<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0108</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rapport dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-istat tad-dritt</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0025/2024 - Rapporteur: Sophia in ‘t Veld)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2024 rapport dwar ir-rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt (2023/2113(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari l-Artikoli 2, 3(1), 3(3), it-tieni subparagrafu, 4(3) u l-Artikoli 5, 6, 7, 11, 19 u 49 tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), b’mod partikolari l-Artikoli tiegħu rigward ir-rispett u l-protezzjoni u l-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-Unjoni, inklużi l-Artikoli 70, 258, 259, 260, 263, 265 u 267,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-“Karta”),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Lulju 2023 dwar ir-Rapport tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt – Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea (COM(2023)0800),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2020/2092 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2020 dwar reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159.</FIELD></FOOTNOTE> (ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/692 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1381/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 390/2014<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 156, 5.5.2021, p. 1.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-istrumenti tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, u r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Eżami Perjodiku Universali tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll il-ġurisprudenza tal-korpi ta’ monitoraġġ tat-trattati tan-Nazzjonijiet Uniti u l-proċeduri speċjali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Soċjali Ewropea, il-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kumitat Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u l-konvenzjonijiet, ir-rakkomandazzjonijiet, ir-riżoluzzjonijiet, l-opinjonijiet u r-rapporti tal-Assemblea Parlamentari, tal-Kumitat tal-Ministri, tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, tal-Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni u dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, tal-Kummissjoni ta’ Venezja u ta’ korpi oħra tal-Kunsill tal-Ewropa,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-memorandum ta’ qbil bejn il-Kunsill tal-Ewropa u l-Unjoni Ewropea tat-23 ta’ Mejju 2007 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2023 dwar il-prijoritajiet tal-UE għall-kooperazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa 2023-2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Diċembru 2017 għal deċiżjoni tal-Kunsill  dwar id-determinazzjoni ta’ riskju ċar ta’ ksur gravi tal-istat tad-dritt mir-Repubblika tal-Polonja (COM(2017)0835), maħruġa skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) tad-19 ta’ Lulju 2022 bit-titolu “Europe’s civil society: still under pressure” (Is-soċjetà ċivili tal-Ewropa: għadha taħt pressjoni), tat-8 ta’ Ġunju 2022 bit-titolu “Fundamental Rights Report 2022” (Ir-Rapport tal-2022 dwar id-Drittijiet Fundamentali), tad-19 ta’ Awwissu 2022 bit-titolu “Protecting civic space in the EU” (Il-protezzjoni tal-ispazju ċiviku fl-UE) u tat-3 ta’ Novembru 2022 bit-titolu “Antisemitism – Overview of antisemitic incidents recorded in the European Union 2011-2021” (Antisemitiżmu – Ħarsa ġenerali tal-inċidenti antisemitiċi rreġistrati fl-Unjoni Ewropea 2011-2021), u r-rapporti, id-data u l-għodod l-oħra tagħha, b’mod partikolari s-Sistema ta’ Informazzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet Fundamentali (EFRIS),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 129, 5.4.2019, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ April 2018 dwar il-ħtieġa li jiġi stabbilit Strument għall-Valuri Ewropej biex jiġu appoġġjati l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-valuri fundamentali fl-Unjoni Ewropea fil-livell lokali u nazzjonali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 390, 18.11.2019, p. 117.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta’ Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta’ riskju ċar ta’ ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 433, 23.12.2019, p. 66.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2018 dwar standards minimi għall-minoranzi fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 13.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta’ mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 363, 28.10.2020, p. 45.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-istabbiliment ta’ Mekkaniżmu tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 395, 29.9.2021, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar l-impatt tal-miżuri tal-COVID-19 fuq id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 415, 13.10.2021, p. 36.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta’ Diċembru 2020 dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 445, 29.10.2021, p. 70.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Ġunju 2021 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea u l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-kondizzjonalità (UE, Euratom) 2020/2092<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 67, 8.2.2022, p. 86.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar ir-Rapport tal-2020 tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 81, 18.2.2022, p. 27.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Lulju 2021 dwar it-tfassil ta’ linji gwida għall-applikazzjoni tar-reġim ġenerali ta’ kondizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 99, 1.3.2022, p. 146.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta’ Settembru 2021 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-identifikazzjoni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru bħala qasam ġdid ta’ kriminalità elenkat fl-Artikolu 83(1) tat-TFUE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 117, 11.3.2022, p. 88.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Novembru 2021 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja fl-UE: l-użu indebitu ta’ azzjonijiet fl-ambitu tad-dritt ċivili u kriminali biex jissikktu l-ġurnalisti, l-NGOs u s-soċjetà ċivili<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 205, 20.5.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2021 dwar l-evalwazzjoni tal-miżuri ta’ prevenzjoni biex jiġu evitati l-korruzzjoni, l-infiq irregolari u l-użu ħażin tal-fondi tal-UE u nazzjonali f’każ ta’ fondi ta’ emerġenza u oqsma ta’ nfiq relatati mal-kriżi<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 251, 30.6.2022, p. 48.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta’ Marzu 2022 dwar l-ispazju jiċkien tas-soċjetà ċivili fl-Ewropa<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Marzu 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-konsegwenzi tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 347, 9.9.2022, p. 168.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Mejju 2022 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 479, 16.12.2022, p. 18.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta’ Ġunju 2022 dwar l-istat tad-dritt u l-approvazzjoni potenzjali tal-Pjan Nazzjonali ta’ Rkupru (RRF) tal-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 493, 27.12.2022, p. 108.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta’ Settembru 2022 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2020 u l-2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 125, 5.4.2023, p. 80.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar l-Istat tad-Dritt f’Malta, ħames snin wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 15.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta’ Ottubru 2022 dwar iż-żieda fir-reati ta’ mibegħda kontra persuni LGBTIQ+ fl-Ewropa kollha fid-dawl tal-qtil omofobiku reċenti fis-Slovakkja<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 149, 28.4.2023, p. 22.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Novembru 2022 dwar il-ġustizzja razzjali, in-nondiskriminazzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu fl-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 161, 5.5.2023, p. 10.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta’ Novembru 2022 dwar il-valutazzjoni tal-konformità tal-Ungerija mal-kundizzjonijiet tal-istat tad-dritt skont ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità u s-sitwazzjoni attwali tal-RRP Ungeriż<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 167, 11.5.2023, p. 74.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta’ Marzu 2023 dwar ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt – is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 341, 27.9.2023, p. 2.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta’ Ġunju 2023 dwar il-ksur tal-Istat tad-Dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u l-fondi ffriżati tal-UE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2023/1223, 21.12.2023.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta’ Ġunju 2023 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-investigazzjoni ta’allegati kontravvenzjonijiet u amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni fir-rigward tal-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C, C/2024/494, 23.01.2024.</FIELD></FOOTNOTE> u r-rapport tat-22 ta’ Mejju 2023 tal-Kumitat ta’ Inkjesta biex jinvestiga l-użu tal-Pegasus u ta’ software ta’ spjunaġġ għas-sorveljanza ekwivalenti,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Lulju 2023 dwar il-liġi elettorali, il-kumitat investigattiv u l-istat tad-dritt fil-Polonja<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0268</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta’ Ottubru 2023 dwar l-istat tad-dritt f’Malta: 6 snin wara l-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia u l-ħtieġa li l-ġurnalisti jiġu protetti<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0374</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta’ Jannar 2024 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2022 u l-2023<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2024)0050</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2262 (2019) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-promozzjoni tad-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi nazzjonali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet u r-rapporti tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem, tal-Kummissarju Għoli għall-Minoranzi Nazzjonali, tar-Rappreżentant għal-Libertà tal-Media u korpi oħra tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-OSKE fir-rigward tad-demokratizzazzjoni, il-bini tal-istituzzjonijiet u d-drittijiet tal-bniedem u r-rapport annwali tal-OSKE dwar ir-reati ta’ mibegħda li fih l-Istati parteċipanti impenjaw ruħhom li jgħaddu leġiżlazzjoni li tipprevedi penali li jqisu l-gravità tar-reati ta’ mibegħda, li jieħdu azzjoni biex jindirizzaw is-sottorappurtar, u li jintroduċu jew ikomplu jiżviluppaw attivitajiet ta’ bini tal-kapaċitajiet biex uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, tal-prosekuzzjoni u dawk ġudizzjarji jipprevjenu, jinvestigaw u jressqu quddiem il-ġustizzja reati ta’ mibegħda,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta’ Inkjesta PEGA tiegħu u r-riżoluzzjoni u r-rakkomandazzjonijiet tal-PEGA<FOOTNOTE><FIELD> Testi adottati, P9_TA(2023)0244</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapporti ta’ feedback, ir-rapporti ta’ missjonijiet, il-mistoqsijiet bil-miktub u t-tweġibiet tal-Grupp ta’ Monitoraġġ tad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG) tiegħu<FOOTNOTE><FIELD> Għall-attivitajiet kollha ta’ monitoraġġ tad-DRFMG, ara:  https://www.europarl.europa.eu/committees/mt/libe-democracy-rule-of-law-and-fundament/product-details/20190103CDT02662</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 