<?xml version="1.0" encoding="UTF-8" standalone="no"?><SDOCTA xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" STATUS="DEF1" xsi:noNamespaceSchemaLocation="TA.xsd"><IDENT><STRING BOLD="on">P9_TA(2024)0119</STRING></IDENT><TI><STRING BOLD="on">Il-ħtieġa ta’ appoġġ sod tal-UE lill-Ukrajna, wara sentejn ta’ gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna</STRING></TI><HIDDEN><STRING HIDDEN="on" ITALIC="on">(B9-0143, 0149, 0153, 0156 u 0157/2024)</STRING></HIDDEN><TXTLST><RESOL><TI><STRING BOLD="on">Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar il-ħtieġa ta’ appoġġ sod tal-UE lill-Ukrajna, wara sentejn ta’ gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna (2024/2526(RSP))</STRING></TI><TEXT><PREAMBLE><PRINIT><STRING ITALIC="on">Il-Parlament Ewropew,</STRING></PRINIT><GRVISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Ukrajna u dwar ir-Russja, b’mod partikolari dawk adottati mill-eskalazzjoni tal-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna fi Frar 2022 u l-annessjoni tal-Peniżola tal-Krimea fid-19 ta’ Frar 2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra<FOOTNOTE><FIELD> ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.</FIELD></FOOTNOTE>, u ż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna li takkumpanjah, iffirmati fl-2014,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Karta tan-NU, il-Konvenzjonijiet ta’ The Hague, il-Konvenzjonijiet ta’ Ġinevra u l-protokolli addizzjonali tagħhom, u l-Istatut ta’ Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-20 ta’ Ġunju 2023 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Faċilità tal-Ukrajna (COM(2023)0338),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna, wara r-rakkomandazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023 f’dan ir-rigward,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta’ Diċembru 2023 u tal-1 ta’ Frar 2024,
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tal-14 ta’ Frar 2024 mill-Bank Dinji, il-Gvern tal-Ukrajna, il-Kummissjoni u n-NU bit-tiolu “Ukraine: Third Rapid Damage and Needs Assessment (RDNA3) February 2022-December 2023” (L-Ukrajna: It-Tielet Valutazzjoni Rapida tal-Ħsara u tal-Ħtiġijiet (RDNA3) Frar 2022-Diċembru 2023),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra r-rapport tad-9 ta’ Frar 2024 tal-Grupp ta’ Ħidma ta’ Livell Għoli dwar il-Konsegwenzi Ambjentali tal-Gwerra bit-titolu “An environmental compact for Ukraine – A Green Future꞉ Recommendations for Accountability and Recovery” (Patt ambjentali għall-Ukrajna – Futur Ekoloġiku꞉ Rakkomandazzjonijiet għall-Obbligu ta’ Rendikont u għall-Irkupru),
</VISA><VISA>
<NO.P>–</NO.P>wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
</VISA></GRVISA><GRCONS><CONS>
<NO.P>A.</NO.P>billi r-Russja ilha mill-24 ta’ Frar 2022 twettaq gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux ipprovokata u mhux iġġustifikata kontra l-Ukrajna; billi l-gwerra tar-Russja kontra l-Ukrajna bdiet fl-2014 bl-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea u l-okkupazzjoni sussegwenti ta’ partijiet mir-reġjuni ta’ Donetsk u Luhansk; billi din il-gwerra ta’ aggressjoni tikkostitwixxi ksur sfaċċat u flagranti tal-Karta tan-NU u tal-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali; billi l-azzjonijiet tar-Russja fl-Ukrajna matul is-sentejn li għaddew għadhom jheddu l-paċi u s-sigurtà fl-Ewropa u mad-dinja kollha;
</CONS><CONS>
<NO.P>B.</NO.P>billi l-Assemblea Ġenerali tan-NU, fir-riżoluzzjoni tagħha tat-2 ta’ Marzu 2022, ikkwalifikat immedjatament il-gwerra Russa kontra l-Ukrajna bħala att ta’ aggressjoni bi ksur tal-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-NU, u, fir-riżoluzzjoni tagħha tal-14 ta’ Novembru 2022, irrikonoxxiet il-ħtieġa li l-Federazzjoni Russa tinżamm responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u legalment u finanzjarjament responsabbli għall-atti illegali tagħha fuq livell internazzjonali, inkluż billi tagħmel reparazzjoni għall-ħsarat u d-danni kkawżati;
</CONS><CONS>
<NO.P>C.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni Russa hija l-akbar kunflitt militari fil-kontinent Ewropew minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija u tirrifletti l-kunflitt dejjem jikber bejn l-awtoritarjaniżmu u d-demokrazija;
</CONS><CONS>
<NO.P>D.</NO.P>billi l-Ukrajna u ċ-ċittadini tagħha wrew determinazzjoni soda fir-reżistenza tagħhom kontra l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja, u ddefendew b’suċċess lil pajjiżhom, minkejja li ħallsu prezz qares mil-lat ta’ mwiet u korrimenti ċivili u militari, flimkien mal-qerda u l-użu bħala arma ta’ infrastruttura ċivili u pubblika, tal-ambjent naturali u ta’ patrimonju kulturali; billi fl-2022 il-poplu kuraġġuż tal-Ukrajna ngħata l-Premju Sakharov bħala rikonoxximent għall-kuraġġ u r-reżiljenza tiegħu;
</CONS><CONS>
<NO.P>E.</NO.P>billi miljuni ta’ Ukreni qed jibqgħu jiġu spostati ġewwa u barra mill-Ukrajna, wara li ħarbu mill-aggressjoni tar-Russja; billi aktar minn 3,3 miljun persuna, inklużi 800 000 tifel u tifla, qed jgħixu tul il-kamp tal-battalja; billi d-djar, l-iskejjel u l-isptarijiet għadhom qed jiġu bbumbardjati kuljum; billi, skont l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni, il-kampanja ta’ qerda tar-Russja fl-2023 ħalliet kważi 720 000 persuna fil-partijiet tal-Ukrajna l-aktar affettwati mingħajr aċċess għal akkomodazzjoni adegwata u sikura; billi l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji rrapporta li l-attakki indiskriminati fuq iż-żoni popolati tal-Ukrajna żdiedu f’Diċembru 2023, li enfasizzaw ix-xejra persistenti ta’ mewt fost il-persuni ċivili, qerda u ħtiġijiet umanitarji matul l-2023;
</CONS><CONS>
<NO.P>F.</NO.P>billi d-delitti tal-gwerra tar-Russja se jħallu popolazzjoni sħiħa trawmatizzata peress li 10 miljun persuna huma stmati li huma f’riskju ta’ kundizzjoni ta’ saħħa mentali jew li jgħixu biha, u huwa stmat li 3,9 miljun persuna qed tbati minn sintomi moderati sa severi li jirrikjedu trattament għal problemi mentali, depressjoni, ansjetà u disturb minn stress postrawmatiku; billi fl-2023, ġew irrapportati 227 inċident li affettwaw l-operazzjonijiet umanitarji fil-pajjiż, b’50 ħaddiem umanitarju maqtul jew midrub, inklużi 11 li nqatlu waqt il-qadi ta’ dmirijiethom;
</CONS><CONS>
