-Delegazzjonijiet tal-UE u lill-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri tal-UE jadottaw approċċ aktar proattiv fil-promozzjoni u d-difiża tad-drittijiet tal-bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>99.</NO.P>Jenfasizza l-importanza li tiġi indirizzata s-segmentazzjoni kontinwa fit-tmexxija tar-relazzjonijiet esterni tal-UE fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem; jappella għal koordinazzjoni mtejba dwar kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem bejn id-Direttorat Ġenerali tal-Kummissjoni għas-Sħubijiet Internazzjonali u s-SEAE ma’ Direttorati Ġenerali rilevanti oħra, inkluż id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ u d-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni, kif ukoll mal-aġenziji rilevanti tal-UE, bħall-Frontex u l-EASO; jilqa’ ż-żieda fil-koordinazzjoni bejn id-Delegazzjonijiet tal-UE u l-kwartieri ġenerali tas-SEAE u d-Direttorat Ġenerali għas-Sħubijiet Internazzjonali fir-rigward ta’ każijiet urġenti ta’ DDB;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>100.</NO.P>Jistieden lid-Delegazzjonijiet kollha tal-UE f’pajjiżi terzi jżidu l-appoġġ tagħhom lid-DDB, f’konformità mal-linji gwida tal-UE f’dan il-qasam, kif ukoll iżuru membri tal-oppożizzjoni demokratika, attivisti u membri tas-soċjetà ċivili li jinsabu l-ħabs f’dawk il-pajjiżi, jimmonitorjaw is-sitwazzjoni tagħhom, jattendu proċessi u jqajmu l-każijiet tagħhom fid-djalogi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-pajjiżi inkwistjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>101.</NO.P>Jenfasizza r-rwol importanti tad-diplomazija pubblika u kulturali tal-UE, kif ukoll tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jitlob li d-diviżjoni tal-Komunikazzjoni Strateġika u l-Prospettiva tas-SEAE żżid l-isforzi tagħha f’dan ir-rigward, li għaliha għandha sserraħ fuq ir-riżorsi xierqa; jisħaq fuq il-ħtieġa li jkun hemm komunikazzjoni sħiħa f’pajjiżi terzi dwar programmi tad-drittijiet tal-bniedem iffinanzjati jew appoġġjati mill-UE; iqis li huwa ta’ importanza kbira li jiġu implimentati bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Delegazzjonijiet tal-UE u fil-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>102.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jadottaw approċċ veru ta’ “Tim Ewropa”, li jikkonsisti f’kollaborazzjoni regolari mal-Parlament u l-involviment tiegħu b’mod sinifikattiv, kull meta jsiru laqgħat, żjarat jew avvenimenti uffiċjali u mhux uffiċjali oħra, f’konformità mar-rwol tal-Parlament Ewropew bħala l-uniku korp tal-UE elett direttament, li jirrappreżenta liċ-ċittadini tal-UE;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>103.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-President tas-77 sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, il-President tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kapijiet tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>