54 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0025/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-Unjoni hija msejsa fuq il-valuri komuni minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE dwar ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi – valuri li huma komuni għall-Istati Membri tal-UE u li magħhom jeħtiġilhom jaderixxu l-pajjiżi kandidati sabiex jissieħbu fl-Unjoni bħala parti mill-kriterji ta’ Copenhagen, li ma jistgħux jiġu injorati jew interpretati mill-ġdid wara l-adeżjoni; billi d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali huma valuri li jsaħħu lil xulxin u li, meta jiġu mminati, jistgħu joħolqu theddida sistemika għall-Unjoni u għad-drittijiet u għal-libertajiet taċ-ċittadini tagħha; billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa vinkolanti għall-Unjoni fit-totalità tagħha u għall-Istati Membri tagħha fil-livelli kollha ta’ governanza, inklużi l-entitajiet subnazzjonali;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa esprimiet b’mod ċar ix-xewqa li l-UE tiddefendi sistematikament l-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha, biex tipproteġi d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini u żżomm il-kredibbiltà tal-UE meta tippromwovi l-valuri tagħha fl-UE u barra minnha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali stabbilit fl-Artikolu 4(3) tat-TUE jistabbilixxi obbligu fuq l-Unjoni u l-Istati Membri biex jassistu lil xulxin fit-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati b’rispett reċiproku sħiħ, u fuq l-Istati Membri biex jieħdu kwalunkwe miżura xierqa, ta’ natura ġenerali jew partikolari, biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattati jew li jirriżultaw mill-atti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi jeħtieġ li jissaħħu u jiġu ssimplifikati l-mekkaniżmi eżistenti u li jiġi żviluppat mekkaniżmu komprensiv uniku tal-UE biex id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali jiġu protetti b’mod effikaċi u jiġi żgurat li l-valuri stabbiliti fl-Artikolu 2 tat-TUE jiġu rispettati fl-Unjoni kollha u  promossi fost il-pajjiżi kandidati, biex b’hekk l-Istati Membri ma jitħallewx jiżviluppaw leġiżlazzjoni nazzjonali li tmur kontra l-protezzjoni tal-Artikolu 2 tat-TUE;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi l-Parlament f’diversi mumenti indirizza s-sitwazzjonijiet tal-istat tad-dritt fil-Bulgarija, fl-Ungerija, f’Malta, fil-Polonja, fir-Rumanija, fis-Slovenja u fis-Slovakkja fir-riżoluzzjonijiet tiegħu; billi l-Grupp ta’ Monitoraġġ għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRFMG) tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament immonitorja wkoll ċerti kwistjonijiet fil-Belġju, fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja, fi Franza, fil-Greċja, f’Malta, fil-Polonja, fis-Slovakkja, fis-Slovenja u fi Spanja;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi, f’Ottubru 2023, saru l-elezzjonijiet parlamentari fil-Polonja li temmew il-mandat tal-gvern immexxi mill-partit Liġi u Ġustizzja; billi l-gvern il-ġdid, li jirrappreżenta koalizzjoni demokratika wiesgħa, impenja ruħu b’mod qawwi li jirrestawra l-istat tad-dritt u l-indipendenza ġudizzjarja fil-Polonja u, għaldaqstant, qed jikkoopera mal-Kummissjoni u mal-Kunsill tal-UE;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi l-Kummissjoni ssuġġeriet it-twaqqif ta’ “grupp ta’ kuntatt” interistituzzjonali dwar l-istat tad-dritt; billi l-Parlament segwa dan is-suġġeriment u ppropona lill-Kummissjoni u u lill-Kunsill il-ħolqien ta’ “proġett pilota interistituzzjonali dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u drittijiet fundamentali”; billi l-Presidenza tal-Kunsill wieġbet billi ddikjarat li tista’ tikkunsidra dan wara l-evalwazzjoni tagħha tad-djalogu dwar l-istat tad-dritt u l-Kummissjoni wieġbet li kienet lesta tiddiskuti grupp ta’ kuntatt informali dwar l-istat tad-dritt;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi sfortunatament xi gvernijiet tal-Istati Membri ma wrewx ruħhom disponibbli għal skambju ta’ fehmiet fid-DRFMG, u la wieġbu l-mistoqsijiet bil-miktub tiegħu u lanqas ma ltaqgħu mal-membri tiegħu waqt missjonijiet fi Stati Membri; billi Stati Membri oħra, madankollu, kienu disponibbli għas-sessjonijiet, il-mistoqsijiet u l-missjonijiet tad-DRFMG, bħala parti mir-responsabbiltà konġunta tagħhom għas-salvagwardja tal-valuri tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sistemi tal-ġustizzja u tal-prosekuzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni li ġudikatura indipendenti hija s-sinsla tal-istat tad-dritt, peress li hija prekundizzjoni għal rimedju effettiv meta jinżammu jew jinkisru l-liġijiet, id-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji demokratiċi; jissottolinja li ġudikatura indipendenti u effettiva hija vitali mhux biss għall-preservazzjoni tal-istat tad-dritt u d-demokrazija fl-Istati Membri u fl-Unjoni, iżda hija kruċjali wkoll għall-implimentazzjoni tal-liġi tal-UE, peress li l-Kummissjoni tiddependi fuq l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali biex jinforzaw il-liġi tal-UE; jesprimi l-importanza tal-fiduċja reċiproka, filwaqt li jissottolinja wkoll li l-Kummissjoni ma tistax tinjora n-nuqqasijiet tal-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali f’xi Stati Membri jew tassumi li kollha huma kapaċi jipprovdu rimedji ġudizzjarji effettivi; jinnota bi tħassib li filwaqt li xi sistemi ġudizzjarji jistgħu jidhru robusti u sodisfaċenti fuq livell teoretiku, f’xi każijiet mhumiex immuni għall-manipulazzjoni tal-istat, l-interferenza politika jew in-nepotiżmu; huwa konxju tal-fatt li huwa diffiċli li dan jiġi identifikat billi jiġu vvalutati l-istrutturi formali biss; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Kummissjoni twettaq analiżi aktar kwalitattiva, inklużi elementi kuntestwali b’mod partikolari dwar l-implimentazzjoni fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata differenzi kbar bejn l-Istati Membri tal-UE f’termini ta’ indipendenza u salvagwardji ġudizzjarji; jinnota li r-rapport isemmi għadd ta’ inizjattivi pożittivi u żviluppi li għaddejjin dwar il-Kunsilli għall-Ġudikatura, b’mod partikolari fil-Lussemburgu, fin-Netherlands, fil-Portugall, fl-Italja, fl-Iżvezja, fil-Finlandja u fl-Ungerija<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kumitat Helsinki tal-Ungerija, Fundamental deficiencies of the Hungarian judicial reform (Nuqqasijiet fundamentali tar-riforma ġudizzjarja Ungeriża), 31 ta’ Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li t-tħassib dwar il-Kunsilli għall-Ġudikatura għad irid jiġi indirizzat fil-Polonja, fis-Slovakkja, fil-Bulgarija, fi Spanja u f’Ċipru; jinnota, bi tħassib, li l-proċedimenti dixxiplinari jistgħu jintużaw bħala mezz biex titnaqqas l-indipendenza ġudizzjarja, kif inhu l-każ fil-Bulgarija u kif kien il-każ fil-Polonja taħt il-gvern immexxi mill-partit Liġi u Ġustizzja; jinnota li l-Kummissjoni fl-aħħar ressqet lill-Polonja quddiem il-QĠUE għall-ksur tal-liġi tal-UE mit-Tribunal Kostituzzjonali tagħha; jinnota li l-Ministru tal-Ġustizzja attwali tar-Repubblika tal-Polonja impenja ruħu li jtemm ir-reġim dixxiplinari illegali għall-imħallfin fil-Polonja f’konformità mad-deċiżjonijiet tal-QĠUE u tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li filwaqt li ċerti Stati Membri, inklużi l-Finlandja, l-Awstrija, is-Slovenja, Ċipru, l-Iżvezja u l-Ungerija, ħadu jew ħabbru inizjattivi biex itejbu l-proċessi tal-ħatra ġudizzjarja u l-funzjonament tal-qrati għolja, għad hemm sfidi fil-ħatra ta’ mħallfin ta’ livell għoli f’Malta, fil-Greċja, fil-Litwanja, fil-Latvja u fl-Irlanda; jissottolinja li l-Kummissjoni tikkonstata li fil-Polonja għad hemm tħassib serju rigward l-imħallfin tal-Qorti Suprema maħtura qabel, inkluż l-Ewwel President tagħha, u rigward in-nuqqas kontinwu ta’ implimentazzjoni ta’ deċiżjoni preliminari tal-QĠUE dwar ħatra ġudizzjarja fl-Awla tal-Kontroll Straordinarju; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li fis-Slovakkja, ir-reat ta’ abbuż tal-liġi introdott għall-imħallfin fir-rigward tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tagħhom għadu jqajjem tħassib, peress li għandu impatt psikoloġiku negattiv fuq l-imħallfin u huwa ta’ piż għall-awtoritajiet investigattivi; jenfasizza li fl-Ungerija għad hemm tħassib serju rigward l-indipendenza ġudizzjarja, bi ksur tal-istadji importanti ħafna tal-Kummissjoni, inkluża l-preżenza kontinwa ta’ ostakli għar-rinviji għal deċiżjoni preliminari, problemi bl-allokazzjoni ta’ kawżi fil-Kúria u n-nuqqasijiet fis-sistema ta’ nomina tal-President tal-Kúria;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jissottolinja li l-ġudikatura għandha tiġi allokata biżżejjed mezzi biex tkun verament aċċessibbli u tkun tista’ tipprovdi rimedju effettiv għaċ-ċittadini; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li żieda fir-riżorsi għall-ġudikatura u miżuri oħra meħuda minn Malta, Ċipru u l-Greċja għadhom ma rriżultawx fi tnaqqis fir-rigward tat-tul tal-proċedimenti, u l-kawżi b’lura għadhom sfida serja; billi fil-Kroazja, fl-Italja u fil-Portugal ittieħdu xi passi fid-direzzjoni t-tajba, iżda l-effikaċja tar-riformi għad trid tidher; jinnota li l-Kummissjoni talbet lill-Ġermanja tiżgura riżorsi adegwati għas-sistema ġudizzjarja, inkluż fil-livell tar-remunerazzjoni għall-imħallfin, hekk kif tqis l-istandards Ewropej dwar ir-riżorsi u r-remunerazzjoni għas-sistema ġudizzjarja; jistieden lill-Ġermanja tkompli timplimenta l-“Patt għall-Istat tad-Dritt” u tipprovdi biżżejjed riżorsi għas-sistema ġudizzjarja billi żżid l-għadd ta’ imħallfin biex tissaħħaħ is-sistema ġudizzjarja federali; jirrikonoxxi li l-Kummissjoni tikkonstata li jidher li sar xi progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni magħmula fir-rapport tal-2022 dwar l-istat tad-dritt dwar l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, inkluż f’Malta u fi Spanja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jilqa’ l-finanzjament permezz tal-programm dwar il-ġustizzja biex jappoġġja l-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet ċivili u kriminali u biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ulterjuri tal-ġustizzja Ewropea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jemmen li biex iċ-ċittadini jkollhom aċċess effettiv għall-ġustizzja, l-Istati Membri għandhom jagħmlu aktar biex jipprovdu għajnuna legali mingħajr ħlas jew bi prezz affordabbli, b’mod partikolari għal dawk li ma jistgħux iħallsu tali għajnuna, u għandhom ikomplu jiffaċilitaw l-aċċess għal avukat; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li qed isiru sforzi biex jiġi indirizzat it-tħassib relatat mal-aċċess għall-ġustizzja u għall-għajnuna legali fi Spanja, fi Franza, fl-Finlandja, fil-Bulgarija, f’Malta u fil-Litwanja, u li għad hemm tħassib fl-Irlanda, fid-Danimarka, fil-Lussemburgu u fl-Ungerija; jinnota wkoll li l-Kummissjoni tikkonstata li qed jittieħdu passi biex jiġi żgurat d-dritt ta’ aċċess għal avukat f’diversi Stati Membri inklużi Spanja, Franza, il-Finlandja, il-Bulgarija u Malta u li fi Stati Membru oħra, bħal-Litwanja, l-Irlanda, id-Danimarka, il-Lussemburgu u l-Ungerija, it-titjieb għadu mistenni; jistieden, f’dan il-kuntest, lill-Kummissjoni biex fir-rapport li jmiss dwar l-istat tad-dritt tinkludi valutazzjonijiet tal-applikazzjoni tal-<STRING ITALIC="on">acquis</STRING> tal-UE dwar l-għajnuna legali fi kwistjonijiet ċivili u kriminali, bħad-Direttiva tal-Kunsill 2002/8/KE<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 26, 31.1.2003, p. 41.