<NO.P>G.</NO.P>billi, skont l-istimi konservattivi tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-Ukrajna, kważi sentejn minn mindu seħħet l-invażjoni fuq skala kbira tar-Russja fl-Ukrajna, aktar minn 10 000 persuna ċivili nqatlu u kważi 20 000 persuna ċivili sfaw midruba, filwaqt li l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) jemmen li ċ-ċifri reali huma konsiderevolment ogħla;
</CONS><CONS>
<NO.P>H.</NO.P>billi t-tfal Ukreni qed iħallsu l-prezz aħħari fil-gwerra, peress li nqatlu aktar minn 520 tifel u tifla Ukreni u ġew feruti aktar minn 1 226, 1,8 miljun kellhom jaqsmu lejn pajjiżi ġirien bħala rifuġjati u 2,5 miljun oħra huma spostati internament fl-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>I.</NO.P>billi sa mill-bidu tal-gwerra fuq skala sħiħa ta’ aggressjoni, madwar 20 000 tifel u tifla Ukreni ġew iddeportati b’mod furzat lejn ir-Russja u l-Belarussja jew miżmuma fit-territorji okkupati; billi l-QKI ħarġet mandati ta’ arrest internazzjonali għal Vladimir Putin u Maria Lvova-Belova fid-dawl tar-responsabbiltà tagħhom talli wettqu d-delitt tal-gwerra ta’ deportazzjoni illegali u għat-trasferiment illegali ta’ tfal minn territorji okkupati tal-Ukrajna lejn ir-Russja; billi inqas minn 400 tifel u tifla deportati ġew irritornati lejn l-Ukrajna u ngħaqdu mill-ġdid mal-familji tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>J.</NO.P>billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra ġie allarmat b’rapporti u testimonjanzi li jindikaw kundizzjonijiet ta’ detenzjoni inumani tal-popolazzjoni ċivili u tal-priġunieri tal-gwerra Ukreni miżmuma mir-Russja, inkluż it-tortura u n-nuqqas ta’ kura medika, li jirriżultaw fi ħsara permanenti lil saħħithom; billi hemm każijiet magħrufa ta’ militari Russi li joqtlu suldati Ukreni minflok ma jeħduhom il-ħabs, inklużi dawk li ġew irrapportati l-aktar reċentement fl-24 ta’ Frar 2024 fiż-żona ta’ Bakhmut; billi fl-2022 aktar minn 50 priġunier tal-gwerra Ukren, fil-maġġoranza membri tal-Battaljun Azov, inqatlu deliberatament fi splużjoni premeditata fil-ħabs ta’ Olenivka;
</CONS><CONS>
<NO.P>K.</NO.P>billi n-nisa u l-bniet huma f’riskju b’mod partikolari matul kriżijiet umanitarji u ta’ spostament, peress li jkomplu jkunu b’mod sproporzjonat vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru; billi ħafna nisa baqgħu fl-Ukrajna u ġew mobilizzati biex iservu fil-forzi armati; billi hemm indikazzjonijiet li suldati nisa Ukreni li nħatfu ġew ittorturati u soġġetti għal vjolenza sesswali; billi l-OHCHR irrapporta li, minħabba li l-irġiel jirrappreżentaw il-maġġoranza tal-vittmi ta’ eżekuzzjonijiet sommarji mill-forzi Russi fit-territorji okkupati, il-membri tal-familja superstiti – ħafna minnhom nisa – jitħallew biex ikampaw, spiss waħedhom, b’introjtu limitat tal-familja, żieda fil-piżijiet għall-indokraturi, u trawma mentali intensa u tbatija;
</CONS><CONS>
<NO.P>L.</NO.P>billi l-Forzi Armati tal-Ukrajna rnexxielhom jirreżistu l-invażjoni Russa, illiberaw aktar minn 50 % tat-territorji temporanjament okkupati wara l-24 ta’ Frar 2022 u reġgħu kisbu l-kontroll tal-aċċess tal-Ukrajna għall-Punent tal-Baħar l-Iswed, u b’hekk keċċew b’mod effettiv il-flotta Russa tal-Baħar l-Iswed;
</CONS><CONS>
<NO.P>M.</NO.P>billi l-UE pprovdiet appoġġ sostanzjali fl-oqsma kollha, inkluż l-appoġġ militari, mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa; billi l-assistenza globali mwiegħda lill-Ukrajna mill-UE, mill-Istati Membri tagħha u mill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej minn Frar 2022 tammonta għal mill-inqas EUR 85 biljun, inklużi l-assistenza umanitarja u ta’ emerġenza, l-appoġġ baġitarju, l-assistenza makrofinanzjarja u l-għajnuna militari; billi ġew ipprovduti EUR 17-il biljun lill-Istati Membri biex jospitaw madwar erba’ miljun rifuġjat Ukren, li ġew offruti protezzjoni estiża skont id-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja<FOOTNOTE><FIELD> Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).</FIELD></FOOTNOTE> sa Marzu 2025;
</CONS><CONS>
<NO.P>N.</NO.P>billi l-UE u l-Istati Membri tagħha sa issa pprovdew għajnuna militari li tammonta għal EUR 28 biljun, u impenjaw ammont preliminari ta’ madwar EUR 21,2 biljun għall-2024; billi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi ntużat biex tipprovdi EUR 5,6 biljun għat-trasferiment ta’ tagħmir militari lill-Ukrajna mill-Istati Membri; billi l-inizjattiva tal-munizzjon, li inizjalment kellha tipprovdi miljun balla ta’ munizzjoni tal-artillerija ta’ qxur ta’ 155 mm lill-Ukrajna sa Marzu 2024, issa għandha l-għan li twassal madwar nofs dak l-ammont sa dik id-data, u n-nofs l-ieħor sa tmiem l-2024; billi sa issa l-Missjoni Militari tal-UE b’Appoġġ għall-Ukrajna ħarrġet 40 000 suldat Ukren fil-Ġermanja u fil-Polonja, u n-numru qiegħed dejjem jiżdied;
</CONS><CONS>
<NO.P>O.</NO.P>billi l-PDG ikkombinat tal-pajjiżi tal-Punent huwa 25 darba akbar minn dak tar-Russja, iżda fl-2023 l-assistenza militari tal-Punent għall-Ukrajna kienet tammonta għal anqas minn 0,1 % ta’ dan il-PDG ikkombinat; billi fl-2023, ir-Russja nefqet madwar 6 % tal-PDG tagħha fuq il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha u l-Ukrajna nefqet l-ekwivalenti ta’ 25 % tal-PDG tagħha fuq id-difiża tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>P.</NO.P>billi l-Kungress tal-Istati Uniti sa issa naqas milli jadotta pakkett ġdid ta’ appoġġ lill-Ukrajna ta’ USD 60 biljun għall-2024 li essenzjalment wassal għal waqfien fl-impenji ta’ għajnuna u kunsinni militari min-naħa tal-Istati Uniti lill-Ukrajna; billi sabiex jiġi ssostitwit bis-sħiħ l-appoġġ militari tal-Istati Uniti fl-2024, l-UE u l-Istati Membri tagħha jkollhom jirdoppjaw il-livell u l-pass attwali tal-appoġġ militari tagħhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>Q.</NO.P>billi s-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg iddikjara li l-membri tan-NATO jeħtieġ li jħejju ruħhom għal konfrontazzjoni possibbli mar-Russja li tista’ ddum għexieren ta’ snin; billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kellha l-konsegwenza diretta li l-Finlandja u l-Iżvezja jingħaqdu man-NATO, l-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia jingħataw status ta’ pajjiż kandidat tal-UE, qed jitwasslu pakketti robusti ta’ assistenza għas-sigurtà lill-Ukrajna minn aktar minn 50 pajjiż u qed jiġi espress appoġġ politiku qawwi għall-Ukrajna fin-NU;
