<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0109</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0041/2024 - Rapporteur: Nathalie Loiseau)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RECOM><TI><STRING BOLD="on">Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Frar 2024 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (2023/2052(INI))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-adeżjoni tas-Sirja bħala Stat Membru mal-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi fl-14 ta’ Ottubru 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni, il-Ħażna u l-Użu ta’ Armi Kimiċi u dwar il-Qerda tagħhom ratifikata mis-Sirja fl-14 ta’ Diċembru 2013,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2170 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif adottata fil-15 ta’ Awwissu 2014 u r-Riżoluzzjoni 2254 kif adottata fit-18 ta’ Diċembru 2015,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2533 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif adottata fil-11 ta’ Lulju 2020 u r-Riżoluzzjoni 2504 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif adottata fl-10 ta’ Jannar 2020, li t-tnejn li huma jittrattaw il-punti ta’ qsim tal-fruntieri ta’ Bab al-Salam u Bab al-Hawa u l-forniment tal-għajnuna umanitarja,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2664 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif adottata fid-9 ta’ Diċembru 2022,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2672 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU kif adottata fid-9 ta’ Jannar 2023,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 77/301 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-29 ta’ Ġunju 2023, li tistabbilixxi Istituzzjoni Indipendenti dwar Persuni Neqsin fir-Repubblika Għarbija Sirjana,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana tal-21 ta’ Jannar 2021 għas-46 sessjoni regolari tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana tal-14 ta’ Awwissu 2023 għall-54 sessjoni regolari tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-digriet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tas-16 ta’ Novembru 2023 dwar it-talba għall-indikazzjoni ta’ miżuri provviżorji għall-applikazzjoni tal-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra (<STRING ITALIC="on">Il-Kanada u n-Netherlands vs Ir-Repubblika Għarbija Sirjana</STRING>),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-digriet tal-Qorti Ġudizzjarja ta’ Pariġi (TJP) tal-14 ta’ Novembru 2023 li ħarġet mandat ta’ arrest internazzjonali kontra l-President Sirjan Bashar Al-Assad, Maher Al-Assad, Ghassan Abbas u Bassam Al-Hassan,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew 2023/1035 tal-25 ta’ Mejju 2023<FOOTNOTE><FIELD> Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1035 tal-25 ta’ Mejju 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 139, 26.5.2023, p. 49).</FIELD></FOOTNOTE>, li testendi s-sanzjonijiet tal-UE sal-1 ta’ Ġunju 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 118 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A9-0041/2024),
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi l-proċessi ta’ Ġinevra u ta’ Astana ma rnexxilhomx itemmu l-kunflitt u jistabbilixxu korp governattiv tranżizzjonali inklużiv, minħabba r-rifjut kontinwu tar-reġim Sirjan li jinnegozja serjament soluzzjoni politika kredibbli mal-oppożizzjoni; billi r-reġim Sirjan uża involviment selettiv f’taħditiet internazzjonali bħala tattika ta’ dewmien biex jannulla r-riżultati tat-taħditiet internazzjonali, u b’hekk tawwal it-tbatija tal-poplu Sirjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi mill-2011 mietu nofs miljun Sirjan u 14-il miljun ġew spostati b’mod furzat minħabba azzjoni vjolenti minn gruppi armati u terroristiċi, iżda prinċipalment bħala riżultat tar-repressjoni ħarxa u l-inġinerija demografika mir-reġim Sirjan bl-għajnuna tal-alleati tiegħu kontra l-poplu tiegħu stess; billi din ir-repressjoni inkludiet l-użu ripetut ta’ armi kimiċi, munizzjon dispersiv, bombi inċendjarji, bombi f’forma ta’ kanna, missili u bumbardamenti konvenzjonali mill-ajru fuq iċ-ċivili; billi eluf ta’ ċivili nqatlu b’riżultat ta’ mijiet ta’ attakki kimiċi mwettqa mir-reġim Sirjan, inkluż l-attakk ta’ sarin f’Ghouta tal-Lvant f’Awwissu 2013; billi mill-inqas 150 000 Sirjan huma neqsin fis-sistema ta’ detenzjoni arbitrarja tal-massa tar-reġim, li minnhom mhux inqas minn 112 713 sparixxew b’mod furzat, bi mwiet frekwenti meta kienu f’kustodja u eżekuzzjonijiet ekstraġudizzjarji; billi l-familji għadhom ma ġewx infurmati dwar id-destin tal-maħbubin tagħhom; billi bħalissa din hija l-akbar kriżi ta’ spostament fid-dinja; billi l-kriżi ħalliet madwar 15,3-il miljun persuna fis-Sirja fi bżonn ta’ għajnuna umanitarja u protezzjoni; billi madwar 8,8 miljun persuna ġew affettwati aktar mit-terremoti ta’ Frar 2023, u dan kompla jaggrava l-isfidi umanitarji li kienu jeżistu qabel fis-Sirja u fil-pajjiżi ġirien tagħha; billi, skont ir-rapporti tan-NU, 90 % tal-popolazzjoni Sirjana tgħix fil-faqar u hija nieqsa minn oġġetti bażiċi; billi d-digriet tal-QIĠ ordna lis-Sirja biex tieħu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħha biex tipprevjeni atti ta’ tortura u abbużi