</FIELD></FOOTNOTE> tas-27 ta’ Jannar 2003 biex ittejjeb l-aċċess għal ġustizzja f’tilwimiet bejn il-konfini billi tistabbilixxi regoli komuni minimi konnessi ma’ għajnuna legali għal tilwimiet bħal dawn, peress li mill-ġurisprudenza tal-QĠUE jidher li għad hemm dubji dwar l-interpretazzjoni tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja r-rwol importanti tal-Kunsilli għall-Ġudikatura fis-salvagwardja tal-indipendenza ġudizzjarja; iqis li jeħtieġ li jiġu evalwati r-riformi li huma fil-proċess li jiġu adottati fi Stati Membri differenti u jinkoraġġixxi l-adattament tal-kompożizzjoni u l-funzjonament ta’ dawn il-korpi għall-istandards stabbiliti mill-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Ewropa, u li ġew approvati mill-QĠUE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrimarka li s-servizz tal-prosekuzzjoni huwa element ewlieni għall-kapaċità tal-ġudikatura li tiġġieled il-kriminalità u l-korruzzjoni; jenfasizza l-importanza li l-awtonomija u r-responsabbiltà tas-servizz tal-prosekuzzjoni jiġu ggarantiti; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti salvagwardji biex jgħinu jippreservaw l-awtonomija u r-responsabbiltà tas-servizz tal-prosekuzzjoni, inkluż li jiġi żgurat li dan ikun ħieles minn pressjoni politika mhux xierqa, speċjalment mill-gvern;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri kollha jadottaw kodiċi ta’ kondotta għall-imħallfin, billi jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) u jqisu li tali kodiċijiet ikunu applikabbli fil-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) u l-QĠUE, biex joħolqu mekkaniżmi indipendenti biex jinvestigaw l-allegat ksur tal-kodiċi ta’ kondotta u liġijiet oħra, itejbu l-iżvelar u t-trasparenza fil-kunflitti ta’ interess u fir-rigali riċevuti mill-ġudikatura, jindirizzaw il-kwistjoni tar-<STRING ITALIC="on">revolving doors</STRING> u jirrikjedu li l-imħallfin jispjegaw pubblikament id-deċiżjonijiet ta’ rikluża tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar il-bidliet sostanzjali fil-personal u l-bidliet strutturali u organizzattivi sinifikanti mħabbra fil-pulizija Slovakka u f’istituzzjonijiet demokratiċi indipendenti oħra, inkluż fost l-investigaturi li kienu qed jaħdmu fuq każijiet kriminali serji u fuq każijiet ta’ korruzzjoni fil-livelli għolja fl-Aġenzija Kriminali Nazzjonali (NAKA) tas-Slovakkja, u dan qajjem dubji dwar il-motivazzjonijiet għal tali bidliet; jesprimi tħassib serju dwar il-proċess leġiżlattiv aċċelerat u mhux ġustifikat tal-Gvern Slovakk, b’mod partikolari fir-rigward tal-emendi proposti għall-kodiċi kriminali u x-xoljiment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Speċjali, li jheddu l-integrità tal-proċessi ġudizzjarji, jimminaw il-ġlieda tal-UE kontra l-frodi u jqiegħdu f’perikolu l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji Ewropej u tan-natura fis-Slovakkja; jistieden lill-Gvern Slovakk jikkunsidra mill-ġdid dawn l-emendi fid-dawl tal-konsegwenzi potenzjali tagħhom għall-istat tad-dritt, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u l-qafas tal-UE kontra l-korruzzjoni; ifakkar li kwalunkwe riforma kriminali jrid ikun fiha salvagwardji suffiċjenti u adegwati biex jiġu żgurati l-kontinwazzjoni u l-effikaċja ta’ kawżi kriminali ġodda u li għadhom għaddejjin, speċjalment fir-rigward tal-korruzzjoni fil-livelli għolja u biex jiġu ggarantiti l-indipendenza tal-ġudikatura u l-awtonomija tal-prosekuzzjoni f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni f’rapporti sussegwenti dwar l-istat tad-dritt; jesprimi tħassib li l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-kawżi tal-Prosekutur Speċjali tista’ twassal għal dewmien konsiderevoli, u li xi kawżi jistgħu jiġi jaqgħu minħabba l-preskrizzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jieħu nota tal-azzjonijiet tal-Gvern Spanjol marbuta mal-ħatra tiegħu fil-kariga dan l-aħħar, inkluża l-adozzjoni futura ta’ liġi dwar l-amnestija; huwa konxju tal-mistoqsijiet, l-opinjonijiet u t-tħassib espressi minn diversi partijiet ikkonċernati b’reazzjoni għal dawn l-iżviluppi, inkluż minn assoċjazzjonijiet ta’ mħallfin, prosekuturi, avukati, akkademiċi, is-soċjetà ċivili u l-pubbliku ġenerali; jinnota li l-Kummissjoni kitbet ukoll lill-Gvern Spanjol biex titlob spjegazzjonijiet; jissottolinja li dan jistħoqqlu valutazzjoni indipendenti; jistieden lill-Gvern Spanjol, f’dan ir-rigward, jipprovdi trasparenza sħiħa lill-istituzzjonijiet Ewropej dwar din il-liġi dwar l-amnestija u jinnota li s-Senat Spanjol talab opinjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja rigward il-kostituzzjonalità tagħha u l-konformità mar-regoli u l-istandards Ewropej; jiddispjaċih ukoll dwar is-sitwazzjoni prolongata tal-imblukkar tal-Kunsill għall-Ġudikatura, li dwarha l-Kummissjoni għamlet rakkomandazzjonijiet speċifiċi lill-awtoritajiet Spanjoli fir-rapport tagħha dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Korruzzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Itenni li l-korruzzjoni hija theddida serja għall-istat tad-dritt u ddgħajjef serjament il-fiduċja fid-demokrazija u l-ugwaljanza quddiem il-liġi; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jżidu l-isforzi tagħhom biex jeqirdu l-korruzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jissottolinja li l-Ewrobarometru tal-2022 dwar il-korruzzjoni juri li l-korruzzjoni għadha tikkostitwixxi tħassib serju għaċ-ċittadini u n-negozji tal-UE, u parti kbira tal-Ewropej jemmnu li l-korruzzjoni hija mifruxa f’pajjiżhom (68 %) u li l-livell ta’ korruzzjoni żdied (41 %); japprezza li l-Istati Membri kollha issa għandhom fis-seħħ strateġiji kontra l-korruzzjoni, li jiġu evalwati u rieżaminati regolarment; ifakkar li mhux biss huwa meħtieġ qafas legali sod, iżda wkoll implimentazzjoni effettiva biex jinqerdu l-prattiki korrotti u li l-prevenzjoni ta’ tali prattiki tirrikjedi wkoll oqfsa ta’ governanza u ta’ integrità trasparenti u responsabbli;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Jiddispjaċih mill-fatt li, minkejja li l-Istati Membri kollha għandhom fis-seħħ strateġiji kontra l-korruzzjoni, il-perċezzjonijiet tal-korruzzjoni jvarjaw ħafna madwar l-UE, hekk kif id-Danimarka, il-Finlandja, l-Iżvezja u n-Netherlands jikklassifikaw fost l-inqas korrotti, filwaqt li l-livelli perċepiti ta’ korruzzjoni fil-Bulgarija, f’Malta, fl-Ungerija, fil-Greċja u fis-Slovenja huma inkwetanti<STRING SUPERSCRIPT="on">29</STRING>; jinnota, ukoll bit-tħassib, li l-Kummissjoni tikkonstata li xi Stati Membri, bħall-Bulgarija, Malta, l-Ungerija, il-Greċja u s-Slovenja, għad iridu jistabbilixxu rekord sod fl-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli li jwasslu għal kundanni finali li jkollhom effett deterrenti; jinnota li reċentement GRECO ppubblika rapport dwar Ċipru, li fih enfasizza n-nuqqas ta’ effikaċja reali tal-leġiżlazzjoni kontra l-korruzzjoni u indika riskji speċifiċi fi ħdan l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi<FOOTNOTE><FIELD> GRECO, Fifth Evaluation Round, preventing corruption and promoting integrity in central governments (top executive functions) and law enforcement agencies - Evaluation Report Cyprus (Il-Ħames Ċiklu ta’ Evalwazzjonijiet, il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-integrità fil-gvernijiet ċentrali (l-ogħla funzjonijiet eżekuttivi) u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi - Rapport ta’ Evalwazzjoni ta’ Ċipru), 2 ta’ Ottubru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Jissottolinja li l-gvernijiet tal-Istati Membri u l-uffiċjali, il-politiċi, ir-rappreżentanti eletti u l-mexxejja tal-UE għandhom jagħtu eżempju billi jastjenu minn kwalunkwe prattika korrotta u li ma għandu jkun hemm l-ebda interferenza governattiva jew politika fl-investigazzjonijiet ta’ korruzzjoni; jistieden lid-DFRMG isegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament dwar l-istat tad-dritt biex jgħin fil-ġlieda kontra l-impunità għall-korruzzjoni; jirrimarka li l-uffiċjali, il-politiċi, ir-rappreżentanti eletti u l-mexxejja tal-UE jistgħu jkunu involuti wkoll fil-korruzzjoni, kif muri mill-Qatargate; itenni, għalhekk, it-talba tiegħu biex ir-rapport annwali jkopri wkoll l-istituzzjonijiet tal-UE; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tiffinalizza n-negozjati dwar is-sħubija sħiħa tal-UE fi GRECO kemm jista’ jkun malajr;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jisħaq li ċ-ċittadini u n-negozji għandhom iħossuhom sikuri biex jirrapportaw dwar każijiet ta’ korruzzjoni, b’mod partikolari permezz tal-iżvelar ta’ informazzjoni protetta; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li għad hemm ostakli kbar fl-UE kollha għall-iżvelar ta’ informazzjoni protetta, għalkemm xi Stati Membri bħas-Slovakkja, Ċipru, id-Danimarka u Malta ħadu passi biex jipprovaw itejbu din is-sitwazzjoni; jistieden lill-Gvern Slovakk jirrispetta l-prinċipji vinkolanti tad-Direttiva tal-UE dwar il-protezzjoni tal-informaturi<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva (UE) 2019/1937 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jirrapportaw dwar ksur tal-liġi tal-Unjoni, (ĠU L 305, 26.11.2019, p. 17).</FIELD></FOOTNOTE> u jikkunsidra mill-ġdid il-bidliet proposti għall-protezzjoni tal-informaturi fis-Slovakkja; jesprimi tħassib partikolari dwar it-tneħħija retroattiva tal-protezzjoni tal-informaturi, li tirriżulta f’nuqqas ta’ ċertezza tad-dritt; jinnota li l-Uffiċċju għall-Protezzjoni tal-Informaturi ssenjala dawn il-kwistjonijiet lill-Kummissjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jikkundanna l-fatt li Malta għadha topera l-iskema tagħha ta’ ċittadinanza b’investiment (CBI), li ġġib magħha riskju kbir ta’ korruzzjoni u reati oħra, speċjalment fid-dawl tal-passi meħuda minn diversi Stati Membri oħra biex jiżguraw li l-iskemi ta’ ċittadinanza b’investiment jiġu aboliti; jinnota l-azzjoni pendenti mressqa quddiem il-QĠUE mill-Kummissjoni kontra Malta għall-iskema tas-CBI tagħha u jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li l-Kummissjoni għandha tuża l-prerogattiva tagħha biex tipproponi leġiżlazzjoni u tibda projbizzjoni leġiżlattiva tal-UE fuq l-iskemi kollha tas-CBI fl-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) fil-ħarsien tal-istat tad-dritt u fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-Unjoni, u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-livell ta’ kooperazzjoni tal-Istati Membri mal-UPPE fir-rapporti sussegwenti; jistieden lill-Istati Membri li għadhom ma sarux membri tal-UPPE biex jagħmlu dan il-pass; jilqa’ l-fatt li l-Polonja bdiet il-proċedura biex tissieħeb fl-UPPE, u dan juri l-impenn qawwi tal-gvern il-ġdid li jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-UE u li jiġġieled kontra l-korruzzjoni b’mod effettiv; iqis li s-sħubija tal-UPPE għandha tkun prekundizzjoni biex wieħed jirċievi l-fondi tal-UE; itenni l-appell tiegħu għal espansjoni tal-mandat tal-UPPE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Huwa tal-opinjoni li l-korpi Ewopej, bħall-Europol, l-Eurojust, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, l-UPPE u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) għandhom itejbu l-kooperazzjoni tagħhom biex jipprevjenu l-korruzzjoni kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fl-istituzzjonijiet Ewropej; jitlob ukoll, f’dan il-kuntest, il-ħolqien ta’ korp tal-etika effettiv tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jinnota li l-korruzzjoni tista’ tinvolvi l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, li huma l-istess awtoritajiet li suppost qed jiġġieldu kontriha; jibqa’ mħasseb, f’dan ir-rigward, dwar il-progress limitat u bil-mod li sar fl-eliminazzjoni tal-kultura tal-impunità fl-ogħla livell f’Malta, identifikata mill-inkjesta pubblika indipendenti fl-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia; iqis li l-korpi tal-UE, bħall-Europol, jiżvolġu rwol importanti fl-investigazzjoni tal-korruzzjoni u fil-ġbir tal-evidenza, iżda li r-rekwiżit ta’ approvazzjoni nazzjonali għall-involviment tal-Europol jikkostitwixxi ostaklu; jitlob li jissaħħaħ il-mandat tal-Europol biex din tkun tista’ tinvestiga każijiet ta’ korruzzjoni tat-tip deskritt hawn fuq; jisħaq fuq l-importanza li tiġi garantita s-sorveljanza tal-Europol fil-livell tal-UE, li jissaħħu l-mekkaniżmi, il-korpi u l-aġenziji ta’ responsabbiltà indipendenti tal-UE u li jittejjeb l-iskrutinju demokratiku tal-attivitajiet tal-Europol, anki mill-Grupp ta’ Skrutinju Parlamentari Konġunt, inkluża evalwazzjoni sistematika tal-attivitajiet kollha tal-aġenzija u l-konformità mal-mandat tagħha, kif ukoll id-dmir li jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Parlament lill-aġenzija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni kontra l-korruzzjoni, li jwieġbu għat-talbiet tal-Parlament biex tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jinnota li l-Kummissjoni beħsiebha tintegra l-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-iżvilupp tal-politiki u l-programmi tal-UE u li tappoġġja b’mod attiv l-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw politiki u leġiżlazzjoni b’saħħithom kontra l-korruzzjoni; jilqa’ r-rieda li tiġi indirizzata d-dimensjoni transfruntiera tal-korruzzjoni billi jiġu kriminalizzati r-reati ta’ korruzzjoni u jiġu armonizzati l-pieni fl-UE kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Jenfasizza li l-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus huma intrinsikament marbuta u li l-ħasil tal-flus huwa wieħed mill-aktar faċilitaturi importanti tal-attivitajiet illegali tal-kriminalità organizzata u b’hekk jikkostitwixxi attakk fuq l-istat tad-dritt li permezz tiegħu l-kriminali jittrasferixxu r-rikavat mill-kriminalità fl-ekonomija legali; huwa konxju li l-frodi kontra l-baġit tal-UE tista’ tkun ukoll prekursur tal-ħasil tal-flus; jerġa’ jafferma l-konvinzjoni soda tiegħu li huwa biss bit-tisħiħ tal-arkitettura tal-UE kontra l-frodi u ż-żieda tat-trasparenza fl-istitizzjonijiet Ewropej li l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE tista’ tiġi segwita u msaħħa b’mod effettiv u effiċjenti, billi jingħelbu l-limitazzjonijiet inerenti tas-sistemi nazzjonali li mhumiex biżżejjed biex jiġġieldu l-attakki dejjem aktar tranżnazzjonali fuq l-interessi finanzjarji tal-Unjoni;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Awtoritajiet indipendenti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jenfasizza li s-sistema ta’ kontrokontrolli tista’ taħdem biss meta l-qrati kostituzzjonali, l-ombudspersons, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, id-ditti tal-awditjar, il-korpi tal-ugwaljanza u l-awtoritajiet indipendenti l-oħra kollha jkunu jistgħu jiffunzjonaw u jkollhom mandati wiesgħa biżżejjed kif ukoll indipendenza u integrità suffiċjenti u finanzjament adegwat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li s-sitwazzjoni dwar l-ombudspersons, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, il-korpi tal-ugwaljanza u awtoritajiet indipendenti oħra tvarja ħafna fost l-Istati Membri, hekk kif seħħu xi żviluppi fid-direzzjoni t-tajba f’Ċipru, is-Slovakkja, il-Lussemburgu, il-Portugall, is-Slovenja u l-Polonja, iżda għad fadal xi sfidi fil-Litwanja, fl-Ungerija u fil-Kroazja, u ebda istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem b’mod konformi mal-Prinċipji ta’ Pariġi tan-NU għadha ma ġiet stabbilita fl-Italja, fiċ-Ċekja, f’Malta u fir-Rumanija, u hemm dewmien fil-ħatriet f’diversi awtoritajiet indipendenti fil-Bulgarija, fi Spanja u fl-Awstrija, u fil-Polonja l-funzjonament effettiv tal-Uffiċċju Suprem tal-Awditjar qiegħed f’riskju; jinnota, bi tħassib kbir, l-iżviluppi reċenti fil-Greċja, fejn awtoritajiet indipendenti bħall-Awtorità Ellenika għas-Sigurtà u l-Privatezza tal-Komunikazzjoni (ADAE) u l-Awtorità Griega għall-Protezzjoni tad-Data kienu taħt pressjoni dejjem akbar minħabba l-ħidma tagħhom dwar l-użu illeġittimu ta’ software ta’ spjunaġġ, u l-membri tal-bord tal-ADAE ġew sostitwiti b’mod urġenti reċentement mill-Parlament Grieg, apparentement minħabba d-deċiżjoni imminenti tal-ADAE li timponi multa fuq l-aġenzija tal-intelligence Griega;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jenfasizza li mingħajr il-pluraliżmu tal-media u l-libertà tal-media, il-ħajja demokratika u l-istat tad-dritt ma jistgħux jibqgħu jeżistu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Iqis li t-trasparenza tas-sjieda tal-media hija l-minimu bażiku biex jiġi ppreżervat il-pluraliżmu tal-media; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li, minn meta nħareġ ir-rapport tal-2022 dwar l-istat tad-dritt, ġiet adottata leġiżlazzjoni ġdida li żżid it-trasparenza tas-sjieda tal-media jew li ttejjeb id-disponibbiltà pubblika tal-informazzjoni dwar is-sjieda tal-media fil-Greċja, fil-Lussemburgu u fl-Iżvezja u li tali leġiżlazzjoni ssaħħet f’Ċipru; jinnota li l-bidla għadha ma saritx fil-Bulgarija, fiċ-Ċekja u fi Franza; jinkoraġġixxi lill-istituzzjonijiet Ewropej biex fl-aħħar jadottaw u jimplimentaw Att dwar il-Libertà tal-Media robust u ambizzjuż biex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni fuq it-trasparenza tas-sjieda tal-media fil-livell tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li r-regolaturi tal-media mhumiex protetti biżżejjed mis-salvagwardji kontra influwenza politika mhux xierqa, bħall-Ungerija, is-Slovenja u sa dan l-aħħar, il-Polonja taħt il-gvern preċedenti mmexxi mill-partit Liġi u Ġustizzja, u li l-awtoritajiet għandhom nuqqas ta’ riżorsi, b’mod partikolari fil-Greċja u r-Rumanija; jistieden lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa kollha biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 30 tad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).</FIELD></FOOTNOTE>, li tistipula r-rekwiżit ta’ salvagwardji għall-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jisħaq fuq l-importanza tal-indipendenza editorjali tal-media tas-servizz pubbliku u d-dmir tal-Istati Membri kollha li jirrispettaw dan; Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti salvagwardji kontra interferenzi interni u esterni; iqis li l-media tas-servizz pubbliku għandha titħares mill-pressjonijiet politiċi, inkluż tkeċċija indebita, u li għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji biex jiġi ggarantit li d-deċiżjonijiet editorjali jkunu jistgħu jittieħdu b’mod liberu; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li l-Lussemburgu, is-Slovenja, il-Ġermanja, l-Estonja, is-Slovakkja u ċ-Ċekja ħadu inizjattivi biex isaħħu s-salvagwardji legali jew il-mezzi baġitarji biex itejbu l-indipendenza tax-xandara tas-servizz pubbliku nazzjonali, u li Ċipru, l-Irlanda u l-Iżvezja qed jiddiskutu wkoll riformi, u li fir-Rumanija, f’Malta u fl-Ungerija ma seħħux miżuri f’dak ir-rigward; jinnota l-isforzi tal-Gvern Pollakk il-ġdid biex jerġa’ jistabbilixxi l-indipendenza tax-xandar pubbliku; jinnota li l-Għodda għall-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja l-aktar riċenti kklassifikat ir-riskju għall-awtonomija editorjali u l-indipendenza politika f’Malta bħala “għoli”, u evalwat mill-ġdid ir-riskju globali għall-pluraliżmu tal-media f’Malta u bidlitu minn “medju” għal “għoli”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>jinnota, bi tħassib, ir-ristrutturar ippjanat tar-Radju u t-Televiżjoni tas-Slovakkja (RTVS), ix-xandar pubbliku ewlieni tal-pajjiż; jissottolinja l-importanza li tinżamm media ħielsa u indipendenti bħala pedament ta’ soċjetà demokratika; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Prim Ministru Slovakk u ta’ diversi uffiċjali tal-gvern li jwaqqfu l-komunikazzjoni ma’ organizzazzjonijiet ewlenin tal-media, hekk kif jirrikonoxxi li dan huwa ostaklu sinifikanti għad-dritt tal-pubbliku li jirċievi informazzjoni rilevanti tal-gvern; jenfasizza li tali azzjonijiet inaqqsu l-libertà u t-trasparenza tal-media u jikkontribwixxu għat-tixrid ta’ diżinformazzjoni manipulattiva fl-ispazji pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jfornu finanzjamenti adegwati għal ġurnaliżmu indipendenti u ta’ kwalità fuq skala Ewropea fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Il-protezzjoni tal-ġurnalisti</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Ifakkar li l-ġurnaliżmu indipendenti huwa element vitali tal-istat tad-dritt demokratiku bħala parti mis-sistema ta’ kontrokontrolli essenzjali u element ta’ skrutinju pubbliku; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-tentattivi intenzjonati ta’ diversi gvernijiet u setgħat ekonomiċi biex isikktu lill-ġurnalisti li qed jesponu mġiba ħażina; jisħaq fuq il-fatt li l-interferenza u l-pressjoni mhux iġġustifikati, il-biża’ u l-awtoċensura għandhom effett dissważiv fuq l-eżerċizzju tal-libertà tal-espressjoni ġurnalistika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għax-xejriet inkwetanti fis-sikurezza tal-ġurnalisti f’diversi Stati Membri; jinnota li l-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti rreġistrat aktar minn 1 600 twissija ta’ theddid mill-2015; jesprimi dispjaċir għall-intimidazzjoni tal-ġurnalisti matul il-kampanji elettorali, kif ġara reċentement fl-elezzjoni fis-Slovakkja; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas min-naħa ta’ Malta li tittejjeb il-kundizzjonijiet ta’ ħidma tal-ġurnalisti mill-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia, inkluż in-nuqqas li timplimenta b’mod effettiv ir-rakkomandazzjonijiet kollha tar-rapport tal-inkjesta pubblika tad-29 ta’ Lulju 2021; jitlob lill-uffiċjali tal-gvern Slovakk iżommu lura minn attakki verbali fuq individwi; jissottolinja d-dmir tal-uffiċjali pubbliċi u tal-gvern li jservu liċ-ċittadini kollha, speċjalment f’pajjiż bi storja ta’ reati ta’ mibegħda u l-qtil ta’ ġurnalist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jinsab allarmat bil-persistenza tas-SLAPPs fl-Unjoni Ewropea kollha; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758<FOOTNOTE><FIELD> Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/758 tas-27 ta’ April 2022 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom fil-parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament bla bażi jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”), (ĠU L 138, 17.5.2022, p. 30).</FIELD></FOOTNOTE> u jadottaw miżuri nazzjonali kontra s-SLAPP biex jipproteġu l-ġurnalisti u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti tal-qorti manifestament infondati jew abbużivi; jirrimarka li dan jista’ jsir billi jitneħħew is-sentenzi ta’ priġunerija għal każijiet ta’ defamazzjoni, tiġi dekriminalizzata d-defamazzjoni u minflok jiġu preferuti proċeduri ċivili jew amministrattivi; jilqa’ l-ftehim politiku bejn il-koleġiżlaturi tal-UE dwar id-direttiva kontra s-SLAPP<FOOTNOTE><FIELD> Il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi ("Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika"), COM(2022)0177.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni tesplora l-possibbiltà li tipproponi leġiżlazzjoni addizzjonali biex tkopri l-każijiet kollha tas-SLAPP, inklużi każijiet nazzjonali; jiddispjaċih li minkejja t-tħassib imqajjem minn diversi organizzazzjonijiet internazzjonali, id-dispożizzjonijiet proposti ta’ Malta kontra s-SLAPP mhumiex biżżejjed biex jipproteġu l-ħidma tal-ġurnalisti<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, Letter to the Speaker of the House of Malta (Ittra lill-Ispeaker tal-Kamra ta’ Malta), 26 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; itenni l-appell tiegħu biex ċerti politiċi Maltin, inkluż l-eks prim ministru Malti, jirtiraw il-kawżi ta’ libell li ntirtu mill-eredi ta’ Daphne Caruana Galizia li għadhom għaddejjin snin wara l-assassinju tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Grieg jindirizza l-isfidi serji identifikati mir-Rispons Rapidu għal-Libertà tal-Midja (MFRR), alleanza li ssegwi, timmonitorja u tirreaġixxi għall-ksur tal-libertà tal-istampa u tal-media, b’mod partikolari b’rabta mas-sorveljanza arbitrarja, l-impunità jew ir-reati kontra l-ġurnalisti, is-SLAPPs, l-indipendenza u l-pluraliżmu tal-media<FOOTNOTE><FIELD> Istitut Internazzjonali tal-Istampa,<STRING ITALIC="on"> Murdered, surveilled and sued: decisive action needed to protect journalists and salvage press freedom in Greece</STRING> (Maqtul, sorveljat u mfittex: azzjoni deċiżiva meħtieġa biex tipproteġi lill-ġurnalisti u tiġi salvata l-libertà tal-istampa fil-Greċja), 27 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jilqa’ l-ħolqien ta’ “Task Force dwar il-Protezzjoni, is-Sikurezza u t-Tisħiħ tal-Pożizzjoni tal-Ġurnalisti u ta’ Professjonisti Oħra fil-Media”, bl-għan li jissaħħu s-sikurezza u l-indipendenza tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra fil-media, ta’ attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni kif ukoll ta’ monitoraġġ tas-sikurezza tal-ġurnalisti li t-Task Force bdiet bi qbil mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1534 tas-16 ta’ Settembru 2021 dwar l-iżgurar tal-protezzjoni, tas-sikurezza u tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-ġurnalisti u ta’ professjonisti oħra fil-media fl-Unjoni Ewropea<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 331, 20.9.2021, p. 8.