</CONS><CONS>
<NO.P>R.</NO.P>billi l-Kunsill Ewropew iddeċieda li jiftaħ negozjati ta’ adeżjoni mal-Ukrajna wara r-rakkomandazzjoni pożittiva tal-Kummissjoni, u stieden ukoll lill-Kunsill jadotta l-qafas ta’ negozjar ladarba jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>S.</NO.P>billi l-Ukrajna ffirmat ftehimiet ta’ sigurtà mar-Renju Unit, mal-Ġermanja, ma’ Franza, mad-Danimarka, u mal-Italja, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-G7 ta’ appoġġ għall-Ukrajna, li ntlaħaq qbil dwarha fit-12 ta’ Lulju 2023 fil-marġini tas-Summit tan-NATO f’Vilnius; billi l-impenn tal-G7 fetaħ il-bieb għan-negozjati biex jiġu fformalizzati l-impenji u l-arranġamenti bilaterali fit-tul dwar is-sigurtà b’appoġġ għall-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>T.</NO.P>billi, skont ir-rapporti, ir-Russja orjentat mill-ġdid b’mod drammatiku l-ekonomija tagħha lejn “ekonomija tal-gwerra”, flimkien ma’ pjanijiet għal infiq għoli ħafna fuq id-difiża stmat li huwa ta’ aktar minn EUR 100 biljun; billi huwa rrapportat li r-Russja tipproduċi aktar minn żewġ miljun balla tal-artillerija fis-sena domestikament, li huwa ferm aktar mill-kwantità li l-gvernijiet tal-UE kienu wegħdu lill-Ukrajna;
</CONS><CONS>
<NO.P>U.</NO.P>billi mill-bidu tal-gwerra l-UE adottat 13-il pakkett ta’ sanzjonijiet u ħolqot rwol ġdid ta’ Mibgħut Speċjali Internazzjonali għall-Implimentazzjoni tas-Sanzjonijiet tal-UE, inkarigat speċifikament biex jindirizza l-evażjoni u ċ-ċirkomvenzjoni ta’ sanzjonijiet immirati lejn ir-Russja u l-Belarussja bħala l-proxy tagħha;
</CONS><CONS>
<NO.P>V.</NO.P>billi huwa stmat li l-UE u sħab oħra ffriżaw EUR 300 biljun mir-riżervi tal-banek ċentrali tar-Russja u EUR 21,5 biljun fi flus ta’ oligarki Russi, filwaqt li l-Istati Uniti u l-alleati l-oħra tal-Punent imblukkaw jew ħatfu aktar minn USD 58 biljun f’assi li huma proprjetà ta’ Russi sanzjonati jew ikkontrollati minnhom;
</CONS><CONS>
<NO.P>W.</NO.P>billi l-istituzzjonijiet tal-UE reċentement laħqu ftehim biex jistabbilixxu Faċilità għall-Ukrajna li se toffri EUR 50 biljun f’appoġġ prevedibbli fuq terminu medju, fil-forma ta’ għotjiet u self, għat-tiswija, l-irkupru, ir-rikostruzzjoni u l-modernizzazzjoni tal-Ukrajna mill-2024 sal-2027;
</CONS><CONS>
<NO.P>X.</NO.P>billi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja turi l-attitudni imperjalistika tagħha lejn il-ġirien tagħha; billi sakemm ir-Russja tibqa’ stat li jsegwi politiki reviżjonisti, se tkompli bl-isforzi tagħha biex iżżomm it-theddida dejjem aktar imminenti ta’ aggressjoni fuq il-kontinent Ewropew; billi bosta atturi internazzjonali rrikonoxxew lir-Russja bħala sponsor statali tat-terroriżmu u stat li juża mezzi ta’ terroriżmu;
</CONS><CONS>
<NO.P>Y.</NO.P>billi r-Russja hija responsabbli għall-kriżi globali tas-sigurtà tal-ikel, bħala riżultat tal-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna u tal-imblokk tagħha tal-portijiet Ukreni; billi r-Russja ilha tuża l-ikel u l-ġuħ bħala arma sa mill-bidu tal-gwerra;
</CONS><CONS>
<NO.P>Z.</NO.P>billi l-QKI, wara żewġ dikjarazzjonijiet<STRING ITALIC="on"> ad hoc</STRING> mill-Ukrajna, għandha ġuriżdizzjoni fuq id-delitti tal-gwerra, id-delitti kontra l-umanità u d-delitt ta’ ġenoċidju mwettqa fit-territorju tal-Ukrajna minn Novembru 2013, iżda ma għandhiex ġuriżdizzjoni fuq id-delitt ta’ aggressjoni definit fl-Artikolu 8(a) tal-Istatut ta’ Ruma f’din is-sitwazzjoni, minħabba li la l-Ukrajna u lanqas il-Federazzjoni Russa ma rratifikaw l-Istatut ta’ Ruma u l-emendi relatati mad-delitt ta’ aggressjoni; billi l-UE tappoġġja l-istabbiliment ta’ tribunal speċjali għad-delitt ta’ aggressjoni;
</CONS><CONS>
<NO.P>AA.</NO.P>billi l-ambjent naturali tal-Ukrajna kien mira speċifika fil-gwerra, peress li r-Russja kienet qed tagħmel ħsara ambjentali enormi u b’mod sfaċċat, bħall-ħruq ta’ għelieqi u foresti, il-qtugħ illegali ta’ siġar Ukreni għall-injam, u l-kontaminazzjoni tal-ilma u tal-ħamrija bi skart kimiku, li b’riżultat ta’ dan wasslu għall-qerda tal-art u l-abitabbiltà tal-pajjiż kif ukoll qed jillimitaw il-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jirnexxu u jkollhom suċċess; billi l-qerda tad-diga ta’ Kakhovka fis-6 ta’ Ġunju 2023 hija eżempju ċar ta’ azzjonijiet mir-Russja li se jkomplu jikkawżaw qerda ekoloġika fis-snin li ġejjin;
</CONS><CONS>
<NO.P>AB.</NO.P>billi fit-13 ta’ Frar 2024, Maksim Kuzminov, eks bdot Russu tal-ħelikopters li fl-2023 ħarab lejn l-Ukrajna, instab mejjet fi Spanja, maqtul minn irġiel armati li, skont rapporti, intbagħtu mill-Gvern Russu; billi matul l-aħħar ftit deċennji, is-servizzi tal-intelligence Russi wettqu għadd ta’ operazzjonijiet sigrieti sfaċċati, inkluż qtil, fit-territorju tal-UE;
</CONS></GRCONS></PREAMBLE><DISPOSITIF><ACTLST><ACTION>
<NO.P>1.</NO.P>Itenni s-solidarjetà soda tiegħu mal-poplu u l-mexxejja tal-Ukrajna u l-appoġġ tiegħu għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, fil-fruntieri tagħha rikonoxxuti fuq livell internazzjonali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>2.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu, bl-aktar mod qawwi possibbli, tal-gwerra ta’ aggressjoni illegali, mhux provokata u inġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, kif ukoll tal-involviment tar-reġim fil-Belarussja; jitlob li r-Russja u l-forzi proxy tagħha jwaqqfu l-azzjonijiet militari kollha u li r-Russja tirtira l-forzi militari, il-proxies u t-tagħmir militari kollha mit-territorju kollu tal-Ukrajna rikonoxxut fuq livell internazzjonali; jitlob li l-insedjament ta’ ċittadini Russi fit-territorji okkupati b’mod temporanju tal-Ukrajna jieqaf u jitreġġa’ lura;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>3.</NO.P>Ifakkar li l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja bdiet bl-annessjoni illegali tal-peniżola tal-Krimea fi Frar 2014, segwita mill-okkupazzjoni ta’ partijiet tal-Oblasts ta’ Donetsk u Luhansk; ifakkar li l-peniżola ġiet ikkonvertita f’bażi militari u serviet bħala punt ta’ tluq għall-invażjoni fuq skala kbira fl-2022;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>4.