oħra, wara li kkunsidra diversi rapporti mill-Kummissjoni Internazzjonali ta’ Inkjesta tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, li kkonkludew li kien hemm “raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li l-Gvern [Sirjan] kompla jwettaq atti ta’ tortura u trattament ħażin”; billi s-Sirja tinsab fil-175 post minn 180 fl-indiċi tal-libertà tal-istampa ta’ Reporters mingħajr fruntieri; billi mill-2011 inqatlu mill-inqas 300 ġurnalist professjonali u mhux professjonali; billi minkejja r-repressjoni ħarxa tal-poplu tiegħu mir-reġim Sirjan, is-Sirjani għadhom jorganizzaw protesti paċifiċi kontra l-gvern, b’mod partikolari dawk fil-provinċja Sirjana tal-maġġoranza ta’ Druze ta’ Souweïda li bdew f’Awwissu 2023 u attiraw eluf ta’ dimostraturi, b’mod partikolari nisa, minn madwar il-provinċja għal diversi ġimgħat; billi d-dimostrazzjonijiet kienu qed jappellaw għal drittijiet politiċi, ċivili u tal-bniedem għas-Sirjani kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-atturi barranin awtoritarjani, inklużi r-Russja u l-Iran u l-forzi bi prokura tagħhom – il-milizzja ta’ Wagner u l-Hezbollah Libaniż – il-milizzji Iraqini u l-merċenarji Afgani, kif ukoll il-forza bi prokura Sirjani lokali, ilu jkollhom rwol distruttiv fil-pajjiż mill-2011; billi s-Sirja sservi bħala bażi ta’ prova għar-Russja, li fiha tipprattika u turi l-kapaċitajiet militari tagħha, it-tattiċi, il-firxa loġistika kif ukoll il-kapaċità tagħha ta’ intervent militari barrani biex jiġi salvat reġim alleat assedjat; billi r-reġim Sirjan ma jikkontrollax it-territorju nazzjonali kollu u jista’ jibqa’ fil-poter biss bil-brutalità u bl-appoġġ ta’ dawn l-atturi barranin; billi kemm ir-Russja kif ukoll l-Iran għadhom fornituri ewlenin ta’ tagħmir militari għar-reġim;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi għaddejjin diversi investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ta’ delitti serji mwettqa fis-Sirja bbażati fuq il-prinċipju ta’ ġuriżdizzjoni universali, li jagħti xi tama fil-ġlieda għall-ġustizzja u għall-obbligu ta’ rendikont għal atti ta’ tortura, delitti kontra l-umanità jew delitti tal-gwerra fis-Sirja; billi Franza ħarġet mandat ta’ arrest internazzjonali għad-dittatur Sirjan Bashar Al-Assad, ħuh Maher Al-Assad, li huwa l-kap <STRING ITALIC="on">de facto</STRING> ta’ unità militari tal-elit Sirjana, u żewġ ġenerali tal-forzi armati akkużati b’kompliċità f’delitti kontra l-umanità fir-rigward tal-attakki b’armi kimiċi fl-2013; billi biex jiġu pprevenuti sanzjonijiet possibbli u intervent militari, ir-Russja u ċ-Ċina rrifjutaw riżoluzzjonijiet dwar is-Sirja sponsorjati mill-pajjiżi tal-Punent u dawk Għarab fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u b’hekk jipproteġu lir-reġim Sirjan mill-obbligu ta’ rendikont għad-delitti tal-gwerra tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi r-reġim Sirjan appoġġja l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna u rrikonoxxa r-reġjuni okkupati ta’ Luhansk u Donetsk fil-Lvant tal-Ukrajna; billi, fis-7 ta’ Frar 2024, l-aġenzija tal-intelligence militari tal-Ukrajna rrapportat li r-Russja kienet qed tħarreġ 1 000 merċenarju Sirjan biex tappoġġja l-gwerra tar-Russja fl-Ukrajna; billi r-Russja ssostni li mill-2015 bagħtet aktar minn 63 000 membru tal-persunal Russu, inklużi forzi speċjali, konsulenti militari, persunal tal-forza tal-ajru u kuntratturi militari privati bħall-Grupp Wagner, biex tappoġġja u tipproteġi r-reġim ta’ Assad milli jaqa’; billi r-Russja konsistentement wettqet delitti tal-gwerra fis-Sirja, inkluż il-bumbardament ta’ faċilitajiet mediċi u żoni ċivili u l-użu ta’ armi indiskriminati; billi l-impronta militari tar-Russja fil-pajjiż tikkonsisti f’żewġ bażijiet ewlenin: il-Bażi tal-Ajru ta’ Hmeimim u bażi navali f’Tartus, u aktar minn 100 sit militari iżgħar madwar il-pajjiż kollu; billi r-Russja hija l-akbar fornitur ta’ armi għar-reġim ta’ Assad bil-bejgħ li jilħaq biljuni ta’ euro;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi l-Hezbollah fittex b’mod ripetut u b’suċċess li jirċievi armi Iranjani mit-territorju Sirjan; billi Iżrael wettaq attakki ripetuti mill-ajru biex jipprevjeni tali trasferimenti tal-armi, inkluż fuq l-ajruporti ta’ Damasku u Aleppo f’Ottubru 2023 wara l-attakki terroristiċi tas-7 ta’ Ottubru kontra ċivili Iżraeljani mill-Ħamas; billi l-kunflitt bejn Iżrael u l-Ħamas, ikkawżat mill-attakki terroristiċi mwettqa mill-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, ikkawża ċiklu mġedded ta’ vjolenza fir-reġjun; billi s-Sirja jeħtiġilha tastjeni minn kwalunkwe involviment militari fil-gwerra fl-Istrixxa ta’ Gaża; billi l-allegati attakki minn Iżrael f’Aleppo u f’Damasku wasslu għal waqfien temporanju tas-Servizz Umanitarju mill-Ajru tan-NU; billi, mill-attakk krudili tal-Ħamas kontra Iżrael fis-7 ta’ Ottubru 2023, il-milizzji appoġġjati mill-Iran fis-Sirja żiedu l-isparar ta’ droni u ta’ rokits kontra Iżrael u l-forzi tal-Istati Uniti u dawk internazzjonali fil-Grigal tas-Sirja; billi l-ajruporti Sirjani ntużaw mill-Iran biex jiġu ttrasportati armi mill-Iran u mill-Iraq lejn is-Sirja u l-Hezbollah fil-Libanu, kif ukoll biex jgħinu lill-Iran jipprovdi armi lill-Ħamas; billi r-reġim qatel eluf ta’ Palestinjani Sirjani u rifuġjati