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota bi tħassib kbir id-detenzjoni reċenti ta’ ġurnalista mill-awtoritajiet Franċiżi, apparentement bl-għan li jinkixfu s-sorsi tagħha, kif ukoll l-interċettazzjoni telefonika illegali ta’ ġurnalist Netherlandiż li jaħdem għal “De Correspondent”;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa n-nuqqas ta’ progress deċiżiv fl-investigazzjoni dwar il-qtil ta’ Giorgos Karaivaz; jinnota li ż-żewġ allegati qattiela ġew arrestati aktar minn sentejn wara l-qtil abbażi ta’ evidenza li tidher li kienet disponibbli għall-pulizija mill-bidu; iqis li l-attur li ordna l-qtil għadu ma ġiex identifikat; jinnota li Karaivaz – bħal Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak – kien qed jinvestiga l-korruzzjoni u l-kriminalità, u seta’ għamel għedewwa b’karigi għolja, inkluż f’ċrieki politiċi; jirrimarka li l-attur suspettat li ordna l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia għadu ma ġiex ikkundannat, u l-awtoritajiet għadhom lanqas investigaw b’mod adegwat il-każijiet kollha ta’ korruzzjoni u kriminalità li hija kienet qed tinvestiga;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jikkundanna s-sorveljanza illegali tal-ġurnalisti, b’mod partikolari permezz ta’ software ta’ spjunaġġ; jinsab diżappuntat dwar ir-rifjut tal-Kummissjoni li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kumitat ta’ Inkjesta Speċjali Pegasus u jqis dan bħala nuqqas ta’ azzjoni; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tivvaluta l-issodisfar tal-kundizzjonijiet speċifiċi għal Ċipru, il-Greċja, l-Ungerija, il-Polonja u Spanja stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni, li d-data tal-iskadenza tagħhom kienet it-30 ta’ Novembru 2023; jilqa’ l-ħolqien tal-kumitat ta’ inkjesta speċjali b’setgħat investigattivi fis-Sejm, il-kamra inferjuri tal-Parlament Pollakk; jitlob li ssir investigazzjoni bir-reqqa tal-allegat ksur serju tal-liġijiet nazzjonali u tal-UE relatati mas-sorveljanza illegali għal skopijiet politiċi mill-gvern immexxi mill-partit Liġi u Ġustizzja; jinsab allarmat li l-allegata lista ta’ vittmi hija twila ħafna u tinkludi diversi politiċi, avukati, prosekuturi, ġurnalisti, negozjanti, attivisti u persuni oħra; jirrimarka li ma saret ġustizzja fl-ebda wieħed mill-ħafna każijiet ta’ abbuż ta’ software ta’ spjunaġġ kontra ġurnalisti, attivisti, politiċi, avukati u miri politiċi oħra; jikkonkludi għalhekk li, għall-kuntrarju tas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni, ħafna awtoritajiet nazzjonali la huma lesti u lanqas kapaċi jindirizzaw il-kwistjoni, u dan iħalli lill-vittmi mingħajr rimedju effettiv u demokrazija mingħajr protezzjoni; jinsab imħasseb ħafna dwar l-effett dissważiv tal-impunità tal-abbuż ta’ software ta’ spjunaġġ fuq il-ġurnalisti u s-sorsi tagħhom; jissottolinja li l-użu illeġittimu ta’ software ta’ spjunaġġ mill-gvernijiet nazzjonali jaffettwa direttament u indirettament l-integrità tat-teħid tad-deċiżjonijiet, u b’hekk jimmina d-demokrazija tal-Unjoni Ewropea u jenfasizza l-urġenza ta’ aktar trasparenza u obbligu ta’ rendikont ġuridiku tal-industrija tas-sorveljanza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Ifakkar li l-kummerċ fis-software ta’ spjunaġġ u l-użu tiegħu jeħtieġ li jiġu rregolati b’mod strett, li l-użu ta’ software ta’ spjunaġġ mill-Istati Membri jrid ikun proporzjonat u ma jridx ikun arbitrarju, u li s-sorveljanza trid tiġi awtorizzata biss f’ċirkostanzi stretti u predeterminati; iqis li mekkaniżmi <STRING ITALIC="on">ex ante</STRING> effettivi biex tiġi żgurata s-sorveljanza ġudizzjarja huma kritiċi għall-protezzjoni tad-drittijiet individwali; jerġa’ jafferma li d-drittijiet individwali ma jistgħux jitpoġġew f’riskju billi jiġi permess aċċess bla xkiel għas-sorveljanza; jissottolinja li l-kapaċità tal-ġudikatura li twettaq kontroll <STRING ITALIC="on">ex post</STRING> sinifikanti u effettiv fil-qasam ta’ talbiet għal sorveljanza għas-sigurtà nazzjonali hija importanti wkoll, ħalli jiġi żgurat li l-użu sproporzjonat ta’ software ta’ spjunaġġ minn gvernijiet ikun jista’ jiġi kkontestat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Jisħaq li l-impatt tal-użu illeġittimu ta’ software ta’ spjunaġġ huwa ħafna aktar evidenti fl-Istati Membri fejn l-awtoritajiet li normalment jingħataw il-kompitu li jinvestigaw, jipprovdu rimedju lil persuni fil-mira u jiżguraw l-obbligu ta’ rendikont, ikunu kontrollati mill-istat u fejn teżisti kriżi tal-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura hija pperikolata, b’tali mod li l-awtoritajiet nazzjonali ma jkunux jistgħu jiġu fdati; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tistabbilixxi monitoraġġ speċifiku għall-pajjiż u rakkomandazzjonijiet relatati mal-użu illegali ta’ software ta’ spjunaġġ mill-Istati Membri fir-rapport dwar l-istat tad-dritt, biex jiġi vvalutat ir-reattività tal-istituzzjonijiet tal-istat li jipprovdu rimedju lill-persuni fil-mira;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Trasparenza u aċċess għall-informazzjoni</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għad-diffikultajiet kontinwi li jiffaċċjaw ħafna ċittadini, ġurnalisti u parlamentari f’ħafna Stati Membri biex jiksbu informazzjoni u aċċess għad-dokumenti; jissottolinja li, spiss wisq, l-awtoritajiet pubbliċi deliberatament ifixklu l-aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti, pereżempju billi jdewmu b’mod sproporzjonat id-deċiżjonijiet jew jagħtu biss aċċess artifiċjali billi jagħmlu l-informazzjoni disponibbli parzjalment biss; jinnota li l-Kummissjoni kkonstatat li diversi Stati Membri ħadu inizjattivi biex jirregolaw aħjar l-aċċess għall-informazzjoni, bħal fiċ-Ċekja, il-Litwanja u s-Slovakkja, u li xi oħrajn qed jaħdmu għat-titjib f’dan il-qasam, bħal-Ġermanja, Spanja, il-Kroazja, il-Lussemburgu u l-Ungerija; jinnota, madankollu, li xi Stati Membri għadhom ma jindirizzawx bis-sħiħ it-tħassib, bħal Malta, l-Awstrija u l-Finlandja; itenni t-talba tiegħu lill-Gvern Malti biex jirtira r-rikorsi tiegħu kontra serje ta’ talbiet għal-libertà tal-informazzjoni mressqa minn <STRING ITALIC="on">The Shift News</STRING>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE juru mġiba eżemplari f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-informazzjoni u d-dokumenti; jinnota f’dan ir-rigward ir-Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew dwar iż-żmien li l-Kummissjoni Ewropea tieħu biex tindirizza talbiet għall-aċċess pubbliku għad-dokumenti, wara l-inkjesta strateġika tagħha f’din il-kwistjoni li fiha kkonstatat amministrazzjoni ħażina peress li l-Kummissjoni wriet dewmien sistemiku u sinifikanti fl-indirizzar ta’ applikazzjonijiet konfermatorji<FOOTNOTE><FIELD> Ombudsman Ewropew, Rapport Speċjali tal-Ombudsman Ewropew fl-inkjesta strateġika tagħha dwar iż-żmien li tieħu l-Kummissjoni Ewropea biex tindirizza talbiet għal aċċess pubbliku għad-dokumenti (OI/2/2022/OAM), 18 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Kummissjoni tindirizza din il-problema rikorrenti darba għal dejjem;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jirregolaw il-lobbjar, billi pereżempju jintroduċu reġistri nazzjonali obbligatorji ta’ trasparenza għall-politiċi u l-membri u l-uffiċjali tal-gvern, l-awtoritajiet u l-aġenziji kollha; jinkoraġġixxi lill-politiċi, lill-uffiċjali tal-gvern u lill-uffiċjali tal-awtoritajiet u l-aġenziji jippubblikaw lista tal-laqgħat kollha tagħhom;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Id-dimensjoni ekonomika tal-istat tad-dritt</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jitlob it-tisħiħ tal-prinċipju tal-istat tad-dritt fis-suq intern; jissottolinja li strutturi tal-istat tad-dritt affidabbli u stabbli huma pilastri ewlenin għall-investiment u l-kummerċ li huma essenzjali għall-kompetittività u għalhekk għall-kapaċità tas-sistema ta’ protezzjoni soċjali u tas-suq tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea; jiddispjaċih dwar il-miżuri tal-Istati Membri f’dan il-qasam li jiksru l-liġi tal-Unjoni, bħal ċerti miżuri protezzjonisti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jitlob li l-monitoraġġ tad-dimensjoni ekonomika tal-istat tad-dritt jiġi intensifikat; jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar kunsiderazzjoni lid-dimensjoni ekonomika u attenzjoni speċifika fir-rapport dwar l-istat tad-drit, fil-qafas ta’ rapport b’portata aktar wiesgħa;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Ifakkar fil-kundanna tiegħu tal-prattiki sistemiċi diskriminatorji, mhux trasparenti u inġusti rrappurtati kontra kumpaniji f’ċerti setturi fl-Ungerija u l-użu tal-fondi tal-UE biex jarrikkixxu l-alleati politiċi tal-gvern, li jmorru kontra r-regoli tal-UE dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku; jinsab imħasseb ħafna minħabba l-konċentrazzjoni dejjem akbar ta’ negozji f’idejn oligarki b’rabtiet mal-gvern attwali li indikaw b’mod pubbliku l-intenzjoni tagħhom li jixtru f’setturi ewlenin, kif ukoll minħabba l-attakki diretti kontra l-kompetituri ta’ dawk in-negozji;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>45.</NO.P>Ifakkar li, fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattati, kwalunkwe diskriminazzjoni fuq il-bażi tan-nazzjonalità hija pprojbita f’konformità mal-Karta, u li l-libertà tal-istabbiliment, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-moviment liberu tal-kapital huma libertajiet fundamentali tas-suq uniku; jissottolinja li r-regoli dwar l-ugwaljanza fit-trattament jipprojbixxu diskriminazzjoni ċara u moħbija minħabba n-nazzjonalità jew, fil-każ ta’ kumpanija, is-sede tagħha; jissottolinja li l-implimentazzjoni xierqa tar-regoli dwar il-kompetizzjoni u l-akkwist pubbliku hija wkoll fl-interess tal-kumpaniji Ungeriżi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>46.</NO.P>Jitlob lill-Istati Membri juru l-impenn tagħhom għall-istat tad-dritt lill-komunità internazzjonali u jimplimentaw il-miżuri restrittivi adottati kollha tal-UE b’mod preċiż u konsistenti, u jipprevjenu l-evitar tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja dan mill-qrib;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Spazju tas-soċjetà ċivili</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>47.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol kruċjali tas-soċjetà ċivili u ta’ spazju ċiviku san għar-rispett u għall-protezzjoni tal-istat tad-dritt u jtenni l-appell tiegħu biex jiġi ddedikat kapitolu separat għall-kundizzjoni tas-soċjetà ċivili fl-Istati Membri; jinnota li l-Kummissjoni tikkonstata li Malta, l-Irlanda, il-Bulgarija, il-Litwanja u l-Ġermanja ħabbru jew bdew sforzi biex itejbu l-qafas għas-soċjetà ċivili, u tikkonstata li s-soċjetà ċivili qed tiffaċċja sfidi partikolari f’Ċipru, il-Greċja, Spanja, l-Italja u Franza, u restrizzjonijiet awtoritarji sistemiċi, kontinwi u serji fl-Ungerija u l-Polonja taħt il-gvern preċedenti mmexxi mill-partit Liġi u Ġustizzja; jistieden lill-Istati Membri kollha jaċċettaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) bħala partijiet ikkonċernati importanti fil-ħajja demokratika u joħolqu ambjent li jrawwem is-soċjetà ċivili;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>48.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tinvesti, permezz ta’ finanzjamenti speċifiku, fit-tisħiħ tal-kapaċita għall-OSĊ biex jimmonitorjaw u jirrapportaw dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, pereżempju permezz tal-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri, u biex tiżgura protezzjoni adegwata lill-OSĊ involuti f’dan il-proċess; jinsab imħasseb li d-distribuzzjoni preġudikata tal-finanzjamenti f’ċerti pajjiżi għandha impatt fuq l-OSĊ li jaħdmu għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-gruppi vulnerabbli jew li jaħdmu, b’mod aktar ġenerali, għal kawżi mhux appoġġjat mill-gvernijiet; jinkoraġġixxi valutazzjoni bir-reqqa ta’ dawn il-kwistjonijiet fil-pajjiżi kollha koperti mir-rapport u jisħaq fuq il-ħtieġa li r-rakkomandazzjonijiet tal-pajjiżi jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra l-ġestjoni diretta tal-fondi tal-UE, sabiex tiżgura li l-benefiċjarji eliġibbli, bħall-OSĊ, in-negozji u l-awtoritajiet lokali, jirċievu l-finanzjament tal-UE maħsub għalihom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>49.