</NO.P>Jikkundanna t-tortura u l-qtil intenzjonati tal-priġunieri tal-gwerra u taċ-ċivili Ukreni min-naħa Russa; jappella għal investigazzjoni indipendenti dwar tali delitti, u l-prosekuzzjoni tagħhom, u jappella għal aktar sforzi biex jiġu skambjati priġunieri bejn l-Ukrajna u r-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>5.</NO.P>Jikkundanna t-tentattivi tar-Russja li tiċħad lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha mill-identità etnika, lingwistika u storika tagħhom billi teqred is-sinjali ta’ identità Ukrena f’territorji okkupati u annessi, filwaqt li tipprojbixxi l-użu tal-lingwa u s-simboli Ukreni, kif ukoll il-politika intensiva ta’ “passaportizzazzjoni” u t-tentattivi ripetuti mill-President Russu u minn uffiċjali Russi oħra biex jiktbu l-istorja mill-ġdid;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>6.</NO.P>Jemmen li l-eżitu tal-gwerra u l-pożizzjoni meħuda mill-komunità internazzjonali se jkollhom rwol kruċjali fl-influwenzar ta’ azzjoni futura minn reġimi awtoritarji oħra, li qed josservaw mill-qrib l-andament tal-gwerra u jivvalutaw kemm hemm spazju għalihom biex jeżerċitaw politiki barranin aggressivi, inkluż b’mezzi militari;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>7.</NO.P>Jissottolinja li l-objettiv ewlieni huwa li l-Ukrajna tirbaħ il-gwerra kontra r-Russja, li jinvolvi li tkeċċi lill-forzi kollha Russi, kif ukoll lill-proxies u lill-alleati tagħha, barra mit-territorju rikonoxxut fuq livell internazzjonali tal-Ukrajna; iqis li dan l-objettiv jista’ jintlaħaq biss permezz tal-provvista kontinwa, sostnuta u li b’mod kostanti tiżdied tat-tipi kollha ta’ armi konvenzjonali lill-Ukrajna, mingħajr eċċezzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>8.</NO.P>Jirrikonoxxi r-reżiljenza u d-determinazzjoni murija mill-poplu Ukren fit-tfittxija tagħhom tal-valuri demokratiċi, l-isforzi ta’ riforma u l-aspirazzjonijiet għal integrazzjoni fil-komunità Ewro-Atlantika ta’ nazzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>9.</NO.P>Ifakkar fl-importanza tal-ħelsien u d-diżokkupazzjoni tal-peniżola tal-Krimea, li issa ilha okkupata mir-Russja għal għaxar snin; ifakkar li ċ-ċittadini tal-peniżola li huma leali lejn l-Ukrajna, b’mod partikolari t-Tatari indiġeni, jiffaċċjaw repressjoni, arrest u tortura; ifakkar li l-forzi ta’ okkupazzjoni Russi għamlu kull sforz biex iħassru l-wirt tat-Tatari u l-memorja tal-preżenza tal-Ukrajna fil-peniżola, u li qed ikomplu t-tentattivi tagħhom biex ibiddlu bil-forza l-kompożizzjoni demografika tal-popolazzjoni, li tista’ tammonta għal atti ta’ ġenoċidju kif deskritt fil-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju; jappoġġja l-isforzi tal-Ukrajna biex tintegra mill-ġdid lill-Krimea, b’mod partikolari l-Pjattaforma tal-Krimea;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>10.</NO.P>Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu għall-għoti konsistenti ta’ għajnuna militari lill-Ukrajna sakemm ikun meħtieġ u fi kwalunkwe forma meħtieġa biex l-Ukrajna toħroġ rebbieħa; jirrikonoxxi l-isforzi li saru mill-Istati Membri fl-għoti u mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (VP/RGħ) fil-koordinazzjoni tal-appoġġ militari lill-Ukrajna sal-lum; itenni t-talba tiegħu lill-Istati Membri biex iżidu u jaċċelleraw b’mod sostanzjali l-appoġġ militari tagħhom, b’mod partikolari il-proviżjoni ta’ armi u munizzjon b’risposta għal ħtiġijiet identifikati b’mod ċar, bil-għan li mhux biss jippermettu lill-Ukrajna tiddefendi ruħha kontra l-attakki mir-Russja, iżda wkoll biex tkun tista’ terġa’ tikseb kontroll sħiħ tat-territorju kollu tagħha rikonoxxut fuq livell internazzjonali; jissottolinja li l-kunsinna insuffiċjenti u mdewma ta’ armi u munizzjon tirriskja li timmina l-isforzi li saru s’issa; jesprimi tħassib li l-mira ta’ miljun balla ta’ munizzjon mhux se tintlaħaq kif imwiegħed; jistieden lill-Istati Membri u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jippreżentaw informazzjoni lill-Parlament dwar kunsinni preċedenti ta’ għajnuna militari lill-Ukrajna, inkluż l-awditu mwettaq mis-SEAE, u l-ammont ta’ għajnuna li l-Istati Membri huma lesti li jimpenjaw ruħhom għalih fl-2024;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>11.</NO.P>Jemmen li ma għandu jkun hemm l-ebda restrizzjoni awtoimposta fuq l-assistenza militari lill-Ukrajna; jirrimarka d-diverġenza kbira ħafna fl-appoġġ militari pprovdut mill-Istati Membri tal-UE bħala perċentwal tal-PDG tagħhom; jappella għall-investiment meħtieġ fil-bażi industrijali Ewropea tad-difiża biex jiżdied b’mod sostanzjali l-output sabiex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Ukrajna u jiġu fornuti mill-ġdid l-istokkijiet eżawriti tal-Istati Membri tal-UE; jissottolinja li l-Ukrajna teħtieġ b’mod partikolari sistemi sofistikati ta’ difiża tal-ajru, missili fuq distanzi twal, bħal missili TAURUS, Shadow/SCALP u oħrajn, inġenji tal-ajru tal-ġlied moderni, diversi tipi ta’ artillerija u munizzjon (b’mod partikolari projettili ta’ 155 mm), droni u armi biex dawn jiġu miġġielda; jappoġġja l-proposta li l-Istati Membri kollha tal-UE u l-alleati tan-NATO għandhom jappoġġjaw lill-Ukrajna b’mod militari b’mhux inqas minn 0,25 % tal-PDG tagħhom kull sena; jappella għal żieda ġenerali fil-limitu massimu finanzjarju tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi u jinsisti li din għandha tintuża, fost affarijiet oħra, għall-akkwist b’sors uniku ta’ munizzjon disponibbli fis-suq dinji biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-Ukrajna; iħeġġeġ lill-gvernijiet tal-Istati Membri jidħlu immedjatament fi djalogu mal-kumpaniji tad-difiża sabiex jiggarantixxu li l-produzzjoni u l-kunsinna, b’mod partikolari, tal-munizzjon, il-balal u l-missili għall-Ukrajna jingħataw prijorità fuq ordnijiet minn pajjiżi terzi oħra; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jesploraw il-possibbiltajiet għal impriżi konġunti u kooperazzjoni mill-qrib mal-industriji tad-difiża minn pajjiżi terzi tal-istess fehma għall-finijiet tal-forniment tal-munizzjon meħtieġ lill-Ukrajna; iħeġġeġ b’mod partikolari lill-akbar Stati Membri b’kapaċitajiet sostanzjali tal-industrija tad-difiża biex iżidu b’mod sinifikanti u urġenti l-assistenza militari lill-Ukrajna; jistieden lill-Kamra tar-Rappreżentanti tal-Istati Uniti tadotta l-pakkett ta’ assistenza militari għall-Ukrajna mingħajr aktar dewmien;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>12.