<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0117</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Qafas għal Identità Diġitali Ewropea</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(A9-0038/2023 - Rapporteur: Romana Jerković)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ qafas għal Identità Diġitali Ewropea (COM(2021)0281 – C9-0200/2021 – 2021/0136(COD))</STRING></TI><NOTE>(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)</NOTE><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0281),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9‑0200/2021),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Ottubru 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C105, 4.3.2022, p. 81.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta’ Ottubru 2021<FOOTNOTE><FIELD> ĠU C 61, 4.2.2022, p. 42.</FIELD></FOOTNOTE>,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 74(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta’ Diċembru 2023, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A9-0038/2023),
</VISA></GRVISA></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet mill-Kummissjoni annessi ma' din ir-riżoluzzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Jitlob lill-Kummissjoni terġa’ tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b’mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b’mod sustanzjali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST><TXTLST><IDENT TCLINK="YES"><STRING BOLD="on">P9_TC1-COD(2021)0136</STRING></IDENT><OTTXT><TI><STRING BOLD="on">Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tad-29 ta' Frar 2024 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/... tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 910/2014 fir-rigward tal-istabbiliment tal-Qafas Ewropew għall-Identità Diġitali</STRING></TI><NOTE><STRING ITALIC="on">(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2024/1183.)</STRING></NOTE></OTTXT></TXTLST><TXTLST><ANNEX><TI>ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA</TI><STI><STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-Artikolu 45 fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1183</STRING><FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj.</FIELD></FOOTNOTE></STI>
Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim milħuq, li, fil-fehma tagħha, jiċċara li l-web-browsers huma meħtieġa sabiex jiżguraw appoġġ u interoperabbiltà għaċ-ċertifikati kwalifikati għall-awtentikazzjoni ta’ siti elettroniċi (QWACs) għall-iskop uniku li tintwera d-data dwar l-identità tas-sid tas-sit elettroniku b’mod faċli għall-utent. Il-Kummissjoni tifhem dan l-obbligu bħala wieħed li ma jippreġudikax il-metodi użati biex tintwera tali data dwar l-identità.

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim milħuq, li, fil-fehma tagħha, jiċċara li r-rekwiżit biex il-webbrowsers jirrikonoxxu l-QWACs, ma jirrestrinġix il-politiki ta’ sigurtà proprji tal-browsers u li l-Artikolu 45, kif propost, iħalli f’idejn il-web-browsers biex jippreservaw u japplikaw il-proċeduri u l-kriterji tagħhom stess sabiex iżommu u jippreservaw il-privatezza tal-komunikazzjonijiet online bl-użu ta’ kriptaġġ u metodi ppruvati oħra. Il-Kummissjoni tifhem l-abbozz tal-Artikolu 45 bħala wieħed li ma jimponix obbligi jew restrizzjonijiet fuq kif il-web-browsers jistabbilixxu konnessjonijiet kriptati ma’ siti elettroniċi jew jawtentikaw il-kjavi kriptografiċi użati meta jiġu stabbiliti dawk il-konnessjonijiet.

Il-Kummissjoni tfakkar li, f’konformità mal-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, il-Kummissjoni se tagħmel użu mill-gruppi ta’ esperti, tikkonsulta mal-partijiet ikkonċernati fil-mira u twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi, kif xieraq.

<STRING BOLD="on">Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni dwar in-nuqqas ta’ osservabbiltà fl-okkażjoni tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2024/1183</STRING><FOOTNOTE><FIELD> ĠU L, 2024/1183, 30.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1183/oj.</FIELD></FOOTNOTE>

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim milħuq, li fil-fehma tagħha, jikkonferma li dan ir-Regolament emendatorju ma jippermettix l-ipproċessar ta’ data personali li tinsab fil-Kartiera Ewropea tal-Identità Diġitali jew li tirriżulta mill-użu tagħha mill-fornituri tal-Kartiera għal skopijiet oħra għajr il-forniment ta’ servizzi tal-kartiera.

Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll l-inklużjoni tal-kunċett ta’ nuqqas ta’ osservabbiltà fil-Premessa (11c) tal-abbozz ta’ Regolament emendatorju, li għandu jipprevjeni lill-fornituri tal-kartieri milli jiġbru u jaraw id-dettalji tat-tranżazzjonijiet ta’ kuljum tal-utenti. Il-Kummissjoni hija tal-fehma li dan il-kunċett ifisser li jenħtieġ li ma jkunx hemm korrelazzjoni tad-data bejn servizzi differenti għall-finijiet ta’ traċċar jew rintraċċar tal-utenti jew għad-determinazzjoni, l-analiżi u t-tbassir tal-imġiba, l-interessi jew id-drawwiet personali.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li, f’konformità sħiħa mar-Regolament (UE) 2016/679, il-fornituri tal-Kartieri Ewropej tal-Identità Diġitali jistgħu jaċċessaw ċerti kategoriji ta’ data personali bil-kunsens espliċitu tal-utent, fost l-oħrajn, sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fil-forniment ta’ servizzi tal-kartieri jew biex l-utenti jiġu protetti minn tfixkil fil-forniment tagħhom. Dik id-data għandha tkun limitata għal dak li huwa meħtieġ għal kull skop speċifiku.
</ANNEX></TXTLST></SDOCTA>