</NO.P>Jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)0516) u jimpenja ruħu li jagħti prijorità lill-adozzjoni tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tistabbilixxi aktar strateġija li tipprevedi standards minimi għall-protezzjoni tal-OSĊ fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi promoss ambjent regolatorju u politiku ħieles minn theddid u attakki, u tipprovdihom b’aċċess sostenibbli u nondiskriminatorju għar-riżorsi filwaqt li tappoġġja u tħeġġeġ l-involviment tagħhom fi djalogu ċivili u l-parteċipazzjoni tagħhom fit-tfassil tal-politika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>50.</NO.P>Huwa mħasseb ferm dwar il-pjanijiet imħabbra mill-Gvern Slovakk biex tiġi adottata leġiżlazzjoni li ddgħajjef l-ispazju ċiviku, inkluż billi tiġi ristretta l-ħidma tal-NGOs u billi jiġu stigmatizzati l-organizzazzjonijiet li jirċievu finanzjament barrani;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>51.</NO.P>Jiddeplora l-fatt li s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-UE kompliet tiddeterjora dejjem aktar f’dawn l-aħħar snin; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu jaħdmu mingħajr tfixkil jew insigurtà;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-użu leġittimu tal-forza mill-pulizija skont l-istat tad-dritt, kif ukoll il-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda paċifika</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>52.</NO.P>Jenfasizza li l-infurzar tal-liġi għandu rwol essenzjali fil-preservazzjoni tal-istat tad-dritt u joħloq ambjent sikur għan-nies u jippermettilhom igawdu d-drittijiet fundamentali; jesprimi dispjaċir għall-fatt li, skont ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2023 dwar l-Istat tad-Dritt, f’ħafna Stati Membri, inklużi l-Belġju, Ċipru, il-Portugal u s-Slovakkja, l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ma għandhomx biżżejjed riżorsi biex iwettqu b’mod effettiv il-kompiti, bħall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jistieden lill-Istati Membri jiżguraw finanzjament u riżorsi umani adegwati għall-pulizija u għal aġenziji oħra tal-infurzar tal-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>53.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li l-prerogattiva tal-użu tal-forza trid tiġi ttrattata b’kawtela estrema u jenfasizza li l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw li l-pulizija tuża l-forza biss meta jkun strettament meħtieġ u sal-punt meħtieġ biex jintlaħaq objettiv leġittimu biss; ifakkar dwar il-ħtieġa li l-pulizija twettaq il-kompiti tagħha f’konformità mal-prinċipji tal-imparzjalità u tan-nondiskriminazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jinvestigaw bir-reqqa kwalunkwe każ ta’ użu eċċessiv ta’ forza jew trattament diskriminatorju mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u jiżguraw garanziji sistemiċi kontra tali abbużi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>54.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jqisu l-Kodiċi tal-Etika tal-Pulizija tal-Kunsill tal-Ewropa f’dan ir-rigward; iqis li l-uffiċjali tal-pulizija għandhom jitħarrġu fl-użu ta’ prattiki alternattivi għaż-żamma tal-ordni pubbliku li ma jipperikolawx il-ħajja tad-dimostranti jew tad-detenuti; jistieden lill-Istati Membri jintroduċu linji gwida għall-UE kollha għal proċess ta’ għażla, ittestjar u prova trasparenti, indipendenti u konsistenti għall-armi użati mill-aġenti tal-infurzar tal-liġi, abbażi tal-istandards, ir-rakkomandazzjonijiet u l-prinċipji gwida tan-NU; jinnota li din il-valutazzjoni għandha tiddetermina l-konformità mad-dritt u l-istandards internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem qabel l-għażla u l-użu; jistieden lill-Istati Membri jiġbru data dwar id-drabi kollha ta’ użu tal-forza biex jippermettu l-ġbir ta’ provi dwar l-użu tagħha, l-użu ħażin tagħha, il-konsegwenzi mhux mistennija, il-korrimenti u l-imwiet u l-kawżi tagħhom; huwa mħasseb dwar l-użu ta’ forza eċċessiva mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fl-UE kollha; jenfasizza li l-pulizija Franċiża hija armata aktar mill-biċċa l-kbira tal-forzi tal-pulizija l-oħra fl-UE; huwa mħasseb dwar il-fatt li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fi Franza jwettqu wkoll detenzjonijiet arbitrarji tad-dimostranti, li tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal-libertà, peress li l-biċċa l-kbira tad-detenuti jinħelsu wara ftit sigħat mingħajr ebda akkuża;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>55.</NO.P>Jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li ħafna każijiet ta’ użu sproporzjonat tal-forza kontra d-dimostranti għadhom qed jiġu rrappurtati madwar l-UE, inkluż is-swat ta’ dimostranti; jinnota li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi f’xi Stati Membri qed jużaw dejjem aktar “armi inqas letali” biex jikkontrollaw jew ixerrdu folol ta’ dimostranti, li wassal ukoll għal għadd konsiderevoli ta’ persuni midruba serjament f’dawn l-aħħar snin, u dan għalhekk jirrikjedi linji gwida ċari dwar l-użu tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>56.</NO.P>Jemmen li f’diversi postijiet madwar l-UE, il-libertajiet tal-espressjoni u tal-għaqda qed jiġu eżerċitati f’kundizzjonijiet inkwetanti; jisħaq li r-restrizzjonijiet għad-dritt għall-għaqda paċifika ma jistgħux fil-prinċipju jkunu bbażati fuq is-sustanza tal-messaġġ li l-parteċipanti ta’ proposta jixtiequ jwasslu, ladarba d-dritt għall-għaqda paċifika hija marbuta mill-qrib mad-dritt għal-libertà tal-espressjoni, ħlief għall-għaqdiet immirati lejn l-inċitar ta’ vjolenza; jinsisti li l-liġijiet u l-prattiki dwar l-għaqdiet għandhom dejjem josservaw l-istandards internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem dwar il-libertà tal-għaqda u s-sorveljanza ta’ dimostrazzjonijiet, inkluża l-provvista ta’ taħriġ profond dwar id-drittijiet tal-bniedem għall-uffiċjali tal-pulizija; jistieden lill-Istati Membri ma jadottawx liġijiet jew prattiki li jirrestrinġu b’mod preventiv id-dritt għall-għaqda paċifika jew li, minn qabel mingħajr kontroll ġudizzjarju, jikkriminalizzaw lid-dimostranti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>57.</NO.P>Jesprimi tħassib serju dwar il-ħafna każijiet ta’ użu eċċessiv tal-forza mis-servizzi tal-pulizija kontra gruppi minoritarji, bħal kontra r-Rom, f’diversi Stati Membri; jistieden lill-awtoritajiet tal-Istati Membri jinvestigaw b’mod sħiħ u indipendenti l-każijiet kollha bħal dawn; jinsab imħasseb ħafna dwar il-fatt li tliet żgħażagħ Rom inqatlu fi tliet snin fil-Greċja u dwar in-nuqqas ta’ investigazzjoni bir-reqqa fuq dan;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">L-ugwaljanza, in-nondiskriminazzjoni u l-pluraliżmu</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>58.</NO.P>Jinnota li r-rigress demokratiku u tal-istat tad-dritt u l-imminar tad-drittijiet tal-minoranzi spiss imorru id f’id, u għal darb’oħra jissottolinjaw il-ħtieġa ta’ approċċ komprensiv għall-monitoraġġ tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (DRF) fir-rapporti futuri; jesprimi dispjaċir għan-nuqqas ta’ progress dwar il-protezzjoni tal-minoranzi madwar l-UE; jikkundanna d-diskors ta’ mibegħda, inkluż mill-gvern jew minn uffiċjali politiċi, kontra gruppi ta’ minoranza;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>59.</NO.P>Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu miġġielda t-tipi kollha ta’ diskriminazzjoni, diskors ta’ mibegħda u reati diretti b’mod speċifiku lejn gruppi ta’ minoranza u membri ta’ minoranzi nazzjonali, etniċi, lingwistiċi u reliġjużi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi pilastru speċifiku ġdid fir-rapport li jmiss, li jidentifika l-forom kollha ta’ ksenofobija, razziżmu, antisemitiżmu, iżlamofobija, antiżingariżmu, u fobija fil-konfront tal-persuni LGBTIQ, diskors ta’ mibegħda u diskriminazzjoni fl-Istati Membri kollha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>60.</NO.P>Jinsab allarmat biż-żieda reċenti fl-antisemitiżmu, inklużi atti ta’ vjolenza, intimidazzjoni u simboli ta’ mibegħda murija fi spazji pubbliċi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>61.</NO.P>Jinsab allarmat ukoll dwar il-livell ta’ iżlamofobija fl-UE, inklużi kampanji ta’ malafama u diżinformazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>62.</NO.P>Jesprimi d-diżappunt tiegħu dwar id-dewmien tal-Kummissjoni biex tindirizza n-nuqqas ta’ konformità mal-liġijiet dwar id-drittijiet fundamentali u l-ġurisprudenza mill-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, tissodisfa r-responsabbiltà tagħha għall-infurzar tal-liġi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, u ma tiddipendix fuq li ċ-ċittadini jmorru minn jeddhom il-Qorti biex tiġi żgurata l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE; jirrakkomanda lill-Kummissjoni, b’mod partikolari, biex tieħu azzjoni rigward in-nuqqasijiet ta’ implimentazzjoni tas-sentenzi tal-QĠUE skont l-Artikolu 260(2) tat-TFUE u r-Regolament dwar il-Kundizzjonalità tal-Istat tad-Dritt f’każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>63.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jagħmlu l-protezzjoni tad-drittijiet tal-LGBTIQ+ prijorità reali u trażversali fl-oqsma kollha ta’ politika; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-mezzi kollha disponibbli biex tiżgura li d-drittijiet tal-LGBTIQ+ jiġu rrispettati fl-UE kollha, inkluż l-użu ta’ proċeduri ta’ ksur kontra l-Istati Membri; jistieden lill-Istati Membri jqisu t-12-il rakkomandazzjoni tal-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni, id-Diversità u l-Inklużjoni biex jiġu miġġielda r-reati ta’ mibegħda kontra l-persuni LGBTIQ+, kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza<FOOTNOTE><FIELD> Il-Kunsill tal-Ewropa, Kumitat ta’ Tmexxija dwar il-Ġlieda kontra d-Diskriminazzjoni u dwar id-Diversità u l-Inklużjoni, 2Thematic review of the implementation of Recommendation CM/Rec(2010)5” (Analiżi tematika tal-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjoni CM/Rec (2010)5), 14 ta’ Settembru 2023; Il-Kunsill tal-Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza, “ECRI General Policy Recommendation No. 17 on preventing and combating intolerance and discrimination against LGBTI persons” (Rakkomandazzjoni ta’ Politika Ġenerali Nru 17 tal-ECRI dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-intolleranza u d-diskriminazzjoni kontra l-persuni LGBTI), 28 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jinnota l-abbozz ta’ liġi Rumen reċenti, li għandu l-għan li jikkonforma mas-sentenza <STRING ITALIC="on">Coman</STRING><FOOTNOTE><FIELD> Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2018, Referenza għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE mill-Curtea Constituţională (il-Qorti Kostituzzjonali, ir-Rumanija), ECLI:EU:C:2018:385.</FIELD></FOOTNOTE> tal-QĠUE tal-2018, kif ukoll il-kritika li l-abbozz ta’ liġi jimplimenta dik id-deċiżjoni biss b’mod strett ħafna u li ma jiggarantix drittijiet ugwali għal koppji tal-istess sess<FOOTNOTE><FIELD> Euractiv, “Romanian LGBTQ+ community wants equal rights, not special conditions” (Il-komunità LGBTQ+ Rumena trid drittijiet ugwali, mhux kundizzjonijiet speċjali), 22 ta’ Settembru 2023.</FIELD></FOOTNOTE>; jistieden lill-Istati Membri l-oħra kollha mingħajr rikonoxximent legali ta’ sħubijiet bejn persuni tal-istess sess fis-seħħ, bħall-Bulgarija, il-Litwanja, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja, biex jiżguraw li dan id-dritt ikun stipulat fil-liġi;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>64.</NO.P>Jiddispjaċih ħafna li r-rikonoxximent legali tal-ġeneru permezz ta’ bidla fl-istatus ċivili għadu mhux possibbli f’diversi Stati Membri; jiddispjaċih bin-nuqqas ta’ sforz u r-rieda tal-Gvern Bulgaru biex joħroġ bi pjan ta’ azzjoni kredibbli biex jimplimenta s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem f’<STRING ITALIC="on">Y.T. vs il-Bulgarija</STRING> fid-9 ta’ Lulju 2020; ifakkar, barra minn hekk, in-nuqqas kontinwu tal-Bulgarija li timplimenta s-sentenza tal-QĠUE fil-kawża “Baby Sara” (C-490/20);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>65.</NO.P>Jappella għall-inklużjoni tarl-bażijiet tal-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru, l-espressjoni tal-ġeneru u l-karatteristiċi tas-sess fil-qafas legali kontra d-diskriminazzjoni tal-UE, abbażi ta’ interpretazzjoni wiesgħa tal-bażijiet ta’ orjentazzjoni sesswali u ta’ sess u l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel stabbilit fit-Trattati; jinnota li dan se jiżgura ċ-ċertezza legali u l-kompletezza tal-protezzjoni taċ-ċittadini kollha tal-Unjoni tagħna, u li din l-interpretazzjoni diġà ġiet maqbula mill-koleġiżlaturi fil-proposta għal direttiva li tistabbilixxi standards għall-korpi tal-ugwaljanza fil-qasam tat-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (COM(2022)0688);