Sirjani;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi t-Turkija, li tokkupa t-territorji fit-Tramuntana tas-Sirja, tinvolvi ruħha regolarment f’operazzjonijiet militari fuq skala kbira fit-territorju Sirjan kemm direttament kif ukoll permezz ta’ forzi bi prokura, billi b’mod partikolari timmira żoni okkupati mill-Kurdi; fil-Grigal tas-Sirja kif ukoll f’Afrin u madwaru fil-Majjistral billi l-interventi militari unilaterali Torok fit-Tramuntana tas-Sirja jikkostitwixxu ksur tad-dritt internazzjonali; billi, f’Ottubru 2023, il-Parlament Tork ivvota biex jestendi l-mandat li jippermetti operazzjonijiet militari fis-Sirja għal sentejn oħra; billi t-Turkija għandha ttemm l-okkupazzjoni illegali tagħha fit-Tramuntana tas-Sirja u tirtira l-forzi bi prokura militari u paramilitari irregolari tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi l-Istat Iżlamiku fl-Iraq u s-Sirja (ISIS) wettaq abbużi serji u sistematiċi tad-drittijiet tal-bniedem u ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż delitti kontra l-umanità u ġenoċidju, fit-territorji temporanjament taħt il-kontroll tiegħu qabel l-intervent mill-koalizzjoni internazzjonali; billi fl-2014 ġiet stabbilita l-formazzjoni ta’ koalizzjoni internazzjonali wiesgħa biex jingħeleb l-ISIS, li kienet tikkonsisti minn 86 membru ta’ koalizzjoni, li ntrabtu bl-għanijiet li jipprovdu appoġġ militari lis-sħab, jimpedixxu l-fluss ta’ ġellieda barranin, iwaqqfu l-finanzjament tal-ISIS, jindirizzaw il-kriżijiet umanitarji fir-reġjun u jesponu n-natura vera tal-movimenti tal-ġiħadisti;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi l-assi ta’ 358 individwu u 95 entità involuti direttament fir-repressjoni tal-poplu Sirjan huma soġġetti għal sanzjonijiet tal-UE; billi bħala riżultat tas-sitwazzjoni kontinwa ta’ mblukkar tar-Russja mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (NU), għad fadal punt ta’ qsim wieħed biss bejn it-Turkija u ż-żoni mhux ikkontrollati mir-reġim għat-twassil ta’ għajnuna umanitarja internazzjonali fis-Sirja; billi mill-2014, il-punt ta’ qsim ta’ Bab-al Hawa ntuża għat-twassil ta’ għajnuna transfruntiera mit-Turkija lejn is-Sirja bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU; billi r-Russja spiss fixklet it-tiġdid ta’ din l-awtorizzazzjoni fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u fl-aħħar mill-aħħar irrifjutat l-awtorizzazzjoni għall-kuritur tal-għajnuna f’Lulju 2023, għal liema raġuni Bab-al Hawa baqa’ magħluq; billi f’Settembru 2023, bħala riżultat tan-negozjati bejn l-aġenziji tan-NU, ir-reġim Sirjan, u Hay’et Tahrir al-Sham, il-grupp armat dominanti f’Idlib, kompla t-twassil ta’ għajnuna umanitarja permezz ta’ Bab al-Hawa u l-kurituri tal-għajnuna Bab al-Salam u l-qsim tal-fruntiera Al-Rai, li r-reġim Sirjan qabel li jiftaħhom wara t-terremot devastanti fi Frar 2023, ġew estiżi għal tliet xhur oħra; billi l-kundizzjonijiet li taħthom ir-reġim Sirjan u Hay’et Tahrir al-Sham taw awtorizzazzjoni lin-NU biex terġa’ tibda t-twassil ta’ għajnuna umanitarja permezz tat-tliet punti ta’ qsim tal-fruntieri mhumiex magħrufa; billi esperti tal-liġi umanitarja internazzjonali rinomati għandhom dubji dwar jekk l-għajnuna trasnfruntiera min-NU tirrikjedix awtorizzazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi diversi pajjiżi fir-reġjun bdew jinnormalizzaw ir-relazzjonijiet tagħhom mar-reġim Sirjan, li wassal għar-riintegrazzjoni tas-Sirja fil-Lega Għarbija kif deċiż mill-ministri barranin tal-Lega fis-7 ta’ Mejju 2023, fil-Kajr, minkejja r-rekord tas-Sirja ta’ delitti internazzjonali serji u mingħajr ebda indikazzjoni li l-prattiki abbużivi tagħha waqfu; billi l-gruppi ta’ ħidma tal-Lega Għarbija ilhom sospiżi minn Settembru 2023 minħabba l-fatt li r-reġim Sirjan ma rrispettax l-impenji tiegħu, inkluż li jillimita t-traffikar tad-droga, jaġevola r-ritorn sikur tar-rifuġjati, jirrilaxxa priġunieri politiċi u jippermetti l-għajnuna umanitarja lejn iż-żoni kollha; billi l-laqgħat bejn il-Lega Għarbija u r-rappreżentanti tar-reġim Sirjan sadanittant ġew sospiżi; billi ma ttieħdet l-ebda azzjoni mill-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-11 ta’ Marzu 2021 dwar il-kunflitt Sirjan – 10 snin wara r-rewwixta<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 474, 24.11.2021, p. 130.</FIELD></FOOTNOTE> biex jiġi żgurat li l-persuni li jkun suspettat li huma kriminali tal-gwerra ma jkunux jistgħu jingħataw ażil fi Stat Membru tal-UE, speċjalment meta Stati Membri oħra tal-UE jkunu diġà rrifjutaw l-applikazzjoni tagħhom għall-ażil;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha, mill-2011, huma l-akbar donatur għan-nies affettwati mill-kunflitt, billi kkontribwew EUR 30 biljun; billi l-għajnuna Ewropea mwiegħda fil-Konferenza ta’ Brussell f’Ġunju 2023 tammonta għal EUR 3,8 biljun minn total ta’ EUR 5,6 biljun; billi l-UE u l-Istati Membri pprovdew assistenza ta’ emerġenza matul it-terremot li laqat lis-Sirja u, fit-23 ta’ Frar 2023, l-Unjoni ddeċidiet dwar eżenzjoni umanitarja temporanja mis-sanzjonijiet biex jiġi ffaċilitat it-twassil ta’ għajnuna lill-vittmi; billi n-NU jwissu li 90 % tal-popolazzjoni Sirjana qed jgħixu taħt il-linja tal-faqar, u li bosta Sirjani issa qed jgħixu b’diffikultà f’kundizzjonijiet li huma