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jissodisfaw l-impenji tad-Dikjarazzjoni ta’ Versailles tal-2022 u jaċċelleraw l-implimentazzjoni sħiħa tal-Boxxla Strateġika billi jsaħħu l-kooperazzjoni militari Ewropea fil-livell industirjali u dak tal-forzi armati, sabiex l-UE ssir fornitur tas-sigurtà aktar b’saħħtu u aktar kapaċi li jkun interoperabbli u komplementari man-NATO; jilqa’ l-baġits u l-investimenti akbar tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-difiża, u jappella biex tiżdied in-nefqa fil-mira, l-akkwist konġunt u l-investiment konġunt fir-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tad-difiża; jisħaq li għandhom jittieħdu passi konkreti favur l-integrazzjoni tal-Ukrajna fil-politiki u fil-programmi tal-UE fl-oqsma tad-difiża u ċ-ċibersigurtà matul il-proċess ta’ sħubija mal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>13.</NO.P>Jilqa’ l-iffirmar ta’ ftehimiet ta’ sigurtà bejn l-Ukrajna u r-Renju Unit, il-Ġermanja, Franza, id-Danimarka u l-Italja, f’konformità mad-dikjarazzjoni konġunta tal-G7 ta’ appoġġ għall-Ukrajna, u jistieden lil sħab oħra tal-istess fehma jagħmlu l-istess; jissottolinja li dawn il-ftehimiet ta’ sigurtà ma jistgħux jitqiesu bħala sostitut għal sħubija futura man-NATO; jilqa’ l-progress li sar dwar id-dettalji prattiċi u l-limitu massimu finanzjarju għal Fond ta’ Assistenza ġdid għall-Ukrajna, fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, li jappoġġja l-forniment ta’ tagħmir militari lill-Ukrajna permezz ta’ inizjattivi Ewropej konġunti ta’ akkwist;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>14.</NO.P>Itenni l-appoġġ tiegħu għall-formula ta’ paċi ppreżentata mill-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelenskyy; jemmen li huwa pjan komprensiv biex tiġi restawrata l-integrità territorjali tal-Ukrajna; ifakkar li l-10 punti tal-pjan kienu riflessi fir-Riżoluzzjoni ES-11/6 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tat-23 ta’ Frar 2023 dwar il-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti li fuqhom hija bbażata paċi komprensiva, ġusta u dejjiema fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>15.</NO.P>Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri biex jaħdmu flimkien mal-Ukrajna u mal-komunità internazzjonali ħalli jitwaqqaf tribunal speċjali għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tad-delitt ta’ aggressjoni mwettaq kontra l-Ukrajna mill-mexxejja tar-Russja u l-alleati tagħhom, bħar-reġim fil-Belarussja; jilqa’ l-istabbiliment taċ-Ċentru Internazzjonali għall-Prosekuzzjoni tad-Delitt ta’ Aggressjoni fl-Ukrajna f’The Hague;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>16.</NO.P>Jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-investigazzjoni li għaddejja mill-Prosekutur tal-QKI dwar is-sitwazzjoni fl-Ukrajna, abbażi tal-allegati delitti tal-gwerra, delitti kontra l-umanità u ġenoċidju; iħeġġeġ lill-Ukrajna tirratifika l-Istatut ta’ Ruma tal-QKI u l-emendi tiegħu u biex formalment issir membru tal-QKI sabiex tappoġġja l-isforzi internazzjonali biex jiġi stabbilit l-obbligu ta’ rendikont għal delitti internazzjonali serji; jitlob lill-UE tagħmel aktar sforzi diplomatiċi biex tħeġġeġ ir-ratifika tal-Istatut ta’ Ruma u l-emendi kollha tiegħu fuq livell globali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>17.</NO.P>Jesprimi s-sens ta’ orrur għall-fatt li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna rriżultat f’waħda mill-aktar spostamenti fuq skala kbira li qed jikbru b’rata mgħaġġla mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn; ifakkar li, bħala riżultat tal-immirar massiv tal-infrastruttura ċivili, it-tfal Ukreni huma mċaħħda b’mod serju mill-aċċess għal servizzi bażiċi, bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, b’mod partikolari l-appoġġ għas-saħħa mentali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>18.</NO.P>Itenni li r-rilokazzjoni u d-deportazzjoni furzati kontinwi tat-tfal Ukreni, inklużi dawk mill-istituzzjonijiet, lejn ir-Russja u l-Belarussja u l-adozzjoni furzata tagħhom mill-familji Russi jiksru l-liġi Ukrena u dik internazzjonali; jissottolinja li t-trasferiment furzat tat-tfal ta’ grupp lejn grupp ieħor jikkostitwixxi delitt ta’ ġenoċidju, skont l-Artikolu II tal-Konvenzjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Kastig tad-Delitt ta’ Ġenoċidju; jitlob li l-awtoritajiet Russi u Belarussi jiżguraw ir-ritorn immedjat tat-tfal Ukreni kollha; ifaħħar l-isforzi tal-organizzazzjonijiet Ukreni lokali li, fuq bażi ta’ każ b’każ, jappoġġjaw lill-ġenituri u lill-familji fit-tfittxija għal uliedhom u fil-ġlieda għar-ritorn sikur tagħhom;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>19.</NO.P>Itenni l-kundanna tiegħu għad-deportazzjoni bil-forza ta’ ċivili Ukreni lejn ir-Russja, lejn territorji tal-Ukrajna okkupati temporanjament mir-Russja, u lejn il-Belarussja; jistieden lill-Istati u lill-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha biex jagħmlu pressjoni fuq ir-Russja biex tirritorna ċ-ċivili Ukreni kollha deportati bil-forza u miżmuma priġunieri illegalment, speċjalment it-tfal, inkluż dak li fadal mill-iġsma ta’ dawk kollha li mietu miżmuma; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jintensifikaw it-tfittxija għal mekkaniżmi li jaġevolaw il-ħelsien ta’ ċivili Ukreni miżmuma illegalment mir-Russja, inkluż permezz ta’ mekkaniżmi tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>20.</NO.P>Jiddispjaċih dwar il-fatt li d-Direttiva dwar il-Protezzjoni Temporanja hija interpretata b’mod tant ristrett li ħafna nisa li ħarbu mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja ma jistgħux jaċċessaw il-kura f’każ ta’ abort jew trattamenti oħra tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inklużi trattamenti wara abbuż sesswali; jinsab ixxukkjat bil-fatt li, b’konsegwenza ta’ dan, ħafna nisa ġew imġiegħla jirritornaw lejn l-Ukrajna li hija mifnija mill-gwerra biex jaċċessaw is-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva u d-drittijiet relatati u l-kura riproduttiva; jistieden lill-Kummissjoni tirrieżamina d-direttiva sabiex tiżgura li l-Istati Membri kollha jkunu obbligati joffru l-istess kura li n-nisa altrimenti jistgħu jirċievu fl-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>21.