</ACTION><ACTION>
<NO.P>66.</NO.P>Jappella għal projbizzjoni Ewropea tal-“prattiki ta’ konverżjoni”; jappella għal projbizzjoni tal-mutilazzjoni ġenitali li tagħmel ħsara anke lil persuni intersesswali (mutilazzjoni ġenitali intersesswali); jappella għal projbizzjoni ta’ aborti furzati u sterilizzazzjonijiet furzati, li jikkostitwixxu forma ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru u jagħmlu ħsara b’mod partikolari lil persuni b’diżabilità; jissottolinja l-importanza li jiġu rrispettati l-awtodeterminazzjoni u l-awtonomija u li tiġi promossa s-saħħa fiżika u mentali tal-persuni LGBTIQ+.; jissottolinja li l-pożizzjoni tiegħu dwar il-proposta għal direttiva dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105) tinkludi ż-żieda ta’ mutilazzjoni ġenitali femminili, mutilizzazzjoni ġenitali intersesswali u sterilizzazzjoni furzata mal-lista tal-hekk imsejħa reati kriminali tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>67.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li d-drittijiet tan-nisa huma drittijiet tal-bniedem u li xejn ma jista’ jiġġustifika rigressjoni fid-drittijiet u l-awtonomija tan-nisa; jikkundanna b’mod partikolari l-attakk fuq is-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati tan-nisa u l-bniet li qed iseħħ f’diversi Stati Membri; jemmen li d-dritt għal abort sikur u legali għandu jkun integrat fil-Karta;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>68.</NO.P>Jenfasizza li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kemm online kif ukoll offline, tikkostitwixxi reat partikolarment serju u ksur mifrux tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali fl-Unjoni li jeħtieġ li jiġi indirizzat b’effiċjenza u determinazzjoni akbar fuq bażi komuni; jenfasizza li l-vjolenza abbażi tal-ġeneru hija r-riżultat ta’ inugwaljanzi strutturali soċjetali u sistemiċi bejn il-ġeneri li għandhom dimensjoni transfruntiera; jindika, b’mod partikolari, il-movimenti dejjem akbar kontra l-ġeneru, kontra l-LGBTIQ+ u kontra l-femminiżmu, li huma organizzati sew u li għandhom natura transfruntiera; jikkunsidra, barra minn hekk, li d-dimensjoni transfruntiera tal-vjolenza ċibernetika abbażi tal-ġeneru u l-impatt kbir individwali, ekonomiku u soċjetali tal-vjolenza abbażi tal-ġeneru fl-Istati Membri kollha jerġgħu jaffermaw il-ħtieġa li tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru fid-dimensjonijiet multipli tagħha fuq bażi komuni tal-Unjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>69.</NO.P>Jisħaq fuq il-fatt li n-nuqqas li tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u l-bniet u forom oħra ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fuq bażi komuni jirriżulta wkoll mi-nuqqas ta’ regoli minimi dwar id-definizzjoni ta’ reati u sanzjonijiet kriminali; jinnota li dan jinkludi definizzjoni komuni ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru, regoli minimi li jikkonċernaw kwistjonijiet ewlenin ta’ prevenzjoni, sottorappurtar, protezzjoni tal-vittmi, appoġġ u riparazzjoni, u l-prosekuzzjoni tal-awturi tar-reati; jissottolinja li l-approċċi u l-livelli ta’ impenn tal-Istati Membri biex jipprevjenu u jiġġieldu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru jvarjaw b’mod sinifikanti u li, għalhekk, approċċ ta’ bażi komuni jikkontribwixxi wkoll għall-infurzar tal-liġi f’operazzjonijiet transfruntiera;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>70.</NO.P>Jemmen li, għalkemm l-liġijiet elettorali nazzjonali ma jidħlux fil-kompetenza tal-Unjoni, il-korpi eletti kollha fl-Unjoni Ewropea għandhom ikunu rappreżentattivi tad-diversi vuċijiet fl-elettorat; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ċerti sistemi elettorali madwar l-Unjoni li ma jippermettux il-pluraliżmu, pereżempju billi jistabbilixxu limitu elettorali għoli sabiex wieħed jiġi elett; jinkoraġġixxi riformi elettorali nazzjonali f’każijiet li fihom partijiet kbar tal-popolazzjoni jibqgħu mhux rappreżentati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>71.</NO.P>Jiddeplora bil-qawwa l-għadd kbir ta’ mwiet ta’ refuġjati u migranti fuq il-baħar li ta’ spiss huma vittmi tat-traffikar tal-bniedem u li jridu jiffaċċjaw trattament inuman u degradanti mingħajr ebda kunsiderazzjoni għas-sikurezza jew id-drittijiet fundamentali tagħhom; ifakkar lill-Istati Membri fl-obbligu tagħhom fid-dritt internazzjonali tal-baħar li jassistu lill-persuni f’diffikultà u jitlob li tiġi stabbilita missjoni komprensiva ta’ tiftix u salvataġġ tal-UE implimentata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Frontex; jieħu nota tal-ħidma tal-Frontex u tal-Uffiċjal għad-Drittijiet Fundamentali tagħha, kif ukoll tal-Aġenzija tal-UE għall-Ażil; jenfasizza l-ħtieġa ta’ sistema tal-ażil tal-UE effikaċi li tirrispetta d-drittijiet tal-bniedem; jinnota l-progress li sar fuq il-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li jagħmilha possibbli li l-patt jiġi adottat qabel it-tmiem ta’ din il-leġiżlatura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>72.</NO.P>Jilqa’ l-fatt li, fil-15 ta’ Frar 2024, il-Greċja saret is-16-il Stat Membru li lleġiżla l-ugwaljanza taż-żwieġ billi għaddiet liġi storika mill-Parlament Grieg li tillegalizza ż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess u tagħti drittijiet sħaħ tal-ġenituri lill-koppji tal-istess sess;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Konklużjonijiet trażversali dwar l-istat tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali fl-UE kollha</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>73.</NO.P>Jesprimi t-tħassib kbir tiegħu, fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali madwar l-UE qed jiddgħajfu; jenfasizza li anki jekk is-sitwazzjoni ppreżentata mir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt tiżvela ħafna żviluppi inkwetanti, is-sitwazzjoni tidher saħansitra aktar inkwetanti meta jitqiesu rapporti u sorsi indipendenti oħra; jissottolinja li l-erożjoni ta’ dawn il-valuri fl-Istati Membri tikkomprometti u timmina l-istituzzjonijiet tal-UE u s-sitwazzjoni fl-UE kollha kemm hi, anke jekk xi Stati Membri huma eżemplari fil-protezzjoni u l-promozzjoni ta’ dawn il-valuri;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>74.</NO.P>Jissottolinja li din is-sitwazzjoni mhijiex sempliċement konklużjoni astratta iżda għandha impatt fuq il-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini u n-negozji tal-UE, billi dawn jesperjenzaw pereżempju ġudikatura ineffiċjenti jew mhux indipendenti u korruzzjoni sfrenata, u ma jistgħux jaċċedu ġurnaliżmu indipendenti u ta’ kwalità; jenfasizza li dan jimmina l-fiduċja fis-sistema demokratika tagħna bbażata fuq l-Istat tad-Dritt; jemmen li għalhekk it-treġġigħ lura tar-rispett għall-valuri tal-UE fl-Istati Membri huwa vitali biex tiġi evitata d-diżintegrazzjoni tas-soċjetajiet tagħna u tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Kunsill Ewropew jirrikonoxxu bis-sħiħ li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali mhumiex kwistjonijiet nazzjonali biss, iżda huma kwistjonijiet ta’ tħassib dirett għall-Unjoni Ewropea u għall-istituzzjonijiet tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>75.</NO.P>Jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw bis-sħiħ mal-valuri li fuqhom hija msejsa l-Unjoni kif minqux fl-Artikolu 2 tat-TUE; jistieden, f’dan ir-rigward, lill-Istati Membri jirrispettaw il-legalità u ċ-ċertezza tad-dritt, jipprevjenu l-abbużi tal-poter u jiżguraw l-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni, l-aċċess għall-ġustizzja, is-separazzjoni tas-setgħat, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn huma prinċipji ewlenin għall-funzjonament xieraq tal-mekkaniżmi ta’ kontrokontrolli ta’ kull demokrazija b’saħħitha; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza b’mod indipendenti jekk dawn il-prinċipji qed jiġu rispettati fl-Istati Membri kollha;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Infurzar tal-liġi tal‑UE</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>76.</NO.P>Jinnota li l-infurzar xieraq tal-liġi kollha tal-UE huwa l-prekundizzjoni stess għal unjoni bbażata fuq l-istat tad-dritt; jikkundanna n-nuqqas ta’ konformità li xi kultant ikun fil-miftuħ u bla mistħija ta’ diversi Stati Membri mal-liġi tal-UE f’diversi oqsma, bħad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-liġijiet kontra l-korruzzjoni, l-ażil, l-implimentazzjoni tas-sanzjonijiet u l-liġi dwar id-drittijiet tal-bniedem; jissottolinja li dan iwassal għar-riskju li l-UE ssir żona fejn xi Stati Membri jħossuhom aktar ugwali minn oħrajn u d-drittijiet u l-libertajiet tal-UE taċ-ċittadini mhumiex protetti b’mod ugwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>77.</NO.P>Ifakkar lill-Kummissjoni li hija l-ewwel u qabel kollox il-gwardjan tat-Trattati; jissottolinja li l-ħruġ ta’ rapport mhuwiex biżżejjed biex tissaħħaħ l-unjoni tagħna abbażi tal-istat tad-dritt iżda li r-rapport għandu jwassal għal azzjoni konkreta ta’ infurzar, speċjalment fejn ir-rakkomandazzjonijiet ma jiġux rispettati bis-sħiħ;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>78.</NO.P>Jesprimi dispjaċir kbir għall-fatt li l-Kummissjoni mhijiex qed tieħu azzjoni aktar b’saħħitha biex tinforza l-liġi tal-UE; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni żżid l-għadd ta’ proċeduri ta’ ksur ġodda u tmexxi ’l quddiem il-proċeduri ta’ ksur eżistenti b’aktar awdaċità u urġenza; jistieden lill-Kummissjoni tirrikorri b’mod sistematiku għal proċeduri u applikazzjonijiet imħaffa għal miżuri interim quddiem il-QĠUE; jistieden lill-Kummissjoni ma tużax id-“djalogu” mal-Istati Membri jew il-proċedura “pilota” bħala mezz miftuħ biex tevita li tniedi proċeduri ta’ ksur attwali; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi l-politika tagħha, diskritta fil-komunikazzjoni tagħha tal-2022 dwar l-infurzar tal-liġi tal-UE, li ma tużax azzjonijiet ta’ ksur għal rimedju “individwali”, peress li din il-politika wasslet għal ċaħda serja tad-drittijiet għaċ-ċittadini madwar l-UE, speċjalment fejn il-gvernijiet tagħhom stess qed jirrifjutaw li jikkonformaw mal-liġi tal-UE jew mas-sentenzi tal-QĠUE, u anki peress li l-biċċa l-kbira ta’ dawn il-każijiet mhumiex biss individwali iżda jindirizzaw kwistjonijiet strateġiċi u fundamentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>79.</NO.P>Jinnota l-problema persistenti tal-implimentazzjoni mhux kompluta tas-sentenzi tal-QEDB, filwaqt li jinnota d-deċiżjonijiet tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa; jilqa’ l-inklużjoni tal-indikaturi sistemiċi dwar l-implimentazzjoni tas-sentenzi ewlenin tal-QEDB fir-rapport dwar l-istat tad-dritt mill-edizzjoni tiegħu tal-2022; jistieden lill-Kummissjoni, madankollu, tistabbilixxi tabella ta’ valutazzjoni speċifika għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni ta’ kull sentenza tal-QĠUE u tal-QEDB relatata mad-demokrazija, mal-istat tad-dritt u mad-drittijiet fundamentali, u tintegraha bis-sħiħ fir-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw is-sentenzi pendenti mingħajr dewmien, u jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-konsegwenzi għall-konformità mal-liġi tal-UE u tieħu azzjoni ta’ ksur meta meħtieġ;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ir-rapport dwar l-istat tad-dritt bħala għodda</STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>80.