saħansitra agħar minn dawk ta’ matul is-snin tal-kunflitt; billi l-Programm Dinji tal-Ikel jistma li 12,4-il miljun Sirjan qed ibatu minn insigurtà tal-ikel, li jirrappreżenta kważi 60 % tal-popolazzjoni; billi r-responsabbiltà għas-sitwazzjoni severa attwali hija prinċipalment tar-reġim ta’ Assad;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi r-reġim mhuwiex jindirizza biżżejjed il-ħtiġijiet bażiċi tal-poplu Sirjan, is-sitwazzjoni ekonomika tal-pajjiż hija tassew prekarja u s-Sirja saret narkostat, u dan ikompli jiddestabbilizza r-reġjun; billi l-prattikanti umanitarji u dawk li jappoġġjaw il-kawża umanitarja qed ikomplu jqajmu tħassib dwar is-sigurtà u l-protezzjoni tal-persuni rimpatrijati u tal-individwi spostati fid-dawl tal-kundizzjonijiet f’ħafna żoni tal-pajjiż, u jqajmu dubji dwar l-approċċ tar-Reġim Sirjan fir-rigward tar-rikonċiljazzjoni politika; billi dan ifixkel il-progress soċjali u ekonomiku tas-Sirja, kif ukoll jimblokka l-perkors tagħha biex toħroġ mill-kriżi;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi skont rapport miċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) u mill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Pulizija Kriminali (BKA) minn Settembru 2023, l-Ewropa hija punt ewlieni ta’ trażbord għal Captagon (fenetillina) li tasal mil-Lvant Nofsani, prinċipalment mis-Sirja u mil-Libanu, li tkun destinata lejn il-Peniżola Għarbija; billi l-pajjiżi fir-reġjun ipprojbew l-importazzjoni ta’ frott u ħxejjex mil-Libanu fi sforz biex irażżnu l-kuntrabandu tad-droga ta’ Captagon; billi l-Ewropa saret kemm destinazzjoni kif ukoll ċentru popolari ta’ tranżitu għal Captagon, u skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga, mill-2018, ġew ikkonfiskati aktar minn miljun pillola u kważi elfejn kilogramma ta’ Captagon fl-Ewropa; billi f’April 2023, l-UE ssanzjonat 25 individwu u tmien entitajiet fis-Sirja minħabba l-involviment tagħhom fit-traffikar tan-narkotiċi;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-qerda u n-negliġenza tar-reġim Sirjan tas-sorsi tal-ilma u tas-sistema tal-kura tas-saħħa wasslu f’Awwissu 2022 għat-tifqigħa ta’ epidemija tal-kolera mifruxa mal-pajjiż kollu li għadha għaddejja; billi l-edukazzjoni pubblika tinsab taħt pressjoni fis-Sirja u fil-pajjiżi li jospitaw ir-rifuġjati Sirjani, b’madwar nofs il-popolazzjoni tas-Sirja li għadha fl-età tal-iskola (kważi 2,4 miljun student) li ma tirċievi l-ebda forma ta’ edukazzjoni, u dan iwassal biex bosta tfal ibatu mill-impatti psikosoċjali ta’ kunflitt u spostament estiżi; billi skont il-UNESCO madwar nofs iż-żgħażagħ ta’ bejn il-15 u l-24 sena biss fis-Sirja jissodisfaw il-livelli minimi mistennija ta’ kompetenza fil-litteriżmu, in-numeriżmu u l-ħiliet għall-ħajja;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi r-reġim Sirjan, permezz tat-tindif etniku, wettaq kampanja brutali biex ibiddel il-kompożizzjoni demografika tal-pajjiż; billi l-Insara fis-Sirja kienu jikkostitwixxu madwar 10 % tal-popolazzjoni Sirjana ta’ qabel il-gwerra, b’total ta’ 2,2 miljun persuna; billi l-brutalità tal-gwerra kkawżat eżodu tal-massa ta’ Nsara, b’tali mod li issa għad hemm biss madwar 640 000 ruħ; billi, minbarra r-reġim Sirjan, l-Insara fil-pajjiż ġew ippersegwitati mill-ISIS u minn milizzji Iżlamisti oħra; billi r-reġim ta’ Assad ipprova jipproġetta immaġni bħala protettur sekulari tal-Insara fis-Sirja, iżda r-reġim allegatament qered intenzjonalment knejjes u żamm f’detenzjoni mill-inqas mijiet ta’ ċittadini Kristjani; billi r-reġim, bl-appoġġ attiv tal-Federazzjoni Russa, assedja u qered kompletament lil Aleppo, il-belt bl-akbar popolazzjoni Kristjana fil-pajjiż; billi l-pajjiż ġie kklassifikat bħala t-12-il post l-aktar diffiċli fid-dinja biex tkun Kristjan;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi skont l-Aġenzija tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR), il-biċċa l-kbira tar-rifuġjati Sirjani jixtiequ jirritornaw fis-Sirja iżda għandhom tħassib leġittimu dwar is-sigurtà; billi dan ifisser li għas-sitwazzjoni attwali, ir-risistemazzjoni u l-perkorsi komplementari għadhom l-aktar soluzzjoni dejjiema vijabbli għar-rifuġjati Sirjani; billi l-Kummissjoni Internazzjonali Indipendenti ta’ Inkjesta tan-NU dwar ir-Repubblika Għarbija Sirjana, fl-aktar rapport reċenti tagħha ta’ Settembru 2023, sabet li n-nuqqas ta’ sigurtà baqa’ ferm komuni lil hinn miż-żoni ta’ kunflitt, li jagħmel ir-ritorn sikur tar-rifuġjati Sirjani implawżibbli u kkonkludiet ukoll li kienet iddokumentat każijiet speċifiċi li fihom rifuġjati Sirjani li kienu qed jirritornaw minn pajjiżi ġirien ġew ittrattati ħażin mill-forzi tas-sigurtà Sirjani;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P><LIST LEVEL="1" TYPE="LC"><INT.LI LEVEL="0">Jirrakkomanda lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà biex, fil-politika tagħhom dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja:</INT.LI>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Proċess politiku</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(a)</SYMBOL>jaffermaw l-appoġġ tal-UE għall-aspirazzjonijiet demokratiċi Sirjani li jippersistu fil-pajjiż, minkejja repressjoni totali mir-reġim sa mill-protesti paċifiċi fl-2011, b’assistenza militari u finanzjarja