</NO.P>Jikkundanna l-intenzjoni tar-Russja li twettaq elezzjonijiet presidenzjali fil-15-17 ta’ Marzu 2024 fit-territorji tal-Ukrajna okkupati b’mod temporanju u jissottolinja li mhux se jirrikonoxxi r-riżultati ta’ dawn l-elezzjonijiet illegali;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>22.</NO.P>Itenni l-appell tiegħu għal interazzjoni innovattiva, komplementari u flessibbli bejn il-ħidma li tinsab għaddejja bħalissa fuq l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni attwalment fis-seħħ u l-proċess ta’ negozjati tal-adeżjoni, biex b’hekk tkun tista’ sseħħ l-integrazzjoni gradwali tal-Ukrajna fis-suq uniku tal-UE u fil-programmi settorjali, inkluż l-aċċess għall-fondi tal-UE fl-oqsma rispettivi, sabiex l-Ukreni jkunu jistgħu jgawdu l-benefiċċji tal-adeżjoni tul il-proċess kollu u mhux biss mat-tlestija tiegħu; jilqa’ l-azzjonijiet ta’ suċċess tal-Ukrajna li reġgħu fetħu r-rotta tal-Baħar l-Iswed biex iċ-ċereali Ukreni jkunu jistgħu jaslu fis-swieq tradizzjonali tagħhom; jistieden lill-partijiet ikkonċernati internazzjonali rilevanti jiżguraw b’mod permanenti dawn il-kisbiet u l-libertà tan-navigazzjoni fil-Baħar l-Iswed għal finijiet kummerċjali; jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni biex tiġġedded is-sospensjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni u tal-kwoti fuq l-esportazzjonijiet Ukreni lejn l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza kwalunkwe rapport ta’ tfixkil fis-suq ikkawżat mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-benefiċċji kummerċjali mogħtija lill-Ukrajna; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw ir-raġunijiet għal kwalunkwe azzjoni unilaterali, bħall-imblokki tal-fruntieri, li jillimitaw l-aċċess tal-Ukrajna għas-suq uniku tal-UE, biex jistabbilixxu miżuri effettivi għall-monitoraġġ tat-tranżitu tal-prodotti agrikoli Ukreni u jintroduċu miżuri biex itaffu l-effetti fuq il-bdiewa Ewropej, li l-protesti u t-talbiet raġonevoli tagħhom qed jiġu sfruttati u mmirati wkoll mid-diżinformazzjoni Russa; jitlob lill-UE, lill-Istati Membri tagħha, lill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura, lill-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, lill-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u lil atturi oħra juru solidarjetà akbar u jistabbilizzaw is-suq taċ-ċereali; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jwaqqfu l-importazzjoni u t-tranżitu mit-territorju tal-UE ta’ ċereali Russi u ta’ ċereali misruqa mill-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>23.</NO.P>Jissottolinja li l-gwerra ta’ aggressjoni Russa biddlet b’mod fundamentali s-sitwazzjoni ġeopolitika fl-Ewropa u lil hinn minnha, u thedded l-arkitettura tas-sigurtà tagħha, u li r-rispons għal din is-sitwazzjoni jeħtieġ deċiżjonijiet politiċi, ta’ sigurtà u finanzjarji qalbiena, kuraġġużi u komprensivi mill-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>24.</NO.P>Jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew li jiftaħ negozjati tal-adeżjoni mal-Ukrajna ladarba jiġu ssodisfati r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni; jemmen li s-sħubija tal-Ukrajna mal-UE tirrappreżenta investiment ġeostrateġiku f’Ewropa magħquda u b’saħħitha u li dan ifisser li qed tintwera tmexxija, determinazzjoni u viżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>25.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni jistabbilixxu perkors ċar għan-negozjati tal-adeżjoni, li jiffoka fuq l-għoti ta’ benefiċċji tanġibbli għas-soċjetà u għaċ-ċittadini Ukreni mill-bidu tal-proċess; jistieden lill-Kunsill jinkariga lill-Kummissjoni tissottometti minnufih proposti għall-qafas ta’ negozjar rilevanti u tadottah ladarba jkunu ttieħdu l-passi rilevanti stabbiliti fir-rakkomandazzjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Novembru 2023;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>26.</NO.P>Ifakkar li l-proċess ta’ adeżjoni mal-UE se jkun ibbażat fuq il-mertu, u li l-metodoloġija tat-tkabbir tagħmel enfasi fuq l-oqsma kruċjali tar-rispett għall-istat tad-dritt, għall-valuri fundamentali, għad-drittijiet tal-bniedem, għad-demokrazija u għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jemmen li proċess ta’ adeżjoni bbażat b’mod sod fuq il-mertu huwa fl-aħjar interess kemm tal-Ukrajna kif ukoll tal-UE; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jipprovdu aktar appoġġ u assistenza lill-Ukrajna fi triqitha lejn l-adeżjoni mal-UE, inklużi l-għarfien espert tekniku, il-bini tal-kapaċitajiet u r-riformi istituzzjonali meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji tas-sħubija;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>27.</NO.P>Jistieden lill-Gvern Ukren ikompli jsaħħaħ l-awtonomija lokali, riforma li ngħatat fama nazzjonali u internazzjonali sinifikanti, u jintegra s-suċċess tar-riforma ta’ deċentralizzazzjoni fl-arkitettura ġenerali tal-proċessi ta’ tiswija, irkupru u rikostruzzjoni tal-Ukrajna; itenni l-pożizzjoni tiegħu li r-rappreżentanti tal-awtonomija lokali u tas-soċjetà ċivili fl-Ukrajna jridu jkunu involuti b’mod attiv fil-proċess ta’ rkupru u ta’ rikostruzzjoni u li dan il-proċess irid jissodisfa l-ogħla standards ta’ trasparenza u obbligu ta’ rendikont;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>28.</NO.P>Jilqa’ fil-prinċipju l-ftehim tal-istituzzjonijiet tal-UE dwar l-istabbiliment tal-Faċilità għall-Ukrajna, li se tipprovdi assistenza finanzjarja prevedibbli lill-Ukrajna, u jitlob il-varar rapidu tagħha; jissottolinja r-rwol imsaħħaħ tal-Verkhovna Rada, tal-entitajiet subnazzjonali u tas-soċjetà ċivili bħala sħab rilevanti għall-awtorità eżekuttiva fl-identifikazzjoni tal-prijoritajiet li se jiġu ffinanzjati permezz tal-Pjan għall-Ukrajna, filwaqt li jisħaq li dan iżid ukoll is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-Faċilità; jiġbed l-attenzjoni għall-istima tal-aħħar Valutazzjoni Rapida tal-Ħsara u tal-Ħtiġijiet li saret mill-Bank Dinji ta’ mill-inqas EUR 452,8 biljun tul l-għaxar snin li ġejjin għall-irkupru u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jisħaq, għalhekk, li l-fondi previsti fl-ambitu tal-Faċilità għall-Ukrajna mhux se jkunu biżżejjed u jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom għal finanzjament addizzjonali fit-tul għall-Ukrajna, b’mod partikolari meta jitqies li l-aħħar pakkett ta’ għajnuna tal-Istati Uniti għall-Ukrajna għadu mblukkat fil-Kungress;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>29.</NO.P>Jitlob lill-UE, lill-Istati Membri u lis-sħab tal-istess fehma jipprovdu assistenza politika, ekonomika, teknika u umanitarja komprensiva u kkoordinata biex jappoġġjaw ir-rikostruzzjoni u l-irkupru sostenibbli u inklużivi tal-Ukrajna wara l-gwerra, b’enfasi partikolari fuq ir-restawr tal-infrastruttura essenzjali, il-kura tas-saħħa, l-edukazzjoni u s-servizzi soċjali; iqis li r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna trid tagħti prijorità lill-benesseri tal-poplu Ukren pjuttost milli tiffavorixxi lill-oligarki u l-profitti korporattivi; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jipprovdu trattament mediku u riabilitazzjoni, inkluż appoġġ psikoloġiku, lis-suldati u liċ-ċivili Ukreni midruba u li jkunu tilfu persuni qrib tagħhom; jappella għal attenzjoni kontinwa u appoġġ akbar għall-attivitajiet ta’ tneħħija tal-mini fl-Ukrajna, u għal programm ta’ tneħħija tal-mini fit-tul;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>30.</NO.P>Jenfasizza l-ħtieġa li l-Ukrajna tiġi appoġġjata fl-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet li se jippermettu lill-poplu tagħha jerġa’ jibda ħajja ekonomika u soċjali sikura u prospera u jirkupra mill-konsegwenzi profondi tal-gwerra fuq is-saħħa mentali, lill-persuni spustati internament u lir-rifuġjati biex jirritornaw lejn djarhom, u, b’mod partikolari lill-ġenerazzjonijiet żagħżugħa tal-pajjiż, biex jiżviluppaw proġetti personali, edukattivi u intraprenditorjali; jissottolinja, barra minn hekk, il-ħtieġa li jitqiesu t-tħassib, il-ħtiġijiet u l-għarfien espert tal-persuni spustati internament u tar-rifuġjati fil-proċess tal-irkupru u tar-rikostruzzjoni, peress li r-riintegrazzjoni tagħhom fil-komunitajiet lokali se tkun kruċjali għat-tisħiħ tar-reżiljenza soċjetali u istituzzjonali tal-Ukrajna u għall-għaqda tagħha;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>31.</NO.P>Jistieden lill-Kunsill iżomm u jestendi l-politika ta’ sanzjonijiet tiegħu kontra r-Russja u l-Belarussja, filwaqt li jimmonitorja, jirrieżamina u jsaħħaħ l-effettività u l-impatt tagħha; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni rapida u l-infurzar strett tat-13-il pakkett ta’ sanzjonijiet kollha; jitlob lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar l-effettività tas-sanzjonijiet fit-tfixkil tal-isforz tal-gwerra Russu u dwar iċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; ifakkar li l-UE qed taħdem fuq leġiżlazzjoni biex il-ksur ta’ miżuri restrittivi jiġi ddeżinjat bħala reat kriminali; itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri biex jiżviluppaw mekkaniżmu ta’ prevenzjoni taċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>32.</NO.P>Jinsisti fuq il-ħtieġa li jiġu pprojbiti l-importazzjonijiet tal-uranju u dawk metallurġiċi Russi fl-UE, kif ukoll il-kooperazzjoni mas-settur nukleari Russu u ma’ Rosatom b’mod partikolari; jappella għal embargo immedjat u sħiħ fuq l-importazzjonijiet Russi fl-UE ta’ prodotti agrikoli u tas-sajd, kif ukoll ta’ fjuwils fossili u ta’ gass naturali likwifikat ittrasportati bil-baħar permezz ta’ pipelines, u biex jitnaqqas ulterjorment il-limitu massimu tal-prezz fuq il-prodotti tal-petroleum Russi f’koordinazzjoni mas-sħab tal-G7 sabiex il-gwerra tar-Russja ma tibqax tiġi ffinanzjata bi flus l-UE; jappella, barra minn hekk, li jiġu imposti miżuri punittivi kontra l-“flotta oskura” tar-Russja, li tittrasporta ż-żejt mingħajr assigurazzjoni fuq bastimenti prekarji mill-ilmijiet tal-UE u internazzjonali, u li jkun hemm sanzjonijiet kontra kumpaniji miċ-Ċina u pajjiżi oħra li jgħinu lir-Russja tevita s-sanzjonijiet; jappella biex ir-reġim attwali ta’ liċenzjar militari u b’użu doppju jiġi estiż biex jinkludi grupp ħafna akbar ta’ prodotti rilevanti għall-gwerra, inklużi l-komponenti diġitali; jappella biex is-sanzjonijiet kontra l-Belarussja jkunu allinjati bis-sħiħ ma’ dawk kontra r-Russja; jappella biex aktar persuni identifikati mill-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta’ Alexei Navalny jiġu inklużi fir-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem u listi oħra ta’ sanzjonijiet;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>33.</NO.P>Jikkundanna lil dawk il-pajjiżi kollha li qed jipprovdu tagħmir militari lir-Russja u li qed jgħinuha fiċ-ċirkomvenzjoni u l-evitar tal-effetti tas-sanzjonijiet imposti fuqha, u jitlob lill-UE tmexxi prosekuzzjoni rigoruża fil-konfront tal-kumpaniji, tal-assoċjazzjonijiet u tal-individwi li jipparteċipaw fiċ-ċirkomvenzjoni tas-sanzjonijiet; jitlob lill-UE, lill-Istati Membri u lill-alleati tagħhom isaħħu l-effettività tas-sanzjonijiet diġà imposti, jieħdu passi urġenti biex jimblukkaw kwalunkwe tentattiv biex dawn is-sanzjonijiet jiġu evitati u jaħdmu fuq mekkaniżmu ta’ sanzjonijiet sekondarju li jagħlaq kwalunkwe lakuna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>34.</NO.P>Ifakkar lin-negozji, lill-individwi, lill-istituzzjonijiet finanzjarji u lil oħrajn li joperaw fil-Federazzjoni Russa, jew fiż-żoni li tokkupa fl-Ukrajna, jew li għandhom ktajjen tal-valur marbuta magħhom, inklużi l-investituri, il-konsulenti, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-fornituri ta’ servizzi ta’ diliġenza dovuta, li se jiffaċċjaw riskji operazzjonali, legali, ekonomiċi u reputazzjonali sinifikanti assoċjati mal-operazzjonijiet u mar-relazzjonijiet kummerċjali Russi tagħhom; jistieden lill-Istati Membri jieħdu miżuri partikolari biex jevitaw li prodotti teknoloġiċi avvanzati li qed jiġu esportati lejn pajjiżi terzi jispiċċaw fir-Russja;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>35.</NO.P>Jinsisti li ċ-ċirkomvenzjoni ta’ miżura restrittiva tal-Unjoni, inkluż bit-trasferiment ta’ oġġetti lejn destinazzjoni fejn l-importazzjoni, l-esportazzjoni, il-bejgħ, ix-xiri, it-trasferiment, it-tranżitu jew it-trasport tagħhom huma ristretti, għandha tiġi kriminalizzata fil-livell tal-UE; jisħaq li huwa kruċjali għall-infurzar li l-UE tikkriminalizza malajr il-ksur tas-sanzjonijiet diretti, inkluż meta jitwettaq b’negliġenza serja, kif ukoll il-ksur ta’ sanzjonijiet indiretti permezz taċ-ċirkomvenzjoni tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni; jilqa’ fil-prinċipju l-ftehim li ntlaħaq dan l-aħħar bejn l-istituzzjonijiet tal-UE dwar regoli ġodda li jikkriminalizzaw il-ksur tas-sanzjonijiet tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>36.</NO.P>Jikkundanna l-prattika tar-Russja li timblokka kwalunkwe azzjoni fil-livell tan-NU li jkollha l-għan li żżommha responsabbli għall-gwerra ta’ aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna; jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni ulterjuri biex ikomplu l-iżolament internazzjonali tar-Russja, inkluż fir-rigward tas-sħubija tar-Russja f’organizzazzjonijiet u korpi internazzjonali, bħall-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>37.</NO.P>Jissottolinja l-urġenza li jiġi stabbilit reġim legali sod li jippermetti l-konfiska tal-assi Russi li huma proprjetà tal-istat iffriżati mill-UE u l-użu tagħhom biex jiġu indirizzati d-diversi konsegwenzi tal-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, inklużi r-rikostruzzjoni tal-pajjiż, il-kumpens għall-vittmi tal-aggressjoni tar-Russja, biex b’hekk tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ukrajna; jissottolinja l-konvinzjoni tiegħu li ladarba tintemm il-gwerra, ir-Russja trid tiġi obbligata tħallas ir-reparazzjonijiet imposti fuqha biex jiġi żgurat li tagħmel kontribuzzjoni sostanzjali għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna; jilqa’ l-ħolqien tar-Reġistru tad-Danni kkawżati mill-aggressjoni Russa, li huwa l-ewwel pass fl-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ kumpens internazzjonali; jilqa’, għalhekk, id-deċiżjoni tal-Kunsill li, bħala l-ewwel pass, jitwarrab id-dħul straordinarju ġġenerat mill-assi u mir-riżervi tal-Bank Ċentrali tar-Russja immobilizzati fl-ambitu tas-sanzjonijiet tal-UE, li se jippermetti li dawn jintużaw biex issir kontribuzzjoni finanzjarja għall-appoġġ tal-UE għall-irkupru u għar-rikostruzzjoni tal-Ukrajna permezz tal-Faċilità għall-Ukrajna;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>38.</NO.P>Itenni t-tħassib tiegħu dwar is-sitwazzjoni fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Zaporizhzhia, li huwa kkontrollat b’mod illegali mir-Russja; jappoġġja l-isforzi biex tinżamm preżenza kontinwa tal-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika fl-impjant tal-enerġija nukleari ta’ Zaporizhzhia; ifakkar u jikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja li kkawżaw ħsara serja lill-ambjent fl-Ukrajna, inklużi l-qerda tad-Diga ta’ Kakhovka, il-qtugħ tas-siġar għall-injam tal-foresti Ukreni, l-estrazzjoni minerarja estensiva u l-kontaminazzjoni tar-riżorsi tal-arja u tal-ilma; itenni t-tħassib serju tiegħu dwar l-impatt ambjentali usa’ u fit-tul tal-gwerra; jissottolinja l-ħtieġa li tinħoloq sistema għar-reġistrazzjoni u għall-valutazzjoni tal-ħsara ambjentali kkawżata mir-Russja u li jitħejjew raġunijiet legali għall-obbligu ta’ rendikont tar-Russja għal dawk id-delitti;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>39.</NO.P>Jikkundanna bil-qawwa l-eradikazzjoni, il-qerda u s-serq mir-Russja tal-artefatti kulturali tal-Ukrajna, bħall-knejjes, ix-xogħlijiet tal-arti, il-mużewijiet u l-universitajiet; jieħu nota tal-ħsara, kif ivverifikata mill-UNESCO, li ġiet ikkawżata lil 341 sit mill-bidu tal-invażjoni fuq skala sħiħa, inklużi 126 sit reliġjuż, 150 binja ta’ interess storiku u/jew artistiku, 31 mużew, 19-il monument, 14-il librerija u arkivju wieħed; itenni li l-qerda u s-serq intenzjonati tas-siti ta’ wirt kulturali Ukreni jistgħu jirrappreżentaw delitti tal-gwerra;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>40.</NO.P>Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jaħdmu b’mod strateġiku u proattiv biex jiġġieldu t-theddid ibridu, isaħħu l-komunikazzjoni strateġika tal-UE u jipprevjenu l-indħil tar-Russja fil-proċessi politiċi, elettorali u fi proċessi demokratiċi oħra fl-Ukrajna u fl-UE, b’mod partikolari atti malizzjużi li għandhom l-għan li jimmanipulaw l-opinjoni pubblika u jikkompromettu l-integrazzjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-dawl tal-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin; jistieden lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri jipprovdu informazzjoni rilevanti dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet reċiproċi tat-tkabbir kemm fl-Ukrajna kif ukoll fl-Istati Membri sabiex ikomplu jżidu l-appoġġ u jtejbu l-fehim tal-proċess ta’ adeżjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>41.</NO.P>Jikkundanna l-assassinju ta’ Maksim Kuzminov fi Spanja; jistieden lill-Istati Membri jirrispondu minnufih u b’determinazzjoni kontra l-azzjonijiet ta’ tfixkil mis-servizzi tal-intelligence Russi fit-territorju tal-UE; jirrakkomanda li l-Istati Membri jsaħħu l-kooperazzjoni ta’ counter-intelligence u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>42.</NO.P>Jesprimi tħassib dwar ir-restrizzjoni tal-ivvjaġġar barra mill-pajjiż tal-membri tal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna; jemmen li dan jista’ jitqies bħala restrizzjoni indiskriminata tal-attività politika tal-membri eletti tal-parlament, b’mod partikolari ta’ dawk li jirrappreżentaw l-oppożizzjoni; jemmen bis-sħiħ li fi żminijiet ta’ gwerra, kwalunkwe riżorsa politika li tista’ tirrappreżenta l-kawża tal-Ukrajna fi kwalunkwe forum internazzjonali ma għandhiex tiġi injorata;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>43.</NO.P>Jesprimi l-akbar apprezzament tiegħu għall-ħidma kontinwa u bla waqfien tal-persunal lokali tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Ukrajna f’ċirkostanzi li jibqgħu diffiċli ħafna għalihom u għall-qraba tagħhom; iħeġġeġ lis-SEAE u lill-Kummissjoni jadottaw pjanijiet ta’ kontinġenza u soluzzjonijiet interim għall-persunal lokali tad-Delegazzjoni tal-UE, inkluż it-telexogħol u arranġamenti ta’ xogħol flessibbli u soluzzjonijiet ta’ rilokazzjoni temporanja, li jkunu mfassla biex jissodisfaw il-ħtiġijiet u l-isfidi reali tal-persunal; jisħaq, barra minn hekk, fuq l-importanza li tingħata attenzjoni adegwata lis-saħħa mentali tal-persunal tad-Delegazzjoni tal-UE;
</ACTION><ACTION>
<NO.P>44.</NO.P>Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, lill-Gvern u lill-Verkhovna Rada tal-Ukrajna, lin-Nazzjonijiet Uniti u lill-awtoritajiet Russi u Belarussi.
</ACTION></ACTLST></DISPOSITIF></TEXT></RESOL></TXTLST></SDOCTA>