</NO.P>Jilqa’ r-rapport dwar l-istat tad-dritt bħala pedament kruċjali tas-sett tal-għodod tal-istat tad-dritt tal-UE u jfaħħar lill-Kummissjoni talli pprovdiet rapport irriċerkat b’mod diliġenti u miktub sew; ifakkar li r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt ġie introdott b’reazzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament adottata abbażi ta’ rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja fl-2016<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>81.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rapport dwar l-istat tad-dritt sar punt ta’ riferiment għall-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar kwistjonijiet tal-istat tad-dritt fl-UE u fi Stati Membri speċifiċi; jirrikonoxxi l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni matul is-snin biex issaħħaħ ir-rilevanza tar-rapport, bħall-inklużjoni tagħha ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż fl-edizzjoni preċedenti, u l-valutazzjoni tat-twettiq tagħhom fir-rapport attwali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>82.</NO.P>Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-istat tad-dritt sar aktar komprensiv sa mill-bidu tiegħu fl-2020; jiddeplora, madankollu, il-fatt li l-elementi essenzjali mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2016 għadhom ma ġewx implimentati u li l-Kummissjoni ma indirizzatx bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet magħmula mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni biex tieħu azzjoni ħalli tindirizza dan; jesprimi dispjaċir, b’mod partikolari, għall-fatt li l-edizzjoni tal-2023 tar-rapport ma ġietx estiża b’mod sinifikanti biż-żieda ta’ pilastru ġdid komprensiv; jitlob li jiġu inklużi fir-rapport annwali elementi importanti nieqsa tal-Lista ta’ Kontroll tal-Kummissjoni ta’ Venezja tal-2016 għall-Valutazzjoni tal-Istat tad-Dritt, bħall-prevenzjoni tal-abbuż ta’ poteri, l-ugwaljanza quddiem il-liġi u n-nondiskriminazzjoni; itenni l-pożizzjoni tiegħu li r-rapport għandu jkopri l-ambitu sħiħ tal-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE, peress li dawn ma jistgħux jitqiesu waħedhom; jistieden lill-Kummissjoni tespandi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rapport is-sena d-dieħla;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>83.</NO.P>Jinsab imħasseb li l-Kummissjoni, fl-isforzi tagħha biex tkun fattwali u ekwa, xi drabi tispiċċa tkun wisq diplomatika u impreċiża meta tidentifika problemi tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri; jesprimi dispjaċir li l-użu tal-lingwa ewfemistika u n-numru ugwali u artifiċjali ta’ konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet għal kull Stat Membru jaħbu d-differenzi reali ħafna bejn l-Istati Membri; itenni r-rakkomandazzjoni biex issir distinzjoni bejn ksur sistemiku u ksur individwali, biex jiġi evitat ir-riskju ta’ trivjalizzazzjoni tal-aktar ksur serju tal-istat tad-dritt; jistieden lill-Kummissjoni tagħmilha ċara li meta l-valuri tal-Artikolu 2 tat-TUE jinkisru b’mod sistematiku, deliberat u gravi matul perjodu ta’ żmien, l-Istati Membri jistgħu jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji kollha li jiddefinixxu demokrazija; jemmen li l-valutazzjoni tat-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet għandha tkun aktar preċiża u kwalitattiva, u ma tibbażax biss fuq il-bidliet leġiżlattivi iżda wkoll fuq l-evidenza reali u indipendenti tal-implimentazzjoni tagħhom fil-prattika; itenni l-ħtieġa li jiġu stabbiliti skeda ta’ żmien, miri u azzjonijiet konkreti għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u li jiġu speċifikati l-konsegwenzi possibbli f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità; jinnota d-differenzi xi kultant ċari bejn is-sommarji tal-kapitoli tal-pajjiżi u l-kontenut dettaljat tal-kapitoli nfushom, li jissuġġerixxu intervent editorjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>84.</NO.P>Jafferma mill-ġdid li ħafna minn dawn l-isfidi jistgħu jingħelbu billi jiġi involut bord ta’ esperti indipendenti fl-abbozzar tar-rapport, peress li dawn ikunu inqas marbuta b’kunsiderazzjonijiet diplomatiċi; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha dwar dan il-punt u tesplora l-possibbiltajiet kollha biex tinvolvi esperti indipendenti f’edizzjonijiet sussegwenti tar-rapport dwar l-istat tad-dritt; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tistieden lill-FRA tagħti pariri metodoloġiċi u tagħmel riċerka komparattiva biex iżżid id-dettall f’oqsma ewlenin tar-rapport annwali, fid-dawl tar-rabtiet intrinsiċi bejn id-drittijiet fundamentali u l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>85.</NO.P>Jirrikonoxxi l-isforz tal-Kummissjoni biex twettaq firxa wiesgħa ta’ konsultazzjonijiet u tiġbor kontributi varji f’kull Stat Membri, inkluż minn awtoritajiet nazzjonali u OSĊ; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tespandi dan u, kemm jista’ jkun, twettaq żjarat fuq il-post fl-Istati Membri, aktar milli żjarat virtwali, peress li dawn jistgħu jagħtu stampa aktar sħiħa u aktar kuntestwali tas-sitwazzjoni lokali; ifakkar, b’mod partikolari, fl-importanza li jiġu kkonsultati l-professjonisti legali, pereżempju permezz tal-assoċjazzjonijiet tal-avukati u l-assoċjazzjonijiet tal-imħallfin;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>86.</NO.P>Jirrikonoxxi r-rwol tan-nutara f’bosta Stati Membri, li jeżerċitaw funzjonijiet ġudizjarji; jemmen li l-kontribut tan-nutara għall-istandards tal-istat tad-dritt għandu jiġi indirizzat fil-kapitoli tal-pajjiż rilevanti ta’ edizzjonijiet sussegwenti tar-rapport dwar l-istat tad-dritt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>87.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tar-rapporti futuri dwar l-istat tad-dritt biex dawn jinkludu l-pajjiżi kandidati, f’konformità mal-appelli preċedenti tal-Parlament biex tagħmel dan<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 341, 27.9.2023, p. 2<STRING ITALIC="on">.</STRING></FIELD></FOOTNOTE>;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>88.</NO.P>Jemmen li l-espansjoni kontinwa u ambizzjuża tal-kamp ta’ applikazzjoni, tal-integrità u tal-konsegwenzi tal-infurzar tar-rapport hija l-aħjar mod biex jiġu żgurati r-rilevanza u l-impatt kontinwi tiegħu;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>89.</NO.P>Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tinvesti aktar fis-sensibilizzazzjoni dwar il-valuri tal-Unjoni u l-għodod applikabbli, inkluż ir-rapport annwali, speċjalment f’pajjiżi fejn hemm tħassib serju;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>90.</NO.P>Jafferma li r-rapport annwali dwar l-istat tad-dritt mhuwiex għan fih innifsu, peress li l-monitoraġġ tas-sitwazzjoni mhuwiex biżżejjed iżda pjuttost għandu jwassal għal azzjoni speċifika ta’ infurzar dwar in-nuqqasijiet identifikati; jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni tiżgura li dan ir-rapport dwar l-istat tad-dritt huwa fil-fatt parti integrali minn proċess sħiħ fl-ambitu tal-mekkaniżmu dwar l-istat tad-dritt kollu kemm hu, u biex tiżgura l-użu sħiħ tas-sett ta’ għodod komplut tal-istat tad-dritt għad-dispożizzjoni tagħha, inkluż l-Artikolu 7 tat-TUE f’każijiet li fihom ir-rapport dwar l-istat tad-dritt jibqa’ jsib ksur kontinwu sena wara l-oħra f’ċerti Stati Membri;
</ACTION></ACTLST><ACTLST><ACTINIT><STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Kooperazzjoni interistituzzjonali u proċeduri dwar l-istat tad-dritt </STRING></STRING></ACTINIT><ACTION>
<NO.P>91.</NO.P>Jieħu nota tal-evalwazzjoni tal-Kunsill tad-djalogu tiegħu dwar l-istat tad-dritt u tal-pożizzjoni ddikjarata tal-Kunsill li se jikkunsidra aktar kooperazzjoni interistituzzjonali possibbli f’dak il-kuntest; jistieden lill-Kunsill jagħmel id-djalogu tiegħu dwar l-istat tad-dritt aktar inklużiv, billi jistieden lil istituzzjonijiet u partijiet ikkonċernati oħra għas-sessjonijiet tiegħu, b’mod partikolari l-korpi tal-Kunsill tal-Ewropa bħall-Kummissjoni ta’ Venezja, il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem, kif ukoll rappreżentanti tal-Parlament Ewropew;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>92.</NO.P>Jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-Kummissjoni u l-Kunsill s’issa rrifjutaw l-offerta tal-Parlament li jidħlu fi ftehim interistituzzjonali dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jafferma mill-ġdid ir-rieda tiegħu li jerġa’ jibda t-taħditiet dwar dan il-ftehim;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>93.</NO.P>Jistieden lill-istituzzjonijiet l-oħra, sadanittant, biex tal-inqas jesploraw aktar kooperazzjoni fil-kuntest tal-proġett pilota interistituzzjonali propost dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, li jgħin biex tinbena l-fiduċja bejn l-istituzzjonijiet b’mod prattiku, b’mod partikolari billi jiġu kondiviżi l-prattiki ta’ monitoraġġ, djalogu u laqgħat;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>94.</NO.P>Jitlob lill-Bureau tiegħu, fid-dawl tan-nuqqas ta’ rieda tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, jorganizza proċedura ta’ akkwist pubbliku sabiex jinħoloq grupp temporanju ta’ esperti indipendenti taħt l-awspiċji tal-Parlament, f’konformità mal-impenn meħud fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, bil-għan li jagħti pariri lill-Parlament dwar il-konformità mal-valuri fl-Artikolu 2 tat-TUE fi Stati Membri varji u juri bl-eżempju kif grupp ta’ dan it-tip jista’ jaħdem fil-prattika;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>95.</NO.P>Jikkundanna n-nuqqas totali ta’ progress fil-proċeduri tal-Artikolu 7(1) tat-TUE li għaddejjin bħalissa; iħeġġeġ lill-Kunsill jindirizza l-iżviluppi ġodda kollha li jaffettwaw l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; itenni l-appell tiegħu lill-Kunsill biex jindirizza r-rakkomandazzjonijiet fil-qafas ta’ din il-proċedura, filwaqt li jissottolinja li kwalunkwe dewmien ieħor ta’ tali azzjoni jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju tal-istat tad-dritt mill-Kunsill innifsu; jinsisti li r-rwol u l-kompetenzi tal-Parlament għandhom jiġu rrispettati;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>96.</NO.P>Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, timmonitorja b’mod strett u tissalvagwardja l-kundizzjonijiet tad-DRF fl-istrumenti u fil-proċessi baġitarji kollha; jafferma mill-ġdid it-tħassib serju tiegħu dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni meta jitqies li l-kundizzjoni abilitanti orizzontali tal-Karta kienet ġiet issodisfata fir-rigward tal-indipendenza ġudizzjarja, u b’hekk l-awtoritajiet Ungeriżi setgħu jissottomettu talbiet għal rimborż sa EUR 10,2 bilju, għalkemm, anki wara r-riformi riċenti, l-Ungerija ma tissodisfax l-istandard tal-indipendenza ġudizzjarja stabbilita fil-Karta; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill japplikaw aktar u mingħajr dewmien ir-Regolament dwar il-Kondizzjonalità tal-Istat tad-Dritt fejn meħtieġ, u ma jneħħux il-miżuri adottati fil-każ tal-Ungerija sakemm il-prekundizzjonijiet u l-istadji importanti kollha jkunu ġew issodisfati b’mod effettiv; jistieden lill-Kummissjoni tivverifika b’mod rigoruż li l-istadji importanti relatati mal-istat tad-dritt fid-diversi pjanijiet għall-irkupru u r-reżiljenza tal-Istati Membri jiġu ssodisfati bħala kundizzjoni għall-iżborż tal-finanzjament meta l-Istati Membri jagħmlu talbiet għal pagament; jistieden lill-Kummissjoni tassenja r-responsabbiltà primarja għall-applikazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet lill-Kummissarji responsabbli għall-istat tad-dritt;
</ACTION><SEPARATION>

</SEPARATION><ACTION>
<NO.P>97.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Kummissjoni.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>