deċiżiva mill-Iran u r-Russja sabiex il-klann ta’ Assad jibqa’ fil-poter; jiddenunzjaw l-għoti ta’ kuntratti mir-reġim li jippermettu lir-Russja u lill-Iran jaċċessaw ir-riżorsi tal-pajjiż għad-detriment tal-poplu Sirjan;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(b)</SYMBOL>jisħqu fuq ir-responsabbiltà personali tar-reġim, mingħajr ma jimminaw ir-rwol li għandu l-ISIS u gruppi armati u terroristiċi oħra, għall-mewt ta’ nofs miljun persuna ċivili, għall-qerda tal-pajjiż, għall-ispostament tal-maġġoranza tal-popolazzjoni, għat-tortura u għall-għajbien furzat ta’ inqas minn 112 173-il persuna<FOOTNOTE><FIELD> In-Network Sirjan għad-Drittijiet tal-Bniedem, <STRING ITALIC="on">12th Annual Report on Enforced Disappearance in Syria on the International Day of the Disappeared: Enforced Disappearance is an Ongoing Crime in Syria</STRING>, (It-Tnax-il Rapport Annwali dwar l-Għajbien Furzat fis-Sirja fil-Jum Internazzjonali tal-Għajbien: L-Għajbien Furzat huwa Delitt li Għadu Għaddej fis-Sirja) 30 ta’ Awwissu 2023.</FIELD></FOOTNOTE> fis-sistema ta’ detenzjoni arbitrarja tal-massa, l-użu ta’ armi kimiċi kontra l-persuni ċivili u t-tkissir sistematiku ta’ kwalunkwe oppożizzjoni demokratika u paċifika;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(c)</SYMBOL>jopponu kwalunkwe normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet mar-reġim ta’ Assad sakemm ma jkunx hemm żviluppi profondi u li jistgħu jiġu vverifikati fl-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 2254 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, inkluż il-ħelsien ta’ priġunieri politiċi, l-għoti ta’ informazzjoni lill-familji tal-vittmi dwar id-destin tal-persuni neqsin u l-vittmi ta’ għajbien furzat, u l-waqfien ta’ kwalunkwe attakk fuq l-għajnuna umanitarja jew l-ostakli għaliha; jistiednu lill-Istati Membri tal-UE jżommu lura minn miżuri li jdgħajfu jew jimminaw il-pożizzjoni komuni tal-UE dwar is-Sirja; jilqgħu l-adozzjoni tal-Att kontra n-Normalizzazzjoni tar-Reġim ta’ Assad mill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti u jħeġġu lis-Senat tal-Istati Uniti biex ikompli bil-proċess leġiżlattiv lejn il-promulgazzjoni tiegħu; jisħqu li minkejja d-deċiżjoni sovrana ta’ xi stati Għarab li jintegraw lis-Sirja fil-Lega Għarbija, ir-reġim Sirjan ma wera ebda indikazzjoni li jixtieq jiġġieled it-traffikar tad-droga, problema li toriġina fis-Sirja iżda li taffettwa r-reġjun kollu; jikkundannaw il-ħakma tal-familja Assad u l-alleati tagħha, inkluż il-Hezbollah, tas-suq għad-droga Captagon, li għandu valur stmat ta’ USD 57 biljun; jinnutaw li ħu Bashar Al-Assad, Maher Al-Assad, jikkmanda l-unità tal-armata responsabbli għall-aġevolar tal-produzzjoni tad-droga; jappoġġjaw rispons tas-sigurtà koordinat tal-UE biex jipprevjeni li l-UE tintuża bħala żona ta’ trażbord għal Captagon prodotta fis-Sirja u fil-Libanu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(d)</SYMBOL>jisħqu li r-repressjoni, in-negliġenza u l-korruzzjoni min-naħa tar-reġim huma responsabbli għas-sitwazzjoni ekonomika gravi; ifakkru li s-sanzjonijiet tal-UE jimmiraw biss individwi u entitajiet involuti fir-repressjoni; jindirizzaw il-kwistjoni ta’ konformità żejda mill-aspett finanzjarju li tista’ tipprevjeni lill-gruppi ta’ għajnuna milli jittrasferixxu fondi fil-pajjiż u milli jmexxu programmi jew iħallsu lil persunal u lil fornituri lokali, anke meta t-tranżazzjonijiet għandhom jappoġġjaw attivitajiet eżentati mis-sanzjonijiet; jissottolinjaw, madankollu, li l-miżuri restrittivi tal-UE jeħtieġ li jibqgħu mmirati, ikomplu jiżguraw eżenzjonijiet għall-għajnuna umanitarja, u jagħtu prijorità lit-twassil ta’ għajnuna umanitarja fil-livell lokali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(e)</SYMBOL>jagħtu malajr eżenzjonijiet robusti, estensivi u ċari lill-organizzazzjonijiet umanitarji internazzjonali fdati; jarmonizzaw kemm jista’ jkun l-interpretazzjoni mill-Istati Membri tar-Regolament dwar miżuri restrittivi fis-Sirja u japplikaw għaliha r-Riżoluzzjoni 2664 (2022) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar l-għajnuna umanitarja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(f)</SYMBOL>jilqgħu l-kuraġġ tad-dimostranti fil-bliet ta’ Souweïda u Deraa li reġgħu qamu b’mod paċifiku kontra r-reġim ta’ Assad minn Awwissu 2023; jikkonsultaw u jipprovdu appoġġ fit-tul, flessibbli u ewlieni lin-networks tas-soċjetà ċivili Sirjana fl-Ewropa u fis-Sirja li jħaddnu l-istess valuri demokratiċi u jagħmlu ħilithom biex jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti fir-reġjun; jikkundannaw bil-qawwa kull forma ta’ diskriminazzjoni reliġjuża u jinsistu fuq ir-rispett minn kulħadd għad-drittijiet tal-gruppi etniċi u reliġjużi u tal-minoranzi fis-Sirja, inklużi l-Insara, id-Druze, il-Kurdi, l-Alawiti u l-minoranzi l-oħra kollha; jikkundannaw bil-qawwa l-propaganda antisemitika u ċ-ċaħda tad-dritt ta’ Iżrael li jeżisti, karatteristika ewlenija tal-messaġġi ġenerali tal-familja ta’ Bashar Al-Assad; jiżguraw li l-edukazzjoni u l-materjali edukattivi jkunu f’konformità ma’ dawn il-prinċipji; jappellaw lil kull min ġie spostat, biex ikompli jgħix jew jirritorna fl-artijiet storiċi u tradizzjonali tiegħu b’dinjità, b’ugwaljanza u b’sikurezza, u biex ikun jista’ jeżerċita liberament ir-reliġjon u t-twemmin tiegħu mingħajr ma jkun soġġett għal xi tip ta’ koerċizzjoni, vjolenza jew diskriminazzjoni; jappoġġjaw id-djalogu interreliġjuż;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Sigurtà</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(g)</SYMBOL>jiddeploraw il-preżenza kontinwa fit-territorju Sirjan ta’ mijiet ta’ bażijiet Iranjani, Torok u Russi u milizzji Iranjani u Russi; jesprimu tħassib dwar l-isfruttament ekonomiku tal-pajjiż minn setgħat barranin predatorji; jikkundannaw l-attakki mill-forzi Torok u l-okkupazzjoni tagħhom tat-territorji Sirjani fit-Tramuntana kif ukoll il-kampanja militari krudili mġedda mill-gvern Sirjan u mir-Russja fil-Majjistral tas-Sirja, inkluż fuq miri ċivili; jesprimu t-tħassib profond tagħhom dwar il-persistenza tal-oppożizzjoni Iżlamista radikali fil-provinċja ta’ Idlib; jappoġġjaw il-fatt li tinżamm il-koalizzjoni internazzjonali kontra l-ISIS, li għadu attiv fis-Sirja minkejja telfiet sinifikanti; jappellaw għal sforz internazzjonali determinat biex tkompli l-ġlieda tagħha kontra l-ISIS fis-Sirja sakemm dan jiġi eliminat kompletament; ifakkru li l-azzjonijiet militari unilaterali tat-Turkija jikkostitwixxu ksur serju tad-dritt internazzjonali u xekklu l-istabbiltà u s-sigurtà tar-reġjun kollu kemm hu; iżarmaw in-networks tal-ġiħadisti li jagħmlu kampanji fis-Sirja u fl-Iraq u jsegwu u jtellgħu l-qorti lill-membri tagħhom, li mexxew aktar minn ħamest elef ġellied barrani li kienu rradikalizzaw, irreklutaw u nġiebu mill-Ewropa; ikomplu jappoġġjaw il-Koalizzjoni Globali kontra l-ISIS f’termini ta’ mezzi politiċi, finanzjarji, operattivi u loġistiċi;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(h)</SYMBOL>jisħqu fuq ir-rwol tal-Forzi Demokratiċi Sirjani fil-ġlieda kontra l-ISIS fil-Grigal tas-Sirja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(i)</SYMBOL>iħeġġu lill-Istati Membri jkomplu r-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tagħhom mill-kampijiet ta’ priġunieri ġiħadisti ta’ Al-Hol u Roj u jressquhom, fi proċessi ġusti, għal kwalunkwe delitt li jkunu wettqu; jesprimu tħassib kbir dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja, sanitarja u tas-sigurtà fil-kampijiet fil-Grigal tas-Sirja, speċjalment il-kampijiet ta’ Al-Hol u Roj, li għadhom jikkostitwixxu bażi għar-radikalizzazzjoni; jistiednu lill-Istati Membri jirripatrijaw it-tfal Ewropej kollha, billi joffrulhom appoġġ u riintegrazzjoni adegwati; jistiednu lill-Istati Membri jippromwovu fir-relazzjonijiet bilaterali u fil-korpi internazzjonali kollha r-ripatrijazzjoni tat-tfal kollha ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, b’rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(j)</SYMBOL>iżidu l-isforzi biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni Russa u Iranjana dwar is-Sirja, inkluż diżinformazzjoni bl-Għarbi; jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-pjattaformi online jżidu b’mod sostanzjali l-ġlieda tagħhom kontra d-diżinformazzjoni fir-reġjun, b’mod partikolari permezz tar-reklutaġġ ta’ kelliema Għarab biex jikkontrollaw il-kontenut online;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(k)</SYMBOL>jikkundannaw l-illanċjar ta’ rokits mill-forzi Sirjani mit-territorju Sirjan lejn Iżrael u l-Għoljiet tal-Golan okkupati minn Iżrael, u l-bgħit ta’ dron mhux armat lejn it-Tramuntana ta’ Iżrael; jikkundannaw it-tentattivi ripetuti u ta’ suċċess mill-Hezbollah biex jirċievi armi Iranjani mit-territorju Sirjan; jikkundannaw l-attitudni permissiva tar-reġim ta’ Assad fil-konfront tal-Al-Qaeda u gruppi terroristiċi oħra, speċjalment fir-rigward tal-isforzi ta’ aġevolazzjoni fil-kunflitt tal-Iraq, peress li kkontribwiet għat-tkabbir tal-Al-Qaeda, tal-ISIS u ta’ networks terroristiċi affiljati fis-Sirja;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(l)</SYMBOL>josservaw li l-forzi militari Iżraeljani għadhom jagħmlu attakki mill-ajru u forom oħra ta’ attakki fit-territorju Sirjan, f’atti li jiddefendu lilhom infushom bl-objettiv li jiżguraw li r-reġim ta’ Assad jibqa’ inkapaċi li jerġa’ jieħu biżżejjed saħħa biex jirrappreżenta theddida għall-pajjiżi ġirien;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(m)</SYMBOL>jiżguraw li r-riżoluzzjonijiet, ir-rapporti u d-deċiżjonijiet tal-UE relatati mas-Sirja jiġu tradotti għall-Għarbi;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Ġlieda kontra l-impunità</STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(n)</SYMBOL>jisħqu li l-ġlieda kontra l-impunità fis-Sirja hija prerekwiżit għal kwalunkwe riżoluzzjoni futura tal-kriżi li għaddejja, kif ukoll ħtieġa morali u politika għall-Ewropa u għall-komunità internazzjonali; jilqa’ l-progress ġudizzjarju li sar mill-Iskwadra ta’ Investigazzjoni Konġunta Franko-Ġermaniża fir-rigward tal-11 000 katavru ta’ vittmi ta’ tortura identifikati fir-rapport César, is-sospensjoni tas-Sirja mill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi; jilqgħu l-ħruġ ta’ mandati ta’ arrest internazzjonali kontra Bashar Al-Assad, ħuh Maher Al-Assad u żewġ ġenerali, mill-qrati Franċiżi f’Novembru 2023, għal delitti kontra l-umanità fir-rigward ta’ attakki b’armi kimiċi kontra ċ-ċivili; jilqgħu d-digriet tal-QIĠ li jordna lis-Sirja tieħu l-miżuri kollha fis-setgħa tagħha biex tipprevjeni atti ta’ tortura u abbużi oħra wara li n-Netherlands u l-Kanada ressqu kawża fir-rigward tal-ksur tas-Sirja tal-Konvenzjoni Internazzjonali kontra t-Tortura; jilqgħu wkoll il-progress li sar fil-Ġermanja, fi Franza u fl-Iżvezja biex il-kriminali Sirjani jitressqu quddiem il-ġustizzja, bħal permezz tal-proċessi kriminali f’Koblenz u fi Frankfurt; jilqgħu l-arrest u l-priġunerija, f’Diċembru 2023, f’Jannar 2024 u fi Frar 2024, ta’ mexxejja paramilitari Sirjani b’rabtiet mar-reġim ta’ Assad fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fil-Belġju għal delitti kontra l-umanità, delitti tal-gwerra u tortura; iħeġġu lill-Istati Membri kollha tal-UE jimplimentaw ġuriżdizzjoni universali, meta applikabbli għall-ordni kostituzzjonali rispettiv; jappoġġjaw tentattivi biex it-tmexxija tar-reġim Sirjan titressaq quddiem il-ġustizzja; jitolbu li l-għarfien espert u l-interpreti jinġabru flimkien bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u tal-pulizija, u biex f’kull Stat Membru jinħatar prosekutur pubbliku għad-delitti kontra l-umanità; jistiednu lill-Istati Membri tal-UE jistabbilixxu unitajiet speċjalizzati tad-delitti tal-gwerra fis-servizzi tal-infurzar tal-liġi u tal-prosekuzzjoni, f’dawk il-każijiet meta dawn ma jkunux diġà jeżistu, u jiżguraw li jkollhom riżorsi adegwati; iħeġġu lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lill-attivitajiet tas-servizzi tal-intelligence Sirjani u lill-prevenzjoni tagħhom u lill-influwenza tagħhom fuq id-dijaspora Sirjana, inkluż il-protezzjoni tax-xhieda; jitlob li jiġu allokati boroż ta’ studju Ewropej speċifikament lis-Sirjani li qed ifittxu taħriġ legali fil-ġlieda kontra l-impunità;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(o)</SYMBOL>iħeġġu skambju awtomatiku ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri kollha dwar kriminali tal-gwerra li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-ażil jiġu miċħuda skont l-Artikolu 1(F) tal-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati; jistiednu lill-Istati Membri jistabbilixxu fond Ewropew għall-vittmi ta’ ksur serju tad-dritt internazzjonali fis-Sirja, inklużi vittmi tat-tortura, billi jidentifikaw fondi eżistenti marbuta ma’ ksur tad-dritt internazzjonali fis-Sirja fil-ġuriżdizzjonijiet tagħhom, bħal sentenzi monetarji, sanzjonijiet, multi u penali, ordnijiet ta’ sekwestru, fondi ffriżati peress li huma marbuta ma’ proprjetà akkwistata illegalment mir-reġim Sirjan, u dħul ieħor; jappellaw li jiġi żviluppat qafas legali li jippermetti t-trasferiment ta’ tali fondi lill-familji tal-vittmi, inklużi l-vittmi tat-tortura; ifakkru li tali fondi jridu jitfasslu bir-reqqa f’kooperazzjoni sħiħa mal-familji tal-vittmi; jirrikonoxxu t-theddida li teżisti tat-traffikar illeċitu ta’ oġġetti tal-arti u kulturali miżmuma mis-Sirja kemm mir-reġim ta’ Assad kif ukoll mill-ISIS; iħeġġu li l-pjan ta’ azzjoni tal-UE kontra t-traffikar ta’ oġġetti kulturali jissaħħaħ flimkien mal-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi biex jiġi żgurat li l-oġġetti kulturali jiġu protetti, jitneħħew mis-suq illeċitu, u jiġu rritornati lill-pajjiżi ta’ oriġini meta l-kundizzjonijiet jippermettu dan; jilqgħu l-adozzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tad-29 ta’ Ġunju 2023 li tistabbilixxi Istituzzjoni għall-Persuni Nieqsa fis-Sirja, u l-finanzjament kontinwu tal-Mekkaniżmu Internazzjonali, Indipendenti u Imparzjali biex jappoġġja l-investigazzjoni tad-delitti l-aktar serji mwettqa fis-Sirja mill-2011; iħeġġu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jespandu l-lista tal-persuni soġġetti għal sanzjonijiet immirati fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-hekk imsejjaħ Att ta’ Magnitsky tal-UE), inkluż il-kmandanti ċivili u militari Sirjani u Russi li seta’ kellhom ir-responsabbiltà ta’ kmand għal delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ksur serju ieħor imwettaq fil-Majjistral tas-Sirja jew kienu implikati b’mod kredibbli fihom;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(p)</SYMBOL>jilqgħu d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Jannar 2024 li jżid sitt negozjanti qrib il-familja Assad u ħames kumpaniji mal-lista ta’ sanzjonijiet tal-UE għall-involviment tagħhom fit-trasferiment ta’ merċenarji tar-reġim Sirjan, il-kummerċ tal-armi, it-traffikar tad-drogi jew il-ħasil tal-flus biex jappoġġjaw lir-reġim Sirjan;</ITEM>
<STRING BOLD="on"><STRING ITALIC="on">Għajnuna umanitarja u rifuġjati </STRING></STRING>
<ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(q)</SYMBOL>iħeġġu lill-komunità internazzjonali, fil-Konferenza ta’ Brussell tal-2024, biex iżżid b’mod urġenti l-assistenza umanitarja tagħha lill-15,3-il miljun Sirjan li jiddependu minnha fuq bażi ta’ kuljum; jesprimu t-tħassib l-aktar serju tagħhom dwar id-deċiżjoni meħuda mill-Programm Dinji tal-Ikel tan-NU li jissospendi l-assistenza alimentari tiegħu minn Jannar 2024 minħabba nuqqas ta’ finanzjament, li sa dak iż-żmien kien ta’ benefiċċju għal 3,2 miljun persuna fis-Sirja kuljum; jinsistu fuq l-aċċess għal ilma nadif, inkluż l-ilma tax-xorb, l-ilma sanitarju u l-ilma għal finijiet agrikoli, l-edukazzjoni formali, anke għall-bniet u għan-nisa, il-provvista tal-enerġija, fjuwils tal-magni bi prezzijiet raġonevoli, l-edukazzjoni u l-appoġġ baġitarju fit-tul imfassal għall-ħtiġijiet tan-nisa; jiffukaw fuq il-fatt li l-għajnuna umanitarja tiġi allokata għall-ilma nadif, l-enerġija bi prezzijiet raġonevoli, it-tisħin, il-kura tas-saħħa u l-prodotti tas-saħħa; jistiednu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi biex jappoġġjaw il-ħidma tas-soċjetà ċivili lokali u tal-organizzazzjonijiet immexxija mir-rifuġjati; jisħqu fuq l-importanza li l-aġenziji tal-għajnuna jsaħħu l-obbligu ta’ rendikont għall-benefiċjarji tal-assistenza u jaġixxu fuq il-feedback u l-ħtiġijiet tagħhom, f’konformità mal-prinċipju tal-“obbligu ta’ rendikont fil-konfront tal-popolazzjonijiet affettwati”; jirrimarkaw li l-UE hija l-akbar kontributur f’dan ir-rigward; jilqgħu l-isforzi kontinwi tal-Libanu, tal-Ġordan, tat-Turkija u tal-Iraq biex jospitaw sitt miljun rifuġjat f’kundizzjonijiet ekonomiċi diffiċli; ifakkru lil dawn il-pajjiżi bl-obbligu tagħhom li jaderixxu mad-dritt internazzjonali f’dan ir-rigward; itennu l-ħtieġa li jiġi ggarantit l-istatus tar-rifuġjati, b’mod partikolari fil-pajjiżi ospitanti ewlenin tat-Turkija, tal-Libanu, tal-Ġordan u tal-Iraq, u li joqogħdu lura minn kwalunkwe diskriminazzjoni fil-konfront tal-minoranzi; jirrikonoxxu l-wirt kulturali kbir tas-Sirja bħala parti ewlenija mill-wirt kulturali tad-dinja u bħala sors ta’ soluzzjonijiet għal xi wħud mill-problemi tal-pajjiż; jirrikonoxxu l-Aramajk bħala lingwa ta’ minoranza fil-periklu, peress li huwa mitkellem biss minn madwar 100 000 persuna fis-Sirja, filwaqt li fl-Ewropa dan in-numru jilħaq il-500 000 persuna;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(r)</SYMBOL>jikkundannaw bil-qawwa l-għadd kbir ta’ vetoes mir-Russja kontra l-għoti ta’ għajnuna lill-poplu fit-Tramuntana tas-Sirja, speċifikament il-veto tagħha dwar it-tiġdid tar-Riżoluzzjoni 2672 (2023) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, li b’hekk ma tippermettix estensjoni tal-aċċess umanitarju minn Bab al-Hawa; jiddenunzjaw għal darba oħra t-tentattivi tar-Russja li tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-“Elmi Bojod” (id-difiża ċivili Sirjana); jisħqu li l-Elmi Bojod għandhom rwol sinifikanti fis-salvataġġ taċ-ċivili Sirjani; ifaħħru l-ħidma tal-ġurnalisti, tal-bloggers u tal-individwi kif ukoll tal-organizzazzjonijiet, bħall-Elmi Bojod, li, minkejja l-brutalità tar-reġim, ikomplu jwettqu l-ħidma tagħhom fil-pajjiż, jinfurmaw lill-komunità internazzjonali, jappoġġjaw lill-vittmi fil-prattika u jżommu l-enfasi tagħhom fuq il-futur tal-pajjiż; jinnotaw id-deċiżjoni tal-gvern li jkompli jagħti aċċess lill-aġenziji u lis-sħab umanitarji tan-NU permezz tal-kuritur ta’ Bab al-Hawa sat-13 ta’ Lulju 2024; jiddeploraw in-nuqqas ta’ deċiżjoni li testendi l-aċċess permezz ta’ Bab al-Salam u al-Rai li qabel kienet ġiet imġedda sat-13 ta’ Frar 2024; ifakkru lill-partijiet kollha responsabbli dwar il-ħtieġa assoluta li dawn l-aċċessi jinżammu miftuħa; iħeġġu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex, b’mod parallel ma’ azzjoni diplomatika robusta fil-livell tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, jiksbu l-operat kontinwu tal-punti ta’ qsim tal-fruntieri ta’ Bab al-Hawa, Bab al-Salaam u al-Rai, għal mill-inqas 12-il xahar; jesploraw il-possibbiltà li r-riżorsi jingħaddew ukoll permezz tal-“Fond ta’ Għajnuna għat-Tramuntana tas-Sirja” li ġie stabbilit dan l-aħħar; jikkundannaw it-tentattivi sistematiċi mir-reġim Sirjan biex jiddevja l-għajnuna umanitarja internazzjonali u t-trasferiment tagħha lill-milizzji, u l-manipulazzjoni tar-reġim tar-rati tal-kambju sabiex jieħu l-maġġoranza tal-għajnuna maħsuba għat-territorji taħt il-kontroll tiegħu;</ITEM><ITEM LEVEL="1"><SYMBOL>(s)</SYMBOL>ifakkru li s-Sirja ma tistax titqies, kompletament jew parzjalment, bħala pajjiż sikur għar-ritorn taċ-ċittadini Sirjani li jgħixu bħala rifuġjati u persuni li jfittxu l-ażil fl-Ewropa u madwar id-dinja, persuni li ħarbu mid-delitti tar-reġim u li jirriskjaw tortura u għajbien furzat jekk jirritornaw lejn is-Sirja; itennu lill-pajjiżi ospitanti, bħat-Turkija, il-Libanu, il-Ġordan, l-Iraq u l-Eġittu, li s-Sirja mhijiex pajjiż sikur, la kompletament u lanqas parzjalment, u li ċ-ċittadini Sirjani għalhekk ma jistgħux jirritornaw b’mod sikur; jisħqu li kull ritorn irid ikun volontarju u b’kundizzjonijiet dinjitużi; jisħqu li xi Sirjani ħarbu minn organizzazzjonijiet terroristiċi li joperaw fis-Sirja bħall-ISIS; jisħqu li hemm żoni fis-Sirja fejn il-gruppi u l-milizzji vjolenti tal-ġiħadisti għadhom attivi; jenfasizzaw l-impatt tal-kunflitt Sirjan fuq l-438 000 rifuġjat Palestinjan stmati li jinsabu fil-pajjiż u li jiddependu primarjament mill-Aġenzija ta’ Fondi u tax-Xogħol tan-NU għar-Refuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA) għall-ħtiġijiet bażiċi tagħhom; jesprimu tħassib fir-rigward tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-Aġenzija u jappellaw biex ir-rifuġjati Palestinjani jiġu inklużi aħjar fil-pjanijiet umanitarji tal-UE fis-Sirja;</ITEM></LIST>
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u biex tiġi tradotta u ppubblikata bl-Għarbi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RECOM